KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK ġ K AP. 315.    1
KAPITOLU 315
ATT DWAR IL-KONTROLL TAT-TIPJIP 
TAT-TABAKK 
Biex jagħmel disposizzjonijiet dwar il-kontroll tat-tipjip tat-tabakk u
dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu miegħu.
1 ta’ April, 1987;
25 ta’ April, 1987;
15 ta’ Ġunju, 1987;
15 ta’ Settembru, 1987;
1 ta’ Jannar, 1988
L-ATT XLII ta’ l-1986.
Titolu fil-qosor. 
Tipjip tat-Tabakk.
Tifsir.
Emendat:
IX. 2003.51.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika u
tinkludi, fil-limitu tas-setgħa mogħtija, kull min hu awtorizzat
jidher għalih għal xi għan ta’ dan l-Att;
"persuna" tinkludi enti morali stabbilit bil-liġi;
"post pubbliku" tinkludi kull post fejn il-pubbliku jista’ jidħol
jew għandu permess jidħol, kemm bi ħlas jew b’kull mod ieħor; 
"pubblikazzjoni" tinkludi kull ħaġa, ta’ liema materjal tkun, li
fuqha jkunu jidhru xi kelma, stampa jew messaġġ ieħor, kemm jekk
stampat jew b’xi mod ieħor;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula taħt dan l-
Att;
"prodott tat-tabakk" tfisser prodotti għall-finijiet ta’ tipjip
magħmulin kollha kemm huma jew f’parti minnhom mit-tabakk;
"reklamar" tfisser kull għamla ta’ komunikazzjoni kummerċjali li
jkollha l-iskop li tippromwovi, b’mod dirett jew mhux dirett,
prodotti tat-tabakk;
"rekwiżiti għat-tipjip" tfisser ir-rekwiżiti għat-tipjip tat-tabakk
jew li jkunu prinċipalment meħtieġa għall-preparazzjoni tat-tipjip
tat-tabakk, u tinkludi makni għall-brim tas-sigarretti, il-karta tas-
sigarretti jew kull materjal ieħor li jgħatti s-sigarrett, filtri tas-
sigarretti, bokkini tas-sigarri jew tas-sigarretti, pipi jew apparat
għat-tindif tal-pipi, u kull apparat ieħor użat għall-preparazzjoni
tas-sigarretti jew sigarri;
"servizzi ta’ soċjetà  ta’ informazzjoni" tfisser servizzi fil-kuntest
tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/EC tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju ta’ l-1998 li tistipula
proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ standards u
regolamenti tekniċi u ta’ regoli dwar Servizzi ta’ Soċjetà  ta’
  2      KAP. 315. ħ         KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK
Informazzjoni kif emendati bid-Direttiva 98ċ48 EC (pubblikata fil-
Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea taħt ir-riferenza OJ L 204,
21.7.1998 1937 u OJ L 217, 5.8.1998, rispettivament);
"sigarrett" tinkludi tabakk imqatta’ mibrum fil-karta, werqa tat-
tabakk jew kull materjal ieħor f’dik l-għamla li tista’ minnufih
tintuża għat-tipjip;
"sponsorjar" tfisser kull għamla ta’ kontribuzzjoni pubblika jew
privata għal xi avveniment, attività  jew individwu bil-għan jew
effett dirett jew mhux dirett li ssir il-promozzjoni ta’ prodott tat-
tabakk;
"Suprintendent" tfisser is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika; 
"tabakk" tinkludi sigarretti u dak it-taħlit għat-tipjip li hu
maħsub bħala sostitut għat-tabakk, u tinkludi kull prodott tat-
tabakk;
"uffiċjal awtorizzat" tinkludi lil kull persuna assenjata fid-
Dipartiment tas-Saħħa awtorizzata kif imiss mis-Suprintendent
biex teżerċita kull setgħa tas-Suprintendent skond dan l-Att, u
tinkludi wkoll uffiċjali tal-pulizija.
Applikabbiltà . 
Kap. 31.
