DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI ġ K AP. 313.    1
KAPITOLU 313
ATT DWAR DESKRIZZJONIJIET 
KUMMERĊJALI 
Biex jipprovdi għal disposizzjonijiet li jipprojbixxu deskrizzjoni ħażina
ta’ oġġetti, servizzi, akkomodazzjoni u faċilitajiet provduti għall-kummerċ;
li jipprojbixxu tagħrif falz jew indikazzjoni qarrieqa dwar prezzijiet ta’
oġġetti, u dwar ħwejjeg oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ dan jew konnessi
miegħu.
1 ta’ Settembru, 1986
L-ATT XXII ta’ l-1986, kif emendat bl-Atti XXVIII ta’ l-1994 u XIX ta’ l-
2000.
Titolu. 
Kummerċjali.
Tifsir.
Emendat: 
XXVIII.1994.45;
XIX. 2000.22.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 378.
"għaqda ta’ konsumaturi reġistrata" tfisser għaqda ta’
konsumaturi reġistrata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Affarijiet tal-Konsumatur;
Kap. 419.
"marka ta’ konformità " ikollha l-istess tifsira bħal dik lilha
mogħtija fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Awtorità  Maltija dwar l-
iStandards;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-
konsumatur; 
"oġġetti" tfisser oġġetti li jiġu offruti għall-bejgħ
kummerċjalment f’Malta jew barra minn Malta;
"persuna" tinkludi wkoll enti morali mwaqqfa b’liġi u
dipartiment tal-Gvern;
"post" tinkludi kull post u kull posta jew vettura;
"reklam" tinkludi katalgu, ċirkolari u lista tal-prezzijiet;
"servizzi" tfisser kull servizz offrut kummer_jalment f’Malta jew
barra minn Malta.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, deskrizzjoni jew dikjarazzjoni
kummerċjali pubblikata f’xi gazzetta, ktieb jew perijodiku, jew f’xi
film jew xandira bis-smigħ jew bit-televiżjoni ma titqiesx li hi
deskrizzjoni kummerċjali applikata jew dikjarazzjoni magħmula
fil-kummerċ jew fin-negozju kemm-il darba ma tkunx reklam jew
parti minn reklam.
Projbizzjoni ta’ 
deskrizzjonijiet 
kummerċjali foloz.
3. (1) Kull persuna, li fil-kummerċ jew fin-negozju - 
(a) tapplika deskrizzjoni kummerċjali falza għal xi
oġġetti; jew
(b) tipprovdi jew toffri li tipprovdi xi oġġetti li għalihom
  2      KAP. 313. ħ         DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI
hija applikata deskrizzjoni kummerċjali falza,
tkun, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ħatja ta’ reat.
(2) L-artikoli minn 4 sa 8 ta’ dan l-Att għandu jkollhom effett
għall-finijiet ta’ dan l-artikolu u għat-tifsir ta’ espressjonijiet użati
f’dan l-artikolu, kull fejn jinsabu f’dan l-Att.
Deskrizzjoni 
kummerċjali.
Emendat:
XIX. 2000.22.
4. (1) Deskrizzjoni kummerċjali hija indikazzjoni, diretta jew
indiretta, ikun x’ikun il-mezz, ta’ xi waħda mill-ħwejjeġ li ġejjin
dwar xi oġġetti jew partijiet minn oġġetti jew skond il-każ, dwar
kull servizz jew parti minn servizz, jiġifieri:
(a) kwantità , daqs jew qies;
(b) metodu ta’ manifattura, produzzjoni, proċessar jew
rikondizzjoni;
(ċ) komposizzjoni;
(d) adattament għal għan, saħħa, funzjonament, imġieba
jew preċiżjoni;
(e) kull karatteristika fiżika li mhix inkluża fil-paragrafi
ta’ qabel dan;
(f) provi minn xi persuna u r-riżultati tagħhom;
(g) approvazzjoni minn xi persuna jew konformità  ma’
xorta approvata minn xi persuna;
(h) l-użu ta’ xi marka ta’ konformità , jew ta’ xi
imitazzjoni tagħha li x’aktarx tqarraq, jew ta’ xi
indikazzjoni jew dikjarazzjoni oħra li x’aktarx
tiftiehem bħala, li tindika li l-oġġetti jew is-servizzi
ikunu konformi ma’ standards maħruġin minn xi korp
jew awtorità ;
(i) post jew data ta’ manifattura, produzzjoni, proċessar
jew rikondizzjoni;
(j) il-persuna li tkun immanifatturat, ipproduċiet,
ipproċessat jew irrikondizzjonat;
(k) storja oħra, inkluż proprjetarju ta’ qabel jew użu
preċedenti;
(l) garanzija dwar tiswija jew sostituzzjoni; 
(m) data ta’ skadenza jew ħajja fuq l-ixkaffa.
(2) Il-ħwejjeġ speċifikati fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandhom, dwar xi annimal, jitqiesu li jinkludu sess, razza jew
taħlita ta’ razez, fertilità  u saħħa.
(3) F’dan l-artikolu "kwantità " tinkludi tul, wisgħa, għoli,
area, volum, kapaċità , piż u numru.
