KUNTRATTI FUQ L-GĦADBA TAL-BIEB  ġ K AP. 317.    1
KAPITOLU 317
Sostitwit:
XXVI. 2000.17.
ATT DWAR KUNTRATTI 
FUQ L-GĦADBA TAL-BIEB
Biex jirregola l-attivitajiet ta’ Bejjiegħa Bieb b’Bieb.
11 ta’ Frar, 1987;
15 ta’ Marzu, 1987
L-ATT VII ta’ l-1987, kif emendat bl-Atti XXVIII ta’ l-1994 u XXVI ta’ l-
2000.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
1. It-titolu ta’ dan l-Att hu l-Att dwar Kuntratti fuq l-Għadba
tal-Bieb.
Tifsir. 
Emendat: 
XXVIII.1994.45;
XXVI. 2000.17.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"bejjiegħ bieb b’bieb" tfisser persuna li toffri l-provdiment jew
il-forniment ta’ kull tip ta’ oġġetti jew servizzi permezz ta’ kuntratt
magħmul fuq l-għatba tal-bieb, sew jekk l-offerta ma tintalabx
minn min tkun qiegħda ssirlu l-offerta, sew jekk tintalab minn dan
ta’ l-aħħar bi tweġiba għal xi reklam, iżda ma tinkludix bejjiegħa
ta’ ikel u xorb li jbiegħu il-prodotti tagħhom bieb bieb;
"Direttur" tfisser id-Direttur għall-Affarijiet tal-Konsumatur;
"fond kummerċjali" tinkludi l-fond jew kull post ieħor minn fejn
jew li minn ġo fih kummerċjant regolarment jiġġestixxi l-attività
kummerċjali tiegħu, u jinkludi posta f’fiera u posti tas-suq;
"jippreskrivi" tfisser preskritti b’regolamenti taħt dan l-Att;
"konsumatur" tfisser persuna li f’operazzjonijiet li jaqgħu taħt
dan l-Att taġixxi b’mod li ma jkunx ta’ xorta kummerċjali jew
professjonali;
Kap. 378.
dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, u tinkludi lil kull persuna li
taġixxi f’isem, għan-nom ta’ jew fl-interess ta’ kummerċjant jew
taħt l-ordni ta’ kummerċjant, u tinkludi iktar minn hekk lil xi
persuna li tkun qegħda taġixxi biex tavvanza xi interess
professjonali, u, sakemm ir-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, tinkludi wkoll lill-bejjiegħ bieb b’bieb;
Kap. 378.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur,
imwaqqaf bl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur;
"kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb" tfisser kuntratt għall-
provdiment jew forniment ta’ oġġetti jew servizzi minn bejjiegħ
bieb b’bieb li jaġixxi jew f’ismu proprju jew f’isem xi
kummerċjant, liema kuntratt ikun ġie negozjat fid-dar tal-
konsumatur jew fuq il-post tax-xogħol tiegħu jew f’kull post jew
fond ‘il bogħod mill-fond tax-xogħol tal-bejjiegħ bieb b’bieb jew
tal-kummerċjant li jkun qed jaġixxi f’ismu, inklużi kuntratti li jsiru
matul eskursjoni organizzata minn kummerċjant ’il bogħod mill-
fond kummerċjali tiegħu, jew matul żjara minn kummerċjant f’dar
  2      KAP. 317. ħ       KUNTRATTI FUQ L-GĦADBA TAL-BIEB
il-konsumatur jew f’dik ta’ xi konsumatur ieħor, jew fuq il-post
tax-xogħol tal-konsumatur;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-affarijiet tal-
konsumatur;
"oġġetti" jinkludu kull oġġett jew ħaġa, sew tanġibbli jew mhux
tanġibbli, li tista’ tkun l-għan ta’ xi kummerċ;
Kap. 378. "servizzi" għandu jkollha t-tifsira lilha mogħtija taħt l-Att dwar
l-Affarijiet tal-Konsumatur, iżda għandha teskludi kuntratti ta’ l-
assigurazzjoni.