3. Ebda disposizzjoni f’dan l-Att ma għandha tapplika għal
tabakk jew materjal użat bħala sostitut għat-tabakk li jitqiesu li
huma preparati mediċinali jew veleni taħt l-Ordinanza dwar il-
Professjoni Medika u l-Professjonjiet li għandhom x’jaqsmu
magħha jew xi liġi oħra li tista’ tidħol fis-seħħ minflok dik l-
Ordinanza.
Projbizzjoni ta’ 
reklamar. 
Emendat:
IX. 2003.52.
4. (1) Ebda persuna ma għandha tirreklama permezz tat-
televiżjoni, ir-radju jew kull mezz ieħor tax-xandir, jew fis-swali
taċ-ċinematografija, sigarretti, sigarri jew kull għamla oħra ta’
tabakk, prodott tat-tabakk jew rekwiżiti għat-tipjip.
(2) Ir-radju, it-televiżjoni u programmi oħra mxandra b’mezzi
oħra ma għandhomx ikunu sponsorjati minn impriżi li l-attività
prinċipali tagħhom tkun il-manifattura jew il-bejgħ ta’ prodotti tat-
tabakk.
(3) Ebda prodott tat-tabakk ma għandu jġib l-isem tad-ditta,
trade mark, emblema jew fattizz distintiv ieħor ta’ xi prodott jew
servizz ieħor, kemm-il darba dak il-prodott tat-tabakk ma jkunx
qabel ġie kkummerċjat taħt dak l-isem tad-ditta, trade mark,
emblema jew fattizz distintiv ieħor qabel dak il-proġett l-ieħor.
(4) L-isem tad-ditta, trade mark, emblema u kull fattizz
distintiv ieħor ta’ prodott jew servizz għandhom ikunu ppreżentati
b’mod għalkollox distint minn dak użat għall-prodott tat-tabakk.
Eċċezzjonijiet. 
Emendat:
IX. 2003.55.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu li jiġi minnufih
qabel dan ma japplikawx għal gazzetti jew rivisti barranin li jiġu
mportati f’Malta u li l-għan ewlieni tagħhom ma jkunx dak li
jirreklamaw l-oġġetti msemmija jew xi wħud minnhom, jew li
jkollu x’jaqsam mal-kummerċ ta’ dawk l-oġġetti.
KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK ġ K AP. 315.    3
Projbizzjoni ta’ 
tqassim b’xejn jew 
xi metodu ieħor ta’ 
promozzjoni.
Sostitwit:
IX. 2003.54.
6. (1) Kull reklamar fl-istampa u f’pubblikazzjonijiet oħra
stampati għandu jkun limitat għal pubblikazzjonijiet esklużivament
intiżi għall-professjonisti li jkunu jaħdmu fin-negozju tat-tabakk u
għal pubblikazzjonijiet li jkunu stampati u ppubblikati f’pajjiżi
oħra, meta dawk il-pubblikazzjonijiet ma jkunux prinċipalment
intiżi għas-suq lokali.
(2) Ikun ipprojbit kull reklamar ieħor fl-istampa u
f’pubblikazzjonijiet stampati oħra.
(3) Reklamar li ma jkun la permess fl-istampa u lanqas
f’pubblikazzjonijiet stampati oħra ma għandux ikun permess
f’servizzi ta’ soċjetà  ta’ informazzjoni.
Sponsorjar.
Miżjud:
IX. 2003.54.
6A. (1) Għandu jkun projbit l-isponsorjar ta’ avvenimenti jew
attivitajiet li jkunu jinvolvu lil diversi Stati Membri ta’ l-Unjoni
Ewropea jew li xort’oħra jkollhom effett transkonfini.
(2) Kull tqassim b’xejn ta’ prodotti tat-tabakk fil-kuntest ta’ l-
isponsorjar ta’ avvenimenti kif imsemmi fis-subartikolu (1), li
jkollu l-iskop jew l-effett dirett jew mhux dirett li jippromwovi
dawk il-prodotti, għandu jkun projbit.
Għandhom 
jintwerew avviżi 
dwar is-saħħa fis-
swali 
ċinematografiċi.