Deskrizzjoni 
kummerċjali falza.
5. (1) Deskrizzjoni kummerċjali falza hija deskrizzjoni
kummerċjali li hi falza fi grad rilevanti.
(2) Deskrizzjoni kummerċjali li, għalkemm ma tkunx falza,
tkun qarrieqa, jiġifieri, x’aktarx tittieħed għal dik l-indikazzjoni ta’
xi waħda mill-ħwejjeġ speċifikati fl-artikolu 4 ta’ dan l-Att li tkun
falza fi grad rilevanti, titqies li hija deskrizzjoni kummerċjali falza.
DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI ġ K AP. 313.    3
(3) Kull ħaġa li, għalkemm ma tkunx deskrizzjoni kummerċjali
x’aktarx tittieħed bħala indikazzjoni ta’ xi waħda minn dawk il-
ħwejjeġ u, bħala indikazzjoni, hekk tkun falza fi grad rilevanti,
titqies li hi deskrizzjoni kummerċjali falza.
(4) Indikazzjoni falza, jew kull ħaġa li x’aktarx tittieħed bħala
indikazzjoni li hi falza, li xi oġġetti jkunu skond standard
speċifikat jew magħruf minn xi persuna jew li tiftiehem li hi
approvata minn xi persuna għandha titqies li hi deskrizzjoni falza,
jekk ma jkun hemm ebda persuna bħal dik jew ebda standard hekk
speċifikat, magħruf jew mifhum.
Applikazzjoni ta’ 
deskrizzjoni 
kummerċjali. 
6. (1) Persuna tapplika deskrizzjoni kummerċjali għal oġġetti
jekk -
(a) twaħħalha jew tehmiżha ma’ jew b’xi mod timmarka
fuq jew tinkorporaha ma’ - 
(i) l-oġġetti nnifishom, jew
(ii) xi ħaġa li fiha, fuqha jew magħha l-oġġetti jiġu
provduti; jew
(b) tqiegħed l-oġġetti f’xi ħaġa, fuq xi ħaġa jew ma’ xi
ħaġa li magħha d-deskrizzjoni tkun imwaħħla jew
mehmuża ma’, immarkata fuq jew inkorporata ma’,
jew tqiegħed xi ħaġa ma’ l-oġġetti; jew
(ċ) tuża d-deskrizzjoni kummerċjali b’xi mod li x’aktarx
jitqies bħala li jirriferi għall-oġġetti.
(2) Dikjarazzjoni verbali tista’ tammonta għal użu ta’
deskrizzjoni kummerċjali.
(3) Meta oġġetti jiġu provduti fuq talba li fiha tintuża
deskrizzjoni kummerċjali u ċ-ċirkostanzi jkunu hekk li jkun xieraq
li tifhem li l-oġġetti jkunu pprovduti bħala oġġetti li jaqblu ma’ dik
id-deskrizzjoni kummerċjali, il-persuna li tipprovdi l-oġġetti
għandha titqies li tkun applikat dik id-deskrizzjoni kummerċjali
għall-oġġetti.
Deskrizzjonijiet 
kummerċjali użati 
f’reklami.
7. (1) Id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-artikolu għandu
jkollhom effett meta f’reklam tintuża deskrizzjoni kummerċjali
dwar xi klassi ta’ oġġetti.
(2) Id-deskrizzjoni kummerċjali għandha titqies li tirreferi
għall-oġġetti kollha tal-klassi, sew jekk teżisti jew ma teżistix fil-
ħin li jiġi ppublikat ir-reklam -
(a) sabiex jiġi stabbilit jekk ir-reat ikunx sar taħt il-
paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan
l-Att; u
(b) meta l-oġġetti tal-klassi jkunu provduti jew offerti li
jiġu provduti minn persuna li tippubblika jew turi r-
reklam, ukoll sabiex jiġi stabbilit jekk ir-reat ikunx sar
taħt il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’ l-imsemmi
artikolu 3.
(3) Sabiex jiġi stabbilit għall-finijiet ta’ dan l-artikolu jekk xi
oġġetti jkunux ta’ klassi li għaliha tirreferi deskrizzjoni
kummerċjali wżata f’reklam, għandhom jitqiesu mhux biss il-forma
  4      KAP. 313. ħ         DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI
u l-kontenut tar-reklam iżda wkoll il-ħin, il-post, il-mod u l-
frekwenza tal-pubblikazzjoni tiegħu u l-ħwejjeġ l-oħra kollha li
jagħmluh jew ma jagħmluhx hekk li x’aktarx persuna li lilha jiġu
provduti l-oġġetti taħseb li l-oġġetti jkunu tal-klassi li għaliha tkun
użata d-deskrizzjoni kummerċjali fir-reklam.
Offerta għal 
provvista. 
8. Persuna, li turi l-oġġetti li jkollha bi provvista jew li
jkollha fil-pussess tagħha biex tipprovdi, titqies li qed toffri biex
tipprovdihom.
Ordnijiet dwar 
tifsir.