Kif japplika dan l-
Att.
Emendat: 
XXVIII.1994.45;
XXVI. 2000.17..
3. Dan l-Att ma japplikax għal - 
(a) kuntratti li jkunu ġew esklusivament negozjati
b’inizjattiva tal-konsumatur meta l-kuntratt ikun
esklużivament jolqot l-oġġetti jew is-servizzi li
dwarhom il-konsumatur ikun talab iż-żjara tal-
kummerċjant:
Iżda jekk titqiegħed ordni għal katalogi, mudelli,
kampjuni u oġġetti simili, jew jekk jintalab mill-
konsumatur li ssir żjara jew dimostrazzjoni, jew jekk
wieħed jieħu sehem f’xi attività  li tkun organizzata
minn kummerċjant, dawn ma għandhomx jitqiesu li
qegħdin jagħtu bidu għal trattativi;
(b) kuntratti li jkunu ġew unikament negozjati bil-miktub,
li ma jkunux kuntratti magħmula fuq l-għatba tal-bieb; 
(ċ) kuntratti li jsiru quddiem qorti, nutar jew persuna oħra
li jkollha dmir li tinforma liż-żewġ partijiet fil-kuntratt
dwar id-drittijiet u d-dmirijiet li għandhom;
(d) kuntratti li jirrigwardaw il-proprjetà  immobbli jew
drittijiet relattivi;
(e) kuntratti li fihom il-prezz kollu totali li jrid jitħallas
mill-konsumatur ma jkunx iktar minn għoxrin lira:
Iżda meta jkun hemm kuntratt wieħed jew aktar
minn wieħed li jkunu jipprovdu għal provvista
kontinwa u l-valur kollu tal-kuntratt ikun jew jista’
jinġieb li jaqbeż l-għoxrin lira, dak il-kuntratt jew
kuntratti għandhom, minkejja l-valur ta’ kull kunsinna
individwali u separata, jitqiesu bħala kuntratt fejn il-
prezz kollu totali li jrid jitħallas mill-konsumatur ikun
jaqbeż l-għoxrin lira;
(f) kuntratti li jirrigwardaw il-bejgħ ta’ dawk l-oġġetti kif
il-Ministru jista’ jippreskrivi.
Liċenza biex 
wieħed jagħmilha 
ta’ bejjiegħ 
itineranti.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
4. (1) Ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ bejjiegħ bieb b’bieb jekk
ma jkollux liċenza maħruġa għal dan il-għan mid-Direttur. Dik il-
liċenza ma teżentax lil min iżommha milli jkollu xi liċenza jew
permess ieħor kif meħtieġ minn jew taħt xi liġi oħra.
(2) Sakemm ma jiġix preskritt xort’oħra, d-Direttur ma
għandux joħroġ dik il-liċenza ħlief lil min -
KUNTRATTI FUQ L-GĦADBA TAL-BIEB  ġ K AP. 317.    3
(i) ikun individwu li jkun laħaq l-età  legali;
(ii) jipproduċi ċertifikat mingħand il-Kummissarju
tal-Pulizija li jkun juri li hu ta’ kondotta tajba, u
iktar minn hekk jipproduċi kull prova oħra dwar
l-integrità , l-kredibilità  u l-kompetenza tiegħu
hekk kif id-Direttur jista’ jkun jeħtieġ jew hekk
kif jista’ jiġi preskritt; u 
(iii) jkollu fond kummerċjali f’indirizz permanenti li
jkun miftuħ għall-pubbliku fil-ħinijiet regolari,
jew li jkun impjegat minn dik il-persuna.
