PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    1
KAPITOLU 325
ATT DWAR IL-PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
Biex iħajjar it-twaqqif ta’ negozji ġodda u t-tkabbir ta’ dawk li diġà  jeżistu u biex jipprovdi
dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ hekk.
5 ta’ Lulju, 1988
L-ATT XXI ta’ l-1988 u ġie emendat bl-Atti: IX ta’ l-1993, XVII ta’ l-1994, XI u XV ta’ l-
1997, IV, VI u IX ta’ l-2001, IV u VIII ta’ l-2003; u bl-Avviż Legali 42 of 2004.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  1-3 
Taqsima II. Inċentivi Prinċipali dwar Taxxa fuq l-income  4-15 
Taqsima III.  Inċentivi oħra  16-24 
Taqsima IV.  Garanzija ta’ Inċentivi  25-31 
Taqsima V.  Disposizzjonijiet Ġenerali  32-37 
Taqsima VI.  Reati u Pieni  38-43 
Taqsima VII.  Disposizzjonijiet dwar Ħlas Tardiv fi Transazzjonijiet
Kummerċjali 44-56
Taqsima VIII.  Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna Mogħtija
mill-Istat 57-58
Taqsima IX.  Disposizzjonijiet Finali  59-61
  2      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 
Emendat:
IV. 2001.3.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-
Promozzjoni ta’ Negozji.
Tifsir. 
Emendat: 
IX.1993.2;
XI. 1997.2;
IV. 2001.4.
Kap. 281.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem jew is-
suġġett ma jitlobx xort’oħra -
"accountant u uditur pubbliku ċertifikat" tfisser individwu li
għandu warrant biex jeżerċita din il-funzjoni maħruġ taħt l-Att
dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy, jew soċjetà  ta’ individwi tali
debitament reġistrata skond dak l-Att;
"bejgħ esportat" ifisser:
(a) il-valur tal-prodotti esportati minn kumpannija
kwalifikanti meqjus free on board; jew
(b) il-valur skond il-fattura ta’ prodotti jew servizzi
mibjugħa jew mogħtija, skond il-każ, minn
kumpannija kwalifikanti lil kumpannija kwalifikanti
oħra permezz ta’ kuntratt bil-miktub li jipprovdi
espressament li l-kumpannija kwalifikanti li qed tixtri
l-imsemmija prodotti jew servizzi se tesporthom jew l-
istess kif xtrathom, jew suġġetti għall-ipproċessar
ulterjuri jew inkorporati fi prodotti jew servizzi oħra,
dejjem jekk din l-esportazzjoni tkun fil-fatt saret:
Iżda dan l-imsemmi kuntratt irid jipprovdi wkoll
illi uffiċjal debitament awtorizzat biex jiffirma għan-
nom tal-kumpannija li qed tixtri jagħti lill-kumpannija
li qed tbiegħ dikjarazzjoni bil-miktub li tikkonferma li
l-imsemmija prodotti jew servizzi kienu ġew esportati
flimkien ma’ garanzija li l-Korporazzjoni tista’
teżamina d-dokumenti relattivi ta’ l-esportazzjoni u l-
għoti ta’ xi benefiċċju a bażi ta’ dak li jipprovdi dan il-
paragrafu huwa suġġett għal kundizzjoni li l-
benefiċjarju jipproduċi din id-dikjarazzjoni u garanzija
flimkien ma’ ċertifikat ta’ l-udituri tal-kumpannija li
qed tixtri li jikkonferma li d-dikjarazzjoni ta’ l-uffiċjal
imsemmi hija sostanzjalment korretta; jew
(ċ) il-valur ta’ servizzi mogħtija jew imwettqa minn
kumpannija kwalifikanti li jkunu esportati mill-istess
kumpannija u fil-każ ta’ kumpannija li tikkwalifika
taħt l-artikolu 3(1)(e) il-valur ta’ servizzi mogħtija jew
imwettqa lil kumpannija kwalifikanti oħra li tissodisfa
d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(b);
''Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna mogħtija mill-Istat'' tfisser
il-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna mogħtija mill-Istat
imwaqqaf skond l-artikolu 57;
"dħul minn bejgħ esportat" ifisser "bejgħ esportat";
''intrapriża" tfisser individwu jew korp ta’ persuni li jmexxu jew
jeserċitaw kummerċ, negozju, professjoni jew vokazzjoni;
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    3
"korp ta’ persuni" tfisser kull soċjetà , għaqda jew assoċjazzjoni
ta’ persuni, sew jekk ikollhom personalità  ġuridika sew jekk le; 
Kap. 202. 
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta
mwaqqfa bl-Att dwar il-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta u
meta jinħatru xi awtorità  jew persuna oħra b’regolamenti preskritti
mill-Ministru sabiex ikunu l-awtorità  kompetenti li teżerċita xi waħda
mill-funzjonijiet tal-Korporazzjoni taħt dan l-Att, tinkludi lil kull tali
awtorità  jew persuna oħra b’esklużjoni tal-Korporazzjoni; 
"kumpannija" tfisser - 
Kap. 168. 
Kap. 386.
(a) kull soċjetà  kostitwita taħt l-Ordinanza dwar is-
Soċjetajiet Kummerċjali* jew l-Att dwar il-
Kumpanniji li tkun jew soċjetà   en nom collectif, in
akkomandita jew kumpannija ta’ responsabbiltà
limitata;
(b) kull korp kostitwit, inkorporat jew reġistrat barra minn
Malta, u tax-xorta bħall-imsemmija soċjetajiet;
(ċ) kull għaqda koperativa hekk reġistrata kif imiss taħt il-
liġi xierqa li tkun għal dak iż-żmien fis-seħħ f’Malta;
"kumpannija kwalifikanti" tfisser kumpannija li tmexxi jew tkun bi
ħsiebha tmexxi f’Malta, xi kummerċ jew negozju li jkun jikkonsisti
unikament f’xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-artikolu 3(1)(a) sa
(k);
"kumpannija Maltija" tfisser kumpannija fejn ċittadini ta’ Malta,
direttament jew indirettament, jew -
(a) ikollhom iżjed minn nofs il-valur nominali tal-kapital
azzjonarju maħruġ tagħha, eskluża xi parti minnu li, la
għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dividendi l-anqas
għal dak li għandu x’jaqsam ma’ kapital, iġib xi dritt li
jieħu sehem f’aktar minn ammont speċifikat fi
tqassim; jew
(b) ikollhom iżjed minn nofs il-forza ta’ votazzjoni; 
Kap. 409.
Servizzi ta’ l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta, jew bini fil-kors
ta’ kostruzzjoni li hu maħsub li jiġi liċenzjat bħala hekk meta
jitlesta; 
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-industrija u
tinkludi, sa kemm ikun hekk awtorizzat, kull Segretarju
Parlamentari awtorizzat għaldaqstant;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti taħt dan l-Att;
"programm ta’ riċerka u żvilupp" tfisser programm ta’ stħarriġ
jew riċerka sistematiċi mwettqa f’kull kamp tax-xjenza jew tat-
teknoloġija permezz ta’ esperimentazzjoni jew analiżi, u jinkludi:
(a) riċerka bażika li tikkonsisti f’attivitajiet magħmula
għall-avvanz ta’ l-għerf xjentifiku jew teknoloġiku;
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kap. 386).
  4      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
(b) riċerka applikata li ssir bl-iskop li finalment tiġi
applikata b’mod speċifiku;
(ċ) żvilupp li jinvolvi l-użu ta’ riżultati ta’ riċerka bażika
u applikata kif imsemmi qabel bl-iskop li jiġi maħluq
materjal ġdid jew jiġi mtejjeb materjal, metodi,
prodotti jew proċessi eżistenti, iżda ma jinkludix id-
disinn, il-provi u l-analiżi ta rutina jew li jsir minn
żmien għal żmien ta’ tagħmir jew prodotti għall-fini
ta’ kontroll tal-kwalità  jew tal-kwantità , u t-tibdil ta’
rutina jew li jsir minn żmien għal żmien ta’ prodotti
jew proċessi li diġà  jeżistu;
Kap. 123.
"taxxa fuq l-income" tfisser taxxa ntaxxata jew taxxabli taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
(2) Il-liġijiet imsemmija f’dan l-Att jinkludu kull liġi oħra li
tista’ ssir minflok dawn il-liġijiet, u fejn hemm riferenza f’dan l-
Att għal disposizzjonijiet speċifiċi ta’ xi liġi eżistenti, din ir-
riferenza għandha titqies li tinkludi wkoll riferenza għad-
disposizzjonijiet korrispondenti ta’ xi liġi li tkun saret minflok dik
il-ligi.
(3) Kliem u espressjonijiet li jintużaw f’dan l-Att u f’liġijiet
oħra msemmija f’dan l-Att, għandhom, sakemm ma hemmx tifsira
tagħhom f’dan l-Att, jiftiehmu u jingħatalhom l-istess tifsir f’dan l-
Att bħal dak li għandhom fil-liġijiet l-oħra msemmija.
(4) Kulfejn f’dan l-Att issir riferenza għal inċentivi u benefiċċji
maħsubin b’dan l-Att, dik ir-riferenza għandha tinqara u tiftiehem
bħala li tinkludi inċentivi u benefiċċji preskritti taħt dan l-Att.
Benefiċjarji taħt 
dan l-Att. 
Emendat: 
IX. 1993.3;
XI. 1997.3;
IV. 2001.5;
IV. 2003.8.
3. (1) Kemm-il darba ma jiġix xort’oħra provdut minn jew taħt
dan l-Att l-inċentivi u l-benefiċċji maħsubin bi jew taħt dan l-Att
għandhom ikunu dovuti lil u miksuba minn intrapriża li tmexxi jew
tkun bi ħsiebha tmexxi, f’Malta, kummerċ jew negozju li jkun
jikkonsisti biss fi -
(a) il-produzzjoni, manifattura, titjib, immuntar,
proċessar, tiswija, preservar jew manteniment ta’
kwalunkwe oġġett, materjal, kommodità  (inkluż
computer software), tagħmir, impjant jew makkinarju;
jew
(b) l-għoti ta’ servizz ta’ natura industrijali li jkun jixbah
l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu (a), inklużi t-
tiswija, manteniment, tħaddim, installar, spezzjoni jew
prova ta’ impjant, makkinarju jew tagħmir u riċiklaġġ
jew trattament ta’ skart; jew
(ċ) sajd jew akwakultura fuq skala kbira; jew
(d) agrikoltura, trobbija ta’ bhejjem fi rziezet jew
ortikoltura fuq skala kbira; jew
(e) l-għoti ta’ servizzi minn kumpannija lil persuni mhux
residenti jew lil kumpannija kwalifikanti li tissodisfa
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    5
d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(b), kemm jekk is-
servizz jiġi mwettaq jew mogħti f’Malta jew minn
Malta, iżda servizz bħal dan irid ikun ġie stabbilit
mill-Ministru bħala servizz għall-esportazzjoni
kwalifikanti; jew
(f) l-għoti ta’ servizz ta’ appoġġ kwalifikanti kif jista’ jiġi
stabbilit mill-Ministru; jew
(g) l-esportazzjoni ta’ prodotti jew servizzi prodotti jew
mogħtija skond il-każ, minn kumpanniji kwalifikanti
oħra; jew
(h) programmi ta’ riċerka u ta’ żvilupp; jew
Kap. 334.
Portijiet Ħielsa ta’ Malta u mmexxija prinċipalment
f’xi port ħieles kif imfisser b’dak l-Att, minn
kumpannija li jkollha liċenza taħt dak l-Att;
Kap. 409.
(j) (i) it-tħaddim ta’ stabbilimenti tal-catering, guest
houses, hostels, lukandi u postijiet għall-btala
kif imfissra fl-Att dwar Servizzi ta’ l-Ivvjaġġar
u tat-Turiżmu għal Malta, u li jinkwadraw
f’dawk il-kategoriji li jistgħu jiġu preskritti; jew
(ii) l-imprendiment ta’ xi proġett li jkun ta’
benefiċċju għall-industrija tat-turiżmu kif jista’
jiġi preskritt;
(k) il-produzzjoni ta’ films prinċipali, films u programmi
televiżivi, produzzjonijiet ta’ reklamar jew riklami, u
dokumentarji:
Iżda meta jsir xi provvediment minn jew taħt dan l-Att għal
inċentiva jew benefiċċju li għandhom jinkisbu minn kumpannija
kwalifikanti, kull tali inċentiva jew benefiċċju għandhom ikunu dovuti
u jinkisbu biss minn kumpannija li tmexxi jew tkun bi ħsiebha tmexxi,
f’Malta, dak il-kummerċ jew negozju.
(2) Minkejja kull disposizzjoni oħra f’dan l-Att, f’każ ta’
attivitajiet imsemmija fis-subartikolu (1)(ċ) sa (k), l-inċentivi u l-
benefiċċji kontemplati b’dan l-Att ikunu biss dovuti lejn u jinkisbu
minn kumpannija wara l-approvazzjoni tal-proġett mill-
Korporazzjoni, u fl-għoti ta’ din l-approvazzjoni kif imsemmi, il-
Korporazzjoni tista’ timponi dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilha
xierqa:
Iżda b’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-
Ministru b’Ordni fil-Gazzetta*, il-Korporazzjoni ma għandhiex
tapprova proġetti li jinkwadraw taħt is-subartikolu (1)(e).
(3) Minkejja kull disposizzjoni oħra f’dan l-Att, l-inċentivi u l-
benefiċċji mogħtija bl-artikolu 4 u 5ma jkunux dovuti u ma
jinkisbux minn kummerċ jew negozju li jikkwalifika taħt is-
subartikolu (1)(g).
(4) Kumpannija li tikkwalifika taħt is-subartikolu (1)(h)
tikkwalifika biss għal dawk l-inċentivi u benefiċċji kkontemplati
*1 ta’ Novembru, 2000 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
  6      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
b’dan l-Att skond kif jista’ jistabbilixxi l-Ministru. B’żieda ma’
dawn l-inċentivi, il-Ministru jista’ wkoll jistabbilixxi inċentivi u
benefiċċji speċjali oħra, li jinkludu għotjiet ta’ flus, li jistgħu
jingħataw lil dawn il-kumpanniji.
(5) Negozju jew kummerċ maħsub fis-subartikolu (1) għandu
jkun negozju jew kummerċ li attwalment u fiżikament jitmexxa jew
jiġi eżerċitat f’Malta, b’mod iżda, li meta s-servizzi msemmija fis-
subartikolu (1)(b), (f) u (g) jingħata barra minn Malta, dak is-
servizz għandu jitqies, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, li ingħata
f’Malta, jekk is-servizz innifsu ikun ingħata kollu kemm hu jew fil-
biċċa l-kbira tiegħu minn ċittadini ta’ Malta.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 25, il-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien fuq riżoluzzjoni tal-Kamra
tad-Deputati b’avviż fil-Gazzetta jeskludi minn xi wieħed jew minn
kull inċentiv u benefiċċju maħsubin taħt dan l-Att kumpanniji li
altrimenti kienu jkunu kumpanniji kwalifikanti iżda li l-kummerċ
jew in-negozju tagħhom jinkludi attivitajiet imsemmija f’dak l-
avviż.
(7) Kull avviż pubblikat skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (6) jista’ jiġi sussegwentement revokat jew mibdul
mill-Ministru fuq riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati.
(8) L-inċentivi u l-benefiċċji maħsubin taħt dan l-Att huma
dovuti biss għar-rigward ta’ attivitajiet li ġraw nhar jew wara l-1 ta’
Ġunju, 1987, u għar-rigward ta’ qligħ jew profitt magħmul wara
dik id-data:
Iżda, minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att fir-
rigward ta’:
(a) proġetti approvati mill-Korporazzjoni taħt is-
subartikolu (1)(ċ), (d), (e), (f), (g) u (h); jew
(b) it-tħaddim tal-paragrafi (b) u (d) tat-tifsira ta’ "bejgħ
esportat" fl-artikolu 2,
l-inċentivi u l-benefiċċji kkontemplati f’dan l-Att ma jkunux dovuti
rigward attivitajiet li jseħħu qabel l-1 ta’ Jannar, 1992, u fir-
rigward ta’ qligħ jew profitti magħmula qabel dik id-data:
Kap. 386.
Iżda wkoll, minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att
fir-rigward ta’ kumpanniji kwalifikanti inkorporati barra minn
Malta, l-inċentivi u l-benefiċċji kontemplati f’dan l-Att jistgħu jiġu
akkwistati biss minn kumpanniji kwalifikanti reġistrati bħala
kumpannija barranija skond l-Att dwar il-Kumpanniji, rigward l-
attivitajiet tagħhom li jiġru nhar jew wara l-1 ta’ Jannar, 1997:
Iżda wkoll l-inċentivi u l-benefiċċji kkontemplati fl-
artikolu 6(1), fl-artikolu 8(7), fl-artikolu 9, fl-artikolu 15 u fl-
artikolu 24B jistgħu jiġu akkwistati biss minn kumpannija
kostitwita taħt il-Liġi Maltija:
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    7
Iżda wkoll l-inċentivi u l-benefiċċji maħsubin bi jew taħt dan
l-Att għandhom biss ikunu disponibbli għal kumpanniji li
jikkwalifikaw taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(1)(i)
sa (k) minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru b’Ordni fil-
Gazzetta*.
(9) Il-Ministru għandu f’Jannar ta’ kull sena jippubblika lista
fil-Gazzetta ta’ kumpanniji li ħadu benefiċċji taħt is-subartikolu
(1)(h) flimkien ma’ deskrizzjoni ġenerali ta’ l-attivitajiet tal-
kumpannija u ta’ xi cash grants li tibbenefika minnhom il-
kumpannija skond dan l-Att.
(10) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 4(6), 5(7), 5A(6)
u 15, b’seħħ mis-sena ta’ stima 2004 ebda kumpannija ma jkollha
jedd għall-inċentivi provduti bl-artikoli 4, 5 u 5A ta’ dan l-Att:
Iżda kumpannija tista’ tikkwalifika għal dawk il-benefiċċji
jew inċentivi li l-Ministru jista’ jippreskrivi.
Trasferiment ta’ 
negozju lil 
kumpannija 
barranija.
Miżjud:
XI. 1997.4.
Kap. 386.
3A. (1) Meta permezz ta’ riżoluzzjoni straordinarja jiġi deċiż
li jsir it-trasferiment tal-kummerċ jew negozju ta’ kumpannija li
hija kostitwita taħt il-Liġi Maltija, minn issa ’l quddiem imsemmija
bħala l-ewwel kumpannija, lil kumpannija reġistrata bħala
kumpannija barranija skond l-Att dwar il-Kumpanniji, minn issa ’1
quddiem imsemmija bħala t-tieni kumpannija, u l-Korporazzjoni
hija sodisfatta li l-azzjonisti benefiċjarji aħħarija ta’ dawn iż-żewġ
kumpanniji huma l-istess u mhumiex residenti f’Malta, -
(i) id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ l-
ewwel kumpannija li joħorġu mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jiġu meqjusa li
huma d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tat-tieni
kumpannija daqs li kieku tali drittijiet u
obbligazzjonijiet kienu jappartjenu minn dejjem
lit-tieni kumpannija;
(ii) it-tieni kumpannija tkun intitolata għall-
inċentivi u benefiċċji kkontemplati b’dan l-Att
bl-istess mod li l-ewwel kumpannija kienet tkun
intitolata kieku t-trasferiment tan-negozju ma
seħħx u dan irrispettivament jekk l-ewwel
kumpannija ġietx xolta jew le.
Kap. 386.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandu japplika,
mutatis mutandis, fejn kumpannija reġistrata bħala kumpannija
barranija skond l-Att dwar il-Kumpanniji tittrasferixxi n-negozju
tagħha lil kumpannija kostitwita taħt il-Liġi Maltija u f’dan il-każ
fis-subartikolu (1) "l-ewwel kumpannija" għandha tfisser
kumpannija reġistrata bħala kumpannija barranija skond l-Att dwar
il-Kumpanniji u "it-tieni kumpannija" għandha tfisser kumpannija
kostitwita taħt il-Liġi Maltija.
(3) Għall-iskopijiet ta’ dan l-artikolu kummerċ jew negozju
għandu jiġi meqjus li ġie trasferit meta -
(i) l-assi tanġibbli kollha ta’ l-ewwel kumpannija
*1 ta’ Novembru, 2000 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
  8      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
jiġu trasferiti lit-tieni kumpannija, liema
kumpannija tuża tali assi fit-twettiq ta’ l-istess
tip ta’ kummerċ jew negozju li kien jitwettaq
mill-ewwel kumpannija; u
(ii) il-klijenti tat-tieni kumpannija huma
sostanzjalment l-istess bħal ta’ l-ewwel
kumpannija.
(4) Wara li tkun sodisfatta li d-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jkunu ġew osservati, il-Korporazzjoni tista’ toħroġ
ċertifikat għal dan l-iskop, liema ċertifikat għandu jikkostitwixxi
prova suffiċjenti għall-iskop ta’ l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu.
TAQSIMA II
INĊENTIVI PRINĊIPALI DWAR TAXXA FUQ L-INCOME
Tax Holidays. 
Emendat: 
IX. 1993.4;
XI. 1997.5;
IV. 2001.6.
4. (1) Meta kumpannija kwalifikanti - 
(a) hija kumpannija -
(i) li ġiet ikkostitwita taħt il-Liġi Maltija nhar jew
wara l-1 ta’ Ġunju, 1987; jew
Kap. 386.
(ii) hija kumpannija inkorporata barra minn Malta u
li ġiet reġistrata bħala kumpannija barranija
skond l-Att dwar il-Kumpanniji nhar jew wara l-
1 ta’ Ġunju, 1987 rigward biss l-attivitajiet
tagħha li jiġru nhar jew wara l-1 ta’ Jannar,
1997; u
(b) bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5),
iddaħħal minn bejgħ esportat mhux anqas minn ħamsa
u disgħin fil-mija tad-dħul kollu mill-bejgħ, u
(ċ) tmexxi jew teżerċita negozju jew kummerċ li ma
jikkonsistix biss jew fil-parti l-kbira fis-sempliċi
espansjoni, duplikazzjoni jew sostituzzjoni ta’
kummerċ jew negozju li qabel kien jitmexxa jew jiġi
eżerċitat f’Malta minn xi persuna li hija b’xi mod,
dirett jew indirett, konnessa jew assoċjata ma’ tali
kumpannija permezz ta’ azzjonijiet, votazzjoni jew
drittijiet oħra ta’ proprjetà  jew ta’ kontroll,
irrispettivament mill-persuna li fiha kienu jew setgħu
kienu vestiti dawk id-drittijiet,
dik il-kumpannija tkun eżenti mit-taxxa fuq l-income fuq il-qligħ
jew profitti magħmula mill-kummerċ jew negozju tagħha tul għaxar
snin ta’ stima konsekuttivi, liema snin għandhom ikunu kompriżi
fl-ewwel tnax-il sena ta’ stima tal-kumpannija skond kif
tistabbilixxi l-kumpannija b’avviż irrevokabbli mogħti bil-miktub
lill-Korporazzjoni mhux aktar tard minn tmiem it-tielet sena ta’
stima:
Iżda fil-każ ta’ kumpannija li tkun intitolata li tikseb l-
eżenzjoni maħsuba f’dan is-subartikolu, skond is-subartikolu (3)(b),
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    9
it-tnax il-sena ta’ stima msemmija f’dan is-subartikolu jkunu t-tnax il-
sena ta’ stima tal-kumpannija minnufih wara s-sena li fiha inkisbu l-
ishma tagħha, u l-għaxar snin konsekuttivi ta’ stima li dwarhom l-
eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income tista’ tapplika għandhom ikunu
kompriżi f’dawn it-tnax il-sena ta’ stima kif jista’ jiġi stabbilit mill-
kumpannija permezz ta’ avviż bil-miktub irrevokabbli lill-
Korporazzjoni, liema avviż għandu jingħata sa mhux aktar tard minn
tmiem it-tielet sena ta’ stima li taħbat fil-perjodu imsemmi ta’ tnax il-
sena ta’ stima.
