PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA    ġ K AP. 321.    1
KAPITOLU 321
ATT DWAR IL-PROFESSJONI TA’ L-
INĠINERIJA 
Biex jirregola l-professjoni ta’ l-inġinerija u biex jipprovdi għal ħwejjeġ
li għandhom x’jaqsmu ma’ dik il-professjoni jew li huma anċillari għaliha.
22 ta’ Frar, l988;
1 ta’ Ġunju, 1988;
1 ta’ Settembru, 1990;
1 ta’ Diċembru, 1993;
1 ta’ Ottubru, 1995;
1 ta’ Diċembru, 1998
L-ATT VII ta’ l-1988, kif emendat bl-Atti V ta’ l-1990 u XVIII ta’ l-2002.
Titolu fil-qosor. 
Inġinerija.
Tifsir.
xort’oħra - 
"Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Inġinerija mwaqqaf bl-artikolu 6;
"Inġinier" tfisser persuna li tkun kisbet grad fl-inġinerija mill-
Università  ta’ Malta jew minn istitut barrani magħruf bħala
ekwivalenti;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-infrastruttura u,
sal-limitu ta’ funzjonijiet delegati lilu mill-Ministru, tinkludi l-
Bord; 
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti taħt dan l-Att; 
"professjoni ta’ inġinier" tfisser il-professjoni eżerċitata minn
inġinier li jkun detentur ta’ warrant;
"warrant" tfisser warrant mogħti taħt l-artikolu 4; u "detentur ta’
warrant" għandha tiftiehem skond dan it-tifsir.
Kundizzjonijiet 
meħtieġa biex 
wieħed 
jikkwalifika għal 
warrant.
3. (1) Ebda persuna ma tista’ teżerċita l-professjoni ta’
inġinier kemm-il darba ma jkollhiex warrant maħruġ taħt l-artikolu
4 ta’ dan l-Att.
(2) Persuna ma tikkwalifikax għal warrant ħlief jekk -
(a) tkun ċittadin ta’ Malta;
(b) tkun ta’ kondotta tajba;
(ċ) tkun kapaċi għal kollox skond il-liġi; u 
(d) tkun issodisfat lill-Bord li - 
(i) ikollha dak il-grad ta’ l-Università  ta’ Malta jew
kwalifika professjonali ekwivalenti dwar il-
professjoni ta’ l-inġinerija li fiż-żmien rilevanti
tkun magħrufa mill-Bord li tkun suffiċjenti
għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu;
  2      KAP. 321. ħ          PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA 
(ii) għal perijodu ta’ mhux anqas minn sena qabel
jew wara li tkun otteniet il-kwalifika msemmija
fis-subparagrafu (i) tkun għamlet taħriġ prattiku
fl-inġinerija approvat mill-Bord; u
(iii) għal perijodu ta’ mhux anqas minn sentejn wara
li tkun otteniet il-kwalifika msemmija fis-
subparagrafu (i) tkun tħarrġet fil-prattika tal-
professjoni taħt is-sorveljanza ta’ inġinier li jkun
fil-prattika.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)(d), persuna
li fl-1 ta’ Jannar, 1988 tkun diġà  għal perijodu ta’ mhux anqas minn
ħmistax-il sena qabel dik id-data okkupat posizzjoni responsabbli
fl-inġinerija, tista’ tiġi eżentata mill-Bord milli jkollha r-rekwiżiti
msemmija fis-subartikolu (2)(d), u wara li jsirilha b’suċċess
assessment professjonali u akkademiku mill-Bord, jekk tkun
tissodisfa l-paragrafi (a), (b) u (ċ) ta’ dak is-subartikolu,
jingħatalha l-warrant.
(4) Talba għall-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu (a) trid issir
lill-Bord mhux aktar tard minn sena wara li dan l-artikolu jibda fis-
seħħ*:
Kap. 44. 
Iżda persuna li tkun ħadet il-warrant ta’ arkitett u inġinier
ċivili skond l-Ordinanza dwar l-Arkitetti ma tkunx tista’ fl-istess
waqt tieħu l-warrant ta’ inġinier.