(3) Il-liċenza biex wieħed jagħmilha ta’ bejjiegħ bieb b’bieb
għandha tkun waħda persunali u għandha tkun valida sa tmiem is-
sena kalendarja li tinħareġ fiha, u tista’ tiġġedded mid-Direttur għal
perijodi oħrajn li ma jkunux ta’ iktar minn sena kull wieħed.
Kap. 378.
(4) Id-Direttur jista’ f’kull żmien jirtira jew jissospendi jew
jiċħad li jġedded liċenza taħt dan l-artikolu, jekk id-detentur tal-
liċenza jkun aġixxa bi ksur ta’ xi wieħed mill-provvedimenti ta’
dan l-Att jew inkella jkun insab ħati ta’ xi reat taħt dan l-Att, taħt l-
Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, jew taħt ir-regolamenti
magħmulin taħthom.
(5) Id-Direttur jista’ jimponi dak il-ħlas għall-ħruġ jew tiġdid
ta’ liċenza li l-Ministru jista’ jippreskrivi.
Piena għal min 
jagħmilha ta’ 
bejjiegħ itineranti 
mingħajr liċenza.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
5. (1) Kull persuna li tagħmilha ta’ bejjiegħ bieb b’bieb
mingħajr ma jkollha liċenza mid-Direttur jew li timpjega jew
b’mod ieħor tmexxi l-kummerċ tagħha permezz ta’ bejjiegħ bieb
b’bieb li ma jkollhiex fil-pussess tagħha liċenza maħruġa mid-
Direttur tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att u teħel, meta tinstab
ħatja, il-piena ta’ multa ta’ mhux inqas minn mitt lira iżda mhux
aktar minn ħames mitt lira, jew priġunerija għal żmien mhux aktar
minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Kull kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb li jsir ma’ jew
permezz ta’ bejjiegħ bieb b’bieb li ma jkollux liċenza valida skond
dan l-Att, ikun jista’, jekk hekk jagħżel il-konsumatur, jiġi
annullat:
Iżda din in-nullità  ma għandhiex tiġi mressqa minn
konsumatur wara egħluq il-perijodu ta’ xahar minn meta l-oġġetti
jew is-servizzi li għalihom jirriferi l-kuntratt ikunu ġew kunsinnati
jew provvisti lilu, u ma għandhiex titressaq bħala eċċezzjoni mill-
bejjiegħ bieb b’bieb jew mill-persuna li tkun qiegħda timpjegah
jew b’xi mod ieħor tmexxi l-kummerċ permezz tiegħu, f’kull
żmien.
Min jikkumerċja 
bieb b’bieb għandu 
jwarrab meta 
jintalab jagħmel 
dan.
Miżjud:
XXVI. 2000.17.
5A. Min imur fid-dar jew fuq il-post tax-xogħol ta’ konsumatur
bil-għan li jikkummerċja kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb
jew għal xi raġuni inċidentali jew relatata, għandu jwarrab minn
dak il-post meta jintalab jagħmel hekk mill-konsumatur. Kull min
jonqos li jwarrab minn dik id-dar jew minn fuq dak il-post tax-
xogħol meta jintalab jagħmel dan ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att
u jista’ jeħel meta jinsab ħati multa ta’ mhux aktar minn ħames mitt
lira.
  4      KAP. 317. ħ       KUNTRATTI FUQ L-GĦADBA TAL-BIEB
Il-bejgħ għandu 
jsir bi skrittura 
privata.
6. (1) Ebda kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb li jsir
minn jew permezz ta’ bejjiegħ bieb b’bieb ma għandu jkun validu
ħlief meta dan isir bi skrittura privata li tkun tista’ tiġi kanċellata
kif provdut fl-artikolu 8.
(2) Kopja waħda ta’ l-iskrittura privata għandha tinżamm mill-
bejjiegħ bieb b’bieb u kopja oħra għandha tinżamm mill-
konsumatur. Għandha titwaħħal ma’ l-iskrittura privata li tinżamm
mill-konsumatur formola ta’ kanċellament.