(2) Meta kumpannija ddaħħal minn bejgħ esportat anqas minn
ħamsa u disgħin fil-mija tad-dħul mill-bejgħ tagħha fi kwalunkwe
sena li tiġi minnufih qabel sena ta’ stima kompriża fl-għaxar snin
ta’ stima konsekuttivi msemmija fis-subartikolu (1), dik il-
kumpannija titlef l-eżenzjoni mogħtija taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu għal dik is-sena ta’ stima: 
Iżda t-telf ta’ l-eżenzjoni imsemmi għal kwalunkwe sena
kif jingħad qabel ma jservix biex - 
(a) jolqot id-dritt tal-kumpannija għall-eżenzjoni fi
kwalunkwe sena oħra ta’ stima; jew
(b) jikseb eżenzjoni taħt dan l-artikolu għall-kumpannija
għal kwalunkwe sena li ma tkunx kompriża fl-għaxar
snin ta’ stima konsekuttivi oriġinali.
(3) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) - 
(a) l-akkwist minn kumpannija ta’ xi kummerċ jew
negozju li qabel kien jitmexxa jew jiġi eżerċitat minn
xi persuna li ma jkollhiex rabta mal-kumpannija skond
il-paragrafu (ċ) ta’ dak is-subartikolu ma jikkwalifikax
lil dik il-kumpannija biex tikseb l-eżenzjoni mit-taxxa
fuq l-income maħsuba b’dan l-artikolu;
(b) meta fl-1 ta’ Ġunju, 1987, kumpannija kienet
kontrollata ta’ l-anqas fil-ħamsin fil-mija direttament
jew indirettament mill-Gvern u mhux anqas minn
ħamsin fil-mija ta’ l-azzjonijiet tal-kumpannija kienu
direttament jew indirettament proprjetà  tal-Gvern, jekk
dawn l-azzjonijiet jiġu akkwistati kollha minn persuna
li ma tkunx taħt il-kontroll tal-Gvern, din il-
kumpannija tkun kwalifikata biex tieħu l-eżenzjoni
msemmija fis-subartikolu (1) jekk tkun kumpannija
kwalifikanti u jekk tkun tissodisfa l-kundizzjoni
msemmija fil-paragrafu (b) tas-subartikolu msemmi.
Kap. 123. 
(4) L-income ta’ xi kumpannija għal xi sena ta’ stima li
matulha tapplika eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jiġi kalkulat bil-mod kif
imfisser fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u skond id-
disposizzjonijiet tiegħu: 
Iżda:
(a) id-disposizzjonijiet ta’ dak l-Att għandhom jinqabżu
jew jinbidlu skond il-ħtieġa li toħroġ mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
  10      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
(b) id-dritt għal tnaqqis taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 12 għal xi sena ta’ stima li matulha tapplika
eżenzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
għandu jitħalla għall-ewwel sena ta’ stima li tiġi eżatt
wara l-għaxar snin ta’ stima konsekuttivi msemmija
fis-subartikolu (1);
Kap. 123. 
(ċ) kull telf mhux assorbit jew allowance kapitali mhux
assorbita (inklużi l-allowances maħsubin taħt dan l-
Att) fl-aħħar ta’ kwalunkwe sena ta’ stima eżenta mit-
taxxa fuq l-income skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu għandhom jitmexxew ’il quddiem strettament
bil-mod kif imsemmi fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income, anke jekk tmexxija ’l quddiem bħal din tkun
minn sena ta’ eżenzjoni għal sena li fiha ma tapplikax
tali eżenzjoni:
Iżda wkoll jekk, matul xi sena waħda li taħbat fil-perjodu ta’
għaxar snin ta’ stima konsekuttivi msemmija fis-subartikolu (1),
kumpannija kwalifikanti tonqos milli tikkwalifika għall-inċentiv taħt
dak is-subartikolu, kull jedd taħt il-paragrafu (b) jista’, jekk hekk
tagħżel il-kumpannija, jiġi utilizzat bħala tnaqqis kontra l-income
taxxabbli tiegħu ta’ l-ewwel sena jew ta’ xi snin ta’ stima sussegwenti
li dwarhom il-kumpannija ma tikkwalifikax għaldaqstant.
(5) Minflok il-kliem "mhux anqas minn ħamsa u disgħin fil-
mija tal-produzzjoni" fis-subartikolu (1) għandhom jidħlu l-kliem
"sostanzjalment kollox mill-produzzjoni" u s-subartikolu (2)
għandu jiftiehem b’dan il-mod f’kull linja partikolari ta’
produzzjoni, manifattura jew servizz kif iffissat mill-Ministru
b’avviż pubblikat fil-Gazzetta u f’dak il-każ il-kliem
"sostanzjalment kollox" għandhom ifissru dak il-perċentwali akbar
minn ħamsa u disgħin fil-mija li l-Ministru jsemmi fl-istess avviż:
Iżda dan il-bdil f’kull każ ta’ kumpannija kwalifikanti,
japplika biss mill-ewwel perijodu ta’ kunteġġ tagħha li jibda wara
d-data li fiha jiġi pubblikat avviż kif imsemmi qabel.
(6) B’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru
b’Ordni fil-Gazzetta*, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
għandhom ikunu biss japplikaw għal:
Kap. 386.
(a) kumpanniji kwalifikanti li kienu jeżistu fil-jum li jiġi
minnufih qabel dik id-data u, fil-każ ta’ kumpanniji
inkorporati barra minn Malta u li kienu reġistrati bħala
kumpanniji barranin skond l-Att dwar il-Kumpanniji,
li kienu hekk reġistrati fil-jum li jiġi minnufih qabel
dik id-data;
(b) kumpanniji kwalifikanti inkorporati f’Malta jew
reġistrati bħala kumpanniji barranin wara dik id-data li
jmexxu jew ikunu bi ħsiebhom imexxu xi kummerċ
jew negozju li jkollu x’jaqsam ma’ xi proġett li dwaru
l-Korporazzjoni tkun approvat, qabel dik id-data, l-
għoti ta’ xi għajnuna skond dan l-Att:
*1 ta’ Novembru, 2000 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    11
Iżda mid-data hawn aktar qabel imsemmija, ebda kumpannija
ma għandha tikkwalifika għall-benefiċċju pprovdut b’dan l-artikolu
skond is-subartikolu (3)(b).
Skema ta’ inċentivi 
għall-
esportazzjoni. 
Emendat:
IX. 1993.5;
XI. 1997.6;
IV. 2001.7.
5. (1) Meta kumpannija kwalifikanti iżżid il-bejgħ esportat
tagħha fuq il-bejgħ esportat li jkun sar tul żmien bażi, bil-
perċentaġġi msemmija fis-subartikolu (5) fi kwalunkwe sena ta’
stima, iż-żieda fil-profitt mill-esportazzjoni li tagħmel dik il-
kumpannija f’dik is-sena miż-żieda fil-bejgħ esportat għandu jkun
eżenti mit-taxxa fuq l-income.
(2) Iż-żieda fil-profitti eżenti mit-taxxa skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandha tiġi kalkolata skond
din il-formola:
("Y" x "X") - ("B" x "A")
("Z"-  "- 
li fiha:
"A" = profitti fiż-żmien bażi
"B" = bejgħ esportat tul iż-żmien bażi 
"C" = bejgħ totali tul iż-żmien bażi 
"X" = profitti magħmula fis-sena ta’ stima 
"Y" = bejgħ esportat fis-sena ta’ stima 
"Z" = bejgħ totali fis-sena ta’ stima.
Kap. 123.
Għall-finijiet tal-kalkolu taż-żieda fil-profitti eżenti mit-
taxxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu jew il-
profitti eżenti mit-taxxa jew intaxxati b’rata mnaqqsa ta’ taxxa
għall-finijiet ta’ l-artikolu 5A għal kwalunkwe sena ta’ stima (minn
issa ’l quddiem f’dan is-subartikolu msemmija s-sena ta’ stima
rilevanti), meta kumpannija kwalifikanti tkun biddlet id-data li fiha
jagħlaq il-perjodu ta’ kontjar għall-finijiet ta’ l-artikolu 11 ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income u l-profitti ta’ tali perjodu ta’ kontjar
għandhom jiġu ntaxxati -
(i) f’xi sena ta’ stima kompriża fi żmien bażi; jew
(ii) f’xi sena ta’ stima rilevanti,
il-valur tal-bejgħ totali, tal-bejgħ esportat u l-profitti tal-perjodi ta’
kontjar, jew fejn applikabbli tal-perjodu ta’ kontjar, li l-profitti
tagħhom huma ntaxxati fis-snin ta’ stima kompriżi fiż-żmien bażi,
għandhom jiġu mnaqqsa jew miżjuda, kif ikun il-każ, billi jiġi
multiplikat il-valur attwali ta’ tali bejgħ totali, bejgħ esportat u profitti
bin-numru ta’ ġranet kompriżi fil-perjodu ta’ kontjar li l-profitti tiegħu
huwa ntaxxat fis-sena ta’ stima rilevanti u r-riżultat jiġi diviż bin-
numru ta’ ġranet kompriżi fl-imsemmija perjodi jew perjodu ta’
kontjar skond il-każ.
(3) Għall-finijiet tal-kalkolu indikat fis-subartikolu (2) - 
(a) għandu jiġi eskluż kull income li l-kumpannija ma
ddaħħalx mill-kummerċ jew negozju u kull bejgħ jew
xi element ieħor mit-turnover tagħha li ma hix marbuta
mal-kummerċ jew in-negozju tagħha;
  12      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
(b) "profitti" u "income" għandhom f’kull każ jitqiesu kif
kompriżi fl-income taxxabbli tal-kumpannija għall-
finijiet tat-taxxa fuq l-income wara li jittieħdu in
konsiderazzjoni, fejn ikun il-każ, xi inċentiv jew
benefiċċju li l-kumpannija tkun akkwistat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(ċ) telf li jsir f’xi sena ta’ stima kompriża fiż-żmien bażi
għandu jitqies bħala profitt żero;
Kap. 386.
(d) fejn kumpannija ma kenitx kostitwita, jew fil-każ ta’
kumpannija kwalifikanti li tkun inkorporata barra
minn Malta, tali kumpannija ma kenitx reġistrata bħala
kumpannija barranija skond l-Att dwar il-Kumpanniji,
matul sena ta’ stima kompriża fi żmien bażi, il-
kumpannija titqies bħala li kellha profitt zero matul
dik is-sena ta’ stima.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-profitti u bejgħ esportat
tul żmien bażi għandhom ikunu l-medja tal-profitti u tal-bejgħ
esportat tul żmien ta’ sentejn ta’ stima konsekuttivi kif ġej:
Iżda ż-żmien bażi għas-sena ta’ stima 2002 u għas-snin ta’ stima
sussegwenti għandhom jiġu determinati billi jiżdiedu b’sena waħda
s-snin kompriżi fiż-żmien bażi għas-sena ta’ stima preċedenti.
(5) L-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income taħt dan l-artikolu hija
dovuta meta ż-żieda fil-bejgħ esportat ikun ta’-
(a) għaxra fil-mija jew iżjed fuq iż-żmien bażi
korrispondenti fl-ewwel sena ta’ eżenzjoni;
(b) ħmistax fil-mija jew iżjed fuq iż-żmien bażi
korrispondenti fit-tieni sena ta’ eżenzjoni; u
(ċ) ħamsa u għoxrin fil-mija jew iżjed fuq iż-żmien bażi
korrispondenti fit-tielet sena u snin sussegwenti ta’
eżenzjoni:
Iżda kumpannija kwalifikanti tista’ tibbenefika mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għal mhux aktar minn għaxar
snin ta’ stima, liema għadd ta’ snin m’għandux għalfejn ikun
konsekuttiv.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw biss għal: 
Sena ta’ 
Stima
Żmien Bażi
1989 sa 1993 sena ta’ stima: 1987 u 1988 
1994  1988 u 1989 
1995 1989 u 1990 
1996 1990 u 1991
1997 1991 u 1992 
1998 1992 u 1993
1999 1993 u 1994
2000 1994 u 1995 
2001 1995 u 1996:
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    13
(a) kumpannija kwalifikanti kostitwita qabel l-1 ta’
Ġunju, 1987, u għal
(b) kumpannija kwalifikanti kostitwita f’dik id-data jew
wara, jekk dik il-kumpannija kienet intitolata tgawdi
f’xi sena ta’ stima mill-eżenzjoni maħsuba fl-artikolu
4 li kieku ma kienx għad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1)(b).
(7) B’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru
b’Ordni fil-Gazzetta*, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
għandhom ikunu biss japplikaw għal:
(a) kumpanniji kwalifikanti li kienu jeżistu fil-jum li jiġi
minnufih qabel dik id-data u, fil-każ ta’ kumpanniji
inkorporati barra minn Malta u li kienu reġistrati bħala
kumpanniji barranin skond l-Att dwar il-Kumpanniji,
li kienu hekk reġistrati fil-jum li jiġi minnufih qabel
dik id-data;
(b) kumpanniji kwalifikanti inkorporati f’Malta jew
reġistrati bħala kumpanniji barranin wara dik id-data u
li kien ikollhom dritt li jibbenefikaw mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 ħlief għad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)(b) tiegħu,
u dawk il-kumpanniji għandhom jibqgħu hekk ikollhom jedd għall-
inċentiva maħsuba taħt dan l-artikolu sa u inkluża s-sena ta’ stima
2021 jew kwalunkwe data oħra li tiġi stabbilita mill-Ministru.
Skema ta’ inċentivi 
għall-investiment.
Miżjud:
XI. 1997.7.
Emendat:
IV. 2001.8.
5A. (1) Meta kumpannija kwalifikanti tagħmel nefqa fl-
akkwist ta’ assi kwalifikanti u n-nefqa totali tal-kumpannija għal
dawk l-assi f’xi sena rilevanti u fis-sitt perijodi ta’ kontjar ta’
qabel-
(a) tkun ekwivalenti għal jew tkun aktar minn perċentaġġ
(f’dan is-subartikolu magħruf bħala "il-perċentaġġ
kwalifikanti") tal-bejgħ totali tal-kumpannija għall-
istess perijodu, l-income li tikseb tali kumpannija,
mill-kummerċ jew negozju tagħha, matul is-sena
rilevanti li jkun proporzjonalment attribwibbli għaż-
żieda fil-bejgħ esportat tagħha kif stabbilit skond is-
subartikolu (2), għandu jiġi intaxxat b’rata mnaqqsa
ta’ taxxa fuq l-income li tiġi determinata b’referenza
għall-perċentaġġ kwalifikanti kif ġej: 
Iżda s-sitt perijodi ta’ kontjar ta’ qabel is-sena
rilevanti għandhom ikunu perijodi ta’ kontjar li l-
*1 ta’ Novembru, 2000 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
Perċentaġġ kwalifikanti Rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-
income applikabbli
% %
8  17.50 
9 8.75
10 0.00
  14      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
profitti tagħhom isiru suġġetti għall-ħlas tat-taxxa fuq
l-income fis-sena ta’ stima 1998 jew fis-snin ta’ stima
ta’ wara u, fejn il-għadd ta’ dawn il-perijodi ta’ kontjar
li jiġu qabel is-sena rilevanti ikun anqas minn sitta, il-
perċentaġġ kwalifikanti msemmi aktar qabel f’dan il-
paragrafu għandu jiġi stabbilit għall-perijodu ta’ żmien
li jibda mill-ewwel ġurnata tal-perijodu ta’ kontjar li l-
profitti tiegħu jsiru suġġetti għall-ħlas tat-taxxa fuq l-
income fis-sena ta’ stima 1998 u li jintemm fl-aħħar
jum tas-sena rilevanti:
Iżda wkoll f’każ li kumpannija ma kinetx teżisti
matul is-sitt snin kollha li jiġu qabel is-sena rilevanti,
il-perċentaġġ kwalifikanti msemmi f’dan is-
subartikolu għandu jiġi stabbilit għal perijodu li
matulu tkun eżistiet il-kumpannija;
jew
(b) tkun ugwali għal jew tkun aktar minn Lm7,000,000, l-
income li tikseb tali kumpannija mill-kummerċ jew
negozju tagħha matul is-sena rilevanti li jkun
proporzjonalment attribwibbli għaż-żieda fil-bejgħ
esportat tagħha kif stabbilit skond is-subartikolu (2)
għandu jkun meħlus mit-taxxa fuq l-income:
Iżda jekk:
(i) l-għadd ta’ ġranet kompriżi fil-perijodu ta’
żmien li jibda mill-ewwel jum tal-perijodu ta’
kontjar il-profitti ta’ liema jsiru suġġetti għall-
ħlas tat-taxxa fuq l-income fis-sena ta’ stima
1998 u li jintemm fl-aħħar jum tas-sena
rilevanti, ikun ta’ anqas minn elfejn ħames mija
u ħamsa u ħamsin; jew
(ii) l-għadd ta’ ġranet kompriżi fis-sena rilevanti u
fis-sitt perijodi ta’ kuntjar ta’ qabel ikun anqas
jew aktar minn elfejn ħames mija u ħamsa u
ħamsin, 
l-ammont ta’ Lm7,000,000 għandu jiġi miżjud jew
imnaqqas għal ammont li tasal għalih billi
timmultiplika l-ammont ta’ Lm7,000,000 bil-
proporzjon li l-għadd ta’ ġranet kompriżi fil-perijodi
msemmija jkollhom għal elfejn ħames mija u ħamsa u
ħamsin ġurnata.
(2) L-income li kumpannija kwalifikanti tikseb mill-kummerċ
jew minn negozju tagħha matul is-sena rilevanti u li jkun meħlus
mit-taxxa fuq l-income jew li jiġi intaxxat b’rata mnaqqsa ta’ taxxa
fuq l-income skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), għandu
jiġi kkalkulat skond il-formula stabbilita fl-artikolu 5(2):
Iżda kumpannija kwalifikanti ma tistax titlob xi benefiċċju
taħt dan l-artikolu għal xi sena ta’ stima li fiha tkun talbet ukoll xi
benefiċċju taħt l-artikolu 5.
(3) Kumpannija kwalifikanti tista’ tibbenefika għall-inċentiv
taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għal mhux aktar minn
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    15
għaxar snin ta’ stima, liema għadd ta’ snin m’għandux għalfejn
ikun konsekuttiv.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) għandu jiġi eskluż kull income li ma jinkisbx mill-
kumpannija mill-kummerċ jew negozju tagħha;
(b) l-ammont ta’ bejgħ totali u ta’ bejgħ esportat għandu
jiġi meqjus free on board u f’każ ta’ bejgħ li jsir fuq
kuntratt ta’ xogħlijiet, dan għandu jinkludi l-valur
uninvoiced tal-materjal u components provduti mill-
klijent.
(5) F’dan l-artikolu -
"nefqa fl-akkwist ta’ assi kwalifikanti" tfisser nefqa li ssir fl-
akkwist ta’ assi rigward liema tista’ ssir talba għall-allowance
għall-investiment skond l-artikolu 7 eskluża kull spiża li ssir għall-
vetturi mhux kummerċjali;
Kap. 123.
"vetturi mhux kummerċjali" tfisser dawk il-vetturi li għalihom
japplika l-artikolu 14(3) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
"sena rilevanti" tfisser kull perijodu ta’ kontjar ta’ kumpannija
kwalifikanti li jagħlaq fis-sena ta’ qabel is-sena ta’ stima 1998 jew
kull sena ta’ stima sussegwenti kif jista’ jkun il-każ;
"perijodu ta’ kontjar" tfisser il-perijodu ta’ kontjar kif stabbilit
b’referenza għal artikolu 11 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
"profitti" u "income" għandhom f’kull każ jitqiesu kif kompriżi
fl-income taxxabbli tal-kumpannija għall-finijiet tat-taxxa fuq l-
income wara li jittieħdu in konsiderazzjoni kull inċentiv jew
benefiċċju li l-kumpannija tkun akkwistat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(6) B’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru
b’Ordni fil-Gazzetta*, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
għandhom ikunu biss japplikaw għal:
(a) kumpanniji kwalifikanti li kienu jeżistu fil-jum li jiġi
minnufih qabel dik id-data u, fil-każ ta’ kumpanniji
inkorporati barra minn Malta u li kienu reġistrati bħala
kumpanniji barranin skond l-Att dwar il-Kumpanniji,
kienu hekk reġistrati fil-jum li jiġi minnufih qabel dik
id-data;
(b) kumpanniji kwalifikanti inkorporati f’Malta jew
reġistrati bħala kumpanniji barranin wara dik id-data li
jmexxu jew ikunu bi ħsiebhom imexxu xi kummerċ
jew negozju li jkollu x’jaqsam ma’ xi proġett li dwaru
l-Korporazzjoni tkun approvat, qabel dik id-data, l-
għoti ta’ xi għajnuna skond dan l-Att, 
u dawk il-kumpanniji għandhom jibqgħu hekk ikollhom jedd għall-
inċentiva maħsuba taħt dan l-artikolu sa u inkluża s-sena ta’ stima
2021 jew kwalunkwe data oħra li tiġi stabbilita mill-Ministru.
*1 ta’ Novembru, 2000 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
  16      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
Rata mnaqqsa ta’ 
taxxa.
Emendat:
XI. 1997.8;
IV. 2001.9.
6. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
meta l-Korporazzjoni jkun jidhrilha illi l-qligħ jew profitti jew parti
minnhom miksuba minn kumpannija kwalifikanti mill-kummerċ
jew minn negozju tagħha jew parti minnhom fis-sena ta’ stima li
tibda fl-1 ta’ Jannar, 1988, jew fi snin ta’ stima sussegwenti, ikunu
twarrbu bil-għan ewlieni li jiġi finanzjat xi proġett li jkun ġie
approvat mill-Korporazzjoni u li fil-fatt il-qligħ jew profitti jew
parti minnhom ikunu intużaw għall-għan illi għalih ikunu twarrbu,
il-Korporazzjoni għandha toħroġ ċertifikat lill-kumpannija
kwalifikanti li jkun jiċċertifika dan kollu u b’dan, ir-rata tat-taxxa
fuq l-income taxxabbli fuq il-qligħ jew profitti jew parti minnhom
li jkunu hekk intużaw, għandha titnaqqas bi sbatax u-nofs-il punt
perċentwali, u fi kwalunkwe każ bħal dan it-taxxa li hi taxxabbli
għandha tiġi stmata, jew stmata mill-ġdid u fejn ikun meħtieġ
rifuża, skond il-każ:
Iżda fejn il-kumpannija kwalifikanti hija kumpannija
Maltija, ir-rata ta’ taxxa fuq l-income taxxabbli titnaqqas b’dsatax-
u-kwart-il punt perċentwali:
Iżda wkoll mis-sena ta’ stima 2001 it-tnaqqis fir-rata ta’ taxxa
fuq l-income għandha f’kull każ tkun ta’ dsatax-u-kwart-il-punt
perċentwali jew dak il-perċentwali ogħla ieħor li l-Ministru jista’ minn
żmien għal żmien jippreskrivi b’regolamenti.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1), il-Korporazzjoni ma
tapprovax proġett:
(a) jekk il-Korporazzjoni tirċievi t-talba għall-
approvazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-artikolu aktar tard
minn erbgħa u ġħoxrin xahar wara t-tmiem tas-sena li
tiġi immedjatament qabel is-sena ta’ stima li fiha
għandu jiġi ntaxxat l-income li dwaru tista’ tingħata l-
approvazzjoni; jew
(b) li biex jitlesta jeħtieġ żmien ta’ aktar minn ħames snin
mid-data ta’ l-approvazzjoni tiegħu.