Warrant biex 
wieħed jeżerċita l-
professjoni ta’ 
inġinier. 
4. (1) Il-warrant għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ inġinier
għandu jinħareġ mill-Ministru fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord lil
kull persuna li tissodisfa l-ħtiġiet tas-subartikolu (2), u, fejn ikunu
japplikaw, id-disposizzjonijietta’ l-artikolu 3(3) u (4).
(2) Detentur ta’ warrant jista’ juża l-isem ta’ "Inġinier" jew l-
abbrevjazzjoni tiegħu "Inġ." flimkien ma’ ismu.
Għotja ta’ liċenza 
speċjali biex 
wieħed jeżerċita l-
professjoni ta’ 
inġinier. 
5. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(2), il-
Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bord, jagħti liċenza
speċjali lil xi persuna li jkollha kwalifiki professjonali barranin fl-
inġinerija, aċċettabbli għall-Bord, biex teżerċita dik il-professjoni
f’Malta għal dak il-perijodu definit u għal dak l-għan speċifiku u
suġġett għal kull kundizzjoni oħra li tista’ tiġi speċifikata fil-
liċenza.
(2) Persuna li tingħatalha liċenza speċjali taħt is-subartikolu ta’
qabel dan għandha titqies li tkun detentur ta’ warrant matul iż-
żmien u għall-għan speċifikat fil-liċenza u d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u ta’ kull liġi oħra għandhom ikunu japplikaw għaliha bl-
istess mod u sa dak il-limitu kif japplikaw għal kull detentur ieħor
ta’ warrant.
*Is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 3 ġie fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru, 1995, bis-saħħa
ta’ l-Avviż Legali 70 ta’ l-1995. Is-subartikoli (2) u (3) ta’ l-imsemmi artikolu 3
ġew fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru, 1990, bis-saħħa ta’ l-Avviż Legali 130 ta’ l-
1990. Is-subartikolu (4) kien oriġinarjament paragrafu (b) tas-subartikolu (3) u
konsegwentement ġie fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru, 1990, bħala parti mis-
subartikolu (3).
PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA    ġ K AP. 321.    3
Regolamenti dwar 
rikonoxximent 
reċiproku ta’ 
kwalifiki.
Miżjud:
XVIII. 2002.10.
Kap. 450.
5A. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex iġib fis-seħħ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’
Kwalifiki u r-regolamenti kollha magħmulin taħtu, dwar ir-
rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki ta’ inġinier.
Bord ta’ l-
Inġinerija. 
Emendat: 
V. 1990.2.
6. (1) Għandu jkun hemm Bord, li jkun magħruf bħala l-Bord
ta’ l-Inġinerija, li jkun magħmul minn - 
(a) chairman maħtur mill-Ministru minn fost persuni li
huma jew kienu kwalifikati biex jiġu maħtura mħallfin
f’Malta;
(b) tliet membri maħtura mill-Ministru minn fost detenturi
ta’ warrant,  li  minnhom wieħed ikun membru tal-
persunal akkademiku tal-fakultà  ta’ l-Inġinerija fl-
Università  ta’ Malta; u
(ċ) tliet membri li jkunu eletti b’votazzjoni sigrieta mid-
detenturi ta’ warrant minn fosthom:
Iżda mhux aktar minn tnejn mill-membri eletti
għandhom ikunu detenturi ta’ warrant eżerċenti fl-
istess qasam tal-professjoni.
(2) Iċ-chairman u l-membri maħtura tal-Bord għandhom
iżommu l-kariga għal dak iż-żmien ta’ mhux iżjed minn tliet snin u
taħt dawk il-kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti fl-ittra tal-ħatra
tagħhom. Il-membri eletti tal-Bord għandhom iżommu l-ħatra għal
sentejn.
(3) Sa dak iż-żmien li l-Ministru jista’ jistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta, is-subartikolu (1)(b) u (ċ) ma għandux ikun fis-seħħ, u l-
Ministru għandu jaħtar sitt membri tal-Bord minn fost persuni li fl-
opinjoni tiegħu jkunu jikkwalifikaw għall-warrant. Dawk il-
membri għandhom iżommu l-kariga tagħhom għal żmien ta’ mhux
iżjed minn sena u għandhom ikunu eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid.
