  RATIFIKATA’TRATTATTA’ĦBIBERIJAU
KOPERAZZJONI BEJNMALTAUL-LIBJA ġKAP. 311.   1
KAPITOLU 311
ATT DWAR IR-RATIFIKA TA’ TRATTAT TA’ 
ĦBIBERIJA U KOPERAZZJONI 
BEJN MALTA U L-LIBJA
Biex jirratifika t-Trattat ta’ Ħbiberija u Koperazzjoni bejn Malta u l-
Libja.
(7 ta’ Diċembru, 1984)*
Sar liġi bl-ATT XXII ta’ l-1984, kif emendat bl-Att XXIII ta’ l-1990.
Titolu fil qosor. 
ta’ Ħbiberija u Koperazzjoni bejn Malta u l-Libja.
Ratifika ta’ Trattat. 
Emendat: 
XXIII. 1990.2. 
Kap. 304.
2. It-Trattat ta’ Ħbiberija u Koperazzjoni bejn il-Gvern tar-
Repubblika ta’ Malta u l-Ġemahirija Għarbija Libjana Popolari
Soċjalista, iffirmat fid-19 ta’ Novembru, 1984, u l-Protokol dwar
koperazzjoni fis-sigurtà iffirmat fl-istess data, liema żewġ
dokumenti qegħdin fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, u l-
Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Ġemahirija
Għarbija Libjana Popolari Soċjalista dwar Emendi relattivi għall-
istess trattat u ffirmat fid-19 ta’ Frar, 1990, liema Ftehim jinstab
fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, li huma ftehim
internazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istatus ta’ Malta fid-
dritt internazzjonali, l-appoġġ għal dak l-istatus u s-sigurtà ta’
Malta, is-sovranità u l-integrità territorjali tagħha, qed jiġu b’dan
ratifikati għall-finijiet u effetti kollha ta’ l-Att dwar ir-Ratifika ta’
Trattati, u għalhekk il-bdil tad-dokumenti ta’ ratifika bejn ir-
Repubblika ta’ Malta u l-Ġemahirija Għarbija Libjana Popolari
Soċjalista qed jiġi b’dan awtorizzat.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 985 tas-7 ta’ Diċembru, 1984.
    RATIFIKATA’TRATTATTA’ĦBIBERIJAU
2      KAP. 311.ħ    KOPERAZZJONIBEJNMALTAUL-LIBJA
Emendata: 
XXIII. 1990.3.  L-EWWEL SKEDA
(ARTIKOLU 2) 
TRATTAT TA’ ĦBIBERIJA U KOPERAZZJONI 
BEJN 
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
U 
L-ĠEMAHIRIJA GĦARBIJA LIBJANA POPOLARI SOĊJALISTA
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta, 
u l-Ġemahirija Għarbija Libjana Popolari Soċjalista
1. Billi jixtiequ jżommu r-rabtiet ta’ ħbiberija u r-relazzjoni strateġika li
jeżistu bejniethom, u r-rieda tagħhom għat-tisħiħ u l-iżvilupp tar-relazzjoni ta’
koperazzjoni fuq is-sisien ta’ benefiċċju u ġid reċiproku bejn il-poplu Malti u l-
poplu Għarbi Libjan.
2. Billi jridu jibdlu l-Mediterran f’baħar ta’ paċi u jikkoperaw biex jilħqu dan
l-għan.
3. Meta titqies id-deċiżjoni tal-Poplu tar-Repubblika ta’ Malta li darba għal
dejjem ma jibqax jagħmel il-parti ta’ ħsara u umiljanti bħala bażi militari barranija u
li minflok isir pont ta’ ħbiberija bejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq.
4. Jiddeċiedu b’dan it-Trattat li jsaħħu s-sigurtà, il-ħbiberija u l-koperazzjoni
reċiproka bejn iż-żewġ pajjiżi, skond il-prinċipji ta’ non allinjament u ċ-Charter tal-
Ġnus Magħquda u għalhekk jiftiehmu kif ġej:
Artikolu 1
Il-Ġemahirija Għarbija Libjana Popolari Soċjalista u r-Repubblika ta’ Malta
jintrabtu li ma jieħdux sehem f’xi Alleanza Militari li tista’ tolqot l-interessi tas-
sigurtà tal-parti l-oħra.
Artikolu 2
Malta tintrabat li ma tħallix li bażijiet militari barranin jiġu stabbiliti fit-territorju
tagħha u tintrabat li ma tħallix li t-territorju tagħha jintuża militarment kontra s-
sigurtà u l-integrità territorjali tal-Ġemahirija Għarbija Libjana Popolari Soċjalista.
