DELEGATA’FUNZJONIJIETMINNMINISTRI  ġKAP. 324.   1
KAPITOLU 324
ATT DWAR ID-DELEGA TA’ FUNZJONIJIET 
MINN MINISTRI
Biex jagħti s-setgħa lill-Ministri biex jiddelegaw il-funzjonijiet tal-
karigi tagħhom lis-Segretarji Parlamentari.
(20 ta’ Mejju, 1988)*
Sar liġi bl-ATT XVI ta’ l-1988.
Titolu fil-qosor. 
Funzjonijiet minn Ministri.
Tifsir. 
xort’oħra - 
"funzjonijiet" tinkludi setgħat u dmirijiet;
"liġi" tfisser Att tal-Parlament jew Att ieħor mgħoddi mill-
Leġislatura ta’ Malta jew Ordinanza;
"Ministru" tfisser id-detentur ta’ kariga skond l-artikolu 80 tal-
Kostituzzjoni.
Delega ta’ 
funzjonijiet. 
3. (1) Ministru jista’ jiddelega lil Segretarju Parlamentari li
jkun qiegħed jassistih fit-twettiq ta’ dmirijietu, kull funzjoni li bis-
saħħa tal-kariga tiegħu tkun mogħtija lilu b’xi jew taħt xi liġi.
(2) Delega ta’ funzjonijiet taħt dan l-artikolu għandha tkun
mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta’ dawk il-funzjonijiet mill-
Ministru.
(3) Is-setgħa li tiġi hekk delegata biex isiru ordnijiet, regoli jew
regolamenti għandha, kemm-il darba ma jkunx jidher li hemm xi
ħsieb ieħor, tiftiehem li tinkludi setgħa li wieħed jirrevoka,
jemenda jew ibiddel ordnijiet, regoli jew regolamenti.
Avviż dwar 
funzjonijiet 
delegati. 
4. Kull delega ta’ funzjonijiet u kull żieda magħha jew
emenda, bidla, sostituzzjoni jew tħassir ta’ dik id-delega għandhom
isiru bil-miktub mill-Ministru nnifsu, u għandu jiġi ppublikat avviż
dwar dan fil-Gazzetta.
Proċedimenti 
legali.
5. Segretarju Parlamentari jista’ jħarrek jew jiġi mħarrek
dwar kull funzjoni delegata lilu taħt dan l-Att, u jista’ jkompli kull
proċediment legali li jkun inbeda għar-rigward ta’ dawk il-
funzjonijiet qabel id-data li fiha tkun saret id-delega.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 370 ta’ l-20 ta’ Mejju, 1988.
