XOLJIMENT TAL-BANK TA’ TIFDIL TAL-GVERN TA’ MALTA ġKAP. 307.   1
KAPITOLU 307
ATT DWAR IX-XOLJIMENT TAL-BANK TA’ 
TIFDIL TAL-GVERN TA’ MALTA
Biex jipprovdi għax-xoljiment tal-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta u
biex jirregola ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ dan ix-xoljiment.
(22 ta’ Diċembru, 1983)*
Sar liġi bl-Att XX ta’ l-1983, kif emendat bl-Atti: IX ta’ l-1991 u XVI
ta’ l-1997.
Titolu fil-qosor. 
ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta.
Tifsir.
xort’oħra -
"bank kummerċjali" tfisser jew il-Bank of Valletta Limited, jew
il-Mid-Med Bank Limited;
"Bank ta’ Tifdil" tfisser il-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta
kostitwit u mwaqqaf taħt l-artikolu 3 ta’ l-Ordinanza;
"depożitu" tinkludi depożitu ta’ tifdil jew depożitu fiss, inkluż
kull imgħax akkumulat;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"sena finanzjarja" tfisser il-perijodu ta’ tnax-il xahar li jagħlaq
fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena;
Kap. 167. 
ta’ Malta.
Xogħol tal-Bank 
ta’ Tifdil. 
3. Minkejja kull ħaġa li tinsab fl-Ordinanza, il-Bank ta’ Tifdil
ma jaċċettax aktar depożiti mill-1 ta’ Jannar, 1984.
Trasferiment ta’ 
depożiti. 
4. Mill-1 ta’ Jannar, 1984, l-Accountant General  ikun jista’
jittrasferixxi kull depożitu mal-Bank ta’ Tifdll għal kull bank
kummerċjali:
Iżda d-depożitanti mal-Bank ta’ Tifdil jistgħu, mhux aktar
tard mit-30 ta’ Ġunju, 1984, jagħtu struzzjonijiet ta’ disponiment
lill-Accountant General għat-trasferiment tal-kontijiet tagħhom
għal bank kummerċjali li jagħżlu huma, f’liema każ it-trasferiment
għandu jsir skond dawk l-istruzzjonijiet.
Depożiti suġġetti 
għal 
restrizzjonijiet.
5. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 ta’ dan l-
Att kull depożitu trasferit mill-Bank ta’ Tifdil għal bank
kummerċjali għandu ma’ dak it-trasferiment jibqa’ suġġett għal
kull ordni ta’ qorti jew għal kull kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet
oħra li dak id-depożitu jkun suġġett għalihom fil-ħin tat-
trasferiment.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern tat-22 ta’ Diċembru, 1983.
 2  KAP. 307.ħ  XOLJIMENT TAL-BANK TA’ TIFDIL TAL-GVERN TA’ MALTA
Il-garanzija ma 
tkomplix tapplika. 
6. Mat-trasferiment ta’ kull depożitu għal bank kummerċjali
kif provdut fl-artikoli ta’ qabel ta’ dan l-Att, l-artikolu 7 ta’ l-
Ordinanza ma jkomplix japplika għal kull depożitu hekk trasferit.
Waqfin ta’ żbanek.
Emendat: 
IX. 1991.2.
7. Wara t-trasferiment ta’ depożiti skond l-istruzzjonijiet għal
disponiment riċevuti mill-Accountant General u b’mod ieħor kif
provdut fl-artikolu 4 ta’ dan l-Att, kull depożitu li jifdal li bħalissa
jinsabu fil-Fond għal Depożiti li jifdal fil-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern
ta’ Malta għandhom igħaddu fil-Fond Konsolidat.
Imgħax fuq 
depożiti li jifdal.
Sostitwit:
IX. 1991.3. 
8. (1) Depożiti li jifdal għandhom jibqgħu jaqilgħu l-imgħax
bir-rata fil-mija fis-sena li minn żmien għal żmien titħallas għal
depożiti simili f’banek kummerċjali:
Iżda dawn id-depożiti li jifdal ma jibqgħux jaqilgħu imgħax
wara t-30 ta’ Ġunju, 1991.
(2) L-Accountant General għandu, mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda
approprjazzjoni ħlief dan l-Att, iħallas mill-Fond Konsolidat lis-sid
leġittimu tiegħu, il-kapital ta’ kull depożitu trasferit fil-Fond
Konsolidat bis-saħħa ta’ l-artikolu 7 ta’ dan l-Att, flimkien ma’ kull
imgħax akkumulat fuq il-kapital sat-30 ta’ Ġunju, 1991.
Disponiment ta’ 
attiv. 
Emendat:
IX. 1991.4. 
9. Minkejja kull ħaġa li tinsab fl-Ordinanza kull attiv surplus
li jibqa’ wara li l-Accountant General ikun ittrasferixxa għall-
banek kummerċjali attiv tal-Bank ta’ Tifdil f’ammont li jkun daqs
id-depożiti trasferiti għal kull wieħed minn dawk il-banek, u wara li
jkun tħallas il-passiv kollu għandu f’data li tiġi stabbilita mill-
Ministru, jgħaddih għall-kreditu tal-Fond Konsolidat:
Iżda l-parti ta’ dak is-surplus li tikkonsisti f’investimenti jista’
jsir minnha kif jordna l-Ministru, u r-rikavat li jkun hemm għandu
jgħaddi għall-Fond Konsolidat.
Kontijiet finali.
Emendat:
XVI. 1997.8.
10. Jekk id-data stabbilita mill-Ministru kif provdut fl-artikolu
9 ta’ dan l-Att ma tkunx l-istess data stabbilita fl-artikolu 11 ta’ l-
Ordinanza, il-prospetti meħtieġa b’dak l-artikolu ta’ l-Ordinanza
għandhom jintbagħtu mill-Accountant General lill-Awditur
Ġenerali kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn tliet xhur
mid-data stabbilita mill-Ministru kif intqal qabel.