(4) Il-membri tal-Bord għandhom, f’egħluq iż-żmien tal-kariga
tagħhom, ikunu eliġibbli għal ħatra mill-ġdid jew biex jerġgħu jiġu
eletti, skond il-każ.
(5) Meta jkun hemm xi vakanza fil-Bord il-Ministru għandu,
hekk kif ikun prattikabbli, fil-każ ta’ membru maħtur, jaħtar
persuna oħra biex timla l-vakanza, u f’każ ta’ membru elett, jara li
issir elezzjoni biex timtela l-vakanza.
(6) In-numru ta’ membri meħtieġ biex ikun hemm quorum ikun
ta’ tlieta, iżda, dejjem jekk ikun hemm quorum, il-Bord jista’
jaġixxi minkejja kull vakanza fost il-membri tiegħu.
(7) Il-Ministru jista’ wkoll jagħżel uffiċjal pubbliku biex
jagħmilha ta’ segretarju tal-Bord, iżda dak is-segretarju ma jkollux
vot.
(8) Barra minn dak li ntqal qabel il-Bord jista’ jagħmel ir-
regoli tiegħu stess u xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu stess.
Funzjonijiet tal-
Bord.
7. (1) Il-funzjonijiet tal-Bord huma - 
(a) li jikkunsidra applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ warrant
  4      KAP. 321. ħ          PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA 
u li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwarhom
lill-Ministru;
Kap. 9. 
(b) li jagħmel inkjesti dwar kull akkuża ta’ imġieba ħażina
professjonali jew abbuż li tinġieb kontra xi inġinier in
konnessjoni ma’ l-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu jew
ma’ ħwejjeġ professjonali, bla ħsara għad-disposiz-
zjonijiet tal-Kodiċi Kriminali jew ta’ xi liġi oħra;
(ċ) li jittratta każijiet li jwasslu għas-sospensjoni jew l-
irtirar ta’ warrant, jew ta’ liċenza speċjali mogħtija
taħt l-artikolu 5, kif provdut f’dan l-Att jew bis-saħħa
tiegħu;
(d) li jagħti pariri, jew jagħmel rakkomandazzjonijiet jew
xort’oħra jagħti l-fehmiet tiegħu, lill-Ministru dwar
kull ħaġa li dwarha l-Ministru għandu jikkonsulta lill-
Bord jew li fuqha l-Bord għandu jagħmel
rakkomandazzjonijiet lill-Ministru jew li fuqha l-
Ministru jkun talab il-fehma jew ir-rakkomandazzjoni
tal-Bord;
(e) li jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li joħorġu minn
dan l-Att jew minn xi liġi oħra jew li jistgħu jiġu
delegati lilu mill-Ministru taħt dan l-Att.
(2) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt is-subartikolu
(1)(d) u (e), il-Bord jista’ jikkonsulta ma’ dawk il-persuni li
jidhirlu xierqa, u fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu taħt is-
subartikolu (1)(ċ), (d) u (e), jista’ wkoll jaħtar kumitati, li l-
president tagħhom ikun membru tal-Bord, sabiex ikunu jistgħu
jsiru dawk l-istudji jew dak ix-xogħol l-ieħor li l-Bord jista’
jagħtihom.
(3) Il-Bord għandu, mhux iktar tard minn tliet xhur wara li
tispiċċa kull sena, jippubblika fil-Gazzetta lista ta’ persuni li, fil-31
ta’ Diċembru ta’ l-imsemmija sena, kienu detenturi ta’ warrant
maħruġ taħt dan l-Att. Dik il-lista tista’, bl-approvazzjoni tal-
Ministru, tkun maqsuma f’partijiet separati, kull parti jkun fiha l-
lista ta’ detenturi ta’ warrant kwalifikati f’oqsma separati ta’ l-
inġinerija.
Soċjetajiet ta’ 
inġinieri.
8. (1) Żewġ detenturi jew iktar ta’ warrant jistgħu jiffurmaw
soċjetà  ċivili, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "soċjetà  ta’
inġinieri", li jkollha bħala skop waħdieni tagħha x-xogħol ta’ l-
inġinerija u dawk is-setgħat li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-
għanijiet tas-soċjetà .