Emendat:
XIX. 2000.22.
9. Meta fil-fehma tal-Ministru - 
(a) ikun fl-interess ta’ persuni li lilhom xi oġġetti jew
servizzi huma provduti; jew
(b) ikun fl-interess ta’ persuni li jesportaw xi oġġetti jew
servizzi u mhux kontra l-interess tal-persuni li lilhom
jiġu provduti f’Malta dawk l-oġġetti jew servizzi,
li xi espressjonijiet użati dwar l-oġġetti jew servizzi għandhom
jiftiehmu bħala li għandhom tifsir definit, il-Ministru jista’ b’ordni
jagħti dak it-tifsir jew - 
(i) lil dawk l-espressjonijiet meta wżati waqt
kummerċ jew negozju bħala, jew bħala parti
minn, deskrizzjoni kummerċjali applikata għall-
oġġetti jew servizzi; jew
(ii) għal dawk l-espressjonijiet meta wżati f’dawk
iċ- ċirkostanzi li jistgħu jiġu speċifikati fl-ordni,
u meta jingħata tifsir bħal dak lil espressjoni din titqies għall-
finijiet ta’ dan l-Att li għandha dak it-tifsir meta wżata kif imsemmi
fil-paragrafu (i) jew, skond il-każ, il-paragrafu (ii) ta’ dan l-
artikolu.
Ordnijiet dwar 
marki. 
10. (1) Meta fil-fehma tal-Ministru jkun meħtieġ jew
spedjenti fl-interess tal-persuni li lilhom jiġu provduti xi oġġetti li
l-oġġetti għandhom ikunu mmarkati jew ikollhom magħhom xi
tagħrif (sew jekk jammonta għal deskrizzjoni kummerċjali jew
jinkludiha) jew istruzzjoni dwar l-oġġetti, il-Ministru jista’, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, b’ordni jimponi ħtiġiet
biex jiġi żgurat li l-oġġetti jkunu hekk immarkati jew ikollhom it-
tagħrif magħhom, u jirregola u jipprojbixxi l-provvista ta’ oġġetti li
dwarhom il-ħtiġiet ma jitħarsux; u l-ħtiġiet jistgħu jestendu għall-
forma u l-mod kif għandu jingħata t-tagħrif jew l-istruzzjoni.
(2) Meta jkun fis-seħħ xi ordni magħmul taħt dan l-artikolu
dwar oġġetti ta’ xi deskrizzjoni, kull persuna li, f’xi kummerċ jew
negozju, tipprovdi jew toffri li tipprovdi oġġetti ta’ dik id-
deskrizzjoni bi ksur ta’ l-ordni tkun, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, ħatja ta’ reat.
(3) Ordni taħt dan l-artikolu jista’ jipprovdi b’mod differenti
għal ċirkostanzi differenti u jista’, fil-każ ta’ oġġetti provduti
f’ċirkostanzi fejn it-tagħrif jew l-istruzzjoni meħtieġa bl-ordni ma
jitwasslux ħlief wara l-konsenja, jeħtieġ li t-tagħrif jew l-
istruzzjoni sħiħa jew parti minnhom jiġu murija ħdejn l-oġġetti.
DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI ġ K AP. 313.    5
Tagħrif, eċċ., li 
jingħata f’reklami.
Emendat:
XIX. 2000.22.
11. (1) Meta fil-fehma tal-Ministru jkun meħtieġ jew
spedjenti li fl-interess tal-persuna li lilha għandhom jiġu provduti
xi oġġetti jew servizzi li xi deskrizzjoni ta’ reklam ta’ l-oġġetti jew
servizzi għandu jkollha fiha jew tirreferi għal xi tagħrif (sew jekk
jammonta għal deskrizzjoni kummerċjali u sew jekk le) dwar l-
oġġetti jew servizzi, il-Ministru jista’, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, b’ordni jimponi l-ħtiġiet dwar id-
dħul ta’ dak it-tagħrif, jew ta’ indikazzjoni tal-mezz li bih jista’
jinkiseb, f’dik id-deskrizzjoni tar-reklam ta’ l-oġġetti jew servizzi,
kif jista’ jiġi speċifikat fl-ordni.
(2) Ordni taħt dan l-artikolu jista’ jispeċifika l-forma u l-mod
li bih xi tagħrif bħal dak jew indikazzjoni bħal dik jistgħu jidħlu
f’reklam ta’ xi deskrizzjoni u jista’ jagħmel disposizzjonijiet
differenti għal ċirkostanzi differenti.
(3) Meta reklam ta’ xi oġġetti jew servizzi li jiġu provduti f’xi
kummerċ jew negozju jonqos li jħares xi ħtieġa imposta b’dan l-
artikolu, kull persuna li tippubblika r-reklam tkun, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ħatja ta’ reat.
Disposizzjonijiet 
supplimentari 
għall-artikoli 10 u 
11.
