QSIMTAL-WIRT  ġKAP. 308.   1
KAPITOLU 308
ATT LI JIRREGOLA L-QSIM TA’ WIRT
Biex jagħmel disposizzjonijiet ġodda għal-likwidazzjoni u għall-qsim
ta’ wirt u biex jipprovdi għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu miegħu u
inċidentali għalih.
(27 ta’ Lulju, 1984)*
Sar liġi bl-ATT XIII ta’ l-1984, kif emendat bl-Att XXIV ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
Emendat: 
XXIV.1995.362.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
Kap. 16. 
"beni" tfisser kull ħaġa jew jedd kif imsemmija fit-Titolu I tat-
Taqsima I tat-Tieni Ktieb tal-Kodiċi Ċivili;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja; 
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula taħt dan l-
Att;
"Reġistratur" tfisser ir-Reġistratur tal-Qrati; 
"Tribunal" tfisser it-Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-Qsim ta’ Wirt
stabbilit bl-artikolu 4 ta’ dan l-Att;
"uffiċjal pubbliku" u "servizz pubbliku" għandhom l-istess tifsir
kif mogħti lilhom bl-artikolu 124 tal-Kostituzzjoni.
Qsim ta’ beni 
komuni. 
3. (1) Meta żewġ persuni jew aktar ikollhom xi beni komuni
li jiġu għandhom minn wirt, dawk il-beni jistgħu jkunu suġġetti li
jinqasmu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fuq talba
magħmula kif provdut fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu:
Iżda ma għandha ssir ebda talba bħal dik ħlief wara li jkunu
għaddew tliet snin mill-ftuħ tas-suċċessjoni.
(2) Dik it-talba tista’ ssir b’rikors lit-Tribunal minn wieħed jew
aktar mill-komproprjetarji li fiż-żmien tal-ftuħ tas-suċċessjoni jew
ikollhom bejniethom mhux inqas minn ħamsin fil-mija ta’ l-ishma
tal-beni hekk komuni jew flimkien jikkostitwixxu mhux inqas minn
ħamsin fil-mija tan-numru tal-komproprjetarji kollha.
Kap. 16.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu jkunu bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 906
tal-Kodiċi Ċivili.
(4) Iżda meta l-azzjoni tinġieb quddiem it-Tribunal jew
tintbagħat lilu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, it-Tribunal
ikollu sakemm dik l-azzjoni hija pendenti quddiemu, l-
ġurisdizzjoni esklużiva dwar l-oġġett ta’ dik l-azzjoni u ebda
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema
subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji, u l-Avviż Legali 34 ta’ l-1984.
 2      KAP. 308.ħ      QSIMTAL-WIRT 
azzjoni oħra dwar l-istess talba ma għandha tinġieb quddiem xi
qorti ta’ l-ewwel grad.
Tribunal ta’ 
Arbitraġġ. 
4. (1) Qed jiġi b’dan stabbilit tribunal li jkun magħruf bħala
t-Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-Qsim ta’ Wirt.
(2) It-Tribunal għandu jisma’ u jiddeċiedi kull talba li tinġieb
quddiemu skond dan l-Att u kull regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu.
Kostituzzjoni tat-
Tribunal. 
Emendat:
XXIV.1995.362.
5. (1) It-Tribunal ikun magħmul minn arbitru wieħed jew
minn tliet arbitri li jkunu maħtura u li għandhom iservu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att. Ħlief meta l-komproprjetarji kollha
jaqblu li t-Tribunal għandu jkun magħmul minn tliet arbitri, it-
Tribunal ikun magħmul minn arbitru wieħed.
(2) Arbitru jkun wieħed minn panel  ta’ persuni maħtura mill-
President tar-Repubblika li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru
minn fost persuni li fil-fehma tal-Prim Ministru jkunu idonei li
jaqdu d-dmirijiet u l-funzjonijiet ta’ arbitri għall-finijiet ta’ dan l-
Att.
(3) Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar jew li sservi bħala
arbitru sakemm tkun membru tal-Kamra tad-Deputati.
(4) L-arbitri joqogħdu fuq it-Tribunal jew skond min imissu
jew skond dak it-tqassim ta’ dmirijiet u skond dawk id-
disposizzjonijiet dwar min ma jistax iservi u ċirkostanzi oħra, kif
il-Ministru jista’ jistabbilixxi jew kif jista’ jiġi preskritt.
(5) Qabel ma jibda jisma’ xi rikors miġjub quddiem it-
Tribunal, l-arbitru, jekk ma jkollux kariga ġudizzjarja, għandu
jieħu ġurament li jeżamina u jiddeċiedi r-rikors fedelment,
b’imparzjalità u skond dan l-Att; u dak il-ġurament jittieħed
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell.