Emendat:
IX. 2003.53.
7. (1) Huwa d-dmir ta’ kull proprjetarju, kull detentur ta’
liċenza, kull makkinista jew kull persuna oħra li matul xi żmien
tkun qiegħda taġixxi f’dik il-kariga f’sala ċinematografika, illi
jiżguraw li minnufih qabel il-bidu tal-wiri ta’ kull film u minnufih
wara l-intervall, qabel it-tkomplija tal-film għandu jintwera fuq l-
iskrin avviż dwar is-saħħa skond kif ikun jidhirlu xieraq is-
Suprintendent, għal dak it-tul ta’ żmien, u għal kull darba, skond
kif ikun preskritt, flimkien ma’ avviż li t-tipjip fis-sala
ċinematografika hu projbit bil-liġi.
(2) Huwa d-dmir ta’ kull persuna li tkun qed tmexxi stazzjon
tax-xandir illi tiżgura illi qabel il-wiri ta’ kull film jew xandira oħra
li fiha tipjip jew xi oġġetti minn dawk imsemmijin fl-artikolu 4,
huma murija jew imsemmija, li xxandar minnufih qabel il-wiri tal-
film jew dak il-programm l-ieħor, avviż dwar is-saħħa kif imsemmi
fis-subartikolu (1).
Avviżi dwar is-
saħħa fuq pakketti.
Sostitwit:
IX. 2003.56.
8. (1) Kull pakkett tas-sigarretti u kull prodott tat-tabakk
ieħor importat, mibjugħ, imqassam jew fornut, sew jekk jingħata
jew ma jingħatax kumpens, għandu jkollu fuqu dik l-informazzjoni,
inkluża informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-kwantititajiet
tagħhom.
(2) Għall fini tas-subartikolu (1) u għal kull fini ieħor ta’ dan l-
Att, is-Suprintendent jista’ jitlob lill-manifatturi u lill-importaturi
tas-sigarretti u prodotti tat-tabakk jissottomettu lista ta’ l-
ingredjenti kollha u tal-kwantitajiet relattivi li jintużaw fil-
manifattura ta’ tali prodotti tas-sigarretti jew tat-tabakk.
Regolamenti.
Sostitwit:
IX. 2003.56.
9. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għall-aħjar twettiq
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u sabiex inaqqas il-ħsara li
tirriżulta mill-konsum tat-tabakk jew prodotti tat-tabakk, u b’mod
partikolari u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dik is-
setgħa, jista’ jagħmel regolamenti għal kull wieħed jew xi wieħed
  4      KAP. 315. ħ         KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK
minn dawn l-iskopijiet li ġejjin:
(a) biex jippreskrivi li l-avviżi dwar is-saħħa skond dawk
imsemmija fl-artikolu 10 għandhom jitwaħħlu
f’pożizzjonijiet prominenti f’postijiet pubbliċi u fuq
vetturi li jkollhom liċenza jew li jintużaw għat-trasport
pubbliku, u li d-detentur tal-liċenza u s-sewwieq
ikollhom id-dmir, skond il-każ, li jħarsu dak ir-
regolament;
(b) biex jippreskrivi l-inqas kontenut permissibbli ta’
qatran, nikotina u kontenut ieħor li jista’ jkun fihom
is-sigarretti jew għamliet oħra ta’ tabakk jew prodotti
tat-tabakk, u l-ogħla riżultat ta’ dawk is-sustanzi li
jistgħu jinkisbu minnhom;
(ċ) biex jippreskrivi il-kondizzjonijiet li taħthom il-bejgħ
jew it-tqassim ta’ sigarretti, sigarri jew prodotti oħra
tat-tabakk għandhom ikunu projbiti jew ristretti;
(d) biex jipprojbixxi jew jikkontrolla kull reklam li jkun
b’mod dirett jew mhux dirett konness mat-tabakk jew
mat-tipjip tat-tabakk;
(e) biex jikkontrolla n-numru ta’ sigarretti li jistgħu jiġu
offerti għall-bejgħ bħala pakkett wieħed bl-imnut, u
sabiex jipprojbixxi l-bejgħ ta’ sigarretti sfużi:
Iżda l-Ministru ma għandux jagħmel regolamenti
li jipprojbixxu l-bejgħ ta’ pakketti ta’ sigarretti li jkun
fihom dak in-numru ta’ sigarretti bħall-pakketti tas-
sigarretti li jkun hemm għall-bejgħ fil-jum tal-bidu fis-
seħħ ta’ dan il-paragrafu;
(f) biex jikkontrrolla l-mod kif jiġu ppreżentati s-
sigarretti, sigarri u prodotti oħra tat-tabakk;
(g) biex jipprojbixxi jew jikkontrolla t-tipjip f’xi post jew
parti minnu; u
(h) biex jippreskrivi kull ħaġa oħra li tista’ jew li tkun
meħtieġa li tiġi preskritta b’dan l-Att.
