KLIEB ġKAP. 312. 
KAPITOLU 312 
ATT DWAR IL-KLIEB
Biex jagħmel disposizzjonijiet ġodda dwar il-klieb, minflok id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar il-Klieb.
(15 ta’ Novembru, 1985)*
Sar liġi bl-ATT XXI ta’ l-1985, kif emendat bl-Att VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor.
Tifsir.
xort’oħra - 
"detentur" tinkludi kull persuna li tkun inkarigata minn jew li
normalment titma’ jew tieħu ħsieb xi kelb;
N.G. Nru. 846 ta’ 
l-1949. 
"dritt preskritt" tfisser id-dritt preskritt taħt ir-Regolamenti ta’ l-
1949 dwar il-Liċenzi tal-Pulizija.
Liċenza. 
xhur jew iżjed mingħajr liċenza maħruġa skond dan l-Att.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu kull
persuna li fil-kustodja jew fil-pussess tagħha, jew li fid-dar jew fil-
post tagħha, jinsab xi kelb bħal dak, titqies li tkun il-persuna li
żżomm dak il-kelb, sakemm ma jiġix pruvat kuntrarju.
(3) Il-prova li kelb ma jkollux iżjed minn sitt xhur tkun għall-
persuna li żżomm il-kelb.
(4) Persuna għamja li żżomm kelb li jintuża biss biex
tiggwidaha tkun eżentata mill-ħlas tad-dritt preskritt.
Applikazzjoni għal 
liċenza.
4. (1) Liċenzi biex jinżammu klieb jinħarġu mill-
Kummissarju tal-Pulizija u jistgħu jinkisbu fuq applikazzjoni lill-
uffiċjal inkarigat minn dawk il-liċenzi mal-ħlas tad-dritt preskritt.
(2) Tkun meħtieġa liċenza separata għal kull kelb.
(3) Ebda persuna ma tikkwalifika biex tikseb liċenza taħt dan l-
Att kemm-il darba din ma tkunx għalqet l-età ta’ tmintax-il sena u
tkun kapaċi li tieħu ħsieb kelb:
Iżda l-kwalifika ta’ l-età ta’ tmintax-il sena ma tapplikax
għal persuni għomja.
Restrizzjonijiet 
dwar it-tiżmim ta’ 
klieb.
Kap. 10.
5. (1) Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jipprojbixxi detentur
ta’ liċenza milli jżomm iktar minn kelb wieħed f’xi dar li tkun
qiegħda f’post abitat fis-sens tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu kull
persuna li fid-dar tagħha jinstabu xi klieb, titqies li tkun il-persuna
li żżomm dawk il-klieb, sakemm ma jiġix ppruvat kuntrarju.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 667 tal-15 ta’ Novembru, 1985.
 2      KAP. 312.ħ      KLIEB
(3) Fil-każ ta’ djar mikrija b’appartamenti, kull parti ta’ dik id-
dar mikrija għaliha, għandha, għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu, titqies li hi dar.
Kap. 10. 
(4) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tolqot xi disposizzjonijiet
tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija dwar it-tiżmim ta’ klieb
f’kerrejjiet.
Midalja.  6. (1) Ma’ kull liċenza maħruġa jew imġedda taħt dan l-Att
għandha tingħata midalja tal-metall li tintlibes mill-kelb li għalih
tirriferi l-liċenza.
(2) Kull midalja għandha ġġib numru u s-sena tal-ħruġ tagħha,
tkun valida għas-sena li matulha tkun inħarġet, u tista’ tiġġedded
għal perijodi ta’ tnax-il xahar li kull wieħed minnhom jibda jgħodd
mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena.
(3) Id-dritt għal liċenza għandha tinkludi l-ispiża tal-midalja. 
(4) Midalja oħra jew midalji oħra, meta hekk meħtieġ, jistgħu
jinħarġu għall-istess kelb matul kull sena li għaliha jkun hemm fis-
seħħ liċenza, mal-ħlas tad-dritt preskritt.
(5) In-numru ta’ kull midalja għandu jitniżżel fuq il-liċenza
mill-uffiċjal li joħroġ dik il-liċenza.
Isem u indirizz fuq 
il-midalja. 
7. Il-Kummissarju tal-Pulizija jista’, wara applikazzjoni,
jinkludi fil-midalja l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-liċenza, mal-
ħlas tad-dritt preskritt.
Użu ta’ midalja.  8. Ebda persuna ma għandha tuża għal xi kelb midalja li
kienet inħarġet jew iġġeddet għal xi kelb ieħor, u s-sid jew id-
detentur ta’ kull kelb li jkun liebes dik il-midalja jitqies li hu l-
persuna li wżat dik il-midalja bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, kemm-il darba ma jiġix pruvat kuntrarju.