Kap. 12.
(6) Il-Ministru għandu jinnomina uffiċjal pubbliku biex ikun
Segretarju tat-Tribunal, u jista’ wkoll iqabbad uffiċjali pubbliċi
oħra biex jgħinu lis-Segretarju fil-qadi ta’ dmirijietu. Is-Segretarju
tat-Tribunal ikollu mutatis mutandis dawk is-setgħat u d-dmirijiet li
bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili huma vestiti fir-
Reġistratur tal-Qrati.
(7) Ir-Reġistru tal-Qrati Superjuri jkun ir-Reġistru tat-Tribunal,
u l-proċessi kollha tat-Tribunal jinżammu f’dak ir-Reġistru taħt il-
ħarsien tar-Reġistratur.
Funzjonijiet ta’ 
arbitri.
6. (1) Persuna maħtura fuq il-panel ta’ arbitri għandha sservi
għall-perijodu speċifikat fil-ħatra tagħha li jkun perijodu ta’ mhux
inqas minn tliet snin u jekk ma jiġi speċifikat ebda perijodu bħal
dak għandha sservi għal perijodu ta’ tliet snin.
(2) Arbitru jista’ jitneħħa mill-kariga matul il-perijodu tal-
ħatra tiegħu biss fl-istess ċirkostanzi u bl-istess mod bħal imħallef
tal-qrati superjuri.
(3) Arbitru filwaqt li jkun qiegħed iservi f’każ partikolari
għandu, minkejja li jkun intemm il-perijodu tal-ħatra tiegħu,
ikompli hekk iservi fil-proċedimenti li fihom ikun qed iservi bħala
QSIMTAL-WIRT  ġKAP. 308.   3
arbitru sakemm jintemmu dawk il-proċedimenti u wara għall-fini
ta’ l-interpretazzjoni, korrezzjoni u biex iżid dak li jkun tħalla barra
f’xi deċiżjoni mogħtija f’dawk il-proċedimenti.
Rikors għal 
arbitraġġ. 
7. Rikors lit-Tribunal magħmul kif provdut fl-artikolu 3 ta’
dan l-Att għandu jiġi ppreżentat fir-Reġistru tat-Tribunal b’dak il-
mod, bil-ħlas ta’ dawk id-drittijiet u flimkien ma’ dawk id-
dokumenti kif jista’ jiġi preskritt.
Notifika ta’ rikors 
lill-intimati. 
8. (1) Kopja tar-rikors flimkien mad-dokumenti u n-noti
ppreżentati miegħu għandhom jiġu notifikati lil kull wieħed mill-
komproprjetarji intimati.
(2) L-intimati għandhom fi żmien għoxrin jum tax-xogħol min
notifika tar-rikors jippreżentaw risposta għalih li fiha jgħidu l-punti
kollha li fuqhom ma jaqblux ma’ dak li jkun jinsab fir-rikors jew
fid-dokumenti ppreżentati miegħu.
Proċessi tal-qorti 
jintbagħtu lit-
Tribunal. 
9. (1) Fejn ikun hemm pendenti quddiem qorti ta’ l-ewwel
grad azzjoni għall-qsim ta’ beni ereditarji, il-parti jew il-partijiet li
bejniethom jistgħu, kieku l-kawża ma kenitx hekk pendenti,
jagħmlu rikors skond l-artikolu 3 ta’ dan l-Att, jistgħu b’nota jew
b’noti ppreżentati fir-reġistru tal-qorti li quddiemha tkun pendenti
l-kawża jitolbu lill-qorti biex tibgħat il-kawża quddiem it-Tribunal,
u l-qorti għandha ma’ dan tordna li l-proċess tal-kawża jintbagħat
lit-Tribunal.
(2) Il-preżentata ta’ dik in-nota jew ta’ dawk in-noti, skond il-
każ, titqies li tkun irtir ta’ l-azzjoni mill-ġurisdizzjoni ta’ dik il-
qorti, u rikors lit-Tribunal għal deċiżjoni fuq it-talba li tkun tinsab
fl-att li bih ikunu nbdew il-proċedimenti quddiem il-qorti:
Iżda ma jitħallsu ebda drittijiet tar-Reġistru għax dik l-
azzjoni ma tkunx tkompliet.
(3) It-Tribunal għandu jisma’ u jiddeċiedi l-kwistjoni mibgħuta
lilu kif intqal qabel fil-limiti tat-talba, ta’ l-eċċezzjonijiet għaliha u
ta’ kull kontra-talba li tkun saret u fuq il-provi ppreżentati skond il-
liġi, sew jekk ikunu saru jew ġew ippreżentati quddiem il-qorti sew
quddiem it-Tribunal.
Proċedimenti 
quddiem it-
Tribunal. 