Artikolu 3
Il-Ġemahirija Għarbija Libjana Popolari Soċjalista tintrabat li tirrispetta u tagħti l-
appoġġ tagħha għan-newtralità ta’ Malta u li tgħin lil Malta kull meta l-Gvern tar-
Repubblika ta’ Malta b’mod ċar hekk jitlob f’każijiet ta’ theddid jew egħmejjel ta’
aggressjoni kontra l-integrità u s-sovranità territorjali ta’ Malta.
Artikolu 4
Minħabba l-importanza tal-viabbiltà ekonomika ta’ Malta qed jiġi miftiehem li
jkun hemm promozzjoni ta’ koperazzjoni ekonomika fl-oqsma ta’ joint ventures,
bdil kummerċjali bilanċjat, u l-użu tax-xogħol tal-ħaddiem Malti. Għal dan il-għan,
ftehim fl-oqsma tad-difiża, tat-tagħrif u ta’ l-ekonomija jkunu jagħmlu parti integrali
minn dan it-Trattat.
  RATIFIKATA’TRATTATTA’ĦBIBERIJAU
KOPERAZZJONI BEJNMALTAUL-LIBJA ġKAP. 311.   3
Artikolu 5
Iż-żewġ naħat jaħdmu biex ikun hemm żvilupp ta’ koperazzjoni bejniethom fl-
oqsma tat-tagħrif u tal-kultura bil-għan li jkun hemm rabtiet akbar bejn iż-żewġ
popli. 
Artikolu 6
Iż-żewġ naħat jagħmlu konsultazzjonijiet bil-għan li jersqu lejn xulxin dwar il-
mod kif jaraw kwistjonijiet politiċi, ekonomiċi, ta’ sigurtà u internazzjonali li jolqtu
l-interessi tagħhom sew direttament jew indirettament, u jagħmlu l-almu tagħhom
biex jappoġġaw lil xulxin dwar kif jaraw dawn il-kwistjonijiet kull meta jkun hemm
il-ħtieġa għal dan l-appoġġ reċiproku.
Artikolu 7
Iż-żewġ naħat jagħmlu kull ma jistgħu biex jikkordinaw l-isforzi tagħhom fiż-
żamma ta’ paċi u sigurtà internazzjonali, b’mod speċjali fir-reġjun tal-Mediterran, u
jenfasizzaw il-lealtà tagħhom għall-prinċipji u l-għanijiet tal-Ġnus Magħquda u Non
Allinjament.
Artikolu 8
Iż-żewġ naħat jiftiehmu li jwaqqfu Kummissjoni Mista li tiltaqa’ fuq livell
Ministerjali darba f’Valletta u darba fi Tripoli, għall-anqas darba kull sitt xhur, biex
jirrivedu l-progress fl-oqsma ta’ koperazzjoni hawn fuq imsemmija u sabiex tkun
ippjanata u jaraw li ssir l-implimentazzjoni ta’ koperazzjoni f’setturi ġodda.
Artikolu 9
Kull differenzi bejn iż-żewġ naħat li jistgħu jinqalgħu mill-interpretazzjoni ta’
dawn id-disposizzjonijiet jintlaħaq ftehim dwarhom bħal aħwa.
Artikolu 10
Dan it-"Trattat" huwa għal ħames snin u jiġġedded awtomatikament għal perijodi
oħra ta’ ħames snin-il wieħed sakemm ħadd miż-żewġ naħat ma juri x-xewqa bil-
miktub li jbiddel xi parti minnu jew iħassru għall-anqas sitt xhur qabel id-data tat-
tmiem tiegħu.
Artikolu 11
Dan it-Trattat jibda jseħħ immedjatament mad-data tal-bdil tad-dokumenti ta’
ratifika iżda mhux iktar tard minn Jannar 1985.