(2) Ebda persuna barra minn detentur ta’ warrant ma tista’ tkun
soċju f’soċjetà  ta’ inġinieri.
(3) Kull soċjetà  bħal dik għandha, meta tkun iffurmata kif
imiss skond il-liġi u fuq ħlas tad-dritt stipulat, tiġi reġistrata mal-
Bord, u ma’ dik ir-reġistrazzjoni s-soċji jkunu, sakemm din tibqa’
hekk reġistrata, awtorizzati biex jaġixxu f’isem u in rappresentanza
tas-soċjetà  li jkollha l-jedd li tuża l-isem "Inġiniera".
(4) Kull soċjetà  bħal dik għandha tagħti lill-Ministru jew lill-
Bord dak it-tagħrif li jkun raġonevolment meħtieġ jew li jista’ jiġi
PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA    ġ K AP. 321.    5
preskritt, u għandha tagħti avviż lill-Ministru jew lill-Bord b’kull
tibdil rilevanti f’kull tagħrif li qabel ikun ingħata lilhom fi żmien
ħmistax-il jum wara d-data li fiha jkun sar dak it-tibdil.
Disposizzjonijiet 
applikabbli għal 
soċjetajiet ta’ 
inġinieri. 
9. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra jew ta’ xi
ftehim ieħor kuntrarju, dawn id-disposizzjonijiet għandhom ikunu
japplikaw għal soċjetà  ta’ inġinieri reġistrata taħt dan l-Att:
(a) is-soċji jkunu responsabbli in solidum għall-egħmil u
għan-nuqqasijiet ta’ kull wieħed minnhom fil-qadi tad-
dmirijiet professjonali tagħhom, iż-żamma tal-livelli u
l-imġieba professjonali meħtieġa u b’mod ġenerali fit-
twettiq ta’ l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt dan l-Att
jew taħt xi liġi oħra applikabbli, u għandhom ukoll in
solidum ikunu responsabbli għal kull telf jew danni
riżultanti;
(b) kull projbizzjoni imposta b’dan l-Att jew taħtu dwar
wieħed mis-soċji għandha tapplika għas-soċji kollha u
għas-soċjetà  wkoll jekk l-egħmil projbit jew ristrett,
jew li minnu tinqala’ l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni,
ikun sar minn wieħed mis-soċji;
(ċ) kull egħmil jew ħaġa li tista’ ssir minn detentur ta’
warrant tista’ ssir minn wieħed jew iżjed mis-soċji
f’isem is-soċjetà ; u kull egħmil jew ħaġa li ssir f’isem
is-soċjetà  għandha ssir minn wieħed jew iżjed mis-
soċji;
(d) ir-responsabbiltajiet u l-obbligazzjonijiet għal kull
ħaġa li tkun saret jew li tkun naqset milli ssir matul il-
perijodu li fih il-persuna kienet soċju f’soċjetà  ta’
inġinieri m’għandhomx jieqfu, dwar dik il-persuna,
minħabba li din tkun irtirat, mietet jew għal xi raġuni
oħra li minħabba fiha ma tibqax soċju.
Assigurazzjoni 
għal indennizz 
minn detentur ta’ 
warrant u minn 
soċjetà  ta’ 
inġinieri.
10. (1) Kull detentur ta’ warrant jew soċjetà  reġistrati taħt
dan l-Att għandhom ikunu koperti minn assigurazzjoni għal
indennizz minn dik il-kumpannija, b’dak il-mod u għal dak l-
ammont kif jistgħu jiġu preskritti kontra kull responsabbiltà  li d-
detentur tal-warrant jew dik is-soċjetà  jista’ jkollhom għal
kumpens dwar xi telf jew danni lil xi persuna minħabba xi egħmil,
żball jew nuqqas negliġenti li jkun sar mid-detentur tal-warrant,
mis-soċjetà , minn xi soċju tagħha jew minn xi wieħed mill-
impjegati tagħhom, fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, kif ukoll
kontra kull talba dwar kull telf jew danni li jinħolqu jew li jkun
hemm kontribut għalihom minn xi egħmil jew nuqqas kriminali jew
doluż ta’ xi wieħed mill-impjegati tagħhom:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
għandhomx ikunu japplikaw għal detenturi ta’ warrant li huma, u
għal dak iż-żmien li jkunu, impjegati mal-Gvern f’kariga ċivili jew
militari dwar id-dmirijiet uffiċjali tagħhom.