10. (1) Ir-rikors, jew l-azzjoni mibgħuta lit-Tribunal taħt l-
artikolu 9, għandha titqiegħed għas-smigħ f’data kmieni.
(2) It-Tribunal għandu jżomm is-seduti tiegħu u jagħti d-
deċiżjoni tiegħu, magħduda kull deċiżjoni preliminari jew parzjali,
fil-pubbliku, kemm-il darba l-partijiet kollha ma jiftehmux
xort’oħra.
Kap. 12. 
(3) It-Tribunal għandu jisma’ r-rikorsi skond ir-regoli stabbiliti
fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili safejn dawn
ikunu applikabbli għall-proċedimenti quddiem it-Tribunal u li ma
jkunux kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Kap. 16.
(4) It-Tribunal għandu jiddeċiedi kull kwistjoni quddiemu
skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili dwar il-qsim ta’ wirt u
ta’ kull liġi oħra safejn tkun applikabbli għall-kwistjoni quddiem
it-Tribunal, u għandu jiddeċiedi l-ispejjeż skond dan. Dawk l-
ispejjeż għandhom jinkludu l-ispejjeż li jkunu saru minn kull parti
 4      KAP. 308.ħ      QSIMTAL-WIRT 
quddiem il-qorti ta’ l-ewwel grad f’kull kawża li tintbagħat lit-
Tribunal skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(5) Kull deċiżjoni għandha tkun iffirmata mill-arbitru, u meta
jkun hemm tliet arbitri, minn kull wieħed mill-arbitri:
Iżda arbitru li ma jaqbilx m’għandux għalfejn jiffirma d-
deċiżjoni, imma dan il-fatt għandu jissemma mill-arbitri l-oħra.
(6) Id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal tkun finali u
konklużiva.
(7) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu  (6) ta’ dan l-
artikolu, it-Tribunal għandu s-setgħa li f’kull żmien jagħti, fuq it-
talba ta’ kull waħda mill-partijiet, interpretazzjoni tad-deċiżjoni
jew ta’ xi punti deċiżi fiha, u jikkoreġi kull żball f’xi deċiżjoni jew
iżid dak li jkun tħalla barra mid-deċiżjoni.
Dehra quddiem it-
Tribunal. 
11. Il-partijiet jistgħu jidhru quddiem it-Tribunal sew huma
nfushom jew jistgħu jkunu rappreżentati kif imiss minn persuna
oħra.
Żmien għall-għoti 
ta’ deċiżjoni. 
12. (1) Kemm-il darba l-partijiet kollha fil-proċedimenti ta’
arbitraġġ ma jiftehmux xort’oħra, it-Tribunal għandu jagħti d-
deċiżjoni mhux iktar tard minn sitt xhur mill-jum li fih l-intimati
jkunu ppreżentaw ir-risposta tagħhom jew mill-jum li fih ikun
għalaq iż-żmien għall-preżentata tar-risposta, skond liema jkun l-
ewwel.
(2) Meta d-deċiżjoni ma tkunx tista’ tingħata fiż-żmien
imsemmi fis-subartikolu ta’ qabel dan, dak iż-żmien jista’ jiġi
mtawwal għal perijodi oħra, li kull wieħed minnhom ma jkunx
itwal minn sitt xhur, fuq it-talba tar-rikorrenti jew mit-Tribunal
f’ċirkostanzi eċċezzjonali li għandhom jingħadu espressament u
jitniżżlu fil-proċess ta’ l-arbitraġġ.
Kap. 12.
(3) Meta xi perijodu msemmi fis-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu ma jkunx għal xi raġuni mġedded kif hemmhekk provdut,
il-proċedimenti għandhom jitqiesu li ġew differiti sine die u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 964 u 965 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili għandhom, mutatis mutandis,
japplikaw għal dawk il-proċedimenti; u f’kull każ bħal dak il-
perijodu msemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu jibda
jgħodd mid-data meta l-kawża terġa’ tiġi appuntata.
Setgħat ġenerali 
tat-Tribunal. 
Kap. 12.
13. (1) It-Tribunal ikollu dawk is-setgħat li bil-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili huma vestiti fil-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
it-Tribunal ikollu s-setgħa li jħarrek xhieda u li jagħti l-ġurament, li
jaħtar esperti biex jirrapportaw fuq ħwejjeġ ta’ xorta teknika li jkun
hemm fil-kwistjoni, u li jeħtieġ lil kull persuna li fil-fehma tiegħu
jkollha tagħrif speċjali fuq xi ħaġa rilevanti, jew fuq xi waħda mill-
kwistjonijiet li jirreferi għalihom ir-rikors, jew tal-kwistjoni
mibgħuta lit-Tribunal, li tagħti bil-miktub jew xort’oħra u li
tikkonferma bil-ġurament, dik il-fehma u dawk il-partikolaritajiet
dwar ir-rikors, magħdud il-qsim f’ishma ta’ kull beni mobbli jew
QSIMTAL-WIRT  ġKAP. 308.   5
immobbli, kif it-Tribunal jista’ jeħtieġ, u jista’ jawtorizza lil kull
persuna li tagħti l-ġurament għal dak l-għan.