Magħmul f’Valletta fid-dsatax ta’ Novembru ta’ l-Elf Disa’ Mija u Erbgħa u
Tmenin li tikkorrispondi għall-25 Safar 1394 f’żewġ oriġinali fl-ilsien Ingliż u fl-
ilsien Għarbi ż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
Kurunell Muammar El Gaddafi Dom Mintoff 
Mexxej tar-Revoluzzjoni 
ta’ l-Ewwel ta’ Settembru 
Prim Ministru 
Għall-Ġemahirija Għarbija Libjana 
Popolari Soċjalista
Għar-Repubblika ta’ Malta
    RATIFIKATA’TRATTATTA’ĦBIBERIJAU
4      KAP. 311.ħ    KOPERAZZJONIBEJNMALTAUL-LIBJA
PROTOKOL DWAR KOPERAZZJONI FIS-SIGURTÀ
Meqjus l-Artikolu 3 tat-Trattat ta’ Ħbiberija u Koperazzjoni bejn il-Gvern tar-
Repubblika ta’ Malta u l-Ġemahirija Għarbija Libjana Popolari Soċjalista,
iffirmat f’Malta fid-19 ta’ Novembru, 1984, iż-żewġ naħat ftehmu wkoll kif ġej: 
1. Sabiex kull naħa tkun mgħarrfa għal kollox fuq ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu ma’ dan il-ftehim, iż-żewġ naħat jiftiehmu li għandu jkun hemm bdil
kontinwu ta’ tagħrif dwar ħwejjeġ ta’ interess speċjali għas-sigurtà reċiproka u għal
għanijiet ta’ difiża tan-naħa l-oħra; u
2. Sabiex il-Forzi Armati ta’ Malta jilħqu livelli ogħla ta’ tħejjija militari
sabiex ikunu jistgħu jilqgħu theddid jew egħmejjel ta’ aggressjoni kontra l-integrità
u s-sovranità territorjali ta’ Malta n-naħa Libjana għandha tagħti taħriġ lil persuni
militari Maltin fil-Libja jew f’Malta kif iż-żewġ naħat jiftiehmu minn żmien għal
żmien u f’dak in-numru u b’dak il-mod kif ikun miftiehem.
3. Sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkunu identifikati
minn żmien għal żmien mit-taqsimiet differenti tal-forzi ta’ Malta, in-naħa Libjana
qablet li tistudja biex tipprovdi mill-armeriji u ħażniet tagħha kull tagħmir u
armamenti militari li n-naħa Maltija tkun teħtieg għall-użu tagħhom.
Dr Alex Sceberras Trigona Dr Ali Treiki
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin u 
Kultura tar-Repubblika ta’ Malta
Segretarju ta’ l-Uffiċċju Popolari għal 
Relazzjonijiet Barranin tal-Ġemahirija 
Għarbija Libjana Popolari Soċjalista
  RATIFIKATA’TRATTATTA’ĦBIBERIJAU
KOPERAZZJONI BEJNMALTAUL-LIBJA ġKAP. 311.   5
Miżjuda:
IT-TIENI SKEDA  XXIII.1990.3.
(ARTIKOLU 2)
FTEHIM BEJN IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
U L-ĠEMAHIRIJA GĦARBIJA LIBJANA POPOLARI SOĊJALISTA 
DWAR EMENDI GĦAT-TRATTAT TA’ ĦBIBERIJA U KOPERAZZJONI FFIRMAT BEJN 
IŻ-ŻEWĠ PAJJIŻI FIL-25 SAFAR 1394 D.P. 
LI TIKKORRISPONDI GĦAD-19 TA’ NOVEMBRU 1984
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta, wara li fisser ix-xewqa tiegħu li jemenda xi
Artikoli tat-Trattat ta’ Ħbiberija u Koperazzjoni bejn Malta u l-Libja iffirmat
f’Valletta fis-25 Safar 1394 D.P., li tikkorrispondi għad-19 ta’ Novembru 1984,
u l-Ġemahirija l-Kbira Għarbija Libjana Popolari Soċjalista, wara li wieġbet għal din
ix-xewqa,
u wara li ż-żewġ naħat eżaminaw id-disposizzjoni ta’ dan it-Trattat, 
u fl-implimentazzjoni ta’ l-għaxar Artikolu ta’ l-imsemmi Trattat, 
ftehmu kif ġej:
Artikolu (1)
It-test tal-preambolu tat-Trattat għandu jiġi emendat biex jaqra kif ġej: 
"Il-Gvern ta’ Malta u l-Ġemahirija l-Kbira Għarbija Libjana Popolari Soċjalista,
b’konferma tar-rabtiet qawwija li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi u billi jixtiequ jrawmu
u jiżviluppaw koperazzjoni f’diversi oqsma fuq is-sisien ta’ l-interess reċiproku
tagħhom bil-għan li jġibu ’l quddiem il-ġid taż-żewġ popli ħbieb tagħhom;
konxji mill-fatt li l-iżvilupp u l-koperazzjoni jistgħu jiffjorixxu l-aħjar f’atmosfera
ta’ paċi u sigurtà, u li ż-żewġ pajjiżi jistgħu jkollhom parti pożittiva f’dan ir-
rigward, fuq is-sisien taċ-Charter tal-Ġnus Magħquda u l-prinċipji ta’ non
allinjament;
u sabiex jissottolinjaw il-politika tagħhom li hija mibnija fuq in-newtralità, l-irroftar
ta’ bażijiet militari barranin fuq it-territorju tagħhom, kif ukoll sħubija f’alleanzi
militari, u b’konferma ta’ l-interess reċiproku tagħhom għas-sigurtà u l-paċi fid-
dinja in ġenerali u l-Mediterran b’mod partikolari; 
ftehmu kif ġej:".
