KONVENZJONIEWROPEA         ġ K AP. 319.    1
KAPITOLU 319
ATT DWAR IL-KONVENZJONI EWROPEA 
Biex jipprovdi sabiex l-Artikoli sostantivi tal-Konvenzjoni Ewropea
għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,
isiru u jkunu esegwibbli bħala, parti mil-Liġi ta’ Malta.
19 ta’ Awissu, 1987
L-ATT XIV ta’ l-1987, kif emendat bl-Att XXI ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Konvenzjoni Ewropea. 
Tifsir.
Emendat:
XXI. 2002.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fondamentali" tfisser dawk
id-drittijiet u libertajiet elenkati fl-artikoli 2 sa 18 (inklużi) tal-
Konvenzjoni u l-artikoli 1 sa 3 (inklużi) ta’ l-Ewwel Protokoll, l-
artikoli 1 sa 4 (inklużi) tar-Raba’ Protokoll, l-artikoli 1 u 2 tas-Sitt
Protokoll u l-artikoli 1 sa 5 (inklużi) tas-Seba’ Protokoll li hemm
mal-Konvenzjoni, liema artikoli qegħdin jinġiebu fl-Ewwel Skeda;
"Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-
Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali ffirmata
f’Ruma fl-4 ta’ Novembru, 1950 u l-Ewwel, it-Tieni, t-Tielet, ir-
Raba’, l-Ħames, is-Sitt u s-Seba’ Protokolli li ħemm magħha
ffirmati f’Pariġi fl-20 ta’ Marzu 1952, u fi Strasbourg fis-6 ta’
Mejju 1963, 6 ta’ Mejju 1963, 16 ta’ Settembru 1963, 20 ta’ Jannar
1966, 18 ta’ April 1983 u 22 ta’ Novembru 1984, rispettivament;
"liġi ordinarja" tfisser kull dokument li għandu s-saħħa ta’ liġi u
kull regola ta’ liġi mhux miktuba, minbarra l-Kostituzzjoni ta’
Malta;
"persuna" tinkludi kull persuna fiżika, organizzazzjoni li ma
tkunx governattiva, jew grupp ta’ individwi.
Esegwibbiltà  tal-
Konvenzjoni.
3. (1) Id-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali
għandhom isiru, u jkunu esegwibbli bħala, parti mil-Liġi ta’ Malta. 
(2) Fejn ikun hemm xi liġi ordinarja li tkun inkonsistenti mad-
Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali, l-imsemmija
Drittijiet u Libertajiet Fundamentali għandhom jipprevalu, u dik il-
liġi ordinarja għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
(3) Id-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali
għandhom ikunu esegwibbli skond id-Dikjarazzjoni u Riżervi
magħmulin mill-Gvern ta’ Malta meta ġiet iffirmata il-Konvenzjoni
fit-12 ta’ Diċembru, 1966, liema Dikjarazzjoni u Konvenzjoni
qegħdin jinġiebu fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(4) Il-Qorti Kostituzzjonali għandha b’żieda mal-ġurisdizzjoni
mogħtija lilha mill-artikolu 95 tal-Kostituzzjoni, ikollha
ġurisdizzjoni li tisma’ u tiddeċiedi l-appelli kollha magħmula taħt
dan l-Att u li teżerċita dawk is-setgħat mogħtija lilha b’dan l-Att.
  2      KAP. 319. ħ            KONVENZJONIEWROPEA
Proċedura għall-
esekuzzjoni tad-
Drittijiet tal-
Bniedem u 
Libertajiet 
Fundamentali.
4. (1) Kull persuna li tallega li xi wieħed mid-Drittijiet tal-
Bniedem u Libertajiet Fundamentali jkun ġie, ikun qed jiġi jew
ikun x’aktarx ser jiġi miksur dwarha, jew kull persuna oħra li l-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta tista’ taħtar ad istanza ta’ xi
persuna li hekk tallega, tista’, bla ħsara għal kull azzjoni oħra dwar
l-istess ħaġa li tkun tista’ ssir legalment, titlob lill-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili għal rimedju.
(2) Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għandu jkollha ġurisdizzjoni
oriġinali li tisma’ u tiddeċiedi kull talba magħmula minn xi persuna
skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, u tista’ tagħmel dawk l-
ordnijiet, toħroġ dawk l-atti u tagħti dawk id-direttivi li tqis xierqa
sabiex twettaq, jew tiżgura t-twettiq tad-Drittijiet tal-Bniedem u
Libertajiet Fundamentali li għat-tgawdija tagħhom tkun intitolata
dik il-persuna:
Iżda l-qorti tista’, jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk
tagħmel, tirrifjuta li teżerċita s-setgħat tagħha skond dan is-
subartikolu f’kull każ meta tkun sodisfatta li mezzi xierqa ta’
rimedju għall-ksur allegat huma jew kienu disponibbli favur dik il-
persuna skond xi liġi ordinarja oħra.
(3) Jekk f’xi proċedimenti f’xi qorti li ma tkunx il-Prim’Awla
tal-Qorti Ċivili jew il-Qorti Kostituzzjonali tqum xi kwistjoni dwar
il-ksur ta’ xi wieħed mid-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet
Fundamentali, dik il-qorti għandha tibgħat il-kwistjoni quddiem il-
Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili kemm-il darba fil-fehma tagħha t-
tqanqil tal-kwistjoni ma tkunx sempliċement frivola jew vessatorja;
u dik il-qorti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha fuq kull kwistjoni
mibgħuta quddiemha skond dan is-subartikolu u, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), il-qorti li quddiemha tkun
qamet il-kwistjoni għandha tiddisponi mill-kwistjoni skond dik id-
deċiżjoni.
(4) Kull parti fi proċedimenti miġjuba quddiem il-Prim’Awla
tal-Qorti Ċivili skond dan l-artikolu jkollha dritt ta’ appell quddiem
il-Qorti Kostituzzjonali.
(5) Ma jkunx hemm appell minn xi deċiżjoni skond dan l-
artikolu li xi talba jew it-tqanqil ta’ xi kwistjoni tkun sempliċement
frivola jew vessatorja.