Għandu jintwera 
avviż dwar is-
saħħa fil-ħwienet.
Emendat:
IX. 2003.57.
10. Id-detentur ta’ liċenza ta’ xi fond minn fejn jinbiegħu
sigarretti, sigarri, tabakk jew prodotti tat-tabakk jew rekwiżiti tat-
tipjip, għandu jiżgura li jkollu avviż skond kif jidhirlu xieraq is-
Suprintendent dwar il-kliem, il-format, id-daqs u l-preżentazzjoni,
li jkun jindika il-perikli tat-tipjip għas-saħħa u li dan l-avviż
jintwera b’mod prominenti fil-fond tiegħu sabiex jiġbed l-
attenzjoni tax-xerrejja jew ta’ persuni oħra li jkunu fil-fond u
sabiex dan ikun jista’ jintgħaraf u jinqara minnhom b’mod faċli.
Kontenut ta’ qatran 
u ta’ nikotina.
Emendat:
IX. 2003.58.
11. (1) Ebda sigarretti ma jistgħu jiġu mpurtati, mibjugħa,
forniti jew imqassma b’kumpens jew b’kull mod ieħor kemm-il
darba ma jkunx hemm stampat fuq il-pakkett jew fuq tikketta
mwaħħla fuqu, dik l-informazzjoni li s-Suprintendent jista’ minn
żmien għal żmien jeħtieġ b’regolamenti li jagħmel.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma japplikawx għas-
sigarretti, sigarri, tabakk jew prodotti tat-tabakk għall-
esportazzjoni u li ma jkunux mibjugħa jew distribwiti għal konsum
KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK ġ K AP. 315.    5
f’Malta.
Kull bejgħ ikun 
skond l-Att u r-
regolamenti.
Emendat:
IX. 2003.59.
12. (1) Ebda persuna ma tista’ tbiegħ xi sigarretti jew
għamliet oħra ta’ tabakk jew prodott tat-tabakk li ma jkunux skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament li jsir taħtu.
(2) Ħadd ma jista’ jbiegħ jew jawtorizza l-bejgħ ta’ prodotti
tat-tabakk fi jew minn -
(a) l-imkejjen ta’ sptarijiet, kliniċi, spiżeriji jew
stabbilimenti tal-kura tas-saħħa oħra;
(b) l-imkejjen ta’ skejjel, kulleġġi, jew xi istituzzjoni
edukattiva oħra;
(ċ) faċilitajiet sportivi jew atletiċi.
Bejgħ lil żgħażagħ.
Emendat:
IX. 2003.60.
13. (1) Ebda persuna ma tista’ tbiegħ, tipprovdi jew tqassam
b’kumpens jew b’kull mod ieħor, xi sigarretti, sigarri, tabakk,
prodotti tat-tabakk jew rekwiżiti tat-tipjip lil min ikun għadu ma
għalaqx it-tmintax-il sena, jew b’xi mod tħajjar xi persuna bħal dik
biex tpejjep.
(2) Ebda sigarretti, sigarri, tabakk jew prodott tat-tabakk ma
jista’ jinbiegħ minn makni tal-bejgħ awtomatiċi minbarra fejn dawn
il-makni jistgħu jkunu kontrollati.