12. Ħtieġa imposta b’ordni taħt l-artikolu 10 jew l-artikolu 11
ta’ dan l-Att dwar xi oġġetti ma tkunx limitata għal oġġetti
fabbrikati jew prodotti f’xi pajjiż wieħed jew f’xi pajjiż wieħed
fost numru ta’ pajjiżi jew għal oġġetti fabbrikati jew prodotti barra
xi pajjiż wieħed jew iktar, kemm-il darba - 
(a) ma tkunx imposta dwar deskrizzjoni ta’ oġġetti f’liema
każ il-Ministru jkun sodisfatt li l-interess tal-persuni
f’Malta li lilhom jiġu provduti oġġetti ta’ dik id-
deskrizzjoni jkun imħares b’mod xieraq jekk il-ħtieġa
tiġi hekk limitata; u
(b) il-Ministru jkun sodisfatt li l-ordni jkun jaqbel ma’ l-
obbligi internazzjonali ta’ Malta.
Indikazzjonijiet 
foloz jew qarrieqa 
dwar il-prezz ta’ 
oġġetti.
13. (1) Jekk xi persuna li toffri li tipprovdi oġġetti jew
servizzi ta’ xi deskrizzjoni tagħti, b’xi mezz ikun li jkun, xi
indikazzjoni falza fis-sens li l-prezz li bih l-oġġetti jew is-servizzi
qed jiġu offerti jkun daqs jew inqas minn - 
(i) il-prezz stabbilit mill-fabbrikant, jew mill-
importatur jew minn xi awtorità  għal dawk l-
oġġetti jew servizzi; jew
(ii) il-prezz li bih l-oġġetti jew servizzi, jew oġġetti
jew servizzi ta’ l-istess deskrizzjoni kienu qabel
offerti minnha, 
jew ikun inqas minn dak il-prezz b’ammont speċifikat, tkun, skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ħatja ta’ reat.
(2) Jekk xi persuna li toffri li tipprovdi xi oġġetti jew servizzi
tagħti, b’xi mezz ikun li jkun, xi indikazzjoni li x’aktarx tittieħed
bħala indikazzjoni li l-oġġetti jew li s-servizzi qed jiġu offerti bi
prezz inqas minn dak li fil-fatt qed jiġi offert tkun, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ħatja ta’ reat.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu indikazzjoni li l-oġġetti jew
servizzi kienu qabel qed jiġu offerti bi prezz ogħla jew bi prezz
  6      KAP. 313. ħ         DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI
partikolari - 
(a) għandha titqies bħala indikazzjoni li ġew offerti mill-
persuna li tagħti l-indikazzjoni kemm-il darba ma jiġix
espressament dikjarat li ġew hekk offerti minn
ħaddieħor u ma kienx espress jew mifhum li dawn
kienu offerti, jew setgħu ġew hekk offerti, ukoll minn
dik il-persuna; u
(b) għandha titqies, kemm-il darba ma jkunx espress
kuntrarju, bħala indikazzjoni li ġew hekk offerti matul
is-sitt xhur ta’ qabel għal perijodu kontinwu ta’ mhux
inqas minn tmienja u għoxrin jum.
Rappreżentazzjoni 
falza dwar premju, 
award jew 
approvazzjoni.
14. (1) Jekk xi persuna, f’xi kummerċ jew negozju tagħti, b’xi
mezz ikun li jkun, xi indikazzjoni falza, diretta jew indiretta, li xi
oġġetti jew servizzi provduti minnha jew xi metodi wżati minnha
huma ta’ xorta li jkunu ngħataw xi premju jew xi award, jew ikunu
ta’ xorta provduti lil jew approvati minn xi persuna jew awtorità,
tkun, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ħatja ta’ reat.
(2) Jekk xi persuna waqt xi kummerċ jew negozju, tuża
mingħajr l-awtorità  xierqa xi disinn jew emblema li turi xi award,
premju jew approvazzjoni jew xi ħaġa li hekk tixbah dak id-disinn
jew l-emblema li x’aktarx tqarraq, tkun, skond dan l-Att, ħatja ta’
reat.
Dikjarazzjonijiet 
foloz jew qarrieqa 
dwar servizzi, eċċ.
15. (1) Ikun reat li xi persuna f’xi kummerċ jew negozju -
(a) tagħmel dikjarazzjoni li tkun taf li hi falza; jew
(b) bi traskuraġni tagħmel dikjarazzjoni li hi falza, dwar xi
waħda mill-ħwejjeġ li ġejjin, jiġifieri:
(i) l-għoti f’xi kummerċ jew negozju ta’ xi servizzi,
akkomodazzjoni jew faċilitajiet;
(ii) ix-xorta ta’ xi servizzi, akkomodazzjoni jew
faċilitajiet provduti f’xi kummerċ jew negozju;
(iii) iż-żmien li fih, il-mod li bih jew il-persuni li
jipprovdu xi servizzi, akkomodazzjoni jew
faċilitajiet;
(iv) l-eżami, l-approvazzjoni jew l-istima minn xi
persuna ta’ xi servizzi, akkomodazzjoni jew
faċilitajiet provduti; jew
(v) il-qagħda u l-amenitajiet ta’ xi akkomodazzjoni
hekk provduta.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) kull ħaġa (sew jekk tkun saret dikjarazzjoni jew le
dwar xi waħda mill-ħwejjeġ speċifikati fis-subartikolu
ta’ qabel dan) li x’aktarx tittieħed bħala dikjarazzjoni
għal xi waħda minn dawk il-ħwejjeġ li tkun falza
titqies li hi dikjarazzjoni falza dwar dik il-ħaġa; u
(b) dikjarazzjoni magħmula mingħajr ħsieb jekk hijiex
vera jew falza titqies li tkun saret bi traskuraġni, sew
jekk il-persuna li tagħmilha jkollha raġunijiet li taħseb
li hi falza u sew jekk le.
DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI ġ K AP. 313.    7
(3) Dwar xi servizzi li jikkonsistu fl-applikazzjoni jew
jinkludu l-applikazzjoni ta’ xi trattament jew proċess jew fl-egħmil
ta’ xi tiswija, il-ħwejjeġ speċifikati fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu għandhom jitqiesu li jinkludu l-effett tat-trattament,
proċess jew tiswija.
(4) F’dan l-artikolu "falz" tfisser falz fi grad rilevanti u
"servizzi" ma tinkludi ebda ħaġa magħmula taħt kuntratt ta’
impieg, jew apprendistat jew kuntratt ieħor simili.
Ordnijiet li jfissru 
espressjonijiet 
għall-finijiet ta’ l-
artikolu 15. 
16. Meta fil-fehma tal-Ministru jkun fl-interess tal-persuni li
għalihom jiġu provduti f’kummerċ jew negozju xi servizzi,
akkomodazzjoni jew faċilitajiet li xi espressjonijiet użati dwarhom
għandhom jiftiehmu bħala li għandhom tifsir definit, il-Ministru
jista’ b’ordni jagħti dawk it-tifsiriet lil dawk l-espressjonijiet meta
wżati bħala, jew bħala parti minn, dawk id-dikjarazzjonijiet kif
imsemmija fl-artikolu 15 ta’ dan l-Att dwar dawk is-servizzi,
akkomodazzjoni jew faċilitajiet; u meta dak it-tifsir ikun hekk
mogħti lil espressjoni din għandha titqies għall-finijiet ta’ dan l-Att
li għandha dak it-tifsir meta hekk użata.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni ta’ 
oġġetti li jkollhom 
indikazzjoni falza 
ta’ oriġini.
17. Meta deskrizzjoni kummerċjali falza tkun applikata għal xi
oġġetti barra minn Malta u l-indikazzjoni falza, jew waħda mill-
indikazzjonijiet foloz, mogħtija, jew li x’aktarx jitqiesu bħala li
ngħataw, tkun indikazzjoni tal-post tal-fabbrikazzjoni, produzzjoni,
ipproċessar jew rikondizzjonar ta’ l-oġġetti jew xi parti minnhom,
l-oġġetti m’għandhomx jiġu mportati f’Malta.
Pieni għal reati. 
Emendat:
XIX. 2000.22.
18. (1) Bla ħsara għal kull responsabbiltà  taħt xi liġi oħra,
persuna misjuba ħatja ta’ reat taħt dan l-Att, barra minn reat taħt l-
artikolu 23 jew 24 ta’ dan l-Att, teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’
mhux inqas minn mitt lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
(2) F’kull każ ta’ sejbien ta’ ħtija għal reat kontra dan l-Att, il-
Qorti tista’, u fuq talba tal-prosekuzzjoni għandha:
(a) tordna l-konfiska ta’ kull oġġett li jkollu x’jaqsam
mar-reat; u
(b) tissospendi għal żmien mhux iktar minn tliet xhur hekk
kif il-qorti tista’ tqis adattat kull liċenza f’isem il-
persuna li tinsab ħatja dwar il-forniment ta’ oġġetti
jew l-għoti ta’ servizzi.
Reati minħabba 
ħtija ta’ persuni 
oħra.
19. Meta egħmil jew ommissjoni li jikkostitwixxu reat taħt dan
l-Att li jkunu magħmula jew ommessi minn xi persuna jkunu
minħabba l-egħmil jew nuqqas ta’ xi persuna oħra, dik il-persuna l-
oħra tkun ħatja tar-reat, u persuna tista’ tiġi akkużata u misjuba
ħatja tar-reat bis-saħħa ta’ dan l-artikolu sew jekk jittieħdu
proċedimenti kontra l-persuna l-ewwel imsemmija u sew jekk le.
Difiża ta’ żball jew 
aċċident.
20. (1) F’kull proċedimenti għal reat taħt dan l-Att, u bla
ħsara għas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, tkun difiża li persuna
akkużata tipprova -
(a) li l-egħmil tar-reat ikun minħabba żball jew għax tkun
qagħdet fuq tagħrif mogħti lilha jew minħabba l-
  8      KAP. 313. ħ         DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI
egħmil jew in-nuqqas ta’ persuna oħra, jew minħabba
aċċident jew xi kawża oħra li ma tkunx taħt il-kontroll
tagħha; u
(b) li tkun ħadet il-prekawzjonijiet xierqa kollha u
eżerċitat id-diliġenza xierqa kollha biex tevita l-
egħmil ta’ reat bħal dak minnha jew minn kull persuna
taħt il-kontroll tagħha.