(6) Ir-Regolamenti tal-Qorti magħmula skond is-subartikolu
(7) ta’ l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni kif minn żmien għal żmien
fis-seħħ, għandhom japplikaw mutatis mutandis dwar il-prattika u
proċedura tal-qrati għall-finijiet ta’ dan l-artikolu daqs li kieku l-
proċedimenti magħmulin taħt dan l-artikolu kienu proċedimenti
magħmulin taħt l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni.
(7) Meta jiġi allegat illi xi wieħed mid-Drittijiet tal-Bniedem u
Libertajiet Fundamentali u xi wieħed mid-disposizzjonijiet tal-
artikolu 33 sa 45 (magħdudin) tal-Kositituzzjoni ġie, ikun qed jiġi
jew x’aktarx ser jiġi miksur, it-talba għar-rimedju jew ir-riferenza
lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili skond l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni
u dan l-artikolu, tista’ ssir fl-istess rikors jew riferenza.
(8) Meta rikors għal rimedju jew riferenza lill-Prim’Awla tal-
Qorti Ċivili magħmula wara t-30 ta’ April, l987 tkun magħmula
KONVENZJONIEWROPEA         ġ K AP. 319.    3
biss jew taħt l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni jew taħt dan l-artikolu u
tkun għadha pendenti quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili jew il-
Qorti Kostituzzjonali, il-qorti tista’ teżamina jekk il-fatti allegati
jkunux jew le, jivvjolaw id-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet
Fundamentali li jikkorrispondu għalihom fl-ewwel każ, jew id-
Drittijiet u Libertajiet Fundamentali ta’ l-Individwu esegwibbli taħt
il-Kostituzzjoni, fit-tieni każ; u jekk il-qorti hekk issib tkun tista’
tagħti r-rimedju li jidrilha xieraq skond il-każ taħt waħda mil-
liġijiet imsemmija.
Regoli speċjali li 
japplikaw 
f’konnessjoni ma’ 
l_artikolu 3 tas-
Seba’ Protokoll li 
hemm mal-
Konvenzjoni.
Miżjud:
XXI. 2002.3.
4A. (1) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 22 sa 25 (inklużi) tar-
Rapport Spjegattiv fuq is-Seba’ Protokoll għall-Konvenzjoni hawn
miġjub fit-Tielet Skeda għandhom japplikaw għall-interpretazzjoni
tad-disposizzjonijiet ta’ dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-
artikolu u ta’ l-Artikolu 3 tas-Seba’ Protokoll li hemm mal-
Konvenzjoni.
(2) L-ogħla kumpens li jitħallas taħt l-artikolu 3 tas-Seba’
Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni għandu jkun ta’ għaxart elef
lira. Dak il-kumpens għandu jiġi stabbilit permezz ta’ ftehim bejn
il-parti li tkun qed titlob dak il-kumpens jew jekk ma jkunx hemm
ftehim bħal dak mill-Qorti Ċivili, Prim’ Awla, wara li jsir rikors
minn min ikun qed jitlob il-kumpens u li għandu jsir fi żmien sitt
xhur mid-data meta s-sejbien ta’ ħtija ta’ dik il-persuna jkun ġie
rivertit jew minn meta dik il-persuna tkun ingħatatilha maħfra.
(3) Appell minn kif jiġi stabbilit il-kumpens mill-Qorti Ċivili,
Prim’ Awla, għandu jsir quddiem il-Qorti ta’ l-Appell b’rikors li
jiġi ppreżentat fi żmien għoxrin ġumata minn meta jinqata’ r-rikors
mill-Qorti Ċivili, Prim’ Awla.
Dritt ta’ petizzjoni 
individwali. 
5. L-ebda persuna ma għandha tiġi mfixkla fl-eżerċizzju tad-
dritt tagħha li tagħmel petizzjoni lis-Segretarju-Ġenerali tal-
Kunsill ta’ l-Ewropa skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 25
tal-Konvenzjoni u ta’ l-Artikoli kollha ta’ l-istess Konvenzjoni li
għandhom x’jaqsmu.
Esegwibbiltà  tad-
deċiżjonijiet tal-
Qorti Ewropea tad-
Drittijiet tal-
Bniedem. 
6. (1) Kull deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-
Bniedem li għaliha tkun tapplika dikjarazzjoni magħmula mill-
Gvern ta’ Malta skond l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni, tista’ tiġi
esegwita mill-Qorti Kostituzzjonali f’Malta, bl-istess mod bħal
deċiżjonijiet mogħtija minn dik il-qorti u jiġu esegwiti minnha,
b’rikors li jsir fil-Qorti Kostituzzjonali u notifikat lill-Avukat
Ġenerali, li jkun fih talba li tiġi ordnata l-esegwibbiltà  ta’ dik id-
deċiżjoni.
(2) Qabel ma l-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi talba bħal dik,
hija għandha teżamina jekk id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-
Drittijiet tal-Bniedem li jkun qed jintalab li tiġi esegwita, hijiex
waħda li għaliha tkun tapplika dikjarazzjoni bħal dik imsemmija
fis-subartikolu (1).
(3) Il-Qorti Kostituzzjonali għandha tordna l-esekuzzjoni ta’
deċiżjoni kif imsemmi f’dan l-artikolu jekk issib li din id-deċiżjoni
tkun waħda li għaliha tkun tapplika dikjarazzjoni msemmija fis-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
  4      KAP. 319. ħ            KONVENZJONIEWROPEA
Disposizzjoni 
tranżitorja.
Sostitwit:
XXI. 2002.4.
7. Ebda ksur ta’ l-Artikoli 2 sa 18 (inklużi) tal-Konvenzjoni
jew ta’ l-Artikoli 1 sa 3 (inklużi) ta’ l-Ewwel Protokoll li jsir qabel
it-30 ta’ April 1987 jew ta’ l-Artikoli 1 sa 4 (inklużi) tar-Raba’
Protokoll, l-Artikoli 1 u 2 tas-Sitt Protokoll jew ta’ l-Artikoli 1 sa 5
(inklużi) tas-Seba’ Protokoll li jsir qabel l-1 ta’ April 2002, ma
għandu jagħti lok għal xi azzjoni taħt l-artikolu 4.
Emendata:
XXI. 2002.5.
L-EWWEL SKEDA 
(Artikolu 2)
L-Artikoli 2 sa 18 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-
Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali.