(3) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi regoli għall-
applikazzjoni tal-benefiċċju pprovdut b’dan l-artikolu. Dawk ir-regoli
jistgħu jkunu b’żieda ma’ jew jissostitwixxu r-regoli u l-
kondizzjonijiet preskritti f’dan l-artikolu.
Allowance għall-
investiment. 
Emendat: 
IX. 1993.6;
XI. 1997.9;
IV. 2001.10.
7. (1) Meta kumpannija kwalifikanti tagħmel jew tkun
għamlet wara l-1 ta’ Ġunju, 1987 nefqa biex takkwista impjant jew
makkinarju, jew bini jew struttura industrijali (inkluż maħżen),
għall-użu fil-kummerċ jew negozju tagħha u b’dik in-nefqa l-
impjant, il-makkinarju, il-bini jew l-istruttura industrijali isiru
proprjetà  tal-kumpannija, din il-kumpannija jkollha dritt għal
allowance għall-investiment meta tikkalkula l-income taxxabbli
tagħha għall-finijiet tat-taxxa fuq l-income għas-sena ta’ stima li
fiha wżat għall-ewwel darba dak l-attiv fil-kummerċ jew negozju
tagħha, liema allowance għandha titqies bħala perċentwali tan-
nefqa għall-attiv, kif ġej:
Meta jkun proprjetà  ta’ 
kumpanniji Maltin
Meta jkun proprjetà  
ta’ kumpanniji oħra 
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    17
Iżda b’seħħ mis-sena ta’ stima 2001, ir-rati applikabbli għal
kumpanniji kwalifikanti Maltin murija hawn aktar qabel għandhom
ikunu applikabbli għall-kumpanniji kwalifikanti kollha u r-rati
murija taħt l-intestatura "Meta proprjetà  tkun ta’ kumpanniji oħra"
ma għandhomx jibqgħu japplikaw:
Iżda wkoll, b’seħħ mis-sena ta’ stima 2002, allowances
għall-investiment għandhom jiġu kalkolati b’dawn il-perċentwali li
ġejjin jew b’dawk il-perċentwali ogħla oħra li l-Ministru jista’
b’regolamenti jippreskrivi:
Impjant u makkinarju 50%
Bini u struttura industrijali 20%.
(2) Ma tingħata ebda allowance taħt dan l-artikolu ħlief dwar
attiv:
(a) li jintużaw għall-ewwel darba f’Malta;
(b) li għalihom l-ebda allowance ma ntalbet taħt dan l-
artikolu minn xi persuna li hija, direttament jew
indirettament, konnessa mal-kumpannija li qed titlob l-
allowance ikkontemplat f’dan l-artikolu, permezz ta’
azzjonijiet, votazzjoni jew drittijiet oħra ta’ proprjetà  jew
ta’ kontroll:
Iżda l-kondizzjoni msemmija fil-paragrafu (a) ma tapplikax
għal bini jew strutturi industrijali.
(3) Fejn tingħata allowance lil kumpannija taħt dan l-artikolu - 
Kap. 123. 
(a) il-kumpannija ma jkollhiex dritt għal xi tnaqqis dwar l-
istess attiv taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
14(1)(j) ta’ l-Att dwar it- Taxxa fuq l-Income;
(b) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 24 ta’ dak l-Att ma
japplikawx għal dak l-attiv;
(ċ) ebda ħaġa li tinsab f’dak l-Att ma għandha titwettaq
b’mod li żżomm l-allowance għal investiment u kull
allowance oħra mogħtija taħt dan l-Att dwarha,
magħdudin flimkien, milli jaqbżu l-prezz oriġinali tal-
attiv.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8(5) għandhom japplikaw
dwar kull allowance għall-investiment mogħti taħt dan l-artikolu.
(5) F’dan l-artikolu u f’artikolu 8 -
(a) proprjetà  immobbli li tinżamm b’titolu ta’ enfitewsi; u
(b) kull attiv ieħor li għalih japplika dan l-artikolu u l-
artikolu 8 akkwistati permezz ta’ kuntratt ta’ finance
leasing jew permezz ta’ kuntratt ta’ kiri li jistipula li l-
proprjetà  ta’ l-attiv għandha tiġi jew tista’ tiġi
trasferita lill-inkwilin meta tkun ġiet imħallsa somma
Impjant u 
makkinarju
33%  30% 
 Bini u struttura
industrijali
16.5% 15%: 
  18      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
speċifikata ta’ flus, liema kuntratt għandu f’kull każ
jiġi approvat mill-Korporazzjoni, 
jiġu meqjusa li qed jinżammu b’titolu ta’ proprjetà  assoluta.
(6) Kumpannija tista’ tikkwalifika għall-allowance taħt dan l-
artikolu għall-perijodu ta’ ħamsa u għoxrin sena konsekuttivi li
jibdew mis-sena ta’ stima 1988 fil-każ ta’ kumpaniji reġistrati
qabel l-1 ta’ Ġunju, 1987 u mill-ewwel sena ta’ stima fil-każ ta’
kumpanniji reġistrati fi jew wara l-1 ta’ Ġunju, 1987:
Iżda l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien b’avviż fil-
Gazzetta jżid l-imsemmi perijodu b’perijodu jew perijodi oħra li
ma jaqbżux il-ħamsa u għoxrin sena.
Kap. 123.
(7) Salvi d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, allowances ta’
investiment għandhom, għall-iskopijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
l-Income, jitqiesu bħala tnaqqis mogħti taħt l-artikolu 14 (1)(j) ta’
l-imsemmi Att u d-disposizzjonijiet rilevanti kollha ta’ dak l-Att
għandhom ikunu japplikaw skond hekk.
(8) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi regoli għall-
applikazzjoni tal-benefiċċju pprovdut b’dan l-artikolu. Dawk ir-
regoli jistgħu jkunu b’żieda ma’ jew jissostitwixxu r-regoli u l-
kondizzjonijiet preskritti f’dan l-artikolu.
(9) Kwalunkwe persuna li permezz ta’ kuntratt mal-
Korporazzjoni jew il-Gvern ta’ Malta tibni bini jew strutturi ta’
natura immobbli u tikri tali bini jew strutturi lill-kumpanniji
kwalifikanti, ikollha dritt għall-allowance ikkontemplat f’dan l-
artikolu.
Deprezzament 
mgħaġġel.
Emendat:
IV. 2001.11.
8. (1) Meta kumpannija kwalifikanti jkollha dritt għal
allowance għall-investiment dwar xi attiv taħt id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 7, il-kumpannija għandha dritt ukoll, ma’ dan, għal
tnaqqis minħabba tqagħbir ordinarju ta’ l-istess attiv fl-ikkalkular
ta’ l-income taxxabbli tagħha għall-finijiet tat-taxxa fuq l-income,
skond ir-rati li ġejjin:
Iżda b’seħħ mis-sena ta’ stima 2001 ir-rati applikabbli għal
kumpanniji kwalifikanti Maltin murija hawn aktar qabel għandhom
ikunu applikabbli għall-kumpanniji kwalifikanti kollha u r-rati murija
taħt l-intestatura "Meta proprjetà  tkun ta’ kumpanniji oħra" ma
għandhomx jibqgħu japplikaw.
(2) L-allowances li hemm fis-subartikolu (1) jingħataw mis-
sena ta’ stima li fiha dik l-allowance tkun tista’ tingħata għall-
ewwel darba, u għandha tiġi kalkulata bil-metodu magħruf bħala
straight line.
Meta jkun proprjetà  ta’ 
kumpanniji Maltin
Meta jkun proprjetà  
ta’ kumpanniji oħra 
Impjant u 
makkinarju
331 / 3 % fis-sena 25% fis-sena
Bini u struttura
industrijali
5% fis-sena 4% fis-sena:
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    19
Kap. 123. 
(3) L-allowances mogħtijin taħt dan l-artikolu għandhom ikunu
minflok xi allowances li altrimenti jkollha dritt tieħu kumpannija
kwalifikanti għal xi sena ta’ stima taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 14(1)(f) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
(4) Il-valur ta’ l-art li fuqha jinbena jew jittella’ xi bini jew
struttura industrijali għandu, f’kull każ, jitnaqqas minn dik in-nefqa
li dwarha għandu jingħata tnaqqis taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-artikolu.
Kap. 123. 
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u ta’ l-
artikolu 7, allowances għall-investiment u deprezzament mgħaġġel
għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income li huma tnaqqis mogħti taħt l-artikolu 14(1) (f) u (j) ta’ dak
l-Att, u għaldaqstant japplikaw id-disposizzjonijiet kollha relevanti
ta’ dak l-Att.
(6) Ebda allowance ma  tingħata taħt dan l-artikolu ħlief fuq
attiv li intuża għall-ewwel darba mill-kumpannija, li jkun ġie
akkwistat mhux użat u mhux second hand:
Iżda dan is-subartikolu ma japplikax għal bini u għal
strutturi industrijali li jkunu ġew akkwistati mingħand il-Gvern.
Kap. 123. 
fuq l-Income, it-taxxa imħallsa jew li trid titħallas fuq income
imqassam minn kumpannija lill-membri tagħha bħala dividend
tista’ tiġi kalkulata, fuq talba tal-kumpannija, bħallikieku l-
kumpannija ma kellhiex dritt għal tnaqqis taħt dan l-artikolu, iżda
għat-tnaqqis maħsub taħt l-artikolu 14(1)(f) u (j) ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income.
(8) B’seħħ minn dik is-sena ta’ stima li tista’ tiġi stabbilita mill-
Ministru b’Ordni fil-Gazzetta, d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
għandhom ikunu biss japplikaw għal proprjetà  mixtrija minn
kumpannija kwalifikanti matul is-sena li tiġi qabel is-sena ta’ stima
stabbilita mill-Ministru kif imsemmi qabel.
Dividendi eżenti 
mit-taxxa.
Emendat:
XI. 1997.10.
9. (1) Kull dividend (jew parti minnu) imqassam minn
kumpannija kwalifikanti mill-qligħ jew profitti tagħha, jew parti
minnhom li, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kienu eżenti
mill-ħlas ta’ taxxa fuq l-income, u li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, huwa eżenti mit-taxxa fuq l-
income meta jasal f’idejn il-membri tal-kumpannija li jirċievu dan
it-tqassim.
(2) Meta dividend imsemmi fis-subartikolu (1) jitqassam lil
membru li jkun ukoll kumpannija (f’dan is-subartikolu imsemmi
bħala "it-tieni kumpannija"), dak id-dividend jista’ bl-istess mod
jitqassam mit-tieni kumpannija lill-membru tagħha stess bħala
dividendi eżenti mit-taxxa fuq l-income meta jasal f’idejn min
jirċevih, u meta membru tat-tieni kumpannija jkun ukoll
kumpannija, id-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan is-subartikolu
għandhom japplikaw mutatis mutandis bħallikieku dak li jingħad
għall-ewwel kumpannija qed jingħad għat-tieni kumpannija u
bħallikieku dak li jingħad hemm għat-tieni kumpannija kien qed
jingħad għal dak il-membru, u l-prinċipju stabbilit f’dan is-
subartikolu għandu jibqa’ jiġi applikat għal kemm-il darba l-qligħ u
  20      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
l-profitti jew parti minnhom li għalihom japplika dan l-artikolu
jitqassmu bħala dividendi.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
għall-qligħ jew profitti, jew parti minnhom, ta’ kumpannija li huma
eżenti mit-taxxa fuq l-income:
(a) taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4, meta dawn
ikunu qligħ jew profitti li jinqalgħu f’xi sena minn
kumpannija u li dwarhom ikollha dritt għal tax
holiday;
(b) taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, meta dawn
ikunu parti mill-qligħ jew profitti ta’ kumpannija
eżentata mit-taxxa fuq l-income għal xi sena taħt l-
iskema ta’ inċentivi għall-esportazzjoni;
(ċ) taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 meta dawn
ikunu qligħ jew profitti ta’ kumpannija għal xi sena li
tkun eżenti mit-taxxa fuq l-income minħabba fl-għoti
ta’ allowance għall-investiment;
(d) taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5A, meta ikunu
qligħ jew profitti ta’ kumpannija li tkun meħlusa mit-
taxxa fuq l-income għal kwalunkwe sena taħt l-iskema
ta’ inċentivi għall-investiment.
(4) Mat-tqassim ta’ dividend eżenti kompletament jew in parti
mit-taxxa fuq l-income taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
kull kumpannija għandha tagħti lil kull membru li jirċievi dividend
bħal dak ċertifikat li juri l-ammont tad-dividend imħallas, is-sena li
fiha l-kumpannija tkun għamlet il-qligħ jew il-profitti li jkunu qed
jiġu mqassma, u li jiddikjara liema parti minn dak id-dividend hi
eżenti mit-taxxa fuq l-income kif provdut f’dan l-artikolu.
Allowance għal 
spejjeż ta’ taħriġ. 
Emendat:
IV. 2001.12.
Kap. 123.
10. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li programm ta’ taħriġ
approvat minnha wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jista’ jżid is-
sengħa u l-kapaċità  ta’ l-impjegati ta’ kumpannija kwalifikanti, il-
Korporazzjoni għandha toħroġ ċertifikat għaldaqshekk u l-
kumpannija jkollha dritt tnaqqas mija u għoxrin fil-mija ta’ l-ispiża
attwali li tkun ħarġet hi stess biex torganizza l-programm ta’ taħriġ
fl-ikkalkular ta’ l-income totali tagħha għall-finijiet ta’ l-Att dwar
it-Taxxa fuq l-Income:
Iżda meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li xi programm
ta’ taħriġ hu intiż kompletament jew prinċipalment għal persuni
handikappati, it-tnaqqis ikun ta’ mija u ħamsin fil-mija ta’ l-infiq.
(2) It-tnaqqis totali li kumpannija tista’ tieħu għal xi sena ta’
stima taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandux ikun
ta’ iżjed minn wieħed minn kull għoxrin tas-somma totali mħallsa
mill-kumpannija għal dik is-sena f’pagi, salarji u ħlasijiet oħra
simili.
(3) B’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru
b’Ordni fil-Gazzetta*, l-Korporazzjoni ma għandhiex tibqa’ tagħti
*1 ta’ Jannar, 2002 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    21
approvazzjonijiet taħt il-provvedimenti ta’ dan l-artikolu, iżda dawk il-
provvedimenti għandhom jibqgħu japplikaw għal programmi ta’ taħriġ
approvati mill-Korporazzjoni qabel dik id-data wkoll jekk in-nefqa li
dwarha japplika dan l-artikolu ssir wara dik id-data.
Allowance għal 
promozzjoni ta’ l-
esportazzjoni. 
Emendat: 
IX.1993.7;
IV. 2001.13.
11. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
meta kumpannija kwalifikanti tonfoq jew tkun nefqet spiża għall-
promozzjoni ta’ l-esportazzjoni wara l-1 ta’ Ġunju, 1987,
prinċipalment biex issib opportunitajiet jew biex toħloq jew
tkabbar it-talba għall-esportazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi,
dik il-kumpannija għandu jkollha d-dritt, meta tikkalkola l-income
totali tagħha għall-finijiet tat-taxxa fuq l-income, li tnaqqas
ammont ekwivalenti għal mija u erbgħin fil-mija ta’ l-ispiża hekk
magħmula.
(2) It-tnaqqis maħsub fis-subartikolu (1) għandu jibqa’ dovut
minkejja li l-ispiża relattiva - 
(a) tkun intefqet fil-ftuħ jew fit-tiftix biex jinfetħu linji
jew swieq ġodda ta’ esportazzjoni; jew
(b) ma twassal għal ebda bejgħ esportat jew bejgħ esportat
miżjud.
(3) It-tnaqqis totali dovut lil kumpannija għal xi sena ta’ stima
taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandux jaqbeż l-
Lm24,000 jew somma ekwivalenti għal ħamsa fil-mija tal-bejgħ
totali esportat tal-kumpannija għal dik is-sena, skond liema
ammont ikun l-akbar.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu - 
(a) bejgħ esportat għandu jitqies bħala l-valur monetarju
tal-produzzjoni esportata kalkulat "free on board", jew
tas-servizzi esportati;
(b) "spiża għall-promozzjoni ta’ l-esportazzjoni" għandha
tinkludi, iżda mingħajr ma teskludi ħwejjeġ oħra li
jkunu adatti, l-ispejjeż minfuqa:
(i) f’reklamar jew mezzi oħra li jagħtu pubbliċità
jew li jipprokuraw in-negozju;
(ii) fl-istħarriġ tas-swieq jew fl-akkwist ta’
informazzjoni dwar swieq;
(iii) f’li jiġu provduti kampjuni b’xejn jew
informazzjoni teknika lil persuna barra minn
Malta;
(iv) fl-investigazzjonijiet, preparazzjoni ta’ disinji,
it-tlestija ta’ stimi u attivitajiet simili li
għandhom x’jaqsmu ma’ offerti għall-provvista
ta’ oġġetti jew ta’ servizzi;
(v) fir-riċerka ta’ metodi ta’ ippakkjar jew ta’
presentazzjoni ta’ merkanzija għall-
esportazzjoni; 
(vi) fil-parteċipazzjoni f’fieri tal-kummerċ barra
minn Malta;
(vii) fl-ispiża biex jinġiebu xerrejja potenzjali lejn
  22      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
Malta;
(ċ) "spiża għall-promozzjoni ta’ l-esportazzjoni" ma
tinkludix salarji, pagi u ħlasijiet oħra simili ħlief meta
dawn jitħallsu lill-uffiċjali jew impjegati ta’
kumpannija reġistrata f’Malta għall-perijodu jew
perijodi f’xi sena li fiha huma mitlubin jagħtu s-
servizzi tagħhom barra minn Malta.
(5) B’seħħ minn dik is-sena ta’ stima li tista’ tiġi stabbilita mill-
Ministru b’Ordni fil-Gazzetta*, d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
għandhom ikunu biss japplikaw għal kull nefqa li ssir matul is-sena li
tiġi qabel dik is-sena ta’ stima u fis-snin bażi dwar it-tliet snin ta’
stima li jiġu wara.
Allowance għal 
riċerka u żvilupp. 
Emendat: 
IX.1993.8;
IV. 2001.14.
Kap. 123.
12. (1) Fil-każ ta’ kumpannija kwalifikanti, li ma tkunx
kumpannija li taqa’ taħt l-artikolu 3(1)(h), id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 14 (1)(h) u (i) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income
għandhom għal xi sena li fiha l-kumpannija tkun intitolata għal
tnaqqis taħt dawk il-paragrafi mis-sena ta’ stima 1988 -
(a) jitqiesu li jippermettu tnaqqis fuq spejjeż li jintefqu kif
ġej flimkien ma’ xi spejjeż oħra kontemplati f’dawk il-
paragrafi:
(i) xogħol sperimentali jew teoriku li għandu bħala
skop is-sejba ta’ tagħrif ġdid konness mal-
kummerċ jew negozju tagħha;
(ii) it-tiftix għal metodi ta’ tħaddim ta’ dak ix-
xogħol u tagħrif;
(iii) it-tfassil u disinn ta’ twettiq li jista’ jkun hemm
għal xogħol bħal dak;
(iv) provi fit-tiftix, jew fil-valutazzjoni ta’
alternattivi għall-prodott jew ta’ proċess;
(v) id-disinn, kostruzzjoni u provi ta’ prototipi u
mudelli ta’ qabel il-produzzjoni;
(vi) id-disinn ta’ prodotti, proċessi, sistemi jew
servizzi li jeħtieġ teknoloġija ġdida jew li
sostanzjalment ittejjeb dawk diġà  prodotti jew
installati;
(b) jitqiesu li ma jippermettux bħala tnaqqis xi spejjeż li
jintefqu kif ġej:
(i) fid-disinn ta’ rutina, provi u analiżi ta’ tagħmir
jew prodott għall-fini tal-kontroll tal-kwalità
jew tal-kwantità ;
(ii) rutina jew bdil li jsir minn żmien għal żmien ta’
prodotti jew proċessi li diġà  jeżistu;
(iii) fir-riċerka operattiva;
(iv) f’xogħol legali u amministrattiv fuq
applikazzjonijiet għal privattivi, records u
litigazzjoni u fil-bejgħ jew liċenzjar ta’
*sena ta’ stima 2002 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    23
privattivi u fi drittijiet ta’ privattivi;
(v) f’kull attività , inkluż disinn u kostruzzjoni, li
għandha x’taqsam mal-faċilità  jew tagħmir ta’
kostruzzjoni, spostament, rijarranġament jew
start-up, ħlief għal faċilità  jew tagħmir li jintuża
biss għal proġett ta’ riċerka jew żvilupp
speċifiku u partikulari;
(ċ) jinqraw u jinftehmu bħallikieku l-provisos kollha
għalihom tħallew barra.
Kap. 123. 
(2) Tnaqqis dovut taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
13(1)(h) jew (i) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, kif modifikat
bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, għandu jitnaqqas għall-
finijiet ta’ dak l-Att bil-mija u għoxrin fil-mija ta’ l-ammont attwali
ta’ l-ispiża minfuqa, iżda t-tnaqqis totali mogħti kif intqal qabel ma
għandux, għal xi sena ta’ stima, jaqbeż il-ħamsa fil-mija tat-
turnover tal-kumpannija għal dik is-sena:
Iżda jekk l-ammont ta’ tnaqqis huwa tali li l-ammont ma
jistax jitħalla kollu kemm hu fis-sena li fiha jkun intefaq, dik il-
parti li ma tistax hekk titħalla għandha tingħadd ma’ xi tnaqqis li
jkun dovut għal hekk fis-sena ta’ wara u għandha titqies li hija parti
minn dak it-tnaqqis jew, jekk għal dik is-sena ma hemmx tnaqqis
bħal dan, titqies li hija t-tnaqqis għal dik is-sena, u hekk ukoll għal
snin sussegwenti.
(3) Xejn f’dan l-artikolu ma għandu jitqies li jippermetti
tnaqqis dwar riċerka u żvilupp li essenzjalment ma jsirx f’Malta.
(4) B’seħħ minn dik is-sena ta’ stima li tista’ tiġi stabbilita mill-
Ministru b’Ordni fil-Gazzetta*, d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
ma għandhomx jibqgħu jseħħu.
Taxxa fuq l-income 
imħallsa minn 
impjegati barranin. 
Emendat:
IV. 2001.15.
Kap. 123. 
13. Meta individwu li ma hux domiċiljat f’Malta jew li, jekk
inhu hekk domiċiljat, ma hux ordinarjament residenti hemmhekk,
jiġi impjegat ma’ kumpannija kwalifikanti, it-taxxa fuq l-income
taxxabbli ta’ dak l-individwu għandha, mis-sena ta’ stima li tibda
fl-1 ta’ Jannar, 1989, tiġi ntaxxata bir-rati msemmija fl-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income, hekk iżda li kull rata ta’ taxxa ta’ iżjed minn
30 ċenteżmu fil-lira għandha tiġi mnaqqsa għal 30 ċenteżmu:
Iżda t-taxxa li titħallas minn xi individwu kif imsemmi
qabel ma għandhiex tkun anqas minn elf lira (Lm1,000) fis-sena
ridotta madankollu fuq bażi pro rata meta dak l-individwu ma
jkunx hekk impjegat matul is-sena kollha:
Iżda iktar li l-ammont ta’ taxxa li titħallas minn dak l-
individwu ma għandhiex tiżdied għal aktar minn kemm kien
jitħallas minnu li ma kienx għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu:
Iżda b’seħħ min dik is-sena ta’ stima li tista’ tiġi stabbilita
mill-Ministru b’Ordni fil-Gazzetta#, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu għandhom biss ikunu japplikaw għal xi rimunerazzjoni
*sena ta’ stima 2002 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
#sena ta’ stima 2002 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
  24      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
mħallsa fis-sena li tiġi qabel dik is-sena ta’ stima u fis-snin bażi dwar
l-erba’ snin ta’ stima li jiġu wara sakemm dik ir-rimunerazzjoni
titħallas lil individwi li dwarhom dan l-artikolu kien japplika fis-sena
li tiġi qabel is-sena ta’ stima stabbilita mill-Ministru kif hawn aktar
qabel imsemmi.