(3) Għandha tkun ir-responsabbiltà  ta’ min ikun f’dak iż-żmien
responsabbli għal, jew ikun qed jikkontrolla, il-fond fejn tkun
tinsab xi makna tal-bejgħ awtomatika li jiżgura li min ikun għadu
ma għalaqx it-tmintax-il sena ma jistax juża dik il-makna.
Projbizzjoni ta’ 
tipjip f’xi bnadi u 
fil-mezzi ta’ 
trasport pubbliku.
Emendat:
IX. 2003.61.
14. (1) Ebda persuna ma tista’ tpejjep xi sigarrett, sigarru,
tabakk jew prodott tat-tabakk fuq xi mezz tat-trasport pubbliku,
f’xi sala taċ-ċinematografu jew f’teatru, f’xi sptar, klinika jew
istituzzjoni oħra tas-saħħa, jew f’xi studio ta’ televiżjoni f’xi
dibattitu, diskussjoni jew programm ieħor imxandar lokalment
għall-wiri pubbliku sew jekk dirett jew jekk ikun reġistrat; jew f’xi
post jew stabbiliment ieħor jew parti minnu skond ma l-Ministru
jista’ minn żmien għal żmien jipprovdi permezz ta’ regolamenti li
jagħmel taħt dan l-Att; lanqas ma tista’ xi persuna tpejjep xi oġġett
bħal dak f’xi klassi, kuridur, bitħa jew annex ta’ skola, day home
jew postijiet simili li jintużaw mit-tfal li għandhom inqas minn
tmintax-il sena.
Għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu "skola" tinkludi
kindergarten, nursery school jew postijiet simili.
(2) Huwa d-dmir ta’ min ikun jieħu ħsieb il-bnadi msemmijin
fis-subartikolu (1), u tas-sewwieq u konduttur ta’ kull mezz ta’
trasport pubbliku, li jiżguraw li jitwaħħal sinjal jew avviż ċar
f’post jew postijiet prominenti skond ma jkun il-każ, sabiex jiġbdu
l-attenzjoni għall-fatt li t-tipjip hu projbit, u jkun ukoll id-dmir ta’
dik il-persuna li tiżgura li ma jsir ebda tipjip f’dawk il-bnadi jew
fuq il-mezz tat-trasport pubbliku, skond ma jkun il-każ.
Bejgħ, eċċ., ta’ 
ħelu, eċċ., 
f’għamla ta’ 
sigarretti.
15. Ebda persuna ma tista’ timporta, timmanifattura, tbiegħ,
tipprovdi jew tqassam b’kumpens jew b’kull mod ieħor xi ħelu, ikel
tal-ħelu jew ġugarelli f’għamla ta’ sigarretti, sigarri jew pipa.
  6      KAP. 315. ħ         KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK
Iġjene fi ħwejjeġ 
ta’ l-ikel.
16. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandhom jiżdiedu u
mhux jitnaqqsu mid-disposizzjonijiet ta’ xi liġi li tipprojbixxi jew
li hi ta’ restrizzjoni għat-tipjip ta’ tabakk għall-finijiet ta’ iġjene fi
ħwejjeġ ta’ l-ikel.
Reat minn korp 
jew assoċjazzjoni. 
17. Meta reat taħt jew kontra xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jiġi
kommess minn kumpannija jew assoċjazzjoni jew xi korp ieħor ta’
persuni jew enti morali stabbilit bil-liġi, kull min fiż-żmien tat-
twettiq tar-reat kien direttur, manager, segretarju jew uffiċjal simili
ieħor ta’ din il-kumpannija, assoċjazzjoni jew korp ieħor ta’
persuni jew enti morali stabbilit bil-liġi jew ta x’wieħed jifhem li
kien qiegħed jaġixxi f’xi kapaċità  bħal din, għandu jitqies li hu ħati
ta’ dak ir-reat sakemm huwa ma jġibx prova li r-reat twettaq
mingħajr ma huwa kien jaf u li huwa kien għamel kull ma seta’ biex
iżomm milli jitwettaq ir-reat.