Xi jkun fiha l-
iskrittura privata.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
7. L-iskrittura privata għandha, taħt piena ta’ nullità ,
tinkludi-
(a) id-data meta u l-post fejn ġiet iffirmata;
(b) l-isem u l-indirizz tal-konsumatur;
(ċ) l-isem tal-bejjiegħ bieb b’bieb u n-numru tal-liċenza
tiegħu;
(d) l-indirizz permanenti tal-fond kummerċjali tal-bejjiegħ
bieb b’bieb jew tal-persuna li timpjegah;
(e) deskrizzjoni ta’ l-oġġetti jew is-servizzi li għalihom
jirreferi l-kuntratt;
(f) il-prezz li bih kellhom jiġu provvisti l-oġġetti jew is-
servizzi, u l-pattijiet tal-ħlas, inklużi dettalji sħaħ dwar
kull imgħax u ħlasijiet oħra;
(g) iż-żmien stipulat għall-provvista ta’ l-oġġetti jew tas-
servizzi, liema żmien ma għandu f’ebda każ jaqbeż is-
sittin ġurnata mid-data tal-ftehim privat;
(h) klawżola li tkun stampata b’mod ċar u b’tipi grassi u
b’emfasi li l-konsumatur ikollu d-dritt iħassar il-kitba
privata skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8;
(i) dawk il-kondizzjonijiet jew partikolaritajiet
addizzjonali oħra hekk kif il-Kunsill jista’ jkun jeħtieġ
minn żmien għal żmien; u
(j) dawk il-kondizzjonijiet oħra li l-Ministru jista’ minn
żmien għal żmien jippreskrivi sabiex jassigura li jkun
hemm deskrizzjoni sew tal-ħwejjeġ u li ma ssir ebda
influwenza żejda fuq il-konsumatur.
Tħassir ta’ kuntratt 
magħmul fuq l-
għadba tal-bieb.
Sostitwit:
XXVI. 2000.17.
8. (1) Kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb ma jkunx
jorbot u konklużiv jekk dan jitħassar mill-konsumatur kif provdut
f’dan l-artikolu: sakemm it-tħassir isir fi żmien ħmistax il-ġurnata
mid-data tal-kitba privata, jew f’dak iż-żmien itwal li jista’ jiġi
stipulat fil-kitba privata.
(2) It-tħassir ta’ kuntratt fuq l-għatba tal-bieb jista’ jsir b’kull
mod sakemm titwassal sew l-intenzjoni mill-konsumatur lill-
bejjiegħ bieb b’bieb jew lill-kummerċjant li f’ismu l-bejjiegħ ikun
qiegħed jaġixxi. It-tħassir jista’ jsir bil-fomm, permezz ta’ messaġġ
bit-telefon jew telefax, jew bil-kunsinna, sew bl-idejn sew bil-posta
ordinarja jew reġistrata fl-indirizz permanenti tal-bejjiegħ jew tal-
kummerċjant bieb b’bieb, ta’ avviz ta’ formola ta’ tħassir li tkun
iffirmata mill-konsumatur jew minn xi persuna li tkun debitament
KUNTRATTI FUQ L-GĦADBA TAL-BIEB  ġ K AP. 317.    5
awtorizzata li tirrappreżentah. 
(3) Tista’ tintuża formola ta’ tħassir fl-għamla stabbilita fl-
Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att minn konsumatur li jkun irid iħassar
kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb. Kopja ta’ formola ta’
tħassir bħal dik għandha f’kull każ tkun mehmuża mal-kopja tal-
ftehim privat li jinżamm mill-konsumatur. Jekk il-konsumatur ikun
irid jagħmel użu mill-formola ta’ tħassir huwa jista’ jiffirma dik il-
formola u jikkunsinnaha lill-bejjiegħ bieb b’bieb jew lill-
kummerċjant li jkun qed jaġixxi f’ismu.