(2) Kull detentur ta’ warrant jew soċjetà  ta’ inġinieri li huma
marbutin li jkunu koperti minn assigurazzjoni għal indennizz skond
dan l-artikolu għandhom, ta’ kull sena u fi żmien ġimgħa minn
  6      KAP. 321. ħ          PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA 
meta jkunu kkuntrattaw jew ġeddu din l-assigurazzjoni għal
indennizz, javżaw lill-Bord bil-miktub dwar l-isem tal-kumpannija
assiguratriċi u n-numru relattiv tal-polza ta’ assigurazzjoni.
Ftehim projbit.  11. (1) Kull ftehim jew arranġament ieħor li jkollu l-ħsieb li
jeżenta lil detentur ta’ warrant jew soċjetà  ta’ inġinieri minn xi
responsabbiltà , piż jew dmir taħt dan l-Att jew taħt xi liġi oħra, jew
li teħlishom minnhom, jew, ħlief taħt assigurazzjoni għal indennizz
magħmula taħt l-artikolu 10, biex jingħatalhom indennizz kontra
kull responsabbiltà  bħal dik, piż jew dmir bħal dak, ikun null u
mingħajr effett.
(2) Kull ftehim jew arranġament ieħor li bih detentur ta’
warrant jew soċjetà  ta’ inġinieri jaqbel li jħallas, sew direttament
jew indirettament, lil xi persuna xi kummissjoni, senserija, sehem
ta’ drittijiet professjonali, jew xi forma oħra ta’ rigal jew
rimunerazzjoni għall-ksib jew talli wieħed ikun kiseb xi xogħol
professjonali, ikun null u bla effett.
Skwalifika ta’ 
detentur ta’ 
warrant. 
Kap. 9. 
12. (1) Dikjarazzjoni ta’ ħtija minn xi qorti kompetenti ta’ xi
reat, li tkun twassal għal piena ta’ aktar minn sena priġunerija,
minbarra omiċidju involontarju jew xi delitt ieħor kontra l-persuna
li jkun skużabbli skond il-Kodiċi Kriminali, għandha tkun kaġun
ta’ inabbiltà p erpetwa li wieħed jikseb jew iżomm il-warrant.
(2) Dik l-inabbiltà  għandha tiġi dikjarata mill-Ministru b’avviż
pubblikat fil-Gazzetta u għandha tiġi komunikata lill-persuna
skwalifikata, kemm-il darba ma tkunx ġiet interdetta bis-sentenza
nnifisha.
(3) Il-Ministru jista’, f’kull żmien, u jekk issir
rakkomandazzjoni bħal din mill-Bord, b’ordni jneħħi l-inabbiltà
minnu dikjarata.
Ċessjoni ta’ 
warrant, liċenza 
speċjali jew 
reġistrazzjoni ta’ 
soċjetà . 
13. (1) Warrant, liċenza speċjali jew reġistrazzjoni ta’ soċjetà
ta’ inġinieri li tkun inħarġet, ingħatat jew saret skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jistgħu jiġu rtirati jew imħassra mill-
Ministru fuq it-talba tad-detentur tal-warrant, detentur tal-liċenza
jew soċjetà  kif ikun il-każ.
(2) Minkejja dak imsemmi qabel, warrant, liċenza speċjali jew
reġistrazzjoni ta’ soċjetà  ta’ inġinieri, li jkunu ġodda, jistgħu
jinħarġu, jingħataw jew isiru f’kull żmien jekk il-kundizzjonijiet
għal dak il-ħruġ jew dik ir-reġistrazzjoni jkunu ġew sodisfatti.
Sospensjoni jew 
revoka ta’ warrant, 
liċenza speċjali jew 
reġistrazzjoni ta’ 
soċjetà .