(2) Jekk f’xi każ id-difiża provduta bis-subartikolu ta’ qabel
dan timplika l-allegazzjoni li l-egħmil tar-reat kien minħabba l-
egħmil jew nuqqas ta’ xi persuna oħra jew li persuna tkun qagħdet
fuq tagħrif mogħti lilha minn persuna oħra, il-persuna akkużata ma
jkollhiex jedd tistrieħ fuq dik id-difiża kemm-il darba minnufih
wara li tinqara l-akkuża ma tkunx innotifikat lill-prosekutur
b’avviż bil-miktub li bih jagħti dak it-tagħrif u li dak il-ħin ikun fil-
pussess tagħha li jidentifika jew igħin biex jidentifika lil dik il-
persuna l-oħra.
(3) F’kull proċedimenti taħt dan l-Att għal reat dwar provvista
jew offerta għal provvista ta’ oġġetti li għalihom tiġi applikata
deskrizzjoni kummerċjali falza tkun difiża għall-persuna akkużata
li tipprova li ma kenitx taf, u ma setgħetx b’diliġenza xierqa tiżgura
li l-oġġetti ma kienux jaqblu mad-deskrizzjoni jew li d-deskrizzjoni
kienet ġiet applikata għall-oġġetti.
Pubblikazzjoni 
innoċenti ta’ 
reklam.
21. Fi proċedimenti għal reat taħt dan l-Att li jkun sar bil-
pubblikazzjoni ta’ reklam tkun difiża għall-persuna akkużata li
tipprova li hi tkun persuna li x-xogħol tagħha hu li tippubblika jew
tagħmel arranġamenti għall-pubblikazzjoni ta’ reklami u li tkun
irċeviet ir-reklam għall-pubblikazzjoni fil-kors normali tax-xogħol
u li ma kenitx taf u li ma kellha ebda raġuni tissuspetta li l-
pubblikazzjoni tiegħu jkun jammonta għal reat taħt dan l-Att.
Setgħa għal dħul 
f’post u għal 
spezzjoni u qbid ta’ 
oġġetti u 
dokumenti.
Emendat: 
XXVIII.1994.45.
22. (1) Bla ħsara għas-setgħat u dmirijiet tal-Pulizija
Esekuttiva, kull uffiċjal pubbliku fid-Dipartiment għall-Affarijiet
tal-Konsumatur awtorizzat kif imiss mill-Ministru jista’, fil-ħinijiet
kollha xierqa u mal-produzzjoni, jekk meħtieġa, tal-kredenzjali
tiegħu, jeżerċita s-setgħat li ġejjin, jiġifieri - 
(a) hu jista’, sabiex jiżgura jekk xi reat taħt dan l-Att
ikunx sar, jispezzjona kull oġġett u jidħol f’kull post
barra minn post użat biss għal abitazzjoni;
(b) jekk ikollu raġuni xierqa jissuspetta li reat taħt dan l-
Att ikun sar, hu jista’, sabiex jiżgura jkunx sar jew le,
jirrikjedi lil kull persuna li tkun qed tmexxi kummerċ
jew negozju jew impjegata f’kummerċ jew negozju li
tipproduċi kull kotba jew dokumenti dwar il-kummerċ
jew in-negozju u jista’ jagħmel kopja ta’ kull ktieb jew
dokument bħal dawk jew reġistrazzjonijiet;
(ċ) jekk ikollu raġuni xierqa jaħseb li jkun sar reat taħt
dan l-Att, jista’ jaqbad u jżomm kull oġġett sabiex
jiżgura b’testijiet jew xort’oħra, jekk ikunx sar jew le
r-reat;
(d) jista’ jaqbad u jżomm kull oġġett jew dokument li
jkollu raġuni jaħseb li jistgħu jkunu meħtieġa bħala
DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI ġ K AP. 313.    9
prova fil-proċedimenti għal reat taħt dan l-Att;
(e) hu jista’, sabiex ikun jista’ jeżerċita s-setgħat tiegħu
taħt dan is-subartikolu jaqbad oġġetti, iżda biss jekk u
safejn ikun b’mod raġonevoli meħtieġ sabiex jiżgura li
jkunu qed jitħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
ta’ kull ordni magħmul bis-saħħa tiegħu, jeħtieġ lil
kull persuna li jkollha l-awtorità  li tagħmel hekk li
tikser kull reċipjent jew tiftaħ kull vending machine u,
jekk dik il-persuna ma tagħmilx hekk, hu jista’
jagħmel hekk hu nnifsu.
(2) Uffiċjal pubbliku awtorizzat kif imiss kif intqal qabel li
jaqbad xi oġġetti jew dokumenti fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu
taħt dan l-artikolu għandu jgħarraf lill-persuna li mingħandha
jinqabdu u, fil-każ ta’ oġġetti maqbuda minn vending machine, lill-
persuna li isimha u l-indirizz tagħha jkunu mniżżlin fuq il-makna
bħala li hi l-proprjetarja, jew jekk tali isem u indirizz ma jkunux
imniżżlin, lill-okkupant tal-post fejn tkun imqiegħda jew imwaħħla
l-makna.
(3) Uffiċjal li jidħol f’xi post bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jista’
jieħu miegħu lil dawk il-persuni l-oħra awtorizzati mill-Ministru u
dak it-tagħmir li jidhirlu meħtieġ.