Wiri ta’ midalja.  9. (1) Kull uffiċjal tal-Pulizija jista’ jaqbad u jżomm xi kelb
sabiex jeżamina l-midalja milbusa mill-kelb.
(2) Kull uffiċjal tal-Pulizija jista’ jeħtieġ lis-sid jew lid-
detentur ta’ kelb li jipproduċi u jagħtih fi żmien sebat ijiem il-
liċenza dwar il-kelb sabiex jeżaminaha.
Talba għal għoti 
lura tal-kelb.
10. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, kull
uffiċjal tal-Pulizija jista’ jaqbad kull kelb li jkun qed jiġġerra u
jżommu sakemm il-kelb ma jiġix mitlub lura minn sidu jew mid-
detentur tiegħu, u dan jipproduċi l-liċenza dwar dak il-kelb, u
jħallas l-ispejjeż kollha li jkunu saru biex jinżamm dak il-kelb.
(2) Jekk il-kelb ma jiġix mitlub lura jew il-liċenza dwaru ma
tiġix prodotta jew l-ispejjeż imsemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu ma jitħallsux fi żmien sebat ijiem minn meta jinqabad il-
kelb, dan il-kelb jiġi distrutt jew isir minnu xort’oħra mill-Pulizija.
(3) Il-ħlas ta’ l-ispejjeż kif provdut fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu ma jeħlisx lis-sid jew lid-detentur tal-kelb minn xi
responsabbiltà oħra taħt dan l-Att.
KLIEB ġKAP. 312. 
Setgħa għall-qbid 
ta’ klieb f’xi 
każijiet. 
11. Kull uffiċjal tal-Pulizija jista’ wkoll jaqbad u jżomm kelb
li jaħbat għal xi persuna, jew għal xi żiemel jew annimal ieħor
mirkub armat f’vettura, jew ifixkel xi vettura miexja b’mod li
jdejjaq jew li jkun ta’ perikolu, u f’dak il-każ id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 10 ta’ dan l-Att għandhom japplikaw.
Uffiċjal tal-Pulizija 
jinkludi persuni 
awtorizzati. 
12. Għall-finijiet ta’ l-artikoli 9, 10 u 11 ta’ dan l-Att "uffiċjal
tal-Pulizija" tinkludi kull persuna awtorizzata mill-Ministru
responsabbli għall-Pulizija biex taqdi xi wħud mill-funzjonijiet tal-
Pulizija taħt id-disposizzjonijiet ta’ dawk l-artikoli.
Persuna li ssib xi 
kelb jiġġerra 
waħdu.
13. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, kull persuna
barra minn uffiċjal tal-Pulizija, li tieħu fil-pussess tagħha kelb li
jkun qed jiġġerra għandha -
(a) tagħti lura l-kelb lil sidu jew lid-detentur tiegħu, jekk
dan ikun magħruf; jew
(b) tieħu lill-kelb fl-eqreb għassa tal-Pulizija u tgħarraf
lill-uffiċjal tal-Pulizija inkarigat minn dik l-għassa
fejn sabet il-kelb u ma’ dan japplikaw għal dak il-kelb
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 ta’ dan l-Att.
Klieb perikolużi. 
għan-nies, jonqos li jżomm il-kelb taħt kontroll, dan ikun ħati ta’
reat u jeħel, meta jinsab ħati, ammenda ta’ ħames liri u l-qorti
għandha tordna lill-Pulizija li tiddistruġġi l-kelb għas-spejjeż ta’
sidu jew tad-detentur tiegħu minkejja li l-kelb jista’ jkollu sid jew
detentur ġdid.
(2) Ma jkunx meħtieġ għall-prosekuzzjoni biex tipprova li s-sid
jew id-detentur kien jaf li l-kelb kien perikoluż biex il-qorti tordna
li jiġi distrutt il-kelb kif provdut fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu.
(3) Jekk il-persuna akkużata kif provdut fis-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu tkun għal xi raġuni meħlusa mill-akkuża, il-qorti
għandha, xorta waħda, jekk tkun sodisfatta li l-kelb hu perikoluż,
tordna li dan jiġi distrutt.
(4) Kelb li jkun gidem jew ħabat għal xi persuna jitqies li hu
perikoluż, kemm-il darba ma jiġix pruvat kuntrarju.
Appell mill-
Avukat Ġenerali. 
Emendat: 
VIII.1990.3. 
Kap. 9. 
15. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, l-
Avukat Ġenerali dejjem ikollu jedd għal appell lill-Qorti ta’ l-
Appell Kriminali minn kull deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-
Maġistrati dwar proċedimenti li jinqalgħu mid-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 14 ta’ dan l-Att.
Suspett ta’ rabbja 
jew mard ieħor li 
jittieħed. 
Kap. 36.
16. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar
it-Tħaris mill-Mard, u ta’ kull liġi oħra, kull meta persuna
tissuspetta li kelb ikollu r-rabbja jew xi marda oħra li tittieħed min-
nies tgħarraf lil xi uffiċjal tal-Pulizija bis-suspett tagħha u l-post
fejn jinsab il-kelb, jew xi uffiċjal tal-Pulizija jkollu dak is-suspett
dwar xi kelb, dak l-uffiċjal għandu minnufih jagħti dak it-tagħrif li
jkun irċieva lill-Veterinarju Prinċipali jew lil Veterinarju ieħor tal-
Gvern u dan għandu jaġixxi fuq il-parir tiegħu.
 4      KAP. 312.ħ      KLIEB
(2) Jekk il-Veterinarju li jkun hekk mgħarraf ikun tal-fehma li
jkun hemm raġuni xierqa jissuspetta r-rabbja jew xi marda oħra li
tittieħed min-nies dan għandu jgħarraf minnufih lis-Suprintendent
tas-Saħħa Pubblika li għandu jagħti dawk id-direttivi li jkunu
meħtieġa sabiex titħares is-saħħa pubblika.
Reati u pieni.  17. Kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att tkun ħatja ta’ reat u meta tinsab ħatja
tista’ teħel għal kull reat, kemm-il darba m’hemmx provdut piena
ikbar taħt xi liġi oħra, ammenda ta’ ħames liri.
Applikazzjoni ta’ l-
artikolu 321 tal-
Liġijiet tal-
Pulizija.
Kap. l0.
18. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 321 tal-Kodiċi tal-Liġijiet
tal-Pulizija għandhom japplikaw għal kull reat taħt dan l-Att jew
għal kull regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu.
Regolamenti. 19. Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jista’ minn żmien
għal żmien jagħmel regolamenti sabiex jingħata effett lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, bla ħsara għall-ġeneralità ta’ dak li
ntqal qabel, jista’ jagħmel regolamenti - 
(a) sabiex jippreskrivu għal sarima u t-tiżmim tal-klieb
taħt kontroll;
(b) sabiex jippreskrivu u jirregolaw li l-klieb ikunu lebsin,
meta jkunu f’ċerti postijiet pubbliċi, kullar bl-isem u
bl-indirizz tas-sid jew tad-detentur tiegħu iskritti jew
fuq il-kullar jew fuq pjanċa jew medalja mwaħħla
miegħu;
(ċ) sabiex ma jħallux li klieb jew lil xi klassi tal-klieb
jitħallew jiġġerrew waqt is-sigħat kollha jew x’uħud
mis-sigħat bejn inżul u tlugħ ix-xemx;
(d) sabiex jirregolaw u jikkontrollaw it-tiżmim ta’ klieb
f’xi ċirkostanzi partikolari;
(e) sabiex ma jitħalliex li klieb iħammġu l-bankini u t-
toroq;
(f) sabiex jippreskrivu u jirregolaw il-qbid, it-tiżmim u t-
tneħħija, inkluż id-distruzzjoni ta’ klieb li jkunu qed
jiġġerrew jew ta’ klieb li ma jkollhomx sarima jew li
ma jkunux miżmuma taħt kontroll;
(g) sabiex jippreskrivu d-drittijiet u l-ispejjeż għat-tiżmim
ta’ klieb u l-ġbir ta’ dawk id-drittijiet u spejjeż
mingħand is-sidien jew mingħand id-detenturi;
(h) sabiex jippreskrivu l-ktieb li għandu jinżamm mid-
detenturi ta’ liċenzi ta’ ħwienet tal-pets u negozjanti
tal-klieb, u t-tagħrif li għandu jitniżżel f’dak il-ktieb
dwar kull kelb mibjugħ u dwar min jixtrih;
(i) sabiex jipprovdu li kull persuna li tikser jew li tonqos
li tħares xi regolamenti magħmula taħt dan l-Att tkun
ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, pieni li ma
jkunux iktar minn ammenda;
(j) sabiex jippreskrivu kull ħaġa li tista’ tiġi preskritta; u
KLIEB ġKAP. 312. 
(k) b’mod ġenerali għal kull għan ieħor li jkollu x’jaqsam
mat-tħaddim tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