Artikolu (2)
It-testi tat-tieni u tielet Artikoli tat-Trattat għandhom jiġu emendati u magħquda
f’Artikolu wieħed li għandu jissejjaħ Artikolu "2" u jaqra kif ġej:
"Iż-żewġ pajjiżi jwiegħdu li ma jippermettux it-twaqqif ta’ bażijiet militari
barranin fuq it-territorji tagħhom u li ma jippermettux li dawn it-territorji jintużaw
militarment kontra s-sigurtà u l-integrità territorjali tal-parti l-oħra.".
Artikolu (3)
Ir-raba’ u l-ħames Artikoli tat-Trattat għandhom jingħaqdu f’test wieħed li għandu
jissejjaħ Artikolu "3" u għandu jaqra kif ġej: 
"Iż-żewġ naħat jappoġġaw u jsaħħu l-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi tagħhom
f’diversi oqsma speċjalment fl-oqsma Ekonomiċi, Kummerċjali, tat-Tagħrif, Soċjali
    RATIFIKATA’TRATTATTA’ĦBIBERIJAU
6      KAP. 311.ħ    KOPERAZZJONIBEJNMALTAUL-LIBJA
u Kulturali u f’dan il-kwadru iddeċidew dan li ġej:
A. Li jiżviluppaw koperazzjoni fl-oqsma ta’ joint ventures, bdil kummerċjali
bilanċjat, u fl-impiegi;
B. Li jiżviluppaw koperazzjoni fit-tagħrif u fil-kultura bil-għan li jissaħħu r-
rabtiet bejn il-popli taż-żewġ pajjiżi;
Ċ.  Il-ftehim kollu li ġie jew jiġi konkluż bejn iż-żewġ pajjiżi għandu jiġi
meqjus bħala parti minn dan it-Trattat. Lista ta’ Ftehim eżistenti tidher f’anness għal
ma’ dan it-test.".
Artikolu (4)
Is-sitt Artikolu tat-Trattat għandu jiġi emendat u mqiegħed bħala Artikolu "4" u
jaqra kif ġej:
"Iż-żewġ naħat jagħmlu konsultazzjonijiet fuq kwistjonijiet politiċi u ekonomiċi
internazzjonali li jolqtu l-interessi ta’ naħa jew oħra minnhom, biex hekk ikun
garantit il-benefiċċju reċiproku tagħhom u jseħħ il-għan ta’ dan it-Trattat.".
Artikolu (5)
Id-disa’ Artikolu tat-Trattat għandu jiġi emendat u mqiegħed bħala Artikolu "7"
biex jaqra kif ġej:
"Kull differenzi li jistgħu jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni tad-disposizzjonijiet
ta’ dan it-Trattat għandu jintlaħaq ftehim dwarhom amikevolment.".
Artikolu (6)
Waqt li l-Artikolu "1" tat-Trattat jibqa’ jżomm il-posizzjoni tiegħu, l-Artikoli 7, 8,
10, 11 għandhom jiġu rranġati skond l-emendi miftehma dwarhom u għandhom
rispettivament isiru: 5, 6, 8, 9.
Artikolu (7)
Dan il-Ftehim huwa suġġett għal ratifika skond il-proċeduri legali li huma
applikabbli f’kull wieħed miż-żewġ pajjiżi, u jidħol fis-seħħ fid-data tal-bdil tad-
dokumenti tar-ratifika* u jsir minnufih parti integrali tat-Trattat ta’ Ħbiberija u
Koperazzjoni.
Magħmul f’Valletta fid-19 ta’ Frar 1990 li tikkorrispondi għall-24 Rajab 1399
D.P. f’żewġ oriġinali, fl-ilsien Ingliż u fl-ilsien Għarbi, iż-żewġ testi awtentiċi
ndaqs. 