Funzjoni tat-
Tribunal. 
14. (1) It-Tribunal għandu jagħmel dak li jista’ biex iwassal
lill-partijiet għal ftehim fuq il-ħwejjeġ li dwarhom ikun hemm
kwistjoni.
(2) Meta jintlaħaq ftehim it-Tribunal għandu jagħmel  procès
verbal tiegħu u għandu jdaħħal il-ftehim fid-deċiżjoni wara li dak
il-procès verbal jiġi ffirmat mill-partijiet jew mir-rappreżentanti
legali tagħhom jew xort’oħra jkun aċċettat u jkun hemm qbil dwaru
b’att li jkun iffirmat u ppreżentat b’nota fir-Reġistru tat-Tribunal.
Astensjoni jew 
rikuża ta’ arbitri.
Kap. 12. 
15. L-arbitru jista’ jiġi rikużat, jew jista’ jastjeni, milli
joqgħod fit-Tribunal f’kull waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fl-
artikolu 734 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; u
f’kull każ bħal dak id-disposizzjonijiet tas-Sub-Titolu II tat-Titolu
II tat-Tielet Ktieb ta’ dak il-Kodiċi għandhom japplikaw safejn
ikunu applikabbli u bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
l-Att.
Effetti ta’ 
deċiżjonijiet tat-
Tribunal. 
Kap. 12. 
16. (1) L-esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tat-Tribunal għandha
titwettaq bil-mod preskritt fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, u tiġi vestita fit-Tribunal innifsu.
(2) Meta d-deċiżjoni tkun teħtieġ att pubbliku, it-Tribunal
għandu jaħtar nutar biex jippubblika l-att u kuraturi biex
jirrappreżentaw dawk li jonqsu li jidhru fuq l-att, u għandu
jistabbilixxi l-post, id-data u l-ħin għall-pubblikazzjoni ta’ l-att.
Drittijiet ta’ arbitri 
u ta’ esperti. 
Kap. 12. 
17. Id-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-arbitri u lil kull
esperti nominati minnhom għandhom ikunu dawk stabbiliti għal
periti legali u periti oħra taħt il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili, u d-disposizzjonijiet ta’ dak il-Kodiċi applikabbli
għall-periti għandhom japplikaw għal dawk l-arbitri jew esperti:
Iżda dawk id-drittijiet ma jitħallsux lill-arbitri li jkollhom
kariga ġudizzjarja jew li jkunu magħżula mis-servizz pubbliku.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
18. Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jagħmel
regolamenti li jirregolaw il-proċedura tat-Tribunal u bla ħsara
għall-ġeneralità ta’ dak li ntqal qabel, jista’ jagħmel regolamenti
li- 
(a) jippreskrivu x’għandu jkun fihom ir-rikors lit-
Tribunal, ir-risposta għalih, u kull att ieħor bil-miktub
ta’ proċediment quddiem it-Tribunal, il-mod kif jiġi
ppreżentat kull att bħal dak, u d-dokumenti li
għandhom jiġu ppreżentati magħhom;
(b) jippreskrivu l-proċedura għan-notifika ta’ kull att lill-
parti l-oħra;
(ċ) jippreskrivu l-proċedura kif tiġi stabbilita mit-Tribunal
id-data tas-smigħ tar-rikors u għall-għoti ta’ l-avviż ta’
dik id-data lill-partijiet konċernati;
(d) jippreskrivu d-drittijiet, barra minn dawk provdut
għalihom fl-artikolu 17, ħlasijiet u spejjeż li
 6      KAP. 308.ħ      QSIMTAL-WIRT 
għandhom jitħallsu dwar kull proċediment quddiem it-
Tribunal, magħduda d-drittijiet tar-Reġistru għad-
deċiżjoni jew biex ma tkomplix il-kawża;
(e) jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jitħallsu lil
persuna dwar id-dehra jew l-assistenza lil parti fil-
proċedimenti quddiem it-Tribunal; 
(f) jippreskrivu d-dritt li għandu jitħallas lir-Reġistru
għall-ħruġ ta’ xi kopji uffiċjali ta’ deċiżjoni jew
dokument fil-proċess tat-Tribunal;
(g) jippreskrivu kull ħaġ’oħra li tkun meħtieġa sabiex
jitwettqu aħjar il-funzjonijiet tat-Tribunal.