Kxif ta’ tagħrif, 
eċċ. 
23. Bla ħsara għal kull responsabbiltà  oħra taħt din il-liġi jew
taħt xi liġi oħra, jekk xi persuna tikxef lil xi persuna oħra- 
(a) xi tagħrif dwar il-proċess ta’ fabbrikazzjoni jew sigriet
kummerċjali li tiksbu f’xi post fejn tkun daħlet bis-
saħħa ta’ dan l-Att; jew
(b) xi tagħrif li tikseb bis-saħħa ta’ dan l-Att;
din, kemm-il darba l-kxif ma jkunx sar fil-qadi tagħha jew ta’ xi
persuna oħra li għandha funzjonijiet taħt dan l-Att, tkun ħatja ta’
reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira
jew priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas minn erba’ xhur iżda
mhux iżjed minn sentejn, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Tfixkil lil uffiċjali 
awtorizzati.
24. Bla ħsara għal kull responsabbiltà  oħra taħt din il-liġi jew
taħt xi liġi oħra kull persuna li - 
(a) għax trid, tfixkel lil pulizija jew lil uffiċjal pubbliku
waqt li jkun qed jaġixxi skond dan l-Att; jew
(b) għax trid, tonqos li tħares xi ħtieġa li ssirilha b’mod
leġittimu taħt dan l-Att minn xi uffiċjal bħal dak; jew 
(ċ) mingħajr raġuni xierqa tonqos li tagħti lil dak l-uffiċjal
li jkun hekk qed jaġixxi xi għajnuna oħra jew tagħrif
ieħor li hu jista’ b’mod xieraq jirrikjedi minn għandha
għall-fini tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att;
jew
(d) tagħti dak it-tagħrif kif imsemmi fil-paragrafu ta’
qabel dan meta taf li jkun falz,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas
minn għaxar liri iżda mhux iżjed minn ħamsin lira u meta l-egħmil
jew ommissjoni li jikkostitwixxu r-reat jissokta għal aktar minn
  10      KAP. 313. ħ         DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI
ġurnata, il-qorti għandha b’żieda timponi multa ta’ mhux anqas
minn għaxar liri u mhux aktar minn ħamsin lira għal kull jum li fih
jissussistu dak l-għemil jew dik l-ommissjoni.
Avviż dwar eżami 
u ħsieb li ssir 
prosekuzzjoni. 
25. Meta xi oġġetti maqbuda jew xort’oħra miksuba minn
uffiċjal skond dan l-Att ikun se jsirilhom eżami - 
(a) jekk l-oġġetti kienu maqbuda, l-uffiċjal għandu
jgħarraf lill-persuna li minn għandha l-oġġetti jkunu
ġew maqbuda bir-riżultat ta’ l-eżami;
(b) jekk l-oġġetti jkunu nxtraw u l-eżami jwassal biex
jinbdew proċedimenti għal reat taħt dan l-Att, l-
uffiċjal għandu jgħarraf lill-persuna mingħand min l-
oġġetti jkunu nxtraw, jew, fil-każ ta’ oġġetti mibjugħin
permezz ta’ vending machine lill-persuna, msemmija
fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 22 ta’ dan l-Att, bir-
riżultat ta’ l-eżami.
Trade marks li jkun 
fihom 
deskrizzjonijiet 
kummerċjali. 
26. Il-fatt li deskrizzjoni kummerċjali hija trade mark,  jew
parti minn trade mark, ma jżommhiex milli tkun deskrizzjoni
kummerċjali falza meta applikata għal xi oġġetti.
Pajjiż ta’ oriġini.  27. (1) Għall-finijiet ta’ dan l-Att oġġetti jitqiesu li ġew
fabbrikati jew prodotti fil-pajjiż fejn sarilhom l-aħħar trattament
jew proċess li joħloq tibdil sostanzjali.
(2) Il-Ministru jista’ b’ordni jispeċifika - 
(a) dwar kull deskrizzjoni ta’ oġġetti, liema trattament jew
proċess jitqies għall-finijiet ta’ dan l-artikolu bħala li
joħloq jew ma joħloqx tibdil sostanzjali;
(b) dwar kull deskrizzjoni ta’ oġġetti, li partijiet differenti
minnhom ikunu fabbrikati jew prodotti f’pajjiżi
differenti, jew ta’ oġġetti immuntati f’pajjiż differenti
minn dak fejn il-partijiet ikunu ġew fabbrikati jew
prodotti, f’liema minn dawk il-pajjiżi l-oġġetti
għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ dan l-Att bħala li
ġew fabbrikati jew prodotti.
Esperimenti għal 
riċerki fis-swieq.
28. (1) L-artikoli 3 u 10 ta’ dan l-Att ma japplikawx dwar
oġġetti provduti jew offerti biex jiġu provduti, sew lil parteċipant
jew lil xi persuna oħra, għall-fini ta’ esperiment għal riċerki fis-
swieq li għalih japplika dan l-artikolu.