Feasibility studies.
Emendat:
IV. 2001.16.
Kap. 123.
14. L-ispejjeż kollha li jkunu saru u l-flejjes kollha li jkunu
ntefqu fuq feasibility studies nhar jew wara l-1 ta’ Ġunju, 1987
minn kumpannija mwaqqfa nhar jew wara dik id-data, meta dawk l-
ispejjeż jew flejjes ikunu servew kompletament u esklusivament
għall-finijiet ta’ kummerċ jew negozju li jintitolaw jew jistgħu
jintitolaw lill-kumpannija li tkun kumpannija kwalifikanti għall-
finijiet ta’ dan l-Att, u sakemm dawk l-ispejjeż u flejjes ikunu
servew kompletament u esklusivament għalhekk, għandhom
jitqiesu għall-finijiet ta’ l-artikolu 14(1) u ta’ l-artikolu 26 ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, li saru minn dik il-kumpannija mhux
aktar kmieni mill-ewwel ġurnata li fiha jitmexxa dak il-kummerċ
jew negozju, u, f’kull każ, li jistgħu jitnaqqsu kif xieraq fil-kalkolu
ta’ l-ammont ta’ qligħ jew profitti li jkunu ġejjin mill-kummerċ jew
minn negozju għall-finijiet ta’ l-Att imsemmi:
Iżda b’seħħ minn dik is-sena ta’ stima li tista’ tiġi hekk
stabbilita mill-Ministru b’Ordni fil-Gazzetta*, d-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu għandhom ikunu biss japplikaw għan-nefqa li ssir fis-
sena li tiġi qabel dik is-sena ta’ stima u fis-sena bażi dwar is-sena ta’
stima li tiġi wara.
Disposizzjonijiet 
konsegwenzjali 
rigward 
arranġamenti dwar 
taxxa doppja. 
Emendat: 
XVII.1994.36.
XI. 1997.11;
IV. 2001.17.
Kap. 123. 
15. Meta membru ta’ kumpannija kwalifikanti jkun residenti
ta’ Stat jew ta’ territorju li miegħu Malta tkun għamlet arranġament
taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income għall-
għoti ta’ ħelsien minn taxxa doppja, u taħt dak l-arranġament
dividend jew parti minnu, imqassam minn kumpannija kwalifikanti
jkun suġġett għal taxxa fuq l-income f’Malta b’rata aktar baxxa
minn dik taxxabbli fuq l-income li minnu jitqassam id-dividend, il-
kumpannija għandha tkun intitolata titlob li l-qligħ jew il-profitti,
jew parti minnhom, derivati minnha għas-sena ta’ stima 1988 u
għal snin ta’ stima oħra ta’ warajha, u li jistgħu jitqassmu bħala
dividend suġġett għal rata mnaqqsa ta’ taxxa kif imsemmi qabel,
għandhom jiġu ntaxxati b’dik ir-rata mnaqqsa u mhux bir-rata li
suppost jiġu ntaxxati biha l-qligħ u l-profitti tal-kumpannija taħt l-
Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, minkejja li d-dividend, jew parti
minnu, ma jkunx ġie mqassam:
Iżda jekk ikun hemm tibdil fis-sehem azzjonarju tal-
kumpannija hekk li s-sehem azzjonarju l-ġdid ma kienx
jikkwalifika għal rata ta’ taxxa mnaqqsa taħt xi arranġament kif
intqal qabel jew jekk hekk jikkwalifika r-rata applikabbli għal dak
l-arranġament tkun iktar mir-rata applikabbli għall-azzjonista li
jkun ħareġ, allura l-profitti li ma kenux tqassmu fl-aħħar tas-sena
finanzjarja tal-kumpannija li taħbat qabel id-data tat-tibdil fis-
sehem azzjonarju nieqes kull tqassim ta’ profitti li jkun sar lill-
azzjonista li jkun ħareġ fis-sena finanzjarja kurrenti għandhom jiġu
ntaxxati b’rata li tkun id-differenza bejn ir-rata ta’ taxxa li kienet
*sena ta’ stima 2002 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    25
tkun applikabbli kieku l-azzjonista l-ġdid kellu l-azzjonijiet meta
nqalgħu dawk il-profitti, u r-rata attwalment applikata, u dik it-
taxxa tkun taxxa li titħallas mill-kumpannija fis-sena ta’ stima li
fiha jitqassmu dawk il-profitti:
Iżda wkoll, f’każ illi shareholder ta’ kumpannija
kwalifikanti jkun ukoll kumpannija kkostitwita taħt il-Liġi ta’
Malta, id-disposizzjonijet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
japplikaw bl-istess mod u daqs li kieku x-shareholders tat-tieni
kumpannija kienu proprjetarji diretti tal-kumpannija kwalifikanti:
Iżda b’seħħ minn dik is-sena ta’ stima li tista’ tiġi hekk
stabbilita mill-Ministru b’Ordni fil-Gazzetta* d-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu għandhom ikunu biss japplikaw għal kumpanniji
kwalifikanti li kienu jeżistru fil-jum li jiġi minnufih qabel dik id-data.
TAQSIMA III 
INĊENTIVI OĦRA
Soft loans. 
Emendat: 
IX. 1993.9;
XI. 1997.12;
IV. 2001.18.
16. (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li f’kaz ta’
kumpannija kwalifikanti jkun konsistenti ma’ l-iskop u ma’ l-
oġġettivi tal-pjan industrijali tal-Gvern, il-Korporazzjoni tista’
tagħti self lil dik il-kumpannija għall-akkwist ta’ mpjant,
makkinarju u attivi fissi oħra, iżda esklużi art u bini, skond it-
termini u l-kundizzjonijiet hawn speċifikati.
(2) Il-Korporazzjoni tista’ tagħti self kif provdut fis-
subartikolu (1), meta -
(a) l-impjant, makkinarju jew attiv fiss ieħor jiġu
akkwistati bħala parti minn programm ta’ investimenti
b’tul ta’ mhux aktar minn tliet snin kif jista’ jiġi
approvat mill-Korporazzjoni; u
(b) tali programm ta’ investimenti jkun ta’ mhux anqas
minn wieħed u għoxrin elf lira Maltija.
(3) Self mogħti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma
jista’ fl-ebda każ ikun aktar minn tlieta u tletin fil-mija ta’ l-
investiment kapitali proġettat kif approvat mill-Korporazzjoni, iżda
ebda self ma għandu jkun aktar minn -
(a) Lm1,000,000 fil-każ ta’ kumpanniji li jissodisfaw il-
kundizzjoni msemmija fl-artikolu 4(1)(b), u
(b) Lm200,000 f’kull każ ieħor.
(4) Ir-rata ta’ imgħax mitluba mill-Korporazzjoni fuq self
mogħti taħt dan l-artikolu għandha tkun jew -
Kap. 204.
(a) ir-rata minima ta’ skont skond id-direttivi maħruġa
minn żmien għal żmien mill-Bank Ċentrali ta’ Malta
taħt l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta, nieqes -
*1 ta’ Novembru, 2000 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
  26      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
(i) żewġ punti u nofs perċentwali dwar self mogħti
taħt is-subartikolu (3)(a), u
(ii) nofs punt perċentwali dwar kull self ieħor:
Iżda d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a)(i) jiġu
applikati biss mill-Korporazzjoni meta r-rata minima
ta’ skont tkun ekwivalenti għal jew ogħla minn żewġ
punti u nofs perċentwali, u d-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (a)(ii) jiġu applikati biss mill-Korporazzjoni
meta r-rata minima ta’ skont tkun ekwivalenti għal jew
ogħla minn nofs punt perċentwali
jew
(b) dik ir-rata li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru b’avviż
fil-Gazzetta.
(5) Il-ħlas lura tal-kapital kif ukoll il-ħlas ta’ l-imgħax fuq kull
self mogħti taħt dan l-artikolu għandu jiġi suġġett għal ipoteka
ġenerali fuq il-proprjetà  tal-kumpannija li tirċievi s-self, b’żieda
ma’ kull garanzija oħra li tista’ titlob il-Korporazzjoni:
Kap. 16.
Iżda għall-finijiet tat-Titolu XXIII tat-Taqsima II tat-Tieni
Ktieb tal-Kodiċi Ċivili, il-Korporazzjoni tista’ tippermetti li d-
debitu dwar self dovut lil jew faċilità  bankarja oħra mogħtija minn
istituzzjoni finanzjarja f’Malta għandu jiġi eżatt qabel l-ipoteka
ġenerali jew garanzija oħra favur il-Korporazzjoni dwar dak is-self:
Iżda wkoll il-Korporazzjoni tista’ wkoll taċċetta garanzija
ta’ bank ewlieni jew garanzija oħra simili dwar is-self mogħti
minnha minflok jew b’żieda ma’ l-ipoteka ġenerali msemmija
qabel.
(6) Il-ħlas lura ta’ xi self mogħti taħt dan l-artikolu, u ta’ l-
imgħax fuqu, għandu jsir fi żmien u b’rati kif miftiehma mal-
Korporazzjoni, iżda dan iż-żmien ma għandu qatt ikun aktar minn
għaxar snin mid-data ta’ l-ewwel ħlas mis-self li tirċievi l-
kumpannija:
Iżda sakemm il-Korporazzjoni ma tipprovdix mod ieħor, tul
l-ewwel sentejn wara l-ewwel ħlas mis-self, il-kumpannija għandha
tħallas biss l-imgħax fuq is-self.
(7) Kull self mogħti taħt dan l-artikolu għandu jiġi biss użat
mill-kumpannija għal dak il-għan li jkun ġie approvat mill-
Korporazzjoni.
(8) Meta l-Korporazzjoni tkun tat self lil kumpannija
kwalifikanti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, hija
għandha -
(a) minn żmien għal żmien tagħmel jew tirranġa biex isir
dak l-eżami ta’ kotba, dokumenti, fondi u ta’ kull ħaġa
jew oġġett ieħor li jkun ta’ dik il-kumpannija bħalma
jkun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li s-self ikun qed jiġi
wżat għall-għan li għalih ikun ingħata; u
(b) titlob dawk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mingħand
dik il-kumpannija kif tista’ tkun teħtieġ, sabiex dawn
jintbagħtulha kull tliet xhur jew f’intervalli iqsar fid-
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    27
diskrezzjoni tal-Korporazzjoni.
(9) Meta l-Korporazzjoni tkun approvat li jingħata self
f’taqsimiet, u xi taqsima minn dak is-self tkun għadha ma ngħatatx,
il-Korporazzjoni tista’, mingħajr preġudizzju għal kull rimedju
ieħor, iżżomm kull taqsima tas-self li tkun għadha ma ngħatatx
jekk-
(a) xi somma flus dovuta dwar xi self mogħti taħt dan l-
artikolu, sew jekk din tkun kapital kif ukoll imgħax,
tibqa’ ma titħallasx; jew
(b) xi self mogħti qabel taħt dan l-artikolu ma jkunx intuża
għall-għan li għalih ikun ġie mogħti jew ma jkunx ġie
użat b’mod għaqli, ekonomiku u f’waqtu; jew
(ċ) il-kumpannija tkun qiegħda f’likwidazzjoni jew ma
tkunx baqgħet solvibbli jew tkun tat proprjetà  għal
benefiċċju ta’ kredituri; jew
(d) ikun sar ksur ta’ jew ma tkunx ġiet imħarsa xi
kundizzjoni marbuta mas-self.
Kap. 233. 
(10) L-għoti ta’ self li jsir taħt dan l-artikolu ma għandux ikun
suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kontroll fuq il-
Kambju.
(11) B’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi hekk stabbilita mill-
Ministru b’Ordni fil-Gazzetta*, d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u
dawk ta’ l-artikolu 24(1)(ċ) għandhom ikunu biss japplikaw dwar self
mogħti qabel dik id-data.
Ħelsien mid-dazju 
ta’ importazzjoni.
Emendat: 
IX. 1993.10;
IV. 2001.19.
17.# (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li xi oġġett
qiegħed jiġi importat minn kumpannija kwalifikanti - 
(a) għall-kostruzzjoni, tibdil, rikostruzzjoni jew estensjoni
ta’ bini jew struttura industrijali jew għal xi estensjoni
tagħhom, jew sabiex jissewwa bini jew struttura
industrijali jew biex issir estensjoni tagħhom, jew
meta dan ikun jikkonsisti f’tagħmir, għodda,
makkinarju jew impjant li jkun qiegħed fi jew għandu
x’jaqsam ma’ bini jew struttura industrijali jew
estensjoni tagħhom, jew ikun intiż biex jintuża
minflok dak it-tagħmir, għodda, makkinarju jew
impjant, u f’kull każ għall-finijiet tal-kummerċ jew
negozju imwettaq jew maħsub li jitwettaq mill-
kumpannija; jew
(b) biex iservi ta’ materjal jew komponenti jew aċċessorji
li jkunu meħtieġa għal u użati mill-kumpannija jew
għaliha, għal xi wieħed mill-għanijiet imsemmija fl-
artikolu 3(1), u biex jiġu nkorporati fi prodotti,
il-Korporazzjoni għandha toħroġ ċertifikat għaldaqstant u l-
kumpannija tkun intitolata timporta dak l-oġġett mingħajr ebda ħlas
ta’ dazju ta’ l-importazzjoni jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju ta’ l-
importazzjoni:
*1 ta’ Novembru, 2000 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
#dan l-artikolu ma jibqax iseħħ b’effett mill-1 ta’ Mejju, 2004.
  28      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
Iżda fejn jidhrilha xieraq fir-rigward ta’ xi tip ta’ attività  l-
Korporazzjoni tista’ toħroġ ċertifikat ta’ eżenzjoni jew riduzzjoni
skond il-paragrafu (b) minkejja illi l-bejgħ ta’ prodotti ma jkunx
għall-esportazzjoni.
(2) Kull kumpannija li timporta f’Malta xi oġġett bla ma jsir
ħlas ta’ dazju ta’ l-importazzjoni jew b’rata mnaqqsa ta’ dazju ta’ l-
importazzjoni taħt is-subartikolu (1) għandha - 
(a) iżżomm record dwar l-oġġetti li hija hekk timporta
f’dik il-għamla u li jkollhom dawk il-partikolaritajiet
kif jistgħu jintalbu mill-Kontrullur tad-Dwana (minn
issa ’l quddiem imsemmi bħala "il-Kontrullur");
(b) tara li l-oġġetti li jiġu hekk importati jkunu markati
b’dak il-mod li jista’ jintalab mill-Kontrullur;
(ċ) tippermetti lil kull uffiċjal tal-Kontrullur fil-ħinijiet
kollha xierqa li jispezzjona r-records dwar l-oġġetti
hekk importati u li jkollu aċċess għal kull fond tal-
kumpannija sabiex jeżamina dawk l-oġġetti li huwa
jista’ jaħseb li jkunu qegħdin hemm ġew u sabiex ikun
sodisfatt dwar l-eżattezza tal-partikolaritajiet dwar
dawk l-oġġetti msemmija f’dak ir-record.
(3) Ebda oġġett importat f’Malta minn kumpannija bla ma jsir
ħlas, jew b’rata mnaqqsa, ta’ dazju ta’ l-importazzjoni skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandu jinbiegħ, jingħata
jew xort’oħra jitneħħa mill-kumpannija ħlief -
(a) fil-każ ta’ bini jew struttura industrijali li għall-
kostruzzjoni, tibdil, rikostruzzjoni, estensjoni jew
tgħamir tagħhom, dan l-oġġett kien impurtat f’Malta:
(i) lill-persuna li għaliha dak il-bini jew struttura
industrijali ikun ġie kostruwit; jew
(ii) wara li jsir il-ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju ta’ l-
importazzjoni li kien ikollu jitħallas ma’ l-
importazzjoni ta’ dak l-oġġett li ma kienx għas-
subartikolu (1); jew
(iii) bl-awtorità  bil-miktub tal-Kontrullur wara li
jgħaddu ħames snin mill-importazzjoni f’Malta
ta’ dak l-oġġett jekk dak l-oġġett ikun ġie
attwalment użat għall-iskop li għalih ikun ġie
importat f’Malta;
(b) fil-każ ta’ materjal, komponenti jew aċċessorji
importati f’Malta għal xi għan imsemmi fl-artikolu
3(1):
(i) jekk dawn ikunu nkorporati fl-oġġetti jew
kommoditajiet li dwarhom kienu ġew importati
f’Malta; jew
(ii) wara l-ħlas ta’ l-ammont ta’ dazju ta’ l-
importazzjoni li kien ikollu jitħallas ma’ l-
importazzjoni ta’ dawk il-materjali jew
komponenti li ma kienx għas-subartikolu (1).
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    29
Kap. 337. 
(4) Meta xi oġġett jinbiegħ jew jingħata lill-kumpannija
kwalifikanti li tkun intitolata għal ħelsien mid-dazju skond
ċertifikat maħruġ taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, u l-
bejgħ jew tneħħija ta’ dak l-oġġett lill-kumpannija jsir taħt
ċirkostanzi li, kieku ma kienx għall-ħdim ta’ dan l-artikolu, kienu
jagħmlu li dak l-oġġett kien jitqies bħala meħud mid-depożt u bħala
li d-dazju għandu jitħallas fuqu mill-kumpannija skond xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazju ta’ l-Importazzjoni,
dak l-oġġett għandu (safejn biss il-kumpannija kien ikollha dritt
għal ħelsien mid-dazju dwaru, kif intqal qabel, li kieku kienet
importat dak l-oġġett fiż-żmien tal-bejgħ jew għotja tiegħu lilha
f’Malta) jitqies bħala li ġie importat mill-kumpannija fiż-żmien li
fih l-oġġett jinbiegħ jew jitneħħa lilha.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u dawk ta’ l-artikolu
24(1)(a) għandhom itemmu milli jibqgħu japplikaw meta jiskadu
disgħin jum, jew dak il-perijodu itwal li l-Ministru jista’ jiddeċiedi,
mill-pubblikazzjoni ta’ Ordni fil-Gazzetta, għal dak l-iskop,
magħmula mill-Ministru.
Allokazzjoni ta’ 
fabbriki, eċċ. 
Emendat: 
IX. 1993.11;
XI. 1997.13;
IV. 2001.20.
18. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), il-
Korporazzjoni tista’, safejn dan ikun jaqbel ma’ l-għanijiet u l-
objettivi tal-pjan industrijali tal-Gvern, tikseb bini u strutturi
industrijali għal kumpannija kwalifikanti, b’din il-kera li ġejja:
(a) Lm1.75 fis-sena għal kull metru kwadru għall-ewwel
tliet snin tal-kiri;
(b) b’rata li ma taqbiżx Lm4.00 fis-sena għal kull metru
kwadru għat-tlettax-il sena li jkun imiss tal-kirja;
Kap. 158. 
(ċ) wara dan, bir-rata li tiġi stabbilita taħt il-paragrafu ta’
qabel dan, liema rata iżda, għandha tiġi aġġustata
minnufih u sussegwentement kull ħames snin, biex
tieħu kont taċ-ċaqlieq fl-indiċi ta’ l-inflazzjoni li
hemm maħsub fl-Iskeda li tinsab ma’ l-Ordinanza li
Tneħħi l-Kontroll tad-Djar bejn l-ewwel sena tal-kiri u
d-data meta jsir kull aġġustament bħal dak.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), il-
Korporazzjoni tista’, sakemm dan ikun jaqbel ma’ l-għanijiet u l-
objettivi tal-pjan industrijali tal-Gvern, tikseb art għal kumpannija
kwalifikanti b’dawn il-kundizzjonijiet:
(a) fil-każ ta’ art li tkun tmiss ma’ bini jew ma’ struttura
industrijali, b’titolu ta’ kera, il-kera li għandha
titħallas għandha tkun -
(i) 23 ċenteżmu kull metru kwadru fis-sena għall-
ewwel sittax-il sena tal-kiri;
(ii) wara dan, b’rata li tiġi aġġustata minnufih u
sussegwentement kull ħames snin sabiex tieħu
kont ta’ ċaqlieq fl-indiċi ta’ inflazzjoni msemmi
qabel bejn l-ewwel sena tal-kiri u d-data meta
jsir kull aġġustament bħal dak;
(b) fil-każ ta’ art li tingħata mill-Korporazzjoni fi stat
mhux żviluppat, l-art għandha tingħata b’titolu ta’
  30      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
enfitewsi temporanju bi ħlas ta’ mhux anqas minn 23
ċenteżmu għal kull metru kwadru fis-sena li jiġi
rivedut kull ħamsa u għoxrin sena (sew jekk il-
konċessjoni sussegwentement tiġġedded sew jekk le)
biex jieħu kont taċ-ċaqlieq fl-indiċi ta’ inflazzjoni
msemmi qabel sa mid-data ta’ l-għotja.
(3) Il-Korporazzjoni tista’ f’kull każ partikulari tipprovdi bini
u strutturi industrijali mibnija skond il-ħtiġijiet ta’ kumpannija
kwalifikanti, jew tagħmel tibdil f’bini u fi strutturi eżistenti, taħt
dawk il-kundizzjonijiet li l-Korporazzjoni tista’ tiftiehem dwarhom
mal-kumpannija.
(4) Il-Ministru jista’, minn żmien għal żmien, b’avviż fil-
Gazzetta, ivarja r-rati u l-metodi ta’ aġġustament ta’ dawk ir-rati
msemmija fis-subartikoli (1) u (2).
Kap. 294.
(5) B’effett mill-1 ta’ Jannar, 1993, ebda taxxa ma għandha
titħallas taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti* u Trasferimenti
dwar xi kuntratt jew skrittura oħra li permezz tagħhom isir
trasferiment ta’ art skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(6) Il-Korporazzjoni tista’ tikseb ukoll għall-kumpannija
kwalifikanti bini u strutturi industrijali b’titolu ta’ enfitewsi
temporanja u art fi stat mhux żviluppat b’titolu ta’ kera taħt dawk
it-termini u kundizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti mill-Ministru
minn żmien għal żmien.
(7) Bla ħsara għat-termini ta’ xi ftehim li jkun fis-seħħ f’dak iż-
żmien, b’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru
b’Ordni fil-Gazzetta#, l-ħlasijiet kkontemplati f’dan l-artikolu ma
għandhomx jibqgħu japplikaw u r-rati ta’ kera li għandhom jintalbu
mill-Korporazzjoni għall-kiri ta’ proprjetà  immobbli kif maħsub b’dan
l-artikolu, għandhom jiġu stabbiliti mill-Korporazzjoni.
Child day care 
centres.
Miżjud:
XI. 1997.14.
Emendat:
IV. 2001.21.
18A. (1) Il-Korporazzjoni tista’, safejn dan ikun jaqbel ma’ l-
għanijiet u l-objettivi tal-pjan industrijali tal-Gvern, tagħti lil
kumpannija kwalifikanti waħidha jew flimkien ma’ kumpanniji
kwalifikanti oħra, struttura jew bini b’titolu ta’ kera biex jiġi użat
bħala child day care centre għal benefiċċju ta’ ġenituri-impjegati
ta’ l-istess kumpannija kwalifikanti, ta’ kumpanniji kwalifikanti
oħra jew ta’ fornituri ta’ servizzi fl-oqsma industrijali tal-Gvern kif
il-Korporazzjoni tista’ tapprova skond it-termini u l-kundizzjonijiet
hawn speċifikati:
(a) l-ebda kera ma tkun dovuta għall-ewwel tliet snin tal-
kirja;
(b) wara dan, kera annwali tkun dovuta b’rata kull metru
kwadru li ma tkunx taqbeż il-25 fil-mija tal-kera
annwali kull metru kwadru li tkun dovuta għall-
fabbrika allokata skond l-artikolu 18;
(ċ) il-Korporazzjoni tista’ tipprovdi mingħajr ħlas design
package li jkun jinkludi l-pjanti tal-layout, listi ta’
*Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1993. Ara l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti (Kap. 364).