ARTIKOLU 2
(1) Id-dritt għall-ħajja ta’ kulħadd għandu jiġi protett b’liġi.
Ħadd ma għandu jiġi ipprivat mill-ħajja tiegħu intenzjonalment
ħlief fl-esekuzzjoni tas-sentenza ta’ qorti wara li jiġi misjub ħati ta’
delitt li dwaru tkun provduta mil-liġi din il-piena.
(2) Il-privazzjoni tal-ħajja ma għandhiex titqies bħala
magħmula bi ksur ta’ dan l-Artikolu meta jirriżulta mill-użu ta’
forza li ma jkunx aktar minn dak li jkun assolutament meħtieġ:
(a) fid-difiża ta’ xi persuna minn vjolenza illegali;
(b) sabiex jiġi effettwat arrest skond il-liġi jew tiġi evitata
l-ħarba ta’ xi persuna detenuta skond il-liġi;
(ċ) f’azzjoni meħuda skond il-liġi sabiex tiġi megħluba
rewwixta jew insurrezzjoni.
ARTIKOLU 3
Ħadd ma għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal
trattament jew piena inumana jew degradanti.
ARTIKOLU 4
(1) Ħadd ma għandu jinżamm fi skjavitù  jew f’servitù .
(2) Ħadd ma għandu jkun imġiegħel jagħmel xogħol forzat jew
obbligatorju.
(3) Għall-fini ta’ dan l-Artikolu l-frażi "xogħol forzat jew
obbligatorju" ma tinkludix:
(a) xogħol meħtieġ li jsir fil-kors ordinarju ta’ detenzjoni
imposta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 ta’
din il-Konvenzjoni jew waqt il-libertà  kondizzjonata
minn dik id-detenzjoni;
(b) servizz ta’ karattru militari jew, f’każ ta’ persuni
oġġezzjonanti minħabba l-kuxjenza f’pajjiżi fejn huwa
hekk rikonoxxut, servizz imġiegħel minflok servizz
KONVENZJONIEWROPEA         ġ K AP. 319.    5
militari obbligatorju;
(ċ) servizz imġiegħel f’każ ta’ emerġenza jew ta’ kalamità
li thedded il-ħajja jew il-ġid tal-komunità ;
(d) xogħol jew servizz li jifforma parti mill-obbligi ċiviċi
normali.
ARTIKOLU 5
(1) Kulħadd għandu d-dritt għal-libertà  u għas-sigurtà  tal-
persuna.
Ħadd ma għandu jiġi ipprivat mil-libertà  tiegħu ħlief fil-każijiet
li ġejjin u skond il-proċedura preskritta bil-liġi:
(a) id-detenzjoni skond il-liġi ta’ persuna wara li tinsab
ħatja minn qorti kompetenti;
(b) l-arrest jew id-detenzjoni skond il-liġi ta’ persuna għal
nuqqas ta’ tħaris ta’ ordni skond il-liġi ta’ qorti jew
sabiex jiġi żgurat it-twettiq ta’ xi obbligu preskritt mil-
liġi;
(ċ) l-arrest jew detenzjoni skond il-liġi ta’ persuna
effettwata sabiex tiġi miġjuba quddiem l-awtorità
legali kompetenti fuq suspett raġonevoli li tkun
ikommettiet reat jew meta jkun meqjus raġonevolment
meħtieġ biex jiġi evitat li tikkommetti reat jew li
taħrab wara li tkun għamlet reat;
(d) id-detenzjoni ta’ minuri b’ordni skond il-liġi għall-
iskop ta’ sorveljanza edukattiva jew id-detenzjoni
tiegħu skond il-liġi sabiex jiġi miġjub quddiem l-
awtorità  legali kompetenti;
(e) id-detenzjoni skond il-liġi ta’ persuni biex jiġi evitat
it-tixrid ta’ mard infettiv, ta’ persuni mhux f’sensihom,
addetti għall-alkohol jew għad-drogi jew vagabondi;
(f) l-arrest jew id-detenzjoni skond il-liġi ta’ persuna biex
jiġi evitat li tidħol mingħajr awtorità  fil-pajjiż jew ta’
persuna li kontra tagħha tkun qed issir kawża għad
deportazzjoni jew għall-estradizzjoni.
(2) Kull min ikun arrestat għandu jiġi nfurmat minnufih,
f’lingwa li jifhem, dwar ir-raġunijiet ta’ l-arrest tiegħu u dwar kull
akkuża kontra tiegħu.
(3) Kull min ikun arrestat jew detenut skond id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) (ċ) ta’ dan l-Artikolu għandu
jinġieb minnufih quddiem imħallef jew funzjonarju ieħor
awtorizzat b’liġi biex jeżerċita setgħa ġudizzjarja u jkollu dritt għal
proċeduri fi żmien raġonevoli jew għal ħelsien waqt pendenza tal-
proċeduri. Il-ħelsien jista’ jkun taħt kundizzjoni ta’ garanziji biex
jidher għall-proċeduri.
(4) Kull min ikun ipprivat mil-libertà  tiegħu b’arrest jew
detenzjoni jkollu dritt li jagħmel proċeduri biex il-legalità  tad-
detenzjoni tiegħu tiġi deċiża malajr minn qorti u l-libertà  tiegħu tiġi
ordnata jekk id-detenzjoni ma tkunx skond il-liġi.
  6      KAP. 319. ħ            KONVENZJONIEWROPEA
(5) Kull min ikun vittma ta’ arrest jew detenzjoni bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jkollu dritt esegwibbli għal
kumpens.
ARTIKOLU 6
(1) Fid-deċiżjoni tad-drittijiet ċivili u ta’ l-obbligi tiegħu jew
ta’ xi akkuża kriminali kontra tiegħu, kulħadd huwa ntitolat għal
smigħ imparzjali u pubbliku fi żmien raġonevoli minn tribunal
indipendenti u imparzjali mwaqqaf b’liġi. Is-sentenza għandha
tingħata pubblikament iżda l-istampa u l-pubbliku jista’ jiġi eskluż
mill-proċeduri kollha jew minn parti minnhom fl-interess tal-
morali, ta’ l-ordni pubbliku jew tas-sigurtà  nazzjonali f’soċjetà
demokratika, meta l-interessi tal-minuri jew il-protezzjoni tal-ħajja
privata tal-partijiet hekk teħtieġ, jew safejn ikun rigorożament
meħtieġ fil-fehma tal-qorti f’ċirkostanzi speċjali meta l-pubbliċità
tista’ tippreġudika l-interessi tal-ġustizzja.