14. Il-Ministru jista’, b’ordni bil-miktub, jissospendi, jirrevoka
jew iħassar warrant, liċenza speċjali jew reġistrazzjoni ta’ soċjetà
ta’ inġinieri, jekk id-detentur tal-warrant, detentur tal-liċenza jew
xi wieħed mis-soċji tas-soċjetà , kif ikun il-każ -
(a) ikun instab ħati, wara inkjesta li ssir mill-Bord, ta’ xi
wieħed mill-atti jew nuqqasijiet li ġejjin:
(i) diżonestà , imġieba ħażina jew negliġenza
qawwija fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu; 
(ii) imġieba li tiskredita l-professjoni;
(iii) nuqqas ta’ tħaris ta’ regolamenti dwar il-livell
PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA    ġ K AP. 321.    7
jew prattika professjonali;
(iv) nuqqas ta’ tħaris ta’ xi kundizzjoni mqiegħda fil-
warrant maħruġ taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 16; jew
(b) ikun instab ħati minn qorti kompetenti ta’ reat taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti li
jsiru taħtu; jew
(ċ) mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 12, ikun instab ħati minn qorti kompetenti ta’
reat li jolqot il-fiduċja pubblika jew ta’ serq jew ta’
frodi jew li jkun xjentement irċieva proprjetà  miksuba
b’serq jew bi frodi.
Effetti tar-revoka 
jew sospensjoni ta’ 
warrant, liċenza 
speċjali, jew 
reġistrazzjoni ta’ 
soċjetà . 
15. Meta warrant jew liċenza speċjali maħruġin taħt dan l-Att
jiġu rtirati, sospiżi jew revokati, il-persuna li lilha jkun inħareġ il-
warrant jew il-liċenza ma għandhiex tibqa’ tkun id-detentur ta’ dak
il-warrant jew dik il-liċenza; u meta titħassar ir-reġistrazzjoni ta’
soċjetà  ta’ inġinieri l-membri ta’ dik is-soċjetà  ma għandhomx
jibqgħu jaġixxu għan-nom u in rappreżentanza tas-soċjetà  u s-
soċjetà  ma għandhiex tibqa’ tuża l-isem "Inġinier" jew l-
abbrevjazzjoni tiegħu "Inġ.".
Il-Ministru jista’ 
joħroġ warrant 
ġdid. 
16. Il-Ministru jista’, wara li tgħaddi sena mid-data tar-revoka
jew irtir tal-warrant jew liċenza speċjali jew it-tħassir ta’ soċjetà  ta’
inġinieri, u jekk il-Bord hekk jirrakkomanda, joħroġ warrant ġdid
jew liċenza speċjali ġdida jew jawtorizza r-reġistrazzjoni ta’
soċjetà  ta’ inġinieri taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, suġġett
għal dawk il-kundizzjonijiet li jidhirlu meħtieġa.
Rimunerazzjoni ta’ 
detenturi ta’ 
warrant.
17. Detentur ta’ warrant għandu jitħallas għal dawk is-servizzi
professjonali speċifikati li jistgħu jiġu preskritti, b’dawk id-
drittijiet u taħt dawk ir-regoli biss li jistgħu jiġu preskritti.
Kamra ta’ l-
Inġinieri 
Professjonali.
18. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni mal-Bord,
jagħti għarfien lil assoċjazzjoni ta’ detenturi ta’ warrant li tkun
magħrufa bħala l-Kamra ta’ Inġinieri Professjonali.
(2) Kull meta n-numru ta’ membri ta’ dik il-Kamra ma jkunx
inqas minn żewġ-terzi tan-numru totali ta’ detenturi ta’ warrant, il-
Ministru jista’ jagħti għarfien lil kodiċi ta’ l-etika li jitressaq
quddiemu minn dik il-Kamra u dak il-kodiċi ta’ l-etika għandu
jirregola l-kondotta professjonali tad-detenturi ta’ warrant li ma
tkunx diġà  preskritta.
(3) Il-Ministru jista’ f’kull żmien jemenda kull parti ta’ dak il-
kodiċi ta’ l-etika jew jirtira l-għarfien tiegħu wara li jagħti avviż
xieraq dwar dan.