(4) Ikun dmir bejjiegħ bieb b’bieb li jmur għand konsumatur li
jgħarrfu minnufih bil-kapaċità  tiegħu ta’ bejjiegħ bieb b’bieb, tar-
raġuni għaliex ikun qiegħed iżuru, li jidentifika lilu nnifsu sew, u li
jispjega sew lill-konsumatur bid-drittijiet li jkollu li jħassar hekk
kif dawn jitnisslu taħt dan l-artikolu u bil-possibilità  li juża l-
formola ta’ tħassir.
Ħlas tal-prezz dwar 
kuntratt magħmul 
fuq l-għatba tal-
bieb. 
9. Ħlief għal ħlas ta’ depożitu li ma jkunx jaqbeż l-għaxra fil-
mija tal-prezz ta’ l-oġġetti li jiffurmaw is-suġġett tal-kuntratt
magħmul fuq l-għatba tal-bieb, liema depożitu ma għandux
jitħallas qabel ma jiskadi ż-żmien li fih jista’ jiġi kanċellat skond l-
artikolu 8, il-bejjiegħ bieb b’bieb jew il-kummerċjant li f’ismu l-
bejjiegħ bieb b’bieb ikun ikkonkluda l-kuntratt magħmul fuq l-
għatba tal-bieb, ma għandux jitlob lill-konsumatur biex iħallas xi
parti mill-prezz qabel il-kunsinna ta’ l-oġġetti, u meta l-oġġetti jiġu
kkunsinnati f’partijiet, ma għandu jintalab ebda ħlas ħlief dak il-
ħlas li jkun jirrappreżenta l-prezz ta’ dik il-parti kunsinnata.
Dritt ta’ tħassir.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
10. (1) Meta kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb ma jkunx
ġie kanċellat skond l-artikolu 8, il-konsumatur ma jkollux dritt li
jħassar il-kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb mingħajr ma
jkollu raġuni valida, ħlief jekk dak id-dritt ikun stipulat fl-iskrittura
privata.
(2) Il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jħassar kuntratt
magħmul fuq l-għatba tal-bieb għal kawża ġusta, jew minħabba fil-
ksur mill-bejjiegħ b’bieb ta’ xi dispożizzjoni ta’ l-artikolu 9.
Klawsoli projbiti.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
11. Kull klawsola fl-iskrittura privata li tkun - 
(a) teħtieġ lill-konsumatur li jħallas xi xorta ta’ kumpens
jekk huwa jwettaq id-dritt tiegħu li jikkanċella l-
kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb, jew
(b) tipprovdi li xi tilwima li toħroġ minnha għandha
titranġa b’xi mod ieħor milli permezz tal-qorti
kompetenti f’Malta, jew
(ċ) intiża biex tneħħi jew tnaqqas xi wieħed mid-drittijiet
mogħtija lill-konsumatur b’xi wieħed mill-
provvedimenti ta’ dan l-Att, jew li jillimita jew ineħħi
l-kompetenza tal-qrati jew tribunali lokali,
għandha tkun nulla.
Fuq min jaqa’ l-
oneru tal-prova.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
12. F’xi tilwima dwar jekk - 
(a) kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb ġiex
esklużivament negozjat fuq inizjattiva tal-konsumatur,
  6      KAP. 317. ħ       KUNTRATTI FUQ L-GĦADBA TAL-BIEB
jew
(b) kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb ġiex unikament
negozjat bil-kitba, jew
(ċ) id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ġewx osservati fil-
konklużjoni tal-kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-
bieb, jew
(d) l-allegazzjoni li d-dritt ta’ tħassir ma jkunx ġie
eżerċitat mill-konsumatur fil-perjodu stabbilit taħt l-
artikolu 8,
l-oneru tal-prova jaqa’ fuq in-negozjant.
Dikjarazzjonijiet 
foloz mill-
konsumatur. 
13. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ din il-liġi jew ta’ xi liġi
oħra, il-konsumatur ma jistax jitwaqqaf milli jistitwixxi azzjoni
jew iġib xi difiża li jkollu taħt dan l-Att fuq il-bażi li d-data tal-
konklużjoni ta’ l-iskrittura privata jew tal-kanċellament tagħha hija
falza jew skorretta, u dan ukoll fejn din il-falsità  jew skorrettezza
ikunu saru minnu jew bil-għarfien u kunsens tiegħu.
Bejgħ li sar qabel 
il-bidu fis-seħħ ta’ 
dan l-Att. 
14. (1) Kuntratt ta’ bejgħ li jkun sar qabel il-bidu fis-seħħ ta’
dan l-Att, li jkun kuntratt ta’ bejgħ li għalih ikunu applikabbli d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ma jkunx jista’ jitwettaq kontra l-
konsumatur ħlief jekk tkun saret il-kunsinna attwali ta’ l-oġġetti
mibjugħin u l-ħlas tal-prezz tal-bejgħ, jew, jekk il-konsumatur
ikollu l-benefiċċju li jħallas b’rati miftehmin, ikunu mill-inqas
tħallsu ħamsa u għoxrin fil-mija mill-prezz tax-xiri:
Iżda f’dawn il-każijiet il-kummerċjant jista’ jirkupra dawk
l-ispejjeż li hu seta’ fil-fatt inkorra taħt il-kuntratt.
(2) Meta konsumatur ikun jixtieq li jżomm bħala wieħed
effettiv kuntratt li skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
jista’ ma jitwettaqx mill-kummerċjant, huwa għandu fi żmien xahar
mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jikkonferma l-istess kuntratt billi
jiffirma u jikkunsinna lill-kummerċjant dikjarazzjoni li tkun
tikkonferma l-kuntratt, u meta jsir dan, dak il-kuntratt ikun jista’
jitwettaq minn parti waħda jew l-oħra.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
Emendat:
XXVI. 2000.17.
15. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jingħata
effett aħjar lil xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, u bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak imsemmi jista’ b’regolamenti jippreskrivi:
(a) id-drittijiet li għandhom jitħallsu għal xi liċenza taħt
dan l-Att;
(b) id-drittijiet li għandhom jitħallsu għal xi servizz li
jista’ jiġi provdut mid-Direttur taħt dan l-Att;
(ċ) il-forma li fiha xi kuntratt jew kanċellament jew xi
klawsola tagħhom għandha ssir, sew b’mod ġeneriku
sew ukoll dwar xi kategorija ta’ oġġetti;
(d) il-forma li fiha xi liċenza għandha tiġi maħruġa taħt
dan l-Att;
(e) il-mezz kif jiġi identifikat bejjiegħ bieb b’bieb li jkun
liċenzjat taħt dan l-Att;
(f) il-ħtiġiet u l-kwalifiki għall-ħruġ ta’ liċenza;
KUNTRATTI FUQ L-GĦADBA TAL-BIEB  ġ K AP. 317.    7
(g) dawk l-oġġetti jew servizzi li ma jistgħux jinbiegħu
permezz ta’ kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb;
(h) kull ħaġ’oħra li tista’ tiġi preskritta taħt dan l-Att.
  8      KAP. 317. ħ       KUNTRATTI FUQ L-GĦADBA TAL-BIEB
SKEDA 
(ARTIKOLU 8)
Kanċellament ta’ Kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb 
Lil 
(isem u indirizz tal-kummerċjant)
Jiena niddikjara li qed nikkanċella l-kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb għax-
xiri ta’
 (deskrizzjoni ta’ l-oġġetti) 
bil-prezz ta’ 
li jitħallas
u iffirmat bejn
(isem tal-bejjiegħ itineranti)
f’isem ta’
(isem tal-kumpanija)
u f’ismi
(isem tal-konsumatur) 
fil 
(data tal-kuntratt magħmul fuq l-għatba tal-bieb)