(2) Kull min ikun akkużat b’reat kriminali għandu jiġi meqjus
li jkun innoċenti sakemm ma jiġix pruvat ħati skond il-liġi.
(3) Kull min ikun akkużat b’reat kriminali għandu d-drittijiet
minimi li ġejjin:
(a) li jkun infurmat minnufih, b’lingwa li jifhem u bid-
dettal, dwar in-natura u r-raġuni ta’ l-akkuża kontra
tiegħu;
(b) li jkollu żmien u faċilitajiet xierqa għall-preparazzjoni
tad-difiża tiegħu;
(ċ) li jiddefendi ruħu persunalment jew permezz ta’
assistenza legali magħżula minnu stess jew, jekk ma
jkollux mezzi biżżejjed li jħallas l-assistenza legali,
din għandha tingħata lilu b’xejn meta l-interessi tal-
ġustizzja jeħtieġu hekk;
(d) li jeżamina jew li jara li jiġu eżaminati xhieda kontra
tiegħu u li jottjeni l-attendenza u l-eżami ta’ xhieda
favur tiegħu taħt l-istess kundizzjonijiet bħax-xhieda
kontra tiegħu;
(e) li jkollu assistenza b’xejn ta’ interpretu jekk ma jkunx
jifhem jew jitkellem il-lingwa użata fil-qorti.
ARTIKOLU 7
(1) Ħadd ma għandu jitqies li jkun ħati ta’ reat kriminali
minħabba f’xi att jew ommissjoni li ma kinux jikkostitwixxu reat
kriminali skond liġi nazzjonali jew internazzjonali fil-ħin meta
jkun sar. Lanqas ma għandha tingħata piena akbar minn dik li
kienet applikabbli fiż-żmien meta r-reat kriminali jkun sar.
(2) Dan l-Artikolu ma għandux jippreġudika l-proċeduri u l-
applikazzjoni tal-piena ta’ xi persuna għal xi att jew ommissjoni li,
fiż-żmien meta jkun sar, kien kriminali skond il-prinċipji ġenerali
tal-liġi rikonoxxuti min-nazzjonijiet ċivilizzati.
KONVENZJONIEWROPEA         ġ K AP. 319.    7
ARTIKOLU 8
(1) Kulħadd għandu d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tiegħu
u tal-familja tiegħu, ta’ daru u tal-korrispondenza tiegħu.
(2) Ma għandux ikun hemm indħil minn awtorità  pubblika
dwar l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ħlief dak li jkun skond il-liġi u li
jkun meħtieġ f’soċjetà  demokratika fl-interessi tas-sigurtà
nazzjonali, sigurtà  pubblika jew il-ġid ekonomiku tal-pajjiż, biex
jiġi evitat id-diżordni jew l-egħmil ta’ delitti, għall-protezzjoni tas-
saħħa jew tal-morali, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u
libertajiet ta’ ħaddieħor.
ARTIKOLU 9
(1) Kulħadd għandu d-dritt għal-libertà  tal-ħsieb, kuxjenza u
reliġjon; dan id-dritt jinkludi l-libertà  li jbiddel ir-reliġjon jew
twemmin tiegħu u l-libertà , sew waħdu kemm ma’ oħrajn u
pubblikament jew privatament, li juri r-reliġjon jew it-twemmin
tiegħu, fil-qima, tagħlim, prattika u osservanza.
(2) Il-libertà  li wieħed juri r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu
tkun suġġetta biss għal dawk il-limitazzjonijiet li jkunu preskritti
b’liġi u li jkunu meħtieġa f’soċjetà  demokratika fl-interessi tas-
sigurtà  pubblika, għall-protezzjoni ta’ l-ordni pubblika, tas-saħħa
jew tal-morali, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’
ħaddieħor.
ARTIKOLU 10
(1) Kulħadd għandu d-dritt għal-libertà  ta’ espressjoni. Dan id-
dritt jinkludi l-libertà  li jkollu opinjonijiet u li jirċievi u jagħti
informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtorità  pubblika u
mingħajr ma jittieħed kont ta’ fruntieri. Dan l-Artikolu ma għandux
jimpedixxi Stati milli jeħtieġu liċenzi għax-xandir, televiżjoni jew
impriżi ċinematografiċi.
(2) L-eżerċizzju ta’ dawn il-libertajiet, billi jġib miegħu
dmirijiet u responsabbiltajiet, jista’ jkun suġġett għal dawk il-
formalitajiet, kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew penali kif
preskritti b’liġi u li jkunu meħtieġa f’soċjetà  demokratika, fl-
interessi tas-sigurtà  nazzjonali, integrità  territorjali jew sigurtà
pubblika, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-egħmil ta’ delitti, għall-
protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali, għall-protezzjoni tar-
reputazzjoni jew drittijiet ta’ ħaddieħor, biex jiġi evitat il-kxif ta’
informazzjoni riċevuta b’sigriet, jew biex tiġi miżmuma l-awtorità
u l-imparzjalità  tal-ġudikatura.
ARTIKOLU 11
(1) Kulħadd għandu d-dritt għal-libertà  ta’ għaqda paċifika u
għal-libertà  ta’ assoċjazzjoni ma’ oħrajn, inkluż id-dritt li wieħed
jifforma u jidħol fi trade unions għall-protezzjoni ta’ l-interessi
tiegħu.
  8      KAP. 319. ħ            KONVENZJONIEWROPEA
(2) Ma għandu jkun hemm ebda restrizzjonijiet fuq l-
eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet ħlief dawk li jkunu preskritti b’liġi
u li jkunu meħtieġa f’soċjetà  demokratika fl-interessi tas-sigurtà
nazzjonali jew tas-sigurtà  pubblika, biex jiġi evitat id-diżordni jew
l-egħmil ta’ delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali jew
għall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ ħaddieħor. Dan l-
Artikolu ma għandux jimpedixxi l-imposizzjoni ta’ restrizzjonijiet
skond il-liġi fuq l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet minn membri tal-
Forzi Armati, tal-Pulizija jew ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-Istat.