Reati. 
speċjali jew reġistrazzjoni ta’ soċjetà  ta’ inġinieri taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tagħti xi tagħrif ħażin jew xort’oħra
taġixxi b’mod qarrieqi jew bi frodi tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta
tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira (Lm1,000) jew
priġunerija għal mhux iżjed minn tnax-il xahar jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
  8      KAP. 321. ħ          PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA 
(2) Kull persuna li, meta ma tkunx id-detentur ta’ warrant,
tassumi jew tuża l-isem ta’ "Inġinier" jew l-abbrevjazzjoni tiegħu
"Inġ.", jew b’xi mod turi li jkollha l-jedd li teżerċita l-professjoni
ta’ inġinier, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux iżjed minn mitt lira (Lm 100) u dwar it-tieni reat jew reati
oħra sussegwenti priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
xhur jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(3) Kull persuna li tuża l-isem "Inġiniera" dwar soċjetà  ta’
inġinieri meta tkun taf li dik is-soċjetà  ma tkunx reġistrata skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew b’kull mod ieħor li jkun
xjentement tuża isem li b’mod falz ikun irid ifisser li hemm soċjetà
ta’ inġinieri li tkun reġistrata kif imsemmi qabel, tkun ħatja ta’ reat
u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira
(Lm200) u dwar it-tieni reat jew reati oħra sussegwenti priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
(4) Kull persuna li, meta ma tkunx detentur ta’ warrant jew ta’
liċenza speċjali skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, teżerċita l-
professjoni ta’ inġinier tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja,
multa ta’ mhux inqas minn mitejn lira (Lm200) iżda mhux iżjed
minn erba’ mitt lira (Lm400), u dwar it-tieni reat jew reati oħra
sussegwenti multa ta’ mhux inqas minn tliet mitt lira (Lm300) iżda
ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira (Lm500) jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew dik il-multa u priġunerija
flimkien.
(5) Kull persuna li taġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 10 tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux inqas minn mitejn lira (Lm200) iżda mhux iktar minn ħames
mitt lira (Lm500) u fil-każ ta’ reat kontinwu multa addizzjonali ta’
tletin lira (Lm30) għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat.
Disposizzjonijiet 
oħra dwar reati.
20. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jistabbilixxu reati u
pieni dwarhom ma jolqtux l-applikazzjoni ta’ xi liġi oħra li
tistabbilixxi reati u pieni dwar l-istess atti jew ommissjonijiet u
m’għandhomx, b’mod partikolari, jolqtu l-applikazzjoni ta’ xi
piena ogħla taħt xi liġi oħra.
Kap. 446. (2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation ma
japplikawx għal dan l-Att.
(3) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 19(2) u (3), l-użu ta’ xi biljett,
karta ta’ l-ittri, tabella, kartellun, pjanċa, reklam jew ta’ mezz,
strument jew dokument ieħor miktub, stampat jew imnaqqax, tal-
kelma "Inġinier" jew l-abbrevjazzjoni tagħha "Inġ." dwar isem,
ikun prova biżżejjed ta’ l-għarfien ta’ dak l-użu mill-persuna li
dwar isimha l-imsemmija kelma jew abbrevjazzjoni tkun użata,
kemm-il darba dik il-persuna ma tippruvax li l-użu ta’ dik il-kelma
jew abbrevjazzjoni sar mingħajr l-għarfien tagħha u li meta saret
taf b’dak l-użu ħadet il-passi xierqa biex twaqqfu.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Att - 
(a) persuna ma titqiesx li teżerċita l-professjoni ta’
inġinier jekk biss taġixxi bħala impjegat ta’ jew bħala
assistent ta’ detentur ta’ warrant jew ta’ soċjetà  ta’
PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA    ġ K AP. 321.    9
inġinieri, u ma toħroġ ebda ċertifikat li għandu
x’jaqsam ma’ l-inġinerija bil-firma tagħha;
(b) sal-limitu li jiġi hekk preskritt, persuna ma titqiesx li
teżerċita l-professjoni ta’ inġinier jekk din tkun f’dak
l-impieg jew ikollha jew taġixxi f’dik il-kariga, jew
tkun tagħmel biss dak ix-xogħol, dawk is-servizzi, dak
l-egħmil jew dawk il-funzjonijiet, kif jistgħu jiġu
preskritti.