*Id-dokumenti tar-ratifika ġew mibdula fid-29 ta’ Jannar, 1991.
Għall-Gvern tar-Repubblika 
ta’ Malta
Għall-Ġemahirija l-Kbira Għarbija 
Libjana Popolari Soċjalista
Dr Edward Fenech Adami  Eng Jadallah Azzuz Al-Talhi
Prim Ministru u Ministru 
ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Malta
Segretarju tal-Kumitat Popolari ta’ 
l-Uffiċċju Popolari għal Relazzjonijiet 
Barranin u Koperazzjoni Internazzjonali 
  RATIFIKATA’TRATTATTA’ĦBIBERIJAU
KOPERAZZJONI BEJNMALTAUL-LIBJA ġKAP. 311.   7
ANNESS 
Ftehim dwar koperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika ffirmat f’Valletta fil-31
ta’ Mejju, 1968.
Ftehim kummerċjali ffirmat f’Valletta fil-31 ta’ Mejju, 1968. 
Ftehim dwar self iffirmat fi Tripoli, Awissu 1971.
Ftehim dwar visi ta’ dħul u ħruġ iffirmat f’Valletta fid-9 ta’ Lulju, 1972. 
Ftehim kulturali ffirmat fi Tripoli fil-5 ta’ Ottubru, 1972.
Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni ta’ Kumpanniji kontraenti Maltin fl-esekuzzjoni
ta’ proġetti ta’ djar fil-Libja, iffirmat fi Tripoli fil-5 ta’ Ottubru, 1972.
Ftehim għall-ħelsien mit-taxxa doppja dwar taxxi fuq l-income iffirmat fi Tripoli
fil-5 ta’ Ottubru, 1972.
Ftehim għall-inkoraġġiment tal-moviment ta’ Kapital għall-Investiment iffirmat
f’Valletta fit-8 ta’ Frar, 1973.
Ftehim biex Malta tiġi fornuta b’żejt raffinat/grezz iffirmat fi Tripoli fit-28 ta’
April, 1975.
Ftehim dwar it-twaqqif ta’ Holding Company iffirmat fi Tripoli fid-19 ta’ Mejju,
1975.
Ftehim dwar ix-xandir iffirmat f’Valletta fl-20 ta’ Ġunju, 1975. 
Ftehim dwar self iffirmat f’Valletta fid-29 ta’ Lulju, 1975.
Ftehim speċjali għas-sottomissjoni lill-International Court of Justice of Difference
iffirmat f’Valletta fit-23 ta’ Mejju, 1976.
Ftehim dwar Xogħol iffirmat fi Tripoli fis-27 ta’ Mejju, 1978.
Ftehim għal-twaqqif ta’ kumpannija Maltija/Libjana għas-Sajd iffirmat fi Tripoli
fis-17 ta’ Lulju, 1978.
Ftehim dwar Koperazzjoni iffirmat f’Valletta fl-10 ta’ Awissu, 1984 u l-emendi
tiegħu ta’ l-24 ta’ Settembru, 1985 u t-30 ta’ Marzu, 1988.
Ftehim dwar Koperazzjoni bejn il-Korporazzjoni Telemalta u l-Libyan Jamahirija
Broadcasting iffirmat f’Valletta fl-10 ta’ Awissu, 1984.
Ftehim kummerċjali iffirmat fi Tripoli fid-19 ta’ Diċembru, 1984.
Ftehim biex jiġu regolati servizzi ta’ l-ajru scheduled bejn u lil hinn mit-territorji
rispettivi tagħhom iffirmat fi Tripoli fil-15 ta’ Jannar, 1985.
Ftehim dwar Koperazzjoni iffirmat f’Valletta fil-5 ta’ Novembru, 1985.
Ftehim li jimplimenta l-Artikolu III tal-Ftehim Speċjali u d-Deċiżjoni ta’ l-ICJ
iffirmat f’Valletta fl-10 ta’ Novembru, 1986.
Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali iffirmat f’Valletta fis-6 ta’ Mejju, 1988.
Ftehim dwar it-twaqqif ta’ joint venture company  biex topera u tmexxi
supermarkets fil-Ġemahirija Għarbija Libjana Popolari Soċjalista iffirmat f’Valletta
fit-28 ta’ Ottubru, 1988.
    RATIFIKATA’TRATTATTA’ĦBIBERIJAU
8      KAP. 311.ħ    KOPERAZZJONIBEJNMALTAUL-LIBJA