ARTIKOLU 12
L-irġiel u n-nisa ta’ età  ta’ żwieġ għandhom id-dritt li jiżżewġu u
li jkollhom familja, skond il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-
eżerċizzju ta’ dan id-dritt.
ARTIKOLU 13
Kull min ikollu miksura d-drittijiet u l-libertajiet tiegħu
kontemplati f’din il-Konvenzjoni għandu jkollu rimedju effettiv
quddiem awtorità  nazzjonali għalkemm dak il-ksur ikun sar minn
persuni li jkunu qed jaġixxu f’kariga uffiċjali.
ARTIKOLU 14
It-tgawdija tad-drittijiet u libertajiet kontemplati f’din il-
Konvenzjoni għandha tiġi assigurata mingħajr diskriminazzjoni
għal kull raġuni bħalma huma s-sess, razza, kulur, lingwa, reliġjon,
opinjoni politika jew opinjoni oħra, oriġini nazzjonali jew soċjali,
assoċjazzjoni ma’ minoranza nazzjonali, proprjetà , twelid jew
status ieħor.
ARTIKOLU 15
(1) Fi żmien ta’ gwerra jew ta’ emerġenza oħra pubblika li
thedded il-ħajja tan-nazzjon kull Parti Għolja Kontraenti tista’
tieħu miżuri li jnaqqsu l-obbligi tagħha skond il-Konvenzjoni
safejn ikun rigorożament meħtieġ mill-esiġenzi tas-sitwazzjoni,
basta li dawk il-miżuri ma jkunux inkonsistenti ma’ l-obbligi l-oħra
tagħha skond il-liġi internazzjonali.
(2) Ma għandha ssir bis-saħħa ta’ din id-disposizzjoni ebda
deroga mill-Artikolu 2 ħlief dwar imwiet li jirriżultaw minn atti
leġittimi ta’ gwerra, jew mill-Artikoli 3, 4 (paragrafu 1) u 7.
(3) Kull Parti Għolja Kontraenti li tagħmel użu minn dan id-
dritt ta’ deroga għandha tinforma b’kollox lis-Segretarju Ġenerali
tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar il-miżuri li tkun ħadet u r raġunijiet
tagħhom. Għandha wkoll tinforma lis-Segretarju Ġenerali tal-
Kunsill ta’ l-Ewropa meta dawk il-miżuri jkunu spiċċaw li joperaw
u d-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni jkunu qegħdin jerġgħu jiġu
esegwiti kompletament.
KONVENZJONIEWROPEA         ġ K AP. 319.    9
ARTIKOLU 16
Ebda ħaġa li hemm fl-Artikoli 10, 11 u 14 ma għandha tiftiehem
li timpedixxi lill-Partijiet Għolja Kontraenti milli jimponu
restrizzjonijiet fuq l-attività  politika ta’ barranin.
ARTIKOLU 17
Ebda ħaġa li hemm f’din il-Konvenzjoni ma għandha tiġi
interpretata li xi Stat, grupp jew persuna għandha xi dritt li tidħol
f’xi attività  jew tagħmel xi att maħsub biex jeqred xi wieħed mid-
drittijiet u mil-libertajiet kontemplati f’din il-Konvenzjoni jew biex
tillimitahom aktar minn dak provdut fil-Konvenzjoni.
ARTIKOLU 18
Ir-restrizzjonijiet permessi skond din il-Konvenzjoni għall-
imsemmija drittijiet u libertajiet ma għandhomx jiġu applikati għal
xi skop ieħor ħlief dawk li għalihom huma jkunu ġew preskritti.
L-Artikoli minn 1 sa 3 ta’ l-Ewwel Protokoll li hemm mal-
Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-
Libertajiet Fundamentali.
ARTIKOLU 1
Kull persuna naturali jew persuna morali għandha dritt għat-
tgawdija paċifika tal-possedimenti tagħha. Ħadd ma għandu jiġi
ipprivat mill-possedimenti tiegħu ħlief fl-interess pubbliku u bla
ħsara tal-kundizzjonijiet provduti bil-liġi u bil-prinċipji ġenerali
tal-liġi internazzjonali.
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ qabel ma għandhom b’ebda mod
inaqqsu d-dritt ta’ Stat li jwettaq dawk il-liġijiet li jidhrulu xierqa
biex jikkontrolla l-użu ta’ proprjetà  skond l-interess ġenerali jew
biex jiżgura l-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra jew pieni.
ARTIKOLU 2
Ħadd ma għandu jiġi ipprivat mid-dritt għall-edukazzjoni. Fl-
eżerċizzju ta’ kull funzjonijiet li jassumi dwar edukazzjoni u
tagħlim, l-Istat għandu jirrispetta d-dritt tal-ġenituri li jiżguraw dik
l-edukazzjoni u dak it-tagħlim in konformità  mal-konvinzjonijiet
tagħhom reliġjużi u filosofiċi.
ARTIKOLU 3
Il-Partijiet Għolja Kontraenti jobbligaw ruħhom li jżommu
elezzjonijiet liberi f’intervalli xierqa b’votazzjoni sigrieta, taħt
kundizzjonijiet li jiżguraw l-espressjoni libera ta’ l-opinjoni tal-
poplu fl-għażla tal-leġislatura.
  10      KAP. 319. ħ            KONVENZJONIEWROPEA
Artikoli 1 sa 4 tar-Raba’ Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni 
għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet 
Fondamentali.
Artikolu 1 - Projbizzjoni ta’ priġunerija għal dejn
Ħadd ma għandu jiġi ipprivat mil-libertà  tiegħu unikament
minhabba fl-inkapaċità  tiegħu li jwettaq obbligazzjoni kuntrattwali.
Artikolu 2 - Libertà  ta’ moviment
1. Kull min ikun b’mod leġittimu fil-limiti tat-territorju ta’ xi
Stat għandu, fil-limiti ta’ dak it-territorju, ikollu d-dritt għal-libertà
ta’ moviment u l-libertà  li jagħżel ir-residenza tiegħu.