#22 ta’ Marzu, 2001 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    31
għamara u tagħmir li jkunu meħtieġa għaċ-ċentru u l-
ispeċifikazzjonijiet għall-arja kundizzjonata,
ventilazzjoni u faċilitajiet sanitarji;
(d) il-Korporazzjoni tista’ wkoll tiffinanzja l-ispiża għat-
twaqqif ta’ ċentru bħal dan sa massimu ta’ 50 fil-mija
tan-nefqa totali, esklużi l-ispejjeż għall-arja
kundizzjonata u l-ventilazzjoni li jistgħu jiġu
ffinanzjati mill-Korporazzjoni sar-rata massima ta’ 25
fil-mija ta’ l-ispiża totali.
(2) Il-Korporazzjoni tista’, safejn dan ikun jaqbel ma’ l-
għanijiet u l-objettivi tal-pjan industrijali tal-Gvern, tippermetti lil
kumpannija kwalifikanti tuża parti minn struttura jew bini miksuba
għal tali kumpannija skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18
bħala child day care centre għal benefiċċju ta’ ġenituri-impjegati
ta’ l-istess kumpannija kwalifikanti, ta’ kumpanniji kwalifikanti
oħra jew ta’ fornituri ta’ servizzi fl-oqsma industrijali tal-Gvern
taħt l-istess termini u kundizzjonijiet kontemplati fis-subartikolu
(1)(a), (b), (ċ) u (d).
(3) Kumpannija kwalifikanti li twaqqaf child day care centre fi
struttura jew bini miżmum minnha b’titolu ta’ proprjetà  assoluta,
enfitewsi jew kera mingħand terzi persuni, tista’ tingħata mill-
Korporazzjoni l-istess benefiċċji, u assistenza kontemplati fis-
subartikolu (1)(ċ) u (d).
(4) Il-Korporazzjoni tista’ tipprovdi wkoll l-assistenza li ġejja
lil kumpanniji kwalifikanti li jwaqqfu child day care centre skond
id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1), (2) jew (3):
(a) il-finanzjament sa massimu ta’ 50 fil-mija ta’ l-ispiża
rikorrenti approvata għal child care f’tali ċentru, b’dan
iżda li l-ġenituri-impjegati ma jintalbux iħallsu aktar
minn dik is-somma fis-sena li tista’ tistabbilixxi l-
Korporazzjoni;
(b) il-finanzjament ta’ l-ispejjeż approvati għal taħriġ
inizjali u ta’ aġġornament għal staff li jkun
adegwatament kwalifikat.
(5) Kumpannija kwalifikanti li twaqqaf child day care centre
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1), (2) jew (3), tista’
tingħata permess mill-Korporazzjoni biex tidħol fi ftehim ma’
kumpanniji kwalifikanti oħra jew ma’ fornituri ta’ servizzi f’oqsma
industrijali tal-Gvern rigward l-eċċess ta’ postijiet f’tali ċentri.
(6) Il-Korporazzjoni tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, tagħti lill-
kumpannija kwalifikanti li topera child day care centre skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (1), (2) jew (3) ħelsien mid-dazju
skond l-artikolu 17 fuq għamara jew tagħmir użati f’tali ċentru.
(7) Il-Korporazzjoni tista’ fl-għoti ta’ kull għajnuna taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu timponi kull kundizzjoni li
jidhrilha li tkun xierqa rigward il-ħlasijiet li jistgħu jintalbu għal
tali servizz ta’ child day care mingħand il-ġenituri-impjegati.
(8) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien, b’regolamenti,
jibdel il-kondizzjonijiet u r-rati stabbiliti f’dan l-artikolu.
  32      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
Għotjiet għal 
taħriġ. 
Emendat: 
IX.1993.12;
IV. 2001.22.
19. (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li xi impjegat li
beda jaħdem ma’ kumpannija kwalifikanti nhar jew wara l-1 ta’
Ġunju, 1987 huwa impjegat full-time għal żmien bla limiti, u li dak
l-impjegat ikun qed jieħu taħriġ li għandu x’jaqsam ma’ l-
attivitajiet tal-kumpannija skond programm ta’ taħriġ approvat
mill-Korporazzjoni, il-Korporazzjoni tista’ tagħti għotja għal taħriġ
lill-kumpannija li tkun ekwivalenti għal nofs il-paga minima fil-
ġimgħa skond il-liġi għal kull ġimgħa ta’ taħriġ attwali li jagħmel
dak l-impjegat sa żmien li ma jkunx aktar minn tmienja u erbgħin
ġimgħa.
(2) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta illi nhar jew wara l-1
ta’ Jannar, l993, persuna impjegata full time fi grad ta’ supervisor
jew ogħla u li tkun ilha hekk impjegata mal-kumpannija għal mill-
inqas tliet snin, li tattendi għal programm ta’ taħriġ li jwassal għal
ċertifikat fit-tħarriġ jew fis-sengħa tat-tħarriġ approvat minn qabel
mill-Korporazzjoni u li għandu x’jaqsam ma’ l-attivitajiet tal-
kumpannija, il-Korporazzjoni tista’ tagħti għotja għal taħriġ lill-
kumpannija li tkun ekwivalenti għal nofs l-ispiża attwali tat-taħriġ
imħallsa mill-kumpannija.
(3) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta illi, nhar jew wara l-1
ta’ Jannar, 1993, persuna mpjegata full-time għal perijodu indefinit
minn kumpannija kwalifikanti tattendi programm ta’ taħriġ sabiex
takkwista sengħa ġdida meħtieġa mill-kumpannija minħabba
introduzzjoni ta’ teknoloġija jew metodi ta’ produzzjoni ġodda u
dan il-programm ta’ taħriġ jiġi approvat minn qabel mill-
Korporazzjoni, il-Korporazzjoni tista’ tagħti għotja għal taħriġ lill-
kumpannija ekwivalenti għal nofs il-paga minima fil-ġimgħa skond
il-liġi għal kull ġimgħa ta’ taħriġ attwali sa żmien li ma jkunx aktar
minn tmienja u erbgħin ġimgħa:
Iżda kumpannija għandha tikkwalifika għal għotja bħal din
fir-rigward biss ta’ impjegati li ma jkunux ibbenefikaw taħt din l-
iskema matul is-sentejn li jiġu qabel is-sena li għaliha għandha
titħallas din l-għotja.
(4) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta illi nhar jew wara l-1
ta’ Jannar, 1993, persuna full-time impjegata fil-management li
tkun ilha hekk impjegata ma’ kumpannija kwalifikanti għal mill-
inqas tliet snin u li jew tkun kwalifikata f’kamp speċifiku ta’
management jew teknika jew ikollha mhux inqas minn tliet snin ta’
esperjenza maniġerjali jew teknika, tattendi għal kors fil-
management development training jew kors ta’ technical upgrading
li jkun ġie approvat minn qabel mill-Korporazzjoni, il-
Korporazzjoni tista’ tagħti għotja li tkun ekwivalenti għal nofs l-
ispiża attwali tat-taħriġ imħallsa mill-kumpannija.
(5) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta illi nhar jew wara l-1
ta’ Jannar, 1993 persuna impjegata full-time għal perijodu indefinit
minn kumpannija kwalifikanti tattendi għal programm ta’ taħriġ li
jkun neċessarju minħabba tibdil totali fl-impieg tagħha fil-
kumpannija, liema programm ikun ġie approvat minn qabel mill-
Korporazzjoni, il-Korporazzjoni tista’ tagħti għotja lill-kumpannija
ekwivalenti għal nofs il-paga minima fil-ġimgħa skond il-liġi għal
kull ġimgħa ta’ taħriġ attwali magħmul minn dak l-impjegat sa
żmien li ma jkunx iktar minn tmienja u erbgħin ġimgħa.
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    33
(6) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li xi persuna li tkun
qed tiġi mħarrġa u li għar-rigward tagħha qiegħda tingħata għotja
taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, hija persuna
ħandikappata, il-Korporazzjoni tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, iżżid
l-għotja għar-rigward ta’ dik il-persuna għal tliet kwarti tal-paga
minima skond il-liġi jew ta’ l-ispiża attwali tat-taħriġ skond il-każ
li jkun.
Kap. 123. 
(7) Għotja għal taħriġ li kumpannija tirċievi taħt dan l-artikolu
ma għandhiex titqies li hija dħul taxxabbli taħt l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income.
(8) Minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru b’Ordni
fil-Gazzetta*, d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
biss japplikaw għal programmi ta’ taħriġ li kienu approvati mill-
Korporazzjoni qabel dik id-data.
Għotjiet għal 
servizzi ta’ 
management. 
Emendat: 
IX.1993.13;
IV. 2001.23;
IX. 2001.34.
20. (1) Meta kumpannija kwalifikanti li hija kumpannija
Maltija b’revenue attwali jew previst mill-bejgħ totali ta’ mhux
aktar minn Lm600,000 fl-aħħar sena finanzjarja tagħha, jew f’dik
attwali, tissodisfa lill-Korporazzjoni li, skond pjan ta’ tliet snin
preżentat għall-approvazzjoni tal-Korporazzjoni, hija tista’ ttejjeb
il-potenzjal tagħha għall-iżvilupp billi timpjega persunal kwalifikat
sabiex iwettaq xogħol amministrattiv, tekniku, ta’ marketing jew
finanzjarju, jew billi tqabbad konsulenti sabiex jagħmlu dak ix-
xogħol, il-Korporazzjoni tista’ tirrimborsa ħamsa u għoxrin fil-mija
tal-ħlasijiet jew salarji mħallsa f’kull sena mill-kumpannija għal
dak il-persunal jew konsulenti għal żmien ta’ tliet snin, hekk iżda li
dan ir-rimbors ma għandux ikun ta’ aktar minn Lm5,000 f’kull
sena.
(2) Ma jsir ebda rimbors taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu ta’ ħlasijiet u salarji mħallsin jew li għandhom jitħallsu lil
xi persuna li tkun b’xi mod, sew direttament jew indirettament,
konnessa mill-viċin jew li tkun tiġi minn xi membru tal-kumpannija
kwalifikanti.
Kap. 123. 
(3) Ir-rimbors li kumpannija tirċievi taħt dan l-artikolu ma
għandux jitqies bħala dħul taxxabbli taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income.
(4) Minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru b’Ordni
fil-Gazzetta#, d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
biss japplikaw għal għotjiet approvati mill-Korporazzjoni qabel dik id-
data.
Eżenzjoni mit-
taxxa tal-mewt u 
donazzjoni. 
Kap. 239.
21. (1) Minkejja dak li jinsab fl-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u
tad-Donazzjoni+, ebda taxxa ma għandha titħallas taħt dak l-Att
għar-rigward ta’ xi sehem li jkollha xi persuna f’kumpannija
kwalifikanti meta - 
(a) dak is-sehem hu kompriż fi trasferiment taxxabbli li
jseħħ nhar jew wara l-1 ta’ Ġunju, 1987, u
*1 ta’ Jannar, 2002 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
#1 ta’ Jannar, 2002 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
+Imħassar bl-Att XVI ta’ l-1993.
  34      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
(b) is-sid ta’ qabel ta’ dak is-sehem qabel ma jseħħ it-
trasferiment taxxabbli u s-sid il-ġdid wara li jseħħ,
ikunu t-tnejn persuni mhux domiċiljati f’Malta, u
(ċ) is-sehem ikun wieħed li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw għal sehem
f’kumpannija kwalifikanti meta dan ikun magħmul minn - 
(a) azzjonijiet fil-kumpannija;
(b) kull dividend imqassam jew li għandu jitqassam minn
dik il-kumpannija;
(ċ) xi flus mislufin jew avvanzati lill-kumpannija, u kull
kreditu ieħor li jkun, irrispettivament minn kif ikun sar
is-self jew l-avvanz, jew minn kif ġie, u mill-garanzija
mogħtija b’akkont tiegħu;
(d) kull sehem fuq flus jew income ieħor imħallas jew li
għandu jitħallas mill-kumpannija qabel is-seħħ tat-
trasferiment taxxabbli.
Impjegati barranin. 
Kap. 217. 
22. (1) Il-Korporazzjoni tista’ tiċċertifika li individwu li
mhux persuna eżenti taħt l-Att dwar l-Immigrazzjoni jista’, jekk
jingħata liċenza taħt dak l-Att biex jiġi impjegat minn kumpannija
kwalifikanti, jikkontribwixxi għall-iżvilupp industrijali ta’ Malta
bit-tagħrif u l-esperjenza teknika jew maniġerjali tiegħu.
(2) Meta individwu li jinħariġlu ċertifikat taħt is-subartikolu
(1) jokkupa kariga jew pożizzjoni maniġerjali jew teknika għolja,
jekk il-kumpannija relattiva timpjega lil dak l-individwu għal
perijodu fit-tul, għandha tissodisfa lill-Korporazzjoni li fl-istess
waqt ta’ l-impieg ikunu qegħdin isiru arranġamenti adegwati
minnha sabiex individwu ieħor li jkun ċittadin ta’ Malta jkun jista’
jakkwista dak it-tagħrif u dik l-esperjenza li eventwalment
jippermettulu jokkupa dik il-kariga jew pożizzjoni.
Kap. 217. 
(3) Jekk il-Korporazzjoni turi li tkun taqbel, meta persuna li
mhix domiċiljata jew ordinarjament residenti f’Malta ikollha
erbgħin fil-mija jew iżjed mill-azzjonijiet ta’ kumpannija
kwalifikanti, dik il-persuna għandha tkun intitolata titlob li
individwu nominat minnha għandu, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni, jingħata liċenza
taħt dak l-Att biex jiġi impjegat mill-kumpannija f’Malta.
Industriji 
f’Għawdex. 
Emendat: 
IX.1993.14;
IV. 2001.24.
23. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom
japplikaw fil-każ ta’ kumpannija kwalifikanti meta l-Korporazzjoni
tkun sodisfatta li l-attività  kollha, jew parti minnha, tal-kumpannija
(minn issa ’l-quddiem imsejħa bħala "kumpannija Għawdxija")
tkun qed titmexxa jew tiġi eżerċitata f’Għawdex.
(2) Il-Korporazzjoni għandha tagħti għotja lil kumpannija
Għawdxija biex tkopri l-ispejjeż attwali, addizzjonali u meħtieġa
għat-trasport li tkun ħallset il-kumpannija biex tittrasporta:
(a) bejn Malta u Għawdex makkinarju, impjant, materjal,
merkanzija jew prodotti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
attivitajiet tagħha f’Għawdex konnessi ma’ l-
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    35
esportazzjoni;
(b) minn Malta għal Għawdex materjal li għandu x’jaqsam
ma’ l-attivitajiet tagħha f’Għawdex kemm jekk dawn
l-attivitajiet ikollhom x’jaqsmu ma’ l-esportazzjoni
jew le.
(3) Meta kumpannija Għawdxija tissodisfa l-kundizzjoni
msemmija fl-artikolu 4(1)(b), il-Korporazzjoni għandha tagħti
għotja lill-kumpannija biex tkopri l-ispejjeż attwali, addizzjonali u
meħtieġa li tkun ħallset il-kumpannija biex takkomoda f’Għawdex
persuni li ma humiex ordinarjament residenti f’Għawdex u li
jokkupaw pożizzjonijiet maniġerjali jew tekniċi għolja, liema
għotja għandha tkun limitata għal żmien ta’ tliet snin konsekuttivi:
Iżda l-għotja ma għandhiex tkun ta’ aktar minn Lm1,500
fis-sena għal kull impjegat individwali u anqas ta’ aktar minn
Lm5,000 lill-kumpannija f’sena waħda.
(4) Iż-żmien li għalih tista’ tingħata għotja għal taħriġ taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 19 għandu jittawwal għal tliet snin
fil-każ ta’ impjegat ta’ kumpannija Għawdxija li jkun qed jiġi
mħarreġ, jekk dak l-impjegat kien ordinarjament residenti
f’Għawdex għal perijodu ta’ mhux anqas minn sena minnufih qabel
il-bidu tat-taħriġ tiegħu.
Kap. 123. 
(5) Għotjiet li tirċievi kumpannija Għawdxija taħt dan l-
artikolu ma jitqisux bħala dħul taxxabbli taħt l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income.
(6) B’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru
b’Ordni fil-Gazzetta* -
(a) is-subartikolu (2)(a) għandu jkun japplika għall-
attivitajiet kollha sew jekk dawn ikollhom sew jekk ma
jkollhomx x’jaqsmu ma’ l-esportazzjonijiet;
(b) is-subartikolu (3) għandu japplika mingħajr il-ħtieġa
tal-kumpannija kwalifikanti li tissodisfa l-
kondizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(b); u
(ċ) is-subartikolu (4) għandu jkun biss japplika għal
programmi ta’ taħriġ approvati mill-Korporazzjoni
qabel dik id-data.
Intrapriżi żgħar. 
Sostitwit: 
IX. 1993.15;
XI. 1997.15.
Emendat:
IV. 2001.25.
24. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16(11) u
dawk ta’ l-artikolu 17(5), il-Korporazzjoni tista’, fid-diskrezzjoni
tagħha, tagħti lil intrapriża żgħira -
(a)# ħelsien mid-dazju skond l-artikolu 17;
(b) bini, strutturi u art industrijali taħt dawk il-
kundizzjonijiet li l-Korporazzjoni tista’ minn żmien
għal żmien tistabbilixxi;
(ċ) soft loans skond l-artikolu 16; jew 
(d) kull inċentiv jew benefiċċju ieħor li jkun konsistenti
*1 ta’ Novembru, 2000, rigward il-paragrafi (a) u (b), u l-1 ta’ Jannar, 2002,
rigward il-paragrafu (ċ) - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
#dan il-paragrafu ma jibqax iseħħ b’effett mill-1 ta’ Mejju, 2004.
  36      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
ma’ l-għanjiet u l-iskopijiet tal-pjan industrijali tal-
Gvern, hekk kif jista’ jiġi preskritt mill-Ministru
b’avviż fil-Gazzetta.
(2) Fis-subartikolu (1) "intrapriża żgħira" tfisser persuna jew
kumpannija kostitwita taħt il-Liġi Maltija li -
(a) qed tmexxi jew teżerċita xi kummerċ jew negozju
kontemplat taħt l-artikolu 3(1)(a) sa (h) jew kull
kummerċ jew negozju ieħor li jista’ jiġi preskritt mill-
Ministru b’avviż fil-Gazzetta; u
(b) tikkwalifika bħala intrapriża żgħira skond regolamenti li
jagħmel il-Ministru taħt dan l-Att.
Soft loans rigward 
konservazzjoni ta’ 
enerġija u ilma.
Miżjud:
XI. 1997.16.
Emendat:
IV. 2001.26
24A. (1) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li f’każ ta’
kumpannija kwalifikanti jew ta’ kumpannija li tmexxi jew
teżerċita, f’Malta, xi kummerċ jew negozju li jkun jikkonsisti
primarjament fil-ġestjoni jew tmexxija ta’ lukanda jew grupp ta’
lukandi, ikun konsistenti ma’ l-iskop u oġġettivi tal-pjan tal-Gvern
rigward konservazzjoni ta’ enerġija u ilma, il-Korporazzjoni tista’
tagħti self lil dik il-kumpannija għall-akkwist ta’ impjant,
makkinarju u attivi fissi relatati, iżda eskluża art, u biex jiġu
finanzjati x-xogħlijiet ta’ inġinerija ċivili u infrastrutturali
meħtieġa, skond it-termini u l-kundizzjonijiet hawn speċifikati.
(2) Il-Korporazzjoni tista’ tagħti self kif provdut fis-
subartikolu (1), meta l-impjant, makkinarju jew attiv fiss ieħor jiġu
akkwistati bħala parti minn programm ta’ investiment għall-
konservazzjoni ta’ enerġija jew ilma kif jista’ jiġi approvat mill-
Korporazzjoni.
(3) Self mogħti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma
jista’ fl-ebda każ ikun aktar minn tlieta u tletin fil-mija tal-
programm ta’ investiment ipproġettat għall-konservazzjoni ta’
enerġija jew ilma kif approvat mill-Korporazzjoni, iżda l-ebda self
ma għandu jkun aktar minn Lm200,000 jew kull ammont ieħor li
jista’ jiġi preskritt.
Kap. 204.
(4) Ir-rata ta’ imgħax mitlub mill-Korporazzjoni fuq self
mogħti taħt dan l-artikolu għandha tkun ir-rata minima ta’ skont
skond id-direttivi maħruġa minn żmien għal żmien mill-Bank
Ċentrali ta’ Malta taħt l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta, nieqes
żewg punti u nofs perċentwali:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’dan is-subartikolu jiġu applikati
biss mill-Korporazzjoni meta r-rata minima ta’ skont tkun
ekwivalenti għal jew ogħla minn żewġ punti u nofs perċentwali.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 16(4), (5), (6), (7), (8), (9)
u (10) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal self mogħti mill-
Korporazzjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(6) B’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-Ministru
b’Ordni fil-Gazzetta*, dan l-artikolu għandu jkun japplika għall-
intrapriżi kollha.
*1 ta’ Novembru, 2000 - ara l-Avviż Legali 135 ta’ l-2001.
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    37
Rata mnaqqsa ta’ 
taxxa għal 
rinnovament, titjib 
fil-grad u fl-
arredament ta’ 
lukanda.
Miżjud:
XI. 1997.16.
Emendat:
IV. 2001.27.
24B. (1) Meta l-Korporazzjoni jidhrilha li f’każ ta’
kumpannija li tmexxi jew teżerċita f’Malta, xi kummerċ jew
negozju li jkun jikkonsisti primarjament fil-ġestjoni jew tmexxija
ta’ lukanda jew grupp ta’ lukandi, illi l-qligħ jew profitti jew parti
minnhom miksuba minn din il-kumpannija mill-kummerċ jew
negozju tagħha jew parti minnhom fis-sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’
Jannar, 1997, jew fi snin ta’ stima sussegwenti, ikunu twarrbu bil-
għan ewlieni li jiġi finanzjat xi proġett għal rinnovament jew titjib
fil-grad u fl-arredament ta’ lukanda jew lukandi, li jkunu proprjetà
ta’ jew ġestiti jew immexxija minn kumpannija bħal din u li jkun
ġie approvat mill-Korporazzjoni, u li fil-fatt il-qligħ jew profitti
jew parti minnhom ikunu ntużaw għall-għan illi għalih ikunu
twarrbu, il-Korporazzjoni għandha toħroġ ċertifikat lill-kumpannija
li jkun jiċċertifika dan kollu u b’dan, ir-rata tat-taxxa fuq l-income
taxxabbli fuq il-qligħ jew profitti jew parti minnhom li jkunu hekk
intużaw, għandha titnaqqas bi sbatax-u-nofs-il punt perċentwali,
jew dak il-perċentwali ogħla li l-Ministru jista’ jippreskrivi, u fi
kwalunkwe każ bħal dan it-taxxa li hi taxxabbli għandha tiġi
stmata, jew stmata mill-ġdid u fejn ikun meħtieġ rifuża, skond il-
każ.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(2) għandhom japplikaw
mutatis mutandis għal kumpanniji li jikkwalifikaw għall-assistenza
taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1).
(3) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi regoli u
kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-benefiċċju pprovdut b’dan l-
artikolu.
Assistenza 
finanzjarja.