Regolamenti.
regolamenti biex jagħti effett aħjar lil xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u b’mod ġenerali biex tiġi regolata l-
professjoni ta’ l-inġinier, u, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak
imsemmi qabel, dawk ir-regolamenti jistgħu b’mod partikolari
jinkludu disposizzjonijiet dwar -
(a) it-twaqqif ta’ livelli, proċeduri u dmirijiet u prattika
oħra dwar l-inġinerija li għandhom jiġu mħarsa minn
detenturi ta’ warrant jew b’mod ġenerali jew f’oqsma
ta’ attività  partikolari;
(b) l-imġieba professjonali ta’ detenturi ta’ warrant u l-
livelli ta’ kompetenza u integrità  li għandhom
jinżammu f’dik il-professjoni;
(ċ) il-ħruġ ta’ linji ta’ kondotta u pariri oħra lil inġinieri; 
(d) ix-xogħol li ma jistax isir u s-servizzi li ma jistgħux
jingħataw, sew għal kollox jew f’parti, ħlief minn
detenturi ta’ warrant taħt dan l-Att;
(e) ix-xogħol li ma jistax isir u s-servizzi li ma jistgħux
jingħataw minn detenturi ta’ warrant taħt dan l-Att;
(f) id-drittijiet li jistgħu jintalbu minn detenturi ta’
warrant jew minn soċjetà  ta’ inġinieri għal servizzi
speċifikati; l-awtorità , jekk ikun hemm, li għandha
tiddeċiedi kull kwistjoni dwar dawk id-drittijiet u l-
proċedura li fuqha għandha timxi kull awtorità  bħal
dik;
(g) id-drittijiet li jistgħu jintalbu għall-ħruġ ta’ warrant
jew ta’ liċenza speċjali jew għar-reġistrazzjoni ta’
soċjetà  ta’ inġinieri jew għall-kopji tagħhom;
(h) il-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Bord in
konnessjoni mal-funzjonijiet tagħha taħt l-artikolu
7(1)(b) u (ċ); u s-setgħat li dak il-Bord għandu jkollu
biex iġib fis-seħħ dawk il-funzjonijiet;
(i) il-pieni, penalitajiet u konsegwenzi u effetti oħra li
persuna tkun suġġetta għalihom jew li jistgħu jiġru fil-
każ ta’ xi ksur ta’, jew nuqqas ta’ tħaris ma’ xi
disposizzjonijiet ta’ xi regolament magħmul taħt dan l-
artikolu; hekk iżda li ebda piena hekk imposta ma tkun
iżjed minn multa ta’ elf lira (Lm1,000) jew priġunerija
għal żmien ta’ sena, jew dik il-multa u priġunerija
flimkien, jew, fil-każ ta’ reat kontinwu, multa ta’
għaxar liri (Lm10) għal kull ġurnata li matulha
  10      KAP. 321. ħ          PROFESSJONITA’L-INĠINERIJA 
jkompli r-reat, sew b’żieda sew mhux b’żieda ma’ l-
imsemmija pieni;
(j) l-għamla ta’ rapporti jew informazzjoni li detentur ta’
warrant jew soċjetà  ta’ inġinieri tista’ tinħtieġ li tagħti
lill-Ministru jew lill-Bord;
(k) kull ħaġa li b’dan l-Att hi meħtieġa jew awtorizzata li
tiġi preskritta.
Applikabbiltà  ta’ 
dan l-Att.
22. Dan l-Att għandu japplika biss għall-professjoni ta’ l-
Inġinerija fl-oqsma ta’ l-Inġinerija Mekkanika u ta’ l-Inġinerija
Elettrika:
Iżda l-Ministru jista’, minn żmien għall-ieħor b’ordni,
jestendi l-applikabbiltà  ta’ dan l-Att għal oqsma oħra tal-
professjoni ta’ l-Inġinerija.