2. Kulħadd ikun liberu li jitlaq minn xi pajjiż, inkluż dak
tiegħu nnifsu.
3. Ma għandhom jitqegħdu ebda restrizzjonijiet fuq l-
eserċizzju ta’ dawn id-drittijiet ħlief dawk li jkunu skond il-liġi u li
jkunu meħtieġa f’soċjetà  demokratika f’kull interess tas-sigurtà
nazzjonali jew tas-sigurezza pubblika, għaż-żamma ta’ l-ordni
pubbliku, għall-prevenzjoni ta’ reati, għall-protezzjoni tas-saħħa
jew tal-morali, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’
l-oħrajn.
4. Id-drittijiet stipulati fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu wkoll
suġġetti, f’arei partikolari, għal restrizzjonijiet imposti skond il-liġi
u li jkunu ġustifikati bl-interess pubbliku f’soċjetà  demokratika.
Artikolu 3 - Projbizzjoni ta’ tkeċċija ta’ ċittadini
1. Ħadd ma għandu jiġi mkeċċi, minħabba jew xi miżura
individwali jew xi waħda kollettiva, mit-territorju ta’ L-Istat li jkun
ċittadin tiegħu.
2. Ħadd ma għandu jiġi pprivat mid-dritt li jidħol fit-territorju
ta’ L-Istat li jkun ċittadin tiegħu.
Artikolu 4 - Projbizzjoni ta’ tkeċċija kollettiva ta’ frustieri
It-tkeċċija kollettiva ta’ frustieri hija pprojbita.
Artikoli 1 u 2 tas-Sitt Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni 
għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet 
Fondamentali.
Artikolu 1 - Abolizzjoni tal-piena tal-mewt
Il-piena tal-mewt għandha tkun abolita. Ħadd ma għandu
jiġi kkundannat għal dik il-piena jew titneħħilu ħajtu.
Artikolu 2 - Piena tal-mewt fi żmien il-gwerra
Stat jista’ jipprovdi fil-liġi tiegħu li jkun hemm il-piena
tal-mewt dwar dawk L-attijiet li jsiru fi żmien il-gwerra jew ta’
theddida imminenti ta’ gwerra; dik il-piena għandha tingħata biss
fl-istanzi stipulati fil-liġi u skond id-disposizzjonijiet relattivi. L-
Istat għandu jikkomunika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-
Ewropa d-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dik il-liġi.
KONVENZJONIEWROPEA         ġ K AP. 319.    11
Artikoli 1 sa 5 tas-Seba’ Protokoll li hemm mal-Konvenzjoni 
għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet 
Fondamentali
Artikolu 1 - Salvagwardji proċedurali li għandhom
x’jaqsmu mat-tkeċċija ta’ frustieri
1. Frustier li jkun b’mod leġittimu residenti fit-territorju ta’
xi Stat ma għandux jiġi mkeċċi minn dak l-Istat ħlief
b’konsegwenza ta’ xi deċiżjoni magħmula skond il-liġi u għandu
jkun permess:
a. li jippreżenta r-raġunijiet tiegħu għaliex ma għandux
jitkeċċa,
b. li jkollu l-każ tiegħu rivedut, u
ċ. li jkun rappreżentat għal dawn ir-raġunijiet quddiem l-
awtorità  kompetenti jew xi persuna jew persuni li jiġu
msemmija minn dik l-awtorità .
2. Frustier jista’ jiġi mkeċċi qabel ma jwettaq id-drittijiet
tiegħu taħt paragrafu 1 a, b u ċ ta’ dan l-artikolu, meta dik it-
tkeċċija tkun meħtieġa fl-interess ta’ l-ordni pubbliku jew tkun
imsejjsa fuq raġunijiet ta’ sigurtà  nazzjonali.
Artikolu 2 - Dritt ta’ appell f’materja kriminali
1. Kull min jinsab ħati ta’ reat kriminali minn xi tribunal
ikollu d-dritt li dak is-sejbien ta’ ħtija jew dik is-sentenza jiġu
rivisti minn tribunal ogħla. L-eserċizzju ta’ dan id-dritt, inklużi r-
raġunijiet abbażi ta’ dak l-eserċizzju, għandhom ikunu regolati bil-
liġi.
2. Dan id-dritt jista’ jkun suġġett għal eċċezzjonijiet dwar
reati ta’ xorta mhux kontravvenzjonali, skond ma jkunu preskritti
bil-liġi, jew f’każijiet li fihom il-persuna involuta tkun ġiet
ipproċessata fl-ewwel istanza mill-ogħla tribunal jew tkun insabet
ħatja wara appell kontra l-liberazzjoni.
Artikolu 3 - Kumpens għal sejbien ta’ ħtija mhux kif imiss
Meta persuna tkun b’deċiżjoni finali insabet ħatja ta’ reat
kriminali u meta sussegwentement s-sejbien tagħha ta’ ħtija jkun
ġie rivertit, jew tkun ingħatat il-maħfra, minħabba f’li xi fatt ġdid
jew li jkun għadu kemm ġie mikxuf ikun juri konklużivament li
kien hemm nuqqas ta’ ġustizzja magħmula mill-qorti, il-persuna li
tkun ġarrbet il-piena bħala riżultat ta’ dak is-sejbien ta’ ħtija
għandha tingħata kumpens skond il-liġi jew il-prattika ta’ l-Istat
inkwistjoni, kemm-il darba ma tinġiebx prova li n-nuqqas ta’ żvelar
tal-fatt mhux konoxxut fil-ħin ikun għalkollox jew f’parti minnu
attribwibbli għal dik l-istess persuna.
Artikolu 4 - Id-dritt li persuna ma tiġix ipproċessata jew
ikkastigata darbtejn
1. Ħadd ma jista’ jkun ipproċessat jew jerġa’ jiġi kkastigat
għal darb’oħra fi proċedimenti kriminali taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-
Istess Stat għal xi reat li dwaru jkun diġà  ġie finalment liberat jew
misjub ħati skond il-liġi u l-proċedura penali ta’ dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti ma
  12      KAP. 319. ħ            KONVENZJONIEWROPEA
għandhomx iżommu milli l-każ jerġa’ jinfetaħ skond il-liġi u l-
proċedura penali ta’ l-Istat inwistjoni, jekk ikun hemm provi ta’ xi
fatti ġodda jew li jkunu għadhom kif ġew żvelati, jew inkella jekk
ikun ħemm xi vizzju fondamentali fil-proċedimenti ta’ qabel, li
jista’ jkollhom effett fuq kif jiżvolġi l-każ.