Miżjud:
IV. 2001.28.
24Ċ. Meta l-Ministru, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Korporazzjoni,
jkun sodisfatt li xi proġett li jkollu jsir minn intrapriża jkun jista’
jagħmel kontribuzzjoni sostanzjali għall-iżvilupp ta’ l-ekonomija kif
ikun konsistenti ma’ l-iskopijiet u l-finijiet tal-Gvern, il-Ministru
jista’, wara li jikkonsulta lill-Korporazzjoni kif ikun meħtieġ, japprova
li tingħata għotja mill-Korporazzjoni lil dik l-intrapriża, taħt dawk il-
kondizzjonijiet li l-Korporazzjoni jew il-Ministru jistgħu jimponu.
TAQSIMA IV 
GARANZIJA TA’ INĊENTIVI
Garanzija ta’ 
inċentivi.
Emendat:
XI. 1997.17.
25. (1) Meta, wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, kumpannija
kwalifikanti jew il-membri jew impjegati tagħha, huma ntitolati
għal inċentiv jew benefiċċju taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet li
ġejjin, għandu jitqies li jkun tnissel kuntratt bejn il-kumpannija jew
il-membri jew l-impjegati tagħha u l-Gvern, jew il-Korporazzjoni,
skond il-każ, li jiggarantixxi l-għoti u t-tgawdija ta’ l-inċentiv jew
benefiċċju relattiv skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att kif muri
hawn taħt:
(a) l-inċentivi u l-benefiċċji kontemplati taħt l-artikoli 4,
5, 7, 8, 11, 12 u 14 meta u hekk kif il-kumpannija ssir
intitolata għal benefiċċju taħt dawk l-artikoli għal xi
  38      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
sena ta’ stima;
(b) l-eżenzjoni mit-taxxa fuq dividendi taħt l-artikolu 9; 
(ċ) ir-rata ta’ taxxa li hi taxxabbli għar-rigward ta’
impjegat barrani taħt l-artikolu 13 meta u hekk kif dak
l-impjegat isir hekk taxxabbli;
(d) qligħ jew profitti maħsubin fl-artikolu 15 għal
daqskemm idum fis-seħħ l-arranġament relattiv;
(e) l-eżenzjoni mit-taxxa taħt l-artikolu 21; u
(f) għotjiet dovuti lil kumpannija Għawdxija skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23(2) u (3).
(2) Meta xi inċentiv jew benefiċċju maħsubin taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma jkunux dovuti bi dritt lil
kumpannija kwalifikanti jew benefiċjarju ieħor iżda jiddependi
mill-użu ta’ diskrezzjoni li tkun vestita fil-Korporazzjoni, l-użu ta’
dik id-diskrezzjoni favur benefiċjarju għandha tikkostitwixxi
kuntratt bejn il-benefiċjarju w il-Gvern, jew il-Korporazzjoni,
skond il-każ, li jkun jiggarantixxi l-għotja u t-tgawdija ta’ l-
inċentiv jew tal-benefiċċju skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Mingħajr preġudizzju għal kull prova oħra li jkollha
kumpannija kwalifikanti, ċertifikat maħruġ mill-Korporazzjoni li
jkun jgħid illi negozju jew kummerċ immexxi jew eżerċitat, jew li
jkun maħsub li jitmexxa jew jiġi eżerċitat mill-kumpannija ma
jikkonsistix biss jew fil-parti l-kbira fis-sempliċi tkabbir,
duplikazzjoni jew tibdil ta’ kummerċ jew negozju li qabel kien
jitmexxa jew jiġi eżerċitat f’Malta minn xi persuna li hija
direttament jew indirettament konnessa ma’ dik il-kumpannija,
ikun prova konklusiva għaldaqstant għall-finijiet ta’ l-artikolu
4(1)(ċ). Il-Korporazzjoni tista’ toħroġ ukoll ċertifikat għall-istess
għan ħalli tiġi maqtugħa xi kwistjoni li tista’ tinqala’ taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (3)(a) ta’ l-imsemmi artikolu.
(4) Minkejja kull disposizzjoni oħra f’dan l-Att, meta jiġi
maħruġ ċertifikat skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), il-
Korporazzjoni tista’ timponi kull kundizzjoni li jidhrilha li tkun
xierqa, inkluż ir-riduzzjoni tal-perijodu tat-tax holiday kontemplata
fl-artikolu 4.
(5) Il-Korporazzjoni tista’ fid-diskrezzjoni tagħha toħroġ
ċertifikat li jeżenta kumpannija kwalifikanti mill-ħtiġiet ta’ l-
artikolu 4(1)(ċ) taħt dawk it-termini u kundizzjonijiet li jidhrilha li
huwa xieraq li għandha timponi fejn -
(a) il-kumpannija hija joint venture bejn kumpannija
Maltija jew kumpanniji Maltin kwalifikanti (f’dan is-
subartikolu magħrufa bħala "l-ewwel kumpannija
msieħba") u kumpannija li teżerċita l-kummerċ jew
negozju tagħha barra minn Malta (f’dan is-subartikolu
magħrufa bħala "it-tieni kumpannija msieħba") u li,
kieku ma kienx għal tali joint venture, kienet tissodisfa
l-kundizzjonijiet stabbiliti permezz ta’ l-artikolu
4(1)(ċ); u
(b) it-tieni kumpannija msieħba jkollha ta’ l-inqas 20%
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    39
tal-kapital azzjonarju ordinarju bid-dritt li jivvota tal-
kumpannija joint venture; u
(ċ) il-Korporazzjoni tkun sodisfatta li t-tieni kumpannija
msieħba tkun se ġġib fil-kumpannija joint venture
teknoloġija innovattiva, proċessi ġodda ta’
produzzjoni jew aċċess għal swieq ġodda barranin.
(6) Il-garanziji mogħtija b’dan l-artikolu m’għandhomx jiġu
annullati b’xi azzjoni retrospettiva, sew jekk din issir b’liġi jew
mod ieħor.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ kontroll u
regolatorji stipulati f’dan l-Att u għas-setgħat tal-President ta’
Malta taħt l-artikolu 26.
Setgħat tal-
President ta’ 
Malta. 
26. Ebda inċentiv jew benefiċċju maħsubin b’dan l-Att ma
għandhom jitgawdew minn xi kumpannija kwalifikanti jew minn
benefiċjarju ieħor għal xi sena jew sena ta’ stima jekk il-President
ta’ Malta, b’ordni bil-miktub, jiddikjara li l-għoti jew l-akkwist jew
il-kontinwazzjoni ta’ l-għoti jew ta’ l-akkwist ta’ dak l-inċentiv jew
benefiċċju imur jew jista’ jmur kontra l-ordni pubbliku (ordre
public), u meta tinħareġ ordni bħal dik għandu jkollha effett sa
mid-data li tkun indikata fiha, iżda f’ebda każ ma għandu ordni
jkollu effett retrospettiv.
Revoka ta’ 
inċentivi jew 
benefiċċji.
27. (1) Meta kumpannija kwalifikanti jew benefiċjarju ieħor
jonqsu li jħarsu jew li jaraw li titħares xi waħda mill-
kundizzjonijiet marbuta ma’ l-għoti mill-Korporazzjoni ta’ inċentiv
jew benefiċċju taħt dan l-Att, il-Korporazzjoni tista’ jew tħassar l-
inċentiv jew il-benefiċċju jew b’avviż bil-miktub titlob lil dik il-
kumpannija jew benefiċjarju ieħor fi żmien tletin ġurnata minn
meta jirċievu dak l-avviż -
(a) li jħarsu jew jaraw li jitħarsu dawk il-kundizzjonijiet;
jew
(b) li juru għas-sodisfazzjon tal-Korporazzjoni li n-nuqqas
tagħhom ta’ tħaris jew li jaraw li tkun qed titħares dik
il-kundizzjoni kien dovut għal xi raġuni li mhix fil-
kontroll tagħhom u li jkun hemm prospetti attwali ta’
tħaris jew li wieħed jara li titħares dik il-kundizzjoni
f’dak iż-żmien li l-Korporazzjoni jista’ jidhrilha
xieraq.
(2) Meta kumpannija kwalifikanti jew benefiċjarju ieħor juru
għas-sodisfazzjon tal-Korporazzjoni li n-nuqqas tagħhom li jħarsu
jew li jaraw li titħares xi kundizzjoni marbuta ma’ l-għoti ta’ xi
inċentiv jew benefiċċju taħt l-Att kien dovut għal xi raġuni mhux
fil-kontroll tagħhom, u li hemm prospetti attwali li jħarsu jew li
jaraw li titħares dik il-kundizzjoni fi żmien xieraq, il-
Korporazzjoni tista’ tawtorizza proroga raġonevoli għall-finijiet ta’
tħaris ta’ dik il-kundizzjoni, hekk kif jidhrilha xieraq.
(3) Meta kumpannija kwalifikanti jew benefiċjarju ieħor:
(a) li jkunu intalbu biex jagħmlu hekk b’avviż taħt is-
subartikolu (1), jonqsu li juru għas-sodisfazzjon tal-
  40      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
Korporazzjoni li n-nuqqas tagħhom li jħarsu jew li
jaraw li titħares xi kundizzjoni marbuta ma’ l-għoti ta’
xi inċentiv jew benefiċċju kien dovut għal xi raġuni
mhux fil-kontroll tagħhom u li hemm prospetti attwali
li jħarsu jew li jaraw li titħares dik il-kundizzjoni fi
żmien xieraq; jew
(b) li jkunu ngħataw proroga taħt is-subartikolu (2),
jonqsu fil-perijodu ta’ dik il-proroga li jħarsu jew li
jaraw li titħares dik il-kundizzjoni,
il-Korporazzjoni tista’ tħassar kull inċentiv jew benefiċċju mogħti
lill-kumpannija jew benefiċjarju ieħor taħt dan l-Att, u dak it-
tħassir jibda jgħodd minn dik id-data li tiġi ffissata mill-
Korporazzjoni.
(4) Meta l-għoti ta’ xi inċentiv jew benefiċċju taħt dan l-Att
jitħassar skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, dik il-
kumpannija jew benefiċjarju ieħor għandhom iħallsu jew iħallsu
lura lill-Gvern jew lill-Korporazzjoni, skond il-każ, kull somma li
kellhom iħallsu lill-Gvern jew lill-Korporazzjoni kieku ma kienx
għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew li jkunu rċevew taħt dan l-
Att, u kull somma li l-kumpannija jew benefiċjarju ieħor ikunu
hekk obbligati li jħallsu jew iħallsu lura tista’ titpatta b’xi somma li
tista’ tkun dovuta mill-Gvern jew mill-Korporazzjoni lill-
kumpannija jew benefiċjarju ieħor għal kull raġuni li tkun, salv kull
dritt ta’ azzjoni tal-Gvern jew tal-Korporazzjoni għall-ġbir lura ta’
bilanċ li jkun għadu dovut.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw
biss meta l-għoti ta’ inċentiv jew ta’ benefiċċju taħt dan l-Att
jiddependi mill-użu tad-diskrezzjoni vestita fil-Korporazzjoni.
(6) F’kull każ ta’ revoka taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, il-parti li tħoss ruħha aggravata tkun tista’ tagħmel appell
lill-Bord ta’ Appelli mwaqqaf bl-artikolu 28.
Twaqqif ta’ Bord 
ta’ Appelli.
28. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ Appelli, minn issa ’l
quddiem imsemmi "il-Bord", b’ġurisdizzjoni esklusiva li jisma’ u
jiddeċiedi appelli skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30. Il-
Bord ikun magħmul minn Chairman u żewġ membri oħra, maħtura
mill-Prim Ministru minn fost persuni li, fil-fehma tiegħu, huma
midħla tal-ħwejjeġ imsemmija f’dan l-Att.
(2) Persuna tkun skwalifikata milli tiġi nominata jew milli
tkompli tkun membru tal-Bord sakemm tkun membru tal-Kamra
tad-Deputati, jew uffiċjal pubbliku.
(3) Kull persuna maħtura membru tal-Bord għandha, qabel ma
tidħol għall-kariga tagħha, tagħmel u tissottoskrivi dikjarazzjoni
bil-ġurament fuq il-formola preskritta għal dak il-għan quddiem
Kummissjunarju għall-Ġuramenti li għandha tiġi depożitata għand
l-Avukat Ġenerali.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru tal-Bord għandha ssir vakanti - 
(a) fit-tmiem ta’ ħames snin mid-data tal-ħatra tiegħu; u 
(b) mar-riżenja jew il-mewt ta’ membru qabel it-tmiem
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    41
taż-żmien tal-ħatra tiegħu; u
(ċ) mat-tneħħija mill-kariga ta’ dak il-membru mill-Prim
Ministru minħabba f’inkapaċità  li jaqdi l-funzjonijiet
tal-kariga tiegħu, kemm jekk minħabba mard mentali
jew fiżiku jew għal xi raġuni oħra, jew għal imġieba
ħażina.
(5) Kull membru tal-Bord jista’ jiġi rikużat jew għandu jastjeni
fl-istess ċirkostanzi bħal imħallef tal-qrati superjuri, u f’kull każ
bħal dan il-Prim Ministru għandu jaħtar, minflok dak il-membru,
persuna oħra li hi kwalifikata biex tkun membru, għall-każ
partikolari li għar-rigward tiegħu il-membru jkun ġie rikużat jew
ikun astjena.
(6) Meta l-kariga ta’ membru tal-Bord tkun vakanti jew meta xi
membru għal xi raġuni ma jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet tal-
kariga tiegħu, il-Prim Ministru għandu jaħtar persuna li tkun
kwalifikata biex tkun maħtura bħala membru, biex tkun membru
temporanju tal-Bord; u kull persuna hekk maħtura għandha, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u (5), tispiċċa milli
tkun membru bħal dak malli persuna tkun ġiet maħtura biex timla l-
vakanza jew, skond il-każ, malli l-membru li ma setax jaqdi l-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu jirreżumi dawk il-funzjonijiet.
(7) Il-membri tal-Bord ma jkunux persunalment responsabbli
għal kull egħmil jew nuqqas tal-Bord magħmul jew li naqas li jsir
in bona fede matul il-proċedimenti tal-Bord.
(8) Għandu jkun hemm segretarju tal-Bord li għandu jkun
uffiċjal pubbliku nominat mill-Prim Ministru sabiex iwettaq il-
funzjonijiet ta’ segretarju. Il-Bord għandu jkollu wkoll dawk l-
uffiċjali l-oħra li l-Prim Ministru jidhirlu meħtieġa u li jaħtar kif
intqal qabel.
(9) Il-Membri tal-Bord għandhom jirċievu dak il-ħlas li l-Prim
Ministru jista’ jiffissa.
(10) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jirregolaw l-appelli
lill-Bord u, mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak li hemm
imsemmi qabel, jista’ jagħmel regolamenti -
(a) li jippreskrivu l-mod li bih appell għandu jsir lill-Bord; 
(b) li jippreskrivu l-proċedura li l-Bord għandu juża fis-
smigħ ta’ appell u r-records li għandhom jinżammu
mill-Bord;
(ċ) li jippreskrivu l-mod li bih il-Bord għandu jitlaqqa’ u
l-postijiet fejn u l-ħinijiet li fihom il-Bord għandu
jagħmel is-seduti;
(d) li jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jitħallsu dwar
appelli lill-Bord; u
(e) b’mod ġeneriku għat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att dwar il-Bord.
Taħrik ta’ xhieda u 
għoti ta’ 
ġuramenti. 
29. (1) Il-Bord għandu jkollu s-setgħa, li tiġi eżerċitata
permezz taċ-Chairman tiegħu -
  42      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
(a) li jħarrek xhieda;
(b) li jagħti l-ġurament lil kull xhud u li jeħtieġlu jixhed
jew iġib kotba jew dokumenti oħra quddiemu.
(2) Taħrika tista’ tiġi notifikata jew bl-idejn jew bil-posta.
Meta tiġi notifikata bl-idejn ikun biżżejjed biex tiġi ppruvata n-
notifika li jiġi ppruvat li t-taħrika tħalliet ma’ persuna ’l fuq mill-
età  ta’ 16-il sena fil-post tar-residenza jew tan-negozju tal-persuna
mħarrka; u jekk tiġi notifikata bil-posta jkun biżżejjed biex tiġi
ppruvata n-notifika li jiġi ppruvat li t-taħrika kienet indirizzata u
mpostata tajjeb.
(3) Kull persuna mħarrka kif intqal qabel li tirrifjuta, jew
tonqos mingħajr raġuni xierqa, li tattendi fil-post u l-ħin
imsemmija fit-taħrika, jew li tirrifjuta, mingħajr raġuni xierqa, li
twieġeb jew li twieġeb b’mod sħiħ u sodisfaċenti, mill-aħjar li taf u
li temmen, il-mistoqsijiet kollha li jsirulha mill-Bord jew bi qbil
mal-Bord, jew li tirrifjuta jew tonqos, mingħajr raġuni xierqa, li
tipproduċi xi dokument li tkun meħtieġa li tipproduċi mill-Bord
jew bi qbil mal-Bord, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att:
Iżda, bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1)(b), ebda persuna li tixhed quddiem il-Bord ma tista’
tkun imġiegħla twieġeb għal xi mistoqsija meta t-tweġiba tista’
tesponiha għal proċess kriminali, u kull persuna bħal dik ikollha,
dwar kull xiehda tagħha quddiem il-Bord, l-istess privileġġi li
għandu xhud li jixhed quddiem il-qorti.
Appelli lill-Bord.  30. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
kumpannija kwalifikanti jew benefiċjarju ieħor li jkunu aggravati
b’xi deċiżjoni meħuda dwar ħwejjeġ li jaqgħu taħt jew li huma
maħsubin fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandu jkollhom id-
dritt li jappellaw minn dik id-deċiżjoni quddiem il-Bord.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27(6), is-
subartikolu (1) ma japplikax għal deċiżjonijiet meħuda mill-
President ta’ Malta, mill-Ministru, jew il-Korporazzjoni, skond il-
każ, fl-eżerċizzju ta’ poter diskrezzjonali.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma bla ħsara għall-
proċedimenti maħsubin - 
Kap. 123. (a) mill-artikolu 65 sa l-artikolu 69 ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income; u
Kap. 239. (b) mill-artikolu 25 sa l-artikolu 28 ta’ l-Att dwar it-Taxxa
tal-Mewt u tad-Donazzjoni*:
Iżda kull punt deċiż taħt dan l-artikolu dwar xi ħaġa
maħsuba f’dan l-Att għandu jkun finali u konklusiv, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 31.
(4) L-appelli kollha lill-Bord għandhom jinstemgħu bil-
magħluq sakemm il-Bord, fuq rikors taż-żewġ partijiet fil-kawża,
ma jordnax xort’oħra.
(5) Il-Bord jista’ jordna l-korrezzjoni ta’ xi żball aritmetiku li
*Imħassar bl-Att XVI ta’ l-1993.
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    43
jsir f’xi deċiżjoni tiegħu wara li jsir rikors ippreżentat minn xi
waħda mill-partijiet fi żmien tletin jum mid-data tan-notifika lilha
ta’ dik id-deċiżjoni, u dak ir-rikors għandu jiġi notifikat lill-parti l-
oħra.
Appelli lill-Qorti 
ta’ l-Appell. 
Emendat:
VI. 2001.18.
31. (1) Appell minn deċiżjoni tal-Bord jista’ jsir mill-parti
waħda jew l-oħra, fuq punt ta’ liġi biss, lill-Qorti ta’ l-Appell
(Kompetenza Inferjuri) b’rikors ippreżentat fi żmien tletin jum
mid-data tan-notifika lilha bid-deċiżjoni tal-Bord, u dak ir-rikors
għandu jiġi notifikat lill-parti l-oħra.
(2) Kemm-il darba regoli magħmulin taħt dan l-Att ma
jipprovdux għal żmien itwal, għandu jingħata lill-partijiet avviż ta’
sebat ijiem netti dwar id-data appuntata għas-smigħ ta’ appell
quddiem il-Qorti ta’ l-Appell.
(3) L-appelli kollha lill-Qorti ta’ l-Appell għandhom
jinstemgħu bil-magħluq kemm-il darba, il-qorti, fuq rikors taż-
żewġ partijiet fil-kawża ma tordnax xort’oħra.
Kap. 12.
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli dwar
appelli lill-Qorti ta’ l-Appell taħt dan l-artikolu.
(5) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan l-artikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għar-rigward tal-preżentata
ta’ atti bil-miktub f’konnessjoni ma’ appelli lill-Qorti ta’ l-Appell
(Kompetenza Inferjuri) taħt dan l-Att:
Kap. 12.
Iżda sakemm dawk id-drittijiet ikunu ġew hekk stabbiliti
mill-Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda
A li tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(6) Il-President tal-Korporazzjoni għandu mill-aktar fis
possibbli jippubblika d-deċiżjonijiet mogħtija mill-Bord u mill-
Qorti ta’ l-Appell, iżda mingħajr ma jikxef l-identità  ta’ xi persuna.
TAQSIMA V 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Effett fuq liġijiet 
oħra. 
32. Ebda ħaġa f’dan l-Att ma għandha tolqot id-
disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra tkun liema tkun ħlief sakemm biss
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma jkunux minflok jew ma jkunux
jipprevalu fuq id-disposizzjonijiet ta’ dik il-liġi, u ebda inċentiv,
eżenzjoni, tnaqqis ta’ taxxa jew benefiċċju jew privileġġ ieħor
maħsubin taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandu jbiddel
xi obbligu li jiġu pprovduti prospetti, dikjarazzjonijiet, dettalji jew
dokumenti skond kif meħtieġa minn xi liġi oħra.
Segretezza 
uffiċjali.
33. (1) Ħlief meta jkun meħtieg xort’oħra għall-finijiet ta’ dan
l-Att jew fil-kors ta’ prosekuzzjoni għal xi reat imwettaq dwar dan
l-Att, jew meta l-Prim Ministru jordna xort’oħra -
(a) kull persuna li jkollha dmir uffiċjali jew li tkun
impjegata fl-amministrazzjoni ta’ dan l-Att għandha
tqis u titratta kull dokument u informazzjoni dwar
  44      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
ħwejjeġ maħsubin fi jew li jsiru taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att bħala li huma sigrieti u
konfidenzjali u għandha tagħmel u tissottoskrivi
dikjarazzjoni bil-ġurament fuq il-formola preskritta
għaldaqstant quddiem Kummissjunarju għall-
Ġuramenti li għandha tiġi depożitata għand l-Avukat
Ġenerali;
(b) ebda persuna bħal dik ma tkun meħtieġa li turi fi jew
quddiem xi qorti, tribunal, Bord, kumitat ta’ inkjesta
jew awtorità  oħra, jew li tisvela lil xi qorti, tribunal,
Bord, kumitat jew xi awtorità  oħra, xi materja jew
ħaġa li ssir taf biha jew li tkun fil-pussess tagħha fil-
qadi ta’ dmirijietha taħt dan l-Att.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), l-uditur
tal-Korporazzjoni għandu jkollu s-setgħa jara kull record u
dokument skond ma jkunlu meħtieġ fit-twettiq ta’ dmirijietu.
Inċentivi 
kumulativi u 
għażla. 
Emendat:
XI. 1997.18;
IV. 2001.29.
34. (1) Kumpannija kwalifikanti jew benefiċjarju ieħor jistgħu
jingħataw u jistgħu jiksbu aktar minn forma waħda ta’ inċentiv jew
benefiċċju taħt dan l-Att.
(2) Kumpannija kwalifikanti jew benefiċjarju ieħor jistgħu
f’kull żmien li jkun, b’avviż bil-miktub, jagħżlu li ma jingħataw
jew li ma jieħdu ebda inċentiv jew benefiċċju li jkun xort’oħra
dovut lilhom taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att. Dan l-avviż
għandu jispeċifika d-data minn meta tista’ sseħħ l-għażla tagħhom,
liema data għandha dejjem tkun l-ewwel jum ta’ sena, jew ta’ sena
ta’ stima jew ta’ xi perijodu finanzjarju ieħor, u jkun irrevokabbli u
għal perijodu ndefinit dwar dawk il-ħwejjeġ li minħabba fihom
ikun sar:
Kap. 159.