(2) F’dan l-artikolu "esperimenti għal riċeriki fis-swieq"
tfisser kull ħidma li ssir sabiex tiġi żgurata l-fehma ta’ persuni
(f’dan l-artikolu msemmija "parteċipanti") dwar - 
(a) xi oġġetti; jew
(b) xi ħaġa li fiha, fuqha jew magħha l-oġġetti jiġu
provduti; jew
(ċ) id-dehra jew xi karatteristika oħra ta’ l-oġġetti jew ta’
xi ħaġa bħal dawk; jew
(d) l-isem li bih jew id-deskrizzjoni li biha l-oġġetti huma
provduti.
(3) Dan l-artikolu japplika għal kull esperiment għal riċerki
DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI ġ K AP. 313.    11
fis-swieq li dwaru jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin,
jiġifieri: 
(a) li kull parteċipant li jiġi provdut b’xi oġġetti għall-fini
ta’ l-esperiment ikun mgħarraf, fil-ħin li jiġu provduti
lilu jew qabel, li qed jiġu provduti għall-għan kif
imsemmi fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, u
(b) li ebda konsiderazzjoni fi flus jew f’dak li jiswa l-flus
ma tingħata minn parteċipant għall-oġġetti jew għal xi
oġġetti provduti lilu biex jagħmel paragun.
Preskrizzjonijiet. 
taħt l-artikoli 23 u 24 ta’ dan l-Att tkun preskritta wara li tgħaddi
sena.
Proċedimenti 
kriminali.
Emendat: 
XXVIII.1994.45.
Kap. 9.
30. (1) Proċedimenti kriminali għal xi reat kontra xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att għandhom jinbdew mill-Pulizija ex
officio, iżda fi proċedimenti li jkunu qed isiru, barra minn dawk
għal reat taħt l-artikoli 23 u 24 ta’ dan l-Att, rappreżentant ta’
għaqda ta’ konsumaturi reġistrata, debitament maħtur għal dak il-
għan, hu meqjus li hu parti leża għall-finijiet tad-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 410 tal-Kodiċi Kriminali, u dan ir-
rappreżentant jista’ għalhekk jassisti l-uffiċjal prosekutur f’dawn
il-proċedimenti.
(2) Fejn tinħtieġ ix-xiehda ta’ dan ir-rappreżentant f’xi każ
fejn ikun qed jassisti lill-uffiċjal prosekutur, din ix-xiehda għandha
tingħata qabel kull xiehda oħra, sakemm il-ħtieġa għas-smigħ ta’
din ix-xiehda ma tinqalax fi stadju ulterjuri ta’ dawn il-
proċedimenti.
(3) Meta xi reat taħt jew kontra xi disposizzjoni li tinsab f’dan
l-Att, isir minn enti morali mwaqqfa b’liġi jew minn dipartiment
tal-Gvern, kull persuna li, fil-ħin ta’ l-egħmil tar-reat, kienet
chairman, manager, segretarju, kap jew uffiċjal ieħor simili ta’ l-
enti morali jew dipartiment, jew kienet tidher li qed taġixxi f’dik il-
kariga, tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma tippruvax li tkun
eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex tevita l-egħmil tar-reat,
jew li għalkemm eżerċitat dik id-diliġenza, ir-reat ikun sar
mingħajr ma kienet taf.
(4) Meta reat taħt dan l-Att ikun ġie kommess bil-
pubblikazzjoni ta’ reklam, il-qorti tista’ fis-sentenza, tordna fil-każ
ta’ gazzetta jew pubblikazzjoni oħra simili, li f’ħarġa tagħha ta’
wara li ma tkunx iżjed tard mit-tieni waħda, u fil-każ ta’ mezz tax-
xandir fi żmien ġimgħa li tiġi minnufih wara l-ġurnata li fiha
tingħata s-sentenza, li s-sentenza nnifisha jew sommarju
komprensiv tagħha jiġi ppubblikat jew imxandar, skond il-każ, fl-
istess ilsien li fih ikun sar ir-reat, għas-spejjeż ta’ min ikun għamel
ir-reat; u jekk fiż-żmien tas-sentenza jew minnufih wara l-gazzetta
jew il-pubblikazzjoni simili oħra tkun waqfet mill-pubblikazzjoni
jew il-mezz tax-xandir ma jkunx baqa’ jaħdem, jew f’każ ta’ xi
stampar ieħor, il-qorti tista’, fis-sentenza jew f’ordni li tagħti wara,
tordna li dik is-sentenza jew dak is-sommarju jiġi pubblikat jew
imxandar, għas-spejjeż tal-parti misjuba ħatja, f’gazzetta oħra jew
fuq mezz ieħor tax-xandir fi żmien li ma jkunx aktar minn xahar.
  12      KAP. 313. ħ         DESKRIZZJONIJIETKUMMERĊJALI
(5) Fin-nuqqas ta’ tħaris ta’ kull ordni msemmi fis-subartikolu
(4) ta’ dan l-artikolu dik il-parti li tinstab ħatja teħel multa ta’
mhux anqas minn mitejn lira u mhux iżjed minn elf lira jew
priġunerija għal perijodu ta’ mhux iżjed minn tliet xhur jew għal
dik il-multa u dik il-priġunerija flimkien.