3. Ebda deroga minn dan l-artikolu ma għandha ssir taħt l-
artikolu 15 tal-Konvenzjoni.
Artikolu 5 - Egwaljanza bejn il-konjuġi
Il-konjuġi għandhom igawdu egwaljanza fid-drittijiet u r-
responsabbiltajiet ta’ xorta tad-dritt privat bejniethom, u fir-
relazzjonijiet tagħhom ma’ uliedhom, qabel iż-żwieġ, matul iż-
żwieġ u fil-każ tax-xoljiment tiegħu. Dan l-artikolu ma jżommx
lill-Istati milli jieħdu dawk il-miżuri li huma meħtieġa fl-interess
ta’ l-ulied.
IT-TIENI SKEDA 
(Artikolu 3)
DIKJARAZZJONI U RIŻERVI 
MAGĦMULIN MILL-GVERN TA’ MALTA META
ĠEW IFFIRMATI L-KONVENZJONI U L-PROTOKOLL 
(12 TA’ DIĊEMBRU 1966) 
1. Dikjarazzjoni ta’ interpretazzjoni
Il-Gvern ta’ Malta jiddikjara li qiegħed jinterpreta l-paragrafu 2
ta’ l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni fis-sens illi ma tipprekludix xi liġi
partikulari milli timponi fuq xi persuna akkużata taħt dik il-liġi l-
piż tal-prova ta’ fatti partikolari.
2. Il-Gvern ta’ Malta, b’riferenza għall-Artikolu 64 tal-
Konvenzjoni, u xewqan li jevita kull inċertezza dwar l-
applikazzjoni ta’ l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni jiddikjara li l-
Kositituzzjoni ta’ Malta tippermetti li dawn ir-restrizzjonijiet jiġu
imposti fuq uffiċjali pubbliċi dwar il-libertà  ta’ espressjoni
tagħhom hekk kif ikunu raġonevolment ġustifikabbli f’soċjetà
demokratika. Ir-regolamenti dwar il-kondotta ta’ uffiċjali pubbliċi
f’Malta tipprekludihom milli jieħdu parti attiva f’diskussjonijiet
politiċi jew f’xi attività  politika oħra matul ħinijiet tax-xogħol jew
f’postijiet uffiċjali.
3. Il-Gvern ta’ Malta, b’riferenza għal-Artikolu 64 tal-
Konvenzjoni, jiddikjara li l-prinċipju ta’ difiża leġittima ammess
taħt is-sub-paragrafu (a) tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 2 tal-
Konvenzjoni għandu wkoll ikun japplika f’Malta għad-difiża tal-
proprjetà  sal-limitu meħtieġ bid-disposizzjonijiet tal-paragrafi (a) u
(b) ta’ l-artikolu *224 tal-Kodiċi Kriminali ta’ Malta, li t-test
*L-artikoli rilevanti 223 u 224 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9), magħrufa
oriġinarjament fit-test bħala l-artikoli 237 u 238 rispettivament, ġew rinumerati
bis-saħħa ta’ l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
KONVENZJONIEWROPEA         ġ K AP. 319.    13
tiegħu, flimkien ma’ t-test ta’ l-artikolu *223 preċedenti, huwa dan
li ġej:
"*223. Ma hemmx reat meta l-omiċidju jew l-offiża fuq il-
persuna huma ordnati jew permessi mil-liġi jew mill-awtorità
leġittima, jew meħtieġa mill-bżonn attwali tad-difiża leġittima ta’
wieħed innifsu jew ta’ ħaddieħor.
*224. Jidħlu taħt il-każijiet ta’ bżonn attwali tad-difiża
leġittima, dawn li ġejjin:
(a) jekk l-omiċidju jew l-offiżi fuq il-persuna jsiru fil-
waqt li wieħed, bil-lejl, ikun qiegħed jirreżisti biex ma
jħallix l-iskalata jew il-ksur ta’ reċinti, ta’ ħitan, jew
ta’ bibien li minnhom tidħol għal dar jew appartament
abitat, jew ta’ post li jagħmel magħhom, illi jkun
jinfed, direttament jew indirettament, ma’ dik id-dar
jew ma’ dak l-appartament;
(b) jekk l-omiċidju jew l-offiżi fuq il-persuna jsiru fil-
waqt tad-difiża kontra persuna li tkun tagħmel serq bi
vjolenza jew sakkeġġ bi vjolenza, jew li tittanta
tagħmel dak is-serq jew sakkeġġ;
(ċ) jekk l-omiċidju jew l-offiżi fuq il-persuna jkunu
meħtieġa mill-bżonn attwali tad-difiża tal-kastità  ta’
persuna nnifisha, jew ta’ persuna oħra."
4. Il-Gvern ta’ Malta, b’riferenza għall-Artikolu 64 tal-
Konvenzjoni, jiddikjara li l-prinċipju affermat fit-tieni sentenza ta’
l-Artikolu 2 tal-Protokoll qiegħed jiġi aċċettat minn Malta sakemm
biss dan ikun kompatibbli ma’ l-għoti ta’ istruzzjoni u taħriġ
effiċjenti, u li tiġi evitata kull spiża pubblika irraġonevoli,
b’riferenza għall-fatt li l-popolazzjoni ta’ Malta hija fl-ikbar numru
tagħha waħda Kattolika Rumana.
Miżjuda:
XXI. 2002.6.
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 4A)
Paragrafi 22 sa 25 tar-Rapport Spjegattiv għas-Seba’ Protokoll 
li hemm mal-Konvenzjoni
22. Dan l-artikolu jipprovdi li l-kumpens għandu jitħallas lil
vittma ta’ nuqqas ta’ ġustizzja magħmula mill-qorti, taħt ċertu
kondizzjonijiet.