Iżda minkejja kull ħaġa li tinsab fl-artikolu 59(1),
kumpannija kwalifikanti li tagħżel li ma tingħatax jew li ma tieħux
inċentivi jew benefiċċji li altrimenti huma dovuti lilha taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ma tinżammx milli tingħata xi
inċentiv jew benefiċċju ta’ xorta simili li jiġi mogħti bid-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar Għajnuna lill-Industriji.
Records u 
ċertifikar.
Emendat:
XI. 1997.19.
35. (1) Ebda inċentiv jew benefiċċju li jista’ jingħata jew
jinkiseb taħt dan l-Att ma għandu hekk jingħata jew jinkiseb, u ma
jkun jeżisti ebda dritt għalih minkejja dak kollu li jingħad f’dan l-
Att ħlief - 
(a) meta records u konteġġi xierqa u suffiċjenti, inkluża
dokumentazzjoni li ssaħħaħhom b’mod xieraq, ikunu
inżammu għas-sena, jew għas-sena ta’ stima jew għal
perijodu ta’ konteġġ relattiv, skond il-każ, mill-
kumpannija kwalifikanti li altrimenti tkun intitolata
għall-inċentiv jew għall-benefiċċju jew li in
konnessjoni magħha dak id-dritt jinqala’;
(b) meta jkunu inżammu konteġġi separati skond il-ħtieġa
biex jiġi identifikat u kwantifikat l-inċentiv jew
benefiċċju;
(ċ) meta jintbagħtu lill-awtorità  xierqa dawk il-kalkoli,
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    45
prospetti, dikjarazzjonijiet, dettalji, jew dokumenti li
jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġi stabbilit b’mod ċar id-
dritt għall-inċentiv jew għall-benefiċċju.
Kap. 168.
Kap. 386.
(2) Kumpannija kwalifikanti ma tkunx intitolata għal ebda
inċentiv jew benefiċċju kontemplat taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att sakemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tagħha u fil-
każ ta’ kumpannija li ma tkunx inkorporata taħt il-Liġi ta’ Malta d-
dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ta’ l-operazzjonijiet tagħha
f’Malta, ikunu ċertifikati minn accountant u uditur pubbliku
ċertifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar
Soċjetajiet Kummerċjali* jew l-Att dwar il-Kumpanniji, kif
applikabbli, tkun jew ma tkunx meħtieġa din iċ-ċertifikazzjoni taħt
l-Ordinanza jew l-Att imsemmija u sakemm kull dikjarazzjoni,
konteġġi jew dokumenti oħra sottomessi bl-iskop li jiġi akkwistat
xi inċentiv jew benefiċċju jiġu wkoll ċertifikati minn accountant u
uditur pubbliku ċertifikat bl-istess mod li d-dikjarazzjonijiet
finanzjarji tal-kumpannija jridu jiġu ċertifikati taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza jew l-Att kif imsemmi.
Fondi ta’ riżerva. 
Emendat: 
IX. 1993.16;
XI. 1997.20;
IV. 2001.30.
36. (1) Kumpanija kwalifikanti li tkun qiegħda tirċievi xi
wieħed mill-inċentivi u benefiċċji msemmija fis-subartikolu (4)
għandha, fi tmiem il-perijodu ta’ konteġġ li matulu l-inċentiv jew
il-benefiċċju għandu jitniżżel fil-kotba, tittrasferixxi u turi fil-karta
tal-bilanċ tagħha fid-data msemmija riserva li tissejjaħ "Riserva
dwar Inċentivi u Benefiċċji" f’somma li tkun daqs l-ammonti li
hemm jintwerew. Din ir-riserva għandha turi kull ammont trasferit
taħt is-subartikolu (4)(a) u kull ammont trasferit taħt is-subartikolu
(4)(b) separatament.
(2) L-ammonti li għandhom jiġu trasferiti fir-Riserva dwar
Inċentivi u Benefiċċji, kif provdut bis-subartikolu (1), għandhom
ikunu hekk trasferiti minn profitti li, ħlief għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, kienu jkunu xort’oħra disponibbli għal distribuzzjoni
taħt il-liġijiet li f’dak il-waqt ikunu jseħħu f’Malta, u meta fi tmiem xi
perjodu ta’ kontijiet ma jkunx hemm biż-żejjed profitti li jistgħu
jinqasmu sabiex ikun jista’ jsir it-trasferiment għal dik ir-riserva ta’ l-
ammont sħiħ li jkollu jiġi trasferit skond is-subartikolu (1), l-
obbligazzjoni li jsir it-trasferiment ta’ xi ammont li ma jkunx jista’ jiġi
hekk trasferit għandu jitmexxa ’l quddiem għall-perjodu ta’ kontijiet li
jiġi wara u jitqies bħala obbligazzjoni għal dak il-perjodu, u jibqa’
għaddej b’dan il-mod fil-perjodi li jiġu wara.
(3) Riserva magħmula skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1) għandha, sakemm mhux provdut mod ieħor f’dan l-
artikolu, tinżamm separatament fil-karta tal-bilanċ tal-kumpannija
u ma għandhiex tiġi distribwita jew konvertita f’azzjonijiet tal-
kumpannija. Anqas ma għandha r-riserva msemmija tiġi ridotta
biex issir tpaċija ma’ telf tal-kumpannija, kemm jekk dan it-telf
ikun ta’ natura ordinarja jew ta’ natura straordinarja, jew jekk dan
it-telf ikun ta’ xorta kapitali jew ta’ xorta ta’ dħul:
Iżda minkejja dak kollu li jingħad f’dan is-subartikolu, kull
ammont trasferit fir-Riserva dwar Inċentivi u Benefiċċji taħt is-
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kapitolu 386).
  46      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
subartikolu (4)(a) jista’, wara li jgħaddu tmien snin mill-egħluq tal-
perijodu ta’ investiment approvat, jiġi applikat mill-kumpannija
biex jitħallsu azzjonijiet mhux maħruġa biex jinħarġu bħala bonus
shares imħallsa għal kollox. Din id-distribuzzjoni ma tkunx
taxxabbli.
(4) L-inċentivi u l-benefiċċji msemmija fis-subartikolu (1)
huma dawn li ġejjin:
(a) l-ammont nett tal-profitti suġġetti għal rata ta’ taxxa
ta’ l-income imnaqqsa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 6 u ta’ l-artikolu 24B;
(b) l-ammont ta’ xi għotjiet mogħtijin taħt id-
disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Att:
(i) l-artikolu 19 bħala għotja għal taħriġ;
(ii) l-artikolu 20 bħala għotja għal servizzi ta’
management;
(iii) l-artikolu 23(3) u (4) bħala għotjiet għal
akkomodazzjoni u għal taħriġ għall-industrija
f’Ghawdex, rispettivament.
Kap. 123.
(5) Tqassim magħmul lill-membri ta’ kumpannija fil-kors ta’ l-
istralċjar tal-kumpannija minn xi riserva mwaqqfa skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma għandux ikun suġġett għal
taxxa taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income:
Iżda kull taxxa mħallsa mill-kumpannija fuq il-profitti
msemmija fis-subartikolu (4)(a) ma tistax tkun disponibbli lil min
jirċievi t-tqassim kemm bħala kreditu jew bħala tpaċija taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att imsemmi.
(6) Meta kumpannija kwalifikanti hija kumpannija inkorporata
barra minn Malta, tali kumpannija għandha turi r-Riserva dwar
Inċentivi u Benefiċċji fil-karta tal-bilanċ tagħha kwantu għall-
attivitajiet kummerċjali tagħha ġewwa Malta sakemm il-post ta’
negozju tal-kumpannija f’Malta fir-rigward ta’ liema r-riserva hija
meħtieġa, jieqaf milli jeżisti.
(7) Id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2), (3) u (5) għandhom
japplikaw biss għal kumpanniji kostitwiti taħt il-Liġi Maltija.
Setgħat tal-
Korporazzjoni u 
awtoritajiet oħra.
37. (1) Kull kumpannija kwalifikanti jew persuna oħra li
tippretendi jew tfittex li tikseb jew tgawdi xi inċentiv jew
benefiċċju taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandha - 
(a) tagħti lill-Korporazzjoni u lil kull awtorità  oħra dik l-
informazzjoni u dawk il-konteġġi, dikjarazzjonijiet u
dokumenti oħra li l-Korporazzjoni jew dik l-awtorità  l-
oħra jistgħu iqisu meħtieġa għall-finijiet ta’ dan l-Att;
(b) tidher jew tibgħat rappreżentant sabiex jattendi
quddiem il-Korporazzjoni jew awtorità  oħra biex
titwieġeb kull mistoqsija li ssir skond il-liġi in
konnessjoni ma’ dan;
(ċ) tippermetti, b’mod raġonevoli lill-Korporazzjoni jew
awtorità  oħra, għall-finijiet ta’ dan l-Att, id-dħul għal
kull fond u post, u l-wiri ta’ kotba u dokumenti oħra, u
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    47
tħalli li jsiru kopji tagħhom.
(2) Il-Korporazzjoni jew awtorità  oħra tista’ tiddelega kull dritt
u setgħa maħsubin f’dan l-artikolu lil kull wieħed mill-uffiċjali u
impjegati tagħha u lil kull persuna oħra, tkun min tkun.
TAQSIMA VI
REATI U PIENI
Piena għal reati 
kontra s-segretezza 
uffiċjali.
Emendat:
IV. 2001.31.
38. Kull persuna li, ħlief kif provdut jew permess taħt dan l-Att
jew għall-finijiet tiegħu, tikkomunika jew tittenta tikkomunika lil
xi persuna oħra xi materja jew ħaġa oħra li tkun ġiet għall-
attenzjoni tagħha jew li kienet fil-pussess tagħha fil-qadi ta’
dmirijietha taħt dan l-Att, tkun ħatja ta’ reat u meta tinstab ħatja
teħel multa ta’ mhux anqas minn Lm200 u mhux iżjed minn
Lm2,000, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur,
jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda persuna ma għandhiex tkun prekluża milli tipprovdi
dik l-informazzjoni u dak l-aċċess għar-records tal-Korporazzjoni
bħalma jistgħu jkunu meħtieġa mill-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-
Għajnuna mogħtija mill-Istat fit-twettiq tal-funzjonijiet u dmirijiet
tiegħu skond dan l-Att:
Iżda wkoll persuna msemmija fl-artikolu 33(1)(a) għandha
d-dover li tipprovdi informazzjoni jew aċċess għar-records tal-
Korporazzjoni kif rikjest mill-Ministru għall-iskop ta’ l-
eżekuzzjoni tar-responsabbiltajiet tal-Ministru skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ l-Att dwar il-Korporazzjoni
għall-Iżvilupp ta’ Malta.
Piena għal min 
jagħmel 
dikjarazzjonijiet 
mhux korretti, eċċ.
39. Kull persuna li mingħajr raġuni xierqa tipprepara xi
dikjarazzjoni li ma tkunx korretta jew tagħti informazzjoni li ma
tkunx korretta, dwar xi materja jew ħaġa li taqa’ taħt dan l-Att, tkun
ħatja ta’ reat u meta tinstab ħatja teħel multa ta’ mhux anqas minn
Lm300 u mhux iżjed minn Lm2,000.
Disposizzjonijiet 
dwar frodi, eċċ.
40. Kull persuna li xjentement u bil-ħsieb li tikseb xi inċentiv
jew benefiċċju taħt dan l-Att jew li tgħin lil xi persuna oħra biex
tagħmel dan - 
(a) tħalli barra minn xi prospett jew minn xi dokument jew
dikjarazzjonijiet oħrajn, ippreparati jew mibgħutin
għall-finijiet ta’, jew taħt, dan l-Att, xi dettall li kellu
jidħol fihom; jew 
(b) tagħmel xi dikjarazzjoni falza jew inseriment falz f’xi
jew dokument jew dikjarazzjonijiet oħrajn ippreparati
jew mibgħutin għall-finijiet ta’, jew taħt dan l-Att; jew
(ċ) tagħti xi tweġiba falza, sew verbalment jew bil-
miktub, għal xi mistoqsija jew talba għal tagħrif li
jsirulha skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; jew
(d) tipprepara jew iżżomm jew tawtorizza l-preparazzjoni
  48      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
jew iż-żamma ta’ xi kotba tal-kontijiet foloz jew ta’
records oħra foloz jew tiffalsifika jew tawtorizza l-
falsifikazzjoni ta’ xi kotba tal-kontijiet jew records;
jew
(e) tagħmel użu minn xi frodi, tidwir jew mezz ieħor ta’
qerq li jkun, jew tawtorizza l-użu ta’ xi frodi, tidwir
jew mezz ieħor ta’ qerq,
tkun ħatja ta’ reat, u għal kull reat teħel, meta tinstab ħatja, multa
ta’ mhux anqas minn Lm500 u mhux iżjed minn Lm5,000 jew
priġunerija għal xi żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew għal
dik il-multa u priġunerija flimkien.
Piena ġenerali.  41. Jekk xi persuna tikser jew tonqos li tħares xi disposizzjoni
ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament li jsir taħtu, li dwaru ma ġiet
provduta ebda piena speċjali, tkun ħatja ta’ reat u għal kull reat
teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux anqas minn Lm100 u
mhux iżjed minn Lm500.
Disposizzjonijiet 
dwar reati. 
42. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jistabbilixxu reati u
pieni dwaru ma jolqtux it-tħaddim ta’ xi liġi oħra li tistabbilixxi
reati u pieni dwar l-istess atti jew ommissjonijiet u ma għandhomx,
b’mod partikolari, jolqtu l-applikazzjoni ta’ xi piena akbar taħt xi
liġi oħra.
Preskrizzjoni ta’ 
proċedimenti għal 
reati. 
43. Proċedimenti għal reat taħt dan l-Att jistgħu jinbdew f’kull
żmien sa ħames snin mid-data tat-twettiq tar-reat.
Miżjuda:
IV. 2001.33.
TAQSIMA VII 
DISPOSIZZJONIJIET DWAR ĦLAS TARDIV
FI TRANSAZZJONIJIET KUMMERĊJALI
Tifsir. 44. (1) F’din it-Taqsima, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tkunx teħtieġ xort’oħra -
"data relevanti" jew "ġurnata relevanti", dwar il-ħlas ta’ dejn
kwalifikanti taħt dan l-Att, tfisser id-data meta jkun dovut il-ħlas
skond l-artikolu 48;
"dejn kwalifikanti" tfisser kull somma jew bilanċ ta’ somma
dovuta meta ssir transazzjoni kummerċjali bħal dik imsemmija fl-
artikolu 45(1);
"ħlas bil-quddiem" tfisser ħlas li jkun dovut qabel ma titwettaq l-
obbligazzjoni tal-fornitur li għaliha jkun jirriferixxi l-prezz sħiħ
tal-kuntratt, li ma jkunx ħlas ta’ parti mill-prezz tal-kuntratt li jkun
dovut dwar xi parti mit-twettiq ta’ dik l-obbligazzjoni u li jitħallas
fil-ġurnata jew wara l-ġurnata meta tintemm dik il-parti mit-
twettiq;
"ħlas tardiv" tfisser ħlas li jsir wara d-data relevanti;
Kap. 13. "intrapriża" tfisser kummerċjant kif imfisser fl-artikolu 4 tal-
Kodiċi tal-Kummerċ, persuna li teserċita professjoni jew li
tipprovdi servizz ta’ konsulenza, waħdedha jew assoċjata ma’
oħrajn, jew organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt;
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    49
"kuntratt eżenti" tfisser kuntratt li jkun eżenti mid-
disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima skond l-artikolu 47(1);
"kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew servizzi" tfisser xi
wieħed minn dawn il-kuntratt li ġejjin, jew għaqda tagħhom:
(a) kuntratt ta’ bejgħ jew kiri ta’ oġġetti mobbli;
(b) ftehim dwar l-għemil ta’ servizz, inkluż kuntratt ta’
xogħol, locatio operis, għal korrispettiv li jikkonsisti
fi, jew jinkludi, l-għoti ta’ flus;
(ċ) kuntratt ta’ bejgħ, ċens jew kiri ta’ proprjetà  immobbli,
jew wegħda li jsir dan;
(d) kuntratt ta’ self (mutuum) ħlief għal self minn faċilità
bankarja li dwaru jsir kuntratt bejn intrapriża u
istituzzjoni bankarja jew finanzjarja,
u l-kelma "fornitur" għandha tiftiehem skond hekk;
"mgħax legali" tfisser mgħax dovut dwar transazzjonijiet
kummerċjali skond l-artikolu 45;
"perjodu ta’ sitt xhur" tfisser jew il-perjodu f’xi sena li jibda
mill-ewwel jum ta’ Jannar u jtemm fit-tletin jum ta’ Ġunju jew il-
perjodu f’xi sena li jibda għaddej fl-ewwel jum ta’ Lulju u jtemm
fil-wieħed u tletin jum ta’ Diċembru, skond ma ċ-ċirkostanzi
jeħtieġu;
"rimedju kontrattwali" tfisser dritt kontrattwali għall-imgħax jew
kull rimedju kontrattwali ieħor li ma jkunx jikkonsisti f’imgħax;
"rimedju sostanzjali" għandu jiftiehem skond l-artikolu 52;
"transazzjoni kummerċjali" tfisser kuntratt għall-provvista ta’
oġġetti jew servizzi li jsir bejn mikro-intrapriża u xi korp jew
persuna speċifikati fl-artikolu 45(1)(a) u (b);
"xerrej" tfisser ix-xerrej f’kuntratt ta’ bejgħ jew il-persuna li
tagħmel kuntratt mal-fornitur f’xi kuntratt ieħor għall-provvista ta’
oġġetti jew servizzi, jew xi terza persuna li lilha tkun ġiet
legalment trasferita l-obbligazzjoni biex tħallas id-dejn.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ma għandhomx
japplikaw għal djun ta’ liema xorta jkunu li oriġinaw qabel ma
tibda sseħħ din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
Mgħax legali.
tardiv fi transazzjoni kummerċjali għandu jinkorri mgħax legali
b’seħħ mid-data relevanti, jekk dak il-ħlas ikun dovut lil xi mikro-
intrapriża kif imfissra f’dan l-Att, u tkun dovuta minn -
(a) intrapriża li tkun intrapriża ta’ daqs medju jew kbira
kif imfissra f’dan l-Att; jew
(b) awtorità  pubblika, inkluż xi dipartiment tal-Gvern,
entità  li tkun proprjetà  tal-Gvern jew kontrollata
minnu li tkun stabbilita minn jew taħt xi liġi jew
kunsill lokali:
Iżda l-Ministru jista’ permezz ta’ regolamenti
jestendi d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu għal
  50      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
ħlasijiet tardivi dovuti lil jew minn xi intrapriża oħra.
Kap. 16. (2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1139 tal-
Kodiċi Ċivili, l-imgħax legali jkun kalkolat skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 50.
(3) L-imgħax legali għandu jkollu seħħ ukoll jekk ma ssir ebda
disposizzjoni espressa f’dan is-sens fil-kuntratt relevanti, bla ħsara
għad-dritt tal-partijiet kontraenti li jeskludu jew jimmodifikaw il-
jedd għal dak l-imgħax skond l-artikolu 51.
Kif japplika l-
imgħax legali.
46. Meta kuntratt li għalih tapplika din it-Taqsima ta’ dan l-Att
ikun kombinat ma’ kuntratt eżentat, referenza għal ħlas tardiv ta’ xi
dejn għandha titfisser bħala referenza għal ħlas tardiv tas-somma
dovuta taħt il-kuntratt, eskluża kull parti minn dik is-somma li
tirreferixxi għall-kuntratt eżentat.
Djun li ma jaqgħux 
taħt dan l-Att.
47. (1) Ma jkunx dovut imgħax legali fuq:
(a) dejn li għalih japplika l-jedd għal imgħax jew li
jintalab imgħax bis-saħħa ta’ xi liġi speċjali, f’liema
każ għandhom jipprevalixxu d-disposizzjonijiet ta’ dik
il-liġi speċjali;
(b) kull dejn ieħor li l-Ministru jista’ b’Ordni jeżenta:
Iżda dan l-artikolu ma għandux jipprevjeni li xi somma
tinkorri mgħax legali minħabba f’li xi qorti, arbitru jew medjatur
ikollhom, ħlief għad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, setgħa li
jaqtgħu li dik is-somma tinkorri mgħax.
Kap. 16. (2) Id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Taqsima II tat-Tieni
Ktieb tal-Kodiċi Civili ma għandhomx jitqiesu bħala liġi speċjali
għall-finijiet tas-subartikolu (1)(a).
Perjodu li matulu 
jgħaddi l-imgħax 
legali.
48. (1) L-imgħax legali jibda għaddej mill-ġurnata meta l-ħlas
ta’ dejn kwalifikanti jkun dovut taħt il-kuntratt relevanti; data li
hekk dwarha jsir qbil tista’ tkun waħda fissa jew tista’ tkun
tiddependi fuq li tiġri xi ġrajja jew jekk xi ġrajja fil-fatt ma tiġrix:
Iżda minkejja dak hawn aktar qabel imsemmi, meta d-dejn
ikun jirriferixxi għal xi obbligazzjoni li jsir xi ħlas bil-quddiem,
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 53.
(2) Meta d-data jew perjodu għall-ħlas ma jkunux stabbiliti fil-
kuntratt relevanti, d-data li minnha jibda għaddej l-imgħax legali
tkun:
(a) id-data li minnha titwettaq l-obbligazzjoni tal-fornitur
li dwarha jirriferixxi d-dejn; jew
(b) jekk il-ħlas ikun suġġett għall-fatt li d-debitur jirċievi
avviż tas-somma jew talba għall-ħlas ta’ dejn, tletin
jum wara l-ġurnata meta x-xerrej jirċievi dak l-avviż
jew dik it-talba:
Iżda:
(i) jekk id-data meta jiġi riċevut dak l-avviż jew
talba tkun waħda mhux ċerta;
(ii) jekk id-debitur jirċievi dak l-avviż jew talba għal
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    51
ħlas f’xi data li tiġi qabel id-data tat-twettiq
mill-fornitur ta’ l-obbligazzjoni li dwarha
jirriferixxi d-dejn,
l-imgħax legali jibda għaddej tletin ġurnata wara d-
data stipulata fil-paragrafu (a).
(3) Meta d-dejn jiġi oriġinat bis-saħħa ta’ obbligazzjoni li
titħallas somma dovuta dwar xi perjodu ta’ kiri ta’ oġġetti, d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (2)(a) għandu jkollhom seħħ
bħallikieku kienu jirriferixxu għall-aħħar ġurnata ta’ dak il-
perjodu.
(4) L-imgħax legali fuq dejn kwalifikanti ma għandux jibqa’
għaddej meta jitħallas dak id-dejn.
Eżenzjoni minn 
imgħax legali.
49. (1) Il-kreditur ma jkollux jedd għall-imgħax legali jekk
ma jkunx wettaq l-obbligazzjonijiet kontrattwali jew legali tiegħu.
Iżda jekk l-interessi tal-ġustizzja jkunu jeħtieġu li l-fornitur
għandu jirċievi mgħax legali b’rata mnaqqsa għal xi perjodu, l-
imgħax legali għandu jgħaddi b’dik ir-rata li tista’ tiġi stabbilita
mill-qorti skond il-ġustizzja li tapplika għal dak il-każ f’dak iż-
żmien.
(2) Il-Qorti tista’ todna li l-imgħax legali ma jkunx dovut -
(a) minħabba f’xi att jew ommissjoni f’xi żmien, sew
qabel sew wara l-waqt meta d-dejn jiġi oriġinat; u
(b) għall-perjodu kollu li matulu kien kieku jgħaddi l-
imgħax legali jew għal xi parti waħda jew iktar minn
dak il-perjodu.