Reati u pieni.
Emendat:
IX. 2003.62.
18. (1) Kull min jikser jew jonqos milli jwettaq xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament li jsir taħt dan
l-Att, għandu jinstab ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) Kull min jinsab ħati ta’ reat kontra dan l-Att jew kontra
regolamenti magħmulin taħt dan l-Att jista’, mingħajr preġudizzju
għal kull responsabbiltà  li jkollu taħt kull liġi oħra, jeħel, meta
jinsab ħati għall-ewwel darba, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira
u mhux iżjed minn ħames mitt lira, u meta l-att jew l-ommissjoni li
jkunu jagħmlu r-reat jibqgħu għaddejin għal iktar minn ġurnata, il-
Qorti għandha iktar minn hekk timponi multa ta’ mhux inqas minn
għaxar liri u mhux iżjed minn ħamsin lira għal kull ġurnata li
matulha dak l-att jew ommissjoni jibqa’ għaddej, u meta jkun
hemm sejbien ta’ ħtija għat-tieni jew aktar drabi, b’żieda ma’ dawk
il-pieni, u, fuq talba tal-prosekuzzjoni, għal priġunerija għal żmien
mhux iżjed minn tliet xhur, u għas-sospensjoni tal-liċenza ta’ xi
fond jew mezz tat-trasport pubbliku fejn ikun sar ir-reat, għal
perjodu ta’ mhux inqas minn ġimgħa u mhux iżjed minn xahar.
Kumitat dwar it-
Tipjip u s-Saħħa.
Emendat:
IX. 2003.63.
19. (1) Għandu jitwaqqaf Kumitat li jkun magħruf bħala l-
Kumitat dwar it-Tipjip u s-Saħħa, ’il quddiem imsejjaħ bħala l-
Kumitat, li jkun magħmul minn:
(a) is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, bħala Chairman,
jew ir-rappreżentant tiegħu;
(b) id-Direttur ta’ l-Edukazzjoni jew ir-rappreżentant
tiegħu;
(ċ) is-Segretarju fil-Ministeru tal-Finanzi jew ir-
rappreżentant tiegħu;
(d) id-Direttur tal-Promozzjoni tas-Saħħa, jew ir-
rappreżentant tiegħu;
(e) ħames membri li jiġu maħturin mill-Ministru tas-
Saħħa kif ġej:
(i) uffiċjal inkarigat mill-promozzjoni tas-saħħa
mid-Dipartiment tas-Saħħa;
(ii) membru wieħed ta’ Assoċjazzjoni tal-
Konsumaturi;
(iii) membru wieħed mill-organizzazzjoni voluntarja
KONTROLLTAT-TIPJIPTAT-TABAKK ġ K AP. 315.    7
li għandha interess li tnaqqas ir-riskji li hemm
għas-saħħa li joħorġu mit-tipjip; u
(iv) żewġ membri oħrajn.
(2) Il-membri msemmijin fis-subartikolu (1)(e) għandhom
jinħatru għal dak iż-żmien u taħt dawk il-kundizzjonijiet li jiġu
ndikati lilhom fl-ittra ta’ ħatra rispettiva tagħhom.
(3) Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal pubbliku sabiex ikun
Segretarju tal-Kumitat.
(4) Ikun id-dmir ta’ dan il-Kumitat li jagħti parir lill-Ministru
fuq kull miżura, inkluża l-leġislazzjoni, li tista’ tkun meħtieġa jew
spedjenti sabiex inaqqas ir-riskju li hemm għas-saħħa li joħroġ
mill-konsum ta’ tabakk jew prodotti tat-tabakk u sabiex jikkoordina
u jġib ’il quddiem dawk l-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-
prevenzjoni u l-kontroll ta’ tipjip ta’ dawn il-prodotti.
(5) Bla ħsara għal dak li hemm provdut f’dan l-Att, il-Kumitat
jista’ jaġixxi nonostanti kull vakanza fost il-membri tiegħu u jista’
jirregola l-proċedura tiegħu stess.