Fl-ewwel lok, li l-persuna involuta kellha tkun insabet
ħatja ta’ reat kriminali b’deċiżjoni finali u tkun ġarrbet piena bħala
riżultat ta’ dak is-sejbien ta’ ħtija. Skond it-tifsira li hemm fir-
Rapport Spjegattiv tal-Konvenzjoni Ewropea fuq il-Validità
Internazzjonali ta’ Sentenzi Kriminali, deċiżjoni tkun finali "jekk,
skond il-frażi tradizzjonali, tkun daħlet f’ġudikat bħala res
judicata. Dan huwa l-każ meta din tkun irrevokabbli, jiġifieri meta
ebda rimedju ieħor ulterjuri ma jkunu disponibbli jew meta l-
partijiet ikunu għamlu użu sħiħ minn dawk ir-rimedji jew ikunu
ppermettew li t-terminu ta’ żmien jiskadi mingħajr ma jagħmlu użu
  14      KAP. 319. ħ            KONVENZJONIEWROPEA
minnhom*. Isegwi għaldaqstant li sentenza li ma tkunx ta’ din ix-
xorta ma titqiesx bħala waħda finali sakemm il-liġi domestika tkun
tippermetti li l-proċedimenti jkunu jistgħu jerġgħu jinbdew. Fl-
istess mod, dan l-artikolu ma japplikax għal każijiet fejn l-akkuża
tiġi miċħuda jew il-persuna akkużata tinħeles jew mill-qorti ta’ l-
ewwel istanza jew fl-appell, minn tribunal ogħla. Jekk,
madankollu, f’xi wieħed mill-Istati fejn ikun hemm provdut dwar
xi possibilità  bħal dik# il-persuna tkun tħalliet tappella wara li jkun
skada ż-żmien normali li fih jista’ jsir l-appell, u s-sejbien ta’ ħtija
tiegħu mbagħad tiġi rivertita fl-appell, għaldaqshekk u bla ħsara
għall-kondizzjonijiet l-oħra ta’ l-artikolu, b’mod partikolari l-
kondizzjonijiet deskritti f’paragrafu 24 hawn iktar ’l isfel, jista’
japplika l-artikolu.
23. Fit-tieni lok, l-artikolu japplika biss meta s-sejbien ta’ ħtija
ta’ xi persuna jkun ġie rivertit jew inkella dik il-persuna tkun
ingħatatilha l-maħfra, f’kull każ minħabba li xi fatt ġdid jew xi fatt
li jkun għadu kif ġie mikxuf ikun juri b’mod konklużiv li kien
hemm xi nuqqas ta’ ġustizzja magħmula mill-qorti - jiġifieri, xi
nuqqas gravi fil-proċess ġudizzjarju li kien jinvolvi xi preġudizzju
gravi għall-persuna li tkun insabet ħatja. Għaldaqstant, ma hemm
ebda ħtieġa taħt l-artikolu li jitħallas xi kumpens jekk dak is-
sejbien ta’ ħtija jkun ġie rivertit jew tkun ingħatat maħfra għal xi
raġuni oħra. Lanqas mhu l-każ li l-artikolu jipprova jistabbilixxi xi
regoli dwar ix-xorta tal-proċedura li għandha tiġi applikata sabiex
jiġi stabbilit li kien hemm xi nuqqas ta’ ġustizzja magħmula mill-
qorti. Din hija materja li għandha tiġi ttrattata skond il-liġi
domestika jew mill-prattika ta’ l-istat inkwistjoni. Il-kliem "jew
inkella dik il-persuna tkun ingħatatilha l-maħfra" ġew inklużi
għaliex taħt xi sistemi legali l-maħfra, pjuttost minn proċedimenti
legali li jwasslu għar-riverżjoni ta’ sejbien ta’ ħtija, tista’ f’ċerti
każijiet tkun ir-rimedju adattat wara li jkun hemm deċiżjoni finali.
24. Finalment, ma hemm ebda dritt għal kumpens taħt din id-
disposizzjoni jekk ikun jista’ jintwera li n-nuqqas ta’ kxif tal-fatt
mhux magħruf fil-ħin kien għalkollox jew f’parti minnu
attribwibbli għall-persuna li tkun insabet ħatja.
25. Fil-każijiet kollha li fihom dawn il-prekondizzjonijiet jiġu
sodisfatti, jithallas kumpens skond il-liġi domestika jew mill-
prattika ta’ l-istat inkwistjoni": Dan ma jfissirx li ma jitħallas ebda
kumpens jekk il-liġi jew il-prattika ma jkunux jipprovdu għal
kumpens bħal dak. Ifisser li l-liġi jew il-prattika ta’ l-Istat
għandhom jipprovdu għall-ħlas ta’ kumpens f’kull każ fejn l-
artikolu jkun japplika. L-intenzjoni hi li l-istati jkunu obbligati
jikkompensaw lil persuni biss f’każijiet ċari ta’ nuqqas ta’ ġustizzja
magħmula mill-qorti, fis-sens li jkun hemm rikonoxximent li l-
persuna involuta kienet manifestament innoċenti. L-artikolu
*Kummentarju fuq l-Artikolu 1a: Rapport Spjegattiv tal-Konvenzjoni Ewropea
fuq il-Validità  Internazzjonali ta’ Sentenzi Kriminali, pubblikazzjoni tal-Kunsill
ta’ l-Ewropa, 1970, p.22.
#Ara l-paragrafu 19 ta’ l-istess Rapport Spjegattiv li jgħid dan li ġej:
"19. F’xi stati, persuna li tkun tixtieq tappella quddiem tribunal ogħla għandha
f’ċertu każijiet tapplika biex titħalla tappella. Id-dritt li tirrikorri quddiem
tribunal jew xi awtorità  amministrattiva biex titħalla tappella għandu fih innifsu
jitqies bħala għamla ta’ reviżjoni fil-kuntest tat-tifsira ta’ dan l-artikolu".
KONVENZJONIEWROPEA         ġ K AP. 319.    15
mħuwiex mahsub li jagħti d-dritt ta’ kumpens meta kull
prekondizzjoni ma tkunx sodisfatta, per eżempju, meta qorti ta’ l-
appell tkun invalidat sejbien ta’ ħtija għaliex kienet kixfet xi fatt li
jkun daħħal dubju raġonevoli dwar il-ħtija ta’ l-akkużat u li l-
imħallef li kien għamel il-ġuri ma kienx ta każha.