Rata ta’ mgħax 
legali.
Kap. 204.
50. (1) Ir-rata ta’ mgħax legali li tapplika taħt din it-Taqsima
ta’ dan l-Att għandha tkun l-inqas rata ta’ skont fil-kuntest ta’ xi
direttivi maħruġin minn żmien għal żmien mill-Bank Ċentrali ta’
Malta taħt l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta’ Malta, u li jkunu
jipprevalixxu fid-data ta’ referenza relevanti, miżjuda b’sitt punti
perċentwali.
(2) L-ewwel data ta’ referenza tkun l-ewwel ġurnata kalendarja
tal-perjodu ta’ sitt xhur li matulu l-imgħax legali l-ewwel isir
dovut:
Iżda r-rata ta’ mgħax legali rigward kull perjodu ta’ sitt
xhur sussegwenti li matulu d-dejn jibqa’ dovut għandha tkun dik li
tkun tipprevalixxi fl-ewwel ġurnata kalendarja tas-sitt xhur
rilevanti.
(3) Ir-rata ta’ mgħax imsemmija fis-subartikolu (1) jew kull
rata oħra li tista’ tiġi sostitwita biha ma għandhiex tkun inqas minn
tmienja fil-mija; jekk ir-rata ta’ mgħax legali kalkolata skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2), jew skond xi formola
oħra li tista’ tiġi preskritta minflokha, tinżel inqas minn tmienja fil-
mija, r-rata li tkun tapplika tkun ta’ tmienja fil-mija.
Ċirkostanzi li 
fihom l-imgħax 
legali jista’ jiġi 
eskluż jew mibdul.
51. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
japplikaw għall-pattijiet tal-kuntratti miftiehma qabel, jew fl-istess
waqt li jiġi oriġinat id-dejn.
  52      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
(2) Il-pattijiet ta’ kuntratt li jkollhom bi skop li jeskludu l-jedd
għall-imgħax legali dwar xi dejn, għandhom ikunu nulli sa dak il-
limitu, kemm-il darba ma jkunx hemm rimedju kontrattwali
sostanzjali għal ħlas tardiv tad-dejn.
(3) Meta l-partijiet jiftiehmu dwar rimedju kontrattwali għal
ħlas tardiv tad-dejn li jkun jikkostitwixxi rimedju sostanzjali, dak
id-dejn ma għandux jinkorri mgħax legali.
(4) Il-partijiet jistgħu ma jiftiehmux li jibdlu l-jedd għal
imgħax legali dwar id-dejn kemm-il darba sew il-jedd għal imgħax
legali kif mibdul sew ir-rimedju kollu kemm hu għal ħlas tardiv
tad-dejn ikunu rimedju sostanzjali.
(5) Pattijiet kontrattwali li -
(a) jikkonferixxu jedd kontrattwali għal imgħax li ma
jkunux rimedju sostanzjali għal ħlas tardiv tad-dejn;
jew
(b) jibdlu l-jedd għal imgħax legali biex jipprovdu għal
jedd għal imgħax li ma jkunx ridmedju sostanzjali għal
ħlas tardiv tad-dejn,
għandhom ikunu nulli sa dak il-limitu kemm-il darba r-rimedju kollu
kemm hu għal ħlas tardiv tad-dejn ma jkunx rimedju sostanzjali.
(6) Jekk xi rimedju għal ħlas tardiv jiġi dikjarat null taħt dan l-
artikolu, għandu japplika l-imgħax legali skond dan l-Att.
(7) F’dan l-artikolu "rimedju kollu kemm hu", dwar il-ħlas
tardiv ta’ xi dejn, tfisser kull tqegħid flimkien ta’ jedd kontrattwali
għal imgħax, jedd mibdul għal imgħax legali jew rimedju
kontrattwali li ma jkunx imgħax.
(8) Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-artikolu ma għandha tagħti jedd
lill-partijiet li jistabbilixxu rata ta’ mgħax li tkun ogħla mir-rata ta’
mgħax legali bħala rimedju kontrattwali għal ħlas tardiv tad-dejn u,
jekk tiġi hekk stabbilita dik ir-rata ogħla, dik il-parti tal-kuntratt
tkun nulla u għandu japplika l-imgħax legali skond dan l-Att.
Tifsir ta’ "rimedju 
sostanzjali".
52. (1) Rimedju għall-ħlas tardiv tad-dejn għandu jitqies
bħala rimedju effettiv kemm-il darba -
(a) ir-rimedju ma jkunx insuffiċjenti sew għall-fini li
jikkompensa lill-fornitur għal ħlas tardiv sew biex ma
jħallix li jsir ħlas tardiv; u
(b) ma jkunx gravement inġust jew mhux raġonevoli li jiġi
permess li l-kredur iserraħ fuq ir-rimedju fin-nuqqas
tal-jedd għall-imgħax legali kif kontemplat f’din it-
Taqsima ta’ dan l-Att.
(2) Sabiex jiġi stabbilit jekk rimedju jkunx rimedju sostanzjali
jew xort’oħra, għandhom jitqiesu ċ-ċirkostanzi relevanti kollha fil-
waqt li kienu qegħdin jiġu miftiehma l-pattijiet tal-kuntratt.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tas-subartikolu (2),
biex jiġi stabbilit jekk id-disposizzjonijiet tal-kuntratt ikunux
gravement inġusti jew mhux raġonevoli skond is-subartikolu
(1)(b), għandhom fost affarijiet oħra jitqiesu dawn l-affarijiet li
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    53
ġejjin:
(a) prattika kummerċjali tajba;
(b) ix-xorta tal-prodott;
(ċ) il-vulnerabbiltà  tal-fornitur, meta jitqies kemm ikun
kbir il-kuntratt għar-rigward tad-daqs ta’ l-intrapriża
tiegħu;
(d) jekk id-debitur ikollux xi raġuni oġġettiva biex
jiddipartixxi mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 45, 48,
49 u 50;
(e) jekk il-pattijiet li huma gravement inġusti jew mhux
raġonevoli jkunux ġew imposti minn parti waħda
b’detriment ta’ l-oħra permezz ta’ l-użu ta’ klawżoli
standard jew b’mezzi oħra; u
(f) jekk il-fornitur ikunx irċeva xi inċentiv biex jiftiehem
dwar xi patt fil-kuntratt.
Ħlasijiet bil-
quddiem.
53. (1) Dejn kwalifikanti li joriġina bis-saħħa ta’
obbligazzjoni li jsir ħlas bil-quddiem għandu jiġi ttrattat, għall-
finijiet ta’ din it-Taqsima, bħallikieku kien oriġinat fil-ġurnata
msemmija fis-subartikoli (2), (3), (4) jew (5), skond il-każ.
(2) Meta l-ħlas bil-quddiem ikun il-prezz tal-kuntratt kollu
kemm hu, id-dejn għandu jiġi ttrattat kif oriġinat fil-ġurnata meta
titwettaq l-obbligazzjoni tal-fornitur.
(3) Meta l-ħlas bil-quddiem ikun parti mill-prezz tal-kuntratt,
iżda l-ammont ma jkunx dovut għar-rigward ta’ xi twettiq f’parti
ta’ l-obbligazzjoni tal-fornitur, id-dejn għandu jkun ittrattat kif
oriġinat fil-ġurnata meta titwettaq l-obbligazzjoni tal-fornitur.
(4) Meta l-ħlas bil-quddiem ikun parti mill-prezz tal-kuntratt
dovut għar-rigward ta’ xi twettiq f’parti ta’ l-obbligazzjoni tal-
fornitur, iżda titħallas qabel ma jintemm dak it-twettiq f’parti, id-
dejn għandu jiġi ttrattat kif oriġinat fil-ġurnata meta jintemm it-
twettiq f’parti relevanti.
(5) Meta d-dejn jiġi oriġinat bis-saħħa ta’ obbligazzjoni li
titħallas somma dovuta għar-rigward ta’ perjodu ta’ kiri ta’ oġġetti,
dan l-artikolu għandu jkollu seħħ bħallikieku -
(a) referenzi għall-ġurnata meta l-obbligazzjoni tal-
fornitur titwettaq, kienu referenzi għall-aħħar ġurnata
ta’ dak il-perjodu; u
(b) referenzi għal twettiq f’parti ta’ dik l-obbligazzjoni
kienu referenzi għal parti minn dak il-perjodu.
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu obbligazzjoni għall-ħlas tal-
bilanċ li jifdal kollu kemm hu tal-prezz tal-kuntratt għandu jitqies
bħala obbligazzjoni għall-ħlas tal-prezz tal-kuntratt kollu kemm hu
u mhux bħala obbligazzjoni ta’ ħlas ta’ parti mill-prezz tal-kuntratt.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
mingħajr preġudizzju għal kull jedd ieħor li jkollu l-fornitur li
joriġina min-nuqqas tax-xerrej dwar il-kwistjoni tal-ħlas bil-
quddiem.
  54      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
Irkupru ta’ spejjeż. 54. Il-jedd ta’ rkupru ta’ xi mgħax legali li joriġina taħt din it-
Taqsima ta’ dan l-Att ma għandux jeskludi l-jedd għall-kumpens
għall-irkupru ta’ spejjeż li jsiru mill-kreditur minħabba fi ħlas tardiv.
Azzjonijiet minn 
assoċjazzjonijiet li 
jirrapreżentaw 
mikro-intrapriżi.
55. (1) Meta assoċjazzjoni tkun rikonoxxuta mill-Ministru
bħala li tirrappreżenta, jew li għandha interess leġittimu f’li
tirrappreżenta, mikro-intrapriżi, jew xi kategorija ta’ intrapriżi kif
preskritti mill-Ministru b’regolamenti, dik l-assoċjazzjoni tista’
tibda azzjoni quddiem il-qorti kompetenti jew dak il-korp ieħor li
jkollu ġurisdizzjoni, għal dikjarazzjoni li pattijiet jew prattiki
kontrattwali standard użati minn persuna fi transazzjonijiet
kummerċjali jkunu gravement inġusti fil-kuntest tat-tifsira ta’ l-
artikolu 52, u dik l-assoċjazzjoni ma tkun meħtieġa turi ebda
interess ġuridiku b’appoġġ għall-azzjoni tagħha.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, meta l-qorti tiddikjara li xi
pattijiet jew prattiki bħal dawk ikunu gravement inġusti, kull
persuna għandha tieqaf milli tuża xi pattijiet jew prattiki bħal
dawk, u kull użu bħal dak ikun null u bla ebda effett.
Setgħa ta’ għemil 
ta’ regolamenti.
56. Il-Ministru jista’ jippreskrivi regolamenti sabiex jagħti
seħħ lid-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima, u mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar qabel imsemmi,
b’dawk ir-regolamenti, b’mod partikolari, jagħmel xi waħda jew
iktar minn dawn l-affarijiet li ġejjin:
(a) jestendi t-tifsira ta’ "kuntratt għall-provvista ta’
oġġetti jew servizzi", li tinsab fl-artikolu 44, għal
relazzjonijiet kontrattwali oħra;
(b) bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-Finanzi,
jissostitwixxi jew jemenda r-rata ta’ mgħax legali li
tinsab fl-artikolu 48(1) billi jippreskrivi:
(i) formola differenti biex tiġi kalkolata r-rata ta’
mgħax legali; jew
(ii) r-rata ta’ mgħax legali;
(ċ) jeżenta lil xi kategorija ta’ persuni, kuntratti jew djun
mid-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima;
(d) jestendi l-applikazzjoni ta’ l-artikolu 45(1) għal
kategoriji oħra ta’ debituri jew ta’ kredituri;
(e) għar-rigward ta’ kategoriji speċifikati ta’ kuntratti,
jipposponi d-data minn meta għandu jibda għaddej l-
imgħax legali skond dan l-Att b’perjodu li ma jeċċedix
tletin ġurnata, sakemm id-dejn relevanti jkun suġġett
għal rata sostanzjalment iktar għolja ta’ mgħax legali
kif jista’ jiġi preskritt, u li għandu japplika għal kull
dewmien fil-ħlas wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu;
(f) jippreskrivi kull ħaġa li għandha jew tista’ tiġi
preskritta; u
(g)  jipprovdi dwar kull ħaġ’oħra inċidentali għal, jew
konnessa ma’ xi waħda jew aktar mill-affarijiet hawn
aktar qabel imsemmija.
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    55
Miżjuda:
IV. 2001.32.
TAQSIMA VIII 
BORD TA’ SORVELJANZA FUQ L-GĦAJUNA MOGĦTIJA
MILL-ISTAT
Bord ta’ 
Sorveljanza fuq l-
Għajnuna mogħtija 
mill-Istat.
Emendat:
VIII. 2003.31.
57. (1) Qiegħed hawnhekk jitwaqqaf Bord, li jkun magħruf
bħala "Bord ta’ Sorveljanza fuq l-Għajnuna mogħtija mill-Istat",
hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejjaħ "il-Bord".
(2) Il-Bord ikun magħmul minn ħames membri li jiġu maħtura
mill-Ministru responsabbli għas-Servizzi Ekonomiċi, li għandu
jinnomina wieħed mill-membri bħala Chairman, u membru ieħor
bħala Deputat Chairman.
(3) Il-membri fil-Bord ikunu maħtura, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u (5), għal perjodu ta’ tliet snin,
u jistgħu jerġgħu jiġu maħtura għal perijodu ieħor jew perijodi oħra
ta’ tliet snin.
(4) Membru tal-Bord jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu f’kull
żmien billi jagħti avviż bil-miktub lill-Ministru.
(5) Il-Ministru jista’ f’kull żmien ineħħi membru tal-Bord
minħabba inkapaċità  fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, falliment
jew traskuraġni tad-dmirijiet.
(6) Il-quorum meħtieġ għal-laqgħat tal-Bord ikun iċ-Chairman
jew, fin-nuqqas tiegħu, id-deputat chairman, u żewġ membri oħra.
(7) Il-Ministru għandu jaħtar uffiċjal pubbliku biex jagħmilha
ta’ segretarju tal-Bord.
(8) Il-membri tal-Bord u s-Segretarju għandhom jitħallsu dak l-
onorarju li l-Ministru jista’ jordna.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, il-
Bord jista’ jirregola l-proċeduri u l-laqgħat tiegħu stess b’dak il-
mod li jidhirlu xieraq.
Funzjonijiet u 
setgħat tal-Bord.
58. (1) Il-funzjonijiet tal-Bord ikunu biex -
(a) jistabbilixxi u jaġġorna inventarju komprensiv ta’
għajnuna mill-istat;
(b) jirrevedi u jagħmel stimi ta’ għajnuna eżistenti u
għajnuna ġdida mill-istat, u jagħti parir dwar il-
kompatibiltà  tagħhom mal-prinċipji li jkun hemm fid-
direttivi relevanti ta’ l-Unjoni Ewropea;
(ċ) jistabbilixxi u jimplementa regoli xierqa ta’ proċedura
u sistemi ta’ metodoloġija li jwasslu għal sistema
effettiva ta’ sorveljanza u rappurtar fuq l-għajnuna
mill-istat;
(d) jipprovdi opinjonijiet, posizzjonijiet u proposti minn
esperti biex tiġi formulata w implimentata l-politika
ta’ għajnuna mill-istat;
(e) jħejji rapport annwali dwar l-għajnuna mill-istat
f’Malta, ibbażat fuq il-metodoloġija stabbilita kif
użata fl-Unjoni Ewropea;
(f) jgħin fl-identifikazzjoni u fl-implimentazzjoni tat-
  56      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
tkattir tal-kapaċità  xierqa f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ għajnuna mill-istat;
(g) jaġixxi bħala l-korp rilevanti f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ għajnuna mill-istat f’Malta; u
(h) jaqdi dawk il-funzjonijiet u dmirijiet oħra li jistgħu
jkunu preskritti.
(2) Fid-deliberazzjonijiet tiegħu dwar każi jew materji
speċifiċi, il-Bord jista jeħtieġ l-għajnuna ta’ persuni li jaħdmu fis-
settur pubbliku u, jew, entitajiet; il-Bord jista’ ukoll jeħtieġ l-
esperjenza xierqa, jew il-kollaborazzjoni, minn terzi persuni, kif
jidhirlu xieraq.
(3) Fit-twettiq tas-setgħat u l-funzjonijiet tiegħu skond dan l-
Att, il-Bord ikollu dritt ta’ aċċess għal kull informazzjoni relevanti,
u jista’ jitlob dawk il-kjarifikazzjonijiet u spjegazzjonijiet li
jidhirlu meħtieġa biex jasal għad-deċiżjonijiet u konklużjonijiet
tiegħu.
(4) Kull membru tal-Bord għandu jqis u jittratta kull dokument
u informazzjoni dwar ħwejjeġ maħsubin fi jew li jsiru taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att bħala li huma sigrieti u konfidenzjali
u għandu jagħmel u jissottoskrivi dikjarazzjoni bil-ġurament fuq il-
formola preskritta għaldaqstant quddiem Kummissjunarju għall-
Ġuramenti li għandha tiġi depożitata għand l-Avukat Ġenerali.
(5) Kull persuna li, ħlief kif provdut jew permess taħt dan l-Att
jew għall-finijiet tiegħu, tikkomunika jew tittenta tikkomunika lil
xi persuna oħra xi materja jew ħaġa oħra li tkun ġiet għall-
attenzjoni tagħha jew li kienet fil-pussess tagħha fil-qadi ta’
dmirijietha bħala membru tal-Bord, tkun ħatja ta’ reat u meta
tinstab ħatja teħel multa ta’ mhux anqas minn mitejn lira u mhux
iżjed minn elfejn lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
Emendat:
IV. 2001.32.
TAQSIMA IX 
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
Emendat:
IV. 2001.32, 34.
59. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex iġib fis-
seħħ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak li hemm imsemmi qabel, jistgħu dawk ir-
regolamenti b’mod partikolari jipprovdu dwar - 
(a) l-għamla ta’ l-applikazzjonijiet, prospetti,
dikjarazzjonijiet, rapporti u dokumenti oħra għall-
finijiet ta’ dan l-Att;
(b) il-proċedura li għandha tiġi segwita fi ħwejjeġ dwar
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, inkluż l-ipproċessar
ta’ applikazzjonijiet magħmulin għall-finijiet ta’ dan l-
Att;
(ċ) dawk il-miżuri promozzjonali l-oħra li huwa jista’ jqis
li jkunu adattati u bla ħsara għal dawk il-
PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI ġ K AP. 325.    57
kondizzjonijiet hekk kif jista’ jqis idoneji, liema
miżuri jistgħu jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal -
(i) miżuri ta’ xorta fiskali li bihom it-taxxa li
titħallas minn xi intrapriża jistgħu jitnaqqsu jew
jiġu assorbiti bi krediti ta’ taxxa jew billi jiġu
eżentati jew intaxxati b’rati mnaqqsa ta’ taxxa
fuq l-income, il-profitti, jew parti minnhom,
miksuba minn kumpannija minn xi kummerċ,
negozju, professjoni jew vokazzjoni;
(ii) il-provdiment ta’ għajnuna finanzjarja fl-għamla
ta’ għotjiet, sussidji, self u garanziji ta’ self;
(iii) miżuri intiżi biex jinkoraġixxu l-impjiegi u t-
taħriġ;
(iv) miżuri intiżi biex jinkoraġġixxu l-investiment
fir-riċerka u l-iżvilupp;
(v) miżuri intiżi biex jinkoraġixxu l-investiment
għall-protezzjoni ta’ l-ambjent;
(vi) miżuri intiżi biex jgħinu ditti li jkunu jinsabu
f’diffikultà  u biex jgħinuhom jirristrutturaw
ruħhom;
(d) provvediment speċjali għar-rigward ta’ dawk il-
mikrointrapriżi, jew intrapriżi żgħar jew ta’ daqs
medju li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu preskritti;
(e) it-tismija ta’ kull awtorità  jew persuna biex teserċita xi
waħda mill-funzjoni tal-Korporazzjoni taħt dan l-Att.
(2) Il-poter li għandu l-Ministru taħt is-subartikolu (1) għandu
jiġi eserċitat bi ftehim mal-Ministru responsabbli għat-turiżmu
meta l-miżuri jkollhom x’jaqsmu ma’ ħidmiet fis-settur tat-turiżmu
u bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-agrikoltura u s-sajd
meta l-miżuri jkollhom x’jaqsmu ma’ ħidmiet fis-settur ta’ l-
agrikoltura jew tas-sajd.
(3) Meta l-Ministru jipproponi li jagħmel regolamenti skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u dawk ir-regolamenti jkunu
jipprovdu li intrapriża tista’ tkun għalkollox jew f’parti eżentata
milli fuqha titħallas it-taxxa fuq l-income illi, li kieku ma kienux
id-disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti, kienet kieku titħallas,
is-setgħa tal-Ministru li jagħmel dawk ir-regolamenti għandha tiġi
eserċitata bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(4) Meta l-Ministru jipproponi li jagħmel regolamenti skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u dawk ir-regolamenti jkunu
jipprovdu għall-għoti ta’ xi għajnuna, għandha tingħata kopja ta’
dawk ir-regolamenti kif proposti lill-Bord ta’ Sorveljanza fuq l-
Għajnuna mogħtija mill-Istat li mbagħad għandu jikkomunika l-
kummenti tiegħu lill-Ministru dwar l-għajnuna li tkun qegħda tiġi
proposta li tingħata fi żmien tletin ġurnata minn meta l-kopja tar-
regolamenti proposti tasal għand il-Bord.
  58      KAP. 325. ħ          PROMOZZJONI TA’ NEGOZJI
L-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tal-
Korporazzjoni taħt 
dan l-Att.
Miżjud:
XI. 1997.21.
Emendat:
XV. 1997.2;
IV. 2001.32.
60.  Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru,
teżerċita l-funzjonijiet u s-setgħat tagħha taħt dan l-Att permezz ta’
l-aġenzija ta’ persuni oħra:
B’dan iżda li kull deċiżjoni meħuda b’riżultat ta’ kull
delega ta’ poteri jew funzjonijiet li ssir skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu ma tkunx effettiva sakemm ma tiġix approvata
b’mod definittiv mill-Korporazzjoni.
Disposizzjonijiet 
tranżitorji dwar l-
Ordinanza dwar l-
Għajnuna lill-
Industriji. 
Emendat: 
IX. 1993.17;
IV. 2001.32.
Kap. 159. 
61. (1) Mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, id-disposizzjonijiet ta’
l-Ordinanza dwar l-Għajnuna lill-Industriji ma jibqgħux igħoddu
dwar xi persuna li tmexxi jew teżerċita, jew li fi ħsiebha tmexxi jew
teżerċita, xi negozju jew kummerċ maħsubin fl-artikolu 3(1) jew fl-
artikolu 24, bla ħsara għal kull ħaġa li saret jew li naqset milli ssir
jew li għad trid issir bis-saħħa tagħhom minn jew għar-rigward ta’
xi persuna bħal dik, u b’mod partikolari għal kull għajnuna
mogħtija jew għal kull obbligu, sew kriminali kemm ċivili, li
għaliha tkun saret responsabbli dik il-persuna taħt dik l-Ordinanza.
Kap. 159.
(2) Mill-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, il-proċedura għall-għoti ta’
xi ħelsien mid-dazju tad-dwana skond l-artikolu 8 ta’ l-Ordinanza
dwar l-Għajnuna lill-Industriji, u biex tiġi regolata kull ħaġa li
għandha x’taqsam ma’ dan, għandha tkun dik imsemmija fl-artikolu
17 u d-disposizzjonijiet regolatorji relevanti ta’ dan l-Att,
b’esklużjoni għad-disposizzjonijiet ta’ dik l-Ordinanza.
