KUMMISSJONIPERMANENTIKONTRAL-KORRUZZJONI ġ K AP.326.    1
KAPITOLU  326
ATT DWAR IL-KUMMISSJONI PERMANENTI 
KONTRA L-KORRUZZJONI
Biex jipprovdi għat-twaqqif u l-funzjonijiet ta’ kummissjoni permanenti
kontra l-korruzzjoni, u għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ dan.
4 ta’ Ottubru, 1988
L-ATT XXII ta’ l-1988 u ġie emendat bl-Atti XXIV ta’ l-1995 u III ta’ l-
2002.
Titolu fil-qosor. 
Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.
Tifsir.
xort’oħra - 
"att ta’ korruzzjoni" għandha t-tifsira mogħtija lilha bl-artikolu
6;
"korp imwaqqaf b’liġi" tfisser kull korporazzjoni jew enti morali
ieħor imwaqqaf b’liġi;
"il-Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-
Korruzzjoni mwaqqfa taħt l-artikolu 3;
"uffiċjal pubbliku" tfisser id-detentur ta’ xi kariga pubblika jew
persuna maħtura biex taġixxi f’xi kariga bħal dik, u tinkludi mhux
biss l-awtoritajiet kostitwiti, ċivili u militari, iżda wkoll lil dawk il-
persuni kollha li huma leġittimament maħturin sabiex
jamministraw xi parti mill-poter esekuttiv tal-Gvern, jew li jwettqu
kull servizz pubbliku ieħor stipulat bil-liġi, sew ġudizzjarju, kemm
amministrattiv kif ukoll tax-xorta l-waħda u l-oħra; membri tal-
Kamra tad-Deputati; kull persuna li hija fdata bi jew li għandha
funzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-amministrazzjoni ta’ korp
imwaqqaf b’liġi li għandu personalità  ġuridika distinta, kull
kunsill, Bord, panel, kumitat jew korp ieħor simili mwaqqaf b’xi
liġi, jew li hu impjegat ma’ korp bħal dak; u jinkludi, għar-rigward
ta’ xi att jew ommissjoni filwaqt li huwa jkun f’dik il-kariga, kull
min, fi żmien tnax-il sena qabel jew f’kull żmien wara d-dħul fis-
seħħ ta’ dan l-Att, kien uffiċjal pubbliku.
Kummissjoni 
Permanenti Kontra 
l-Korruzzjoni.
3. (1) Għandu jkun hemm Kummissjoni, li għandha tkun
magħrufa bħala l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, li
tkun magħmula minn chairman u żewġ membri oħra, maħtura mill-
President ta’ Malta li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru
mogħti wara li jkun ikkonsulta l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
(2) Iċ-Chairman tal-Kummissjoni għandu jkun persuna li -
(a) tokkupa, jew kienet tokkupa, il-kariga ta’ imħallef
f’Malta; jew
(b) tokkupa, jew kienet tokkupa, il-kariga ta’ maġistrat
f’Malta, u kienet tokkupa dik il-kariga u teżerċita
bħala avukat f’Malta għal perijodu totali ta’ mhux
  2     KAP. 326. ħ   KUMMISSJONIPERMANENTIKONTRAL-KORRUZZJONI
anqas minn tnax-il sena; jew
(ċ) tkun eżerċitat bħala avukat f’Malta għal perijodu ta’
mhux anqas minn tnax-il sena.
(3) Ħadd ma jkun kwalifikat biex iżomm kariga bħala membru
tal-Kummissjoni jekk ikun, jew kien, Ministru, Segretarju
Parlamentari, membru tal-Kamra tad-Deputati, membru ta’ awtorità
ta’ gvern lokali, jew ikun uffiċjal pubbliku minbarra meta jkun
uffiċjal pubbliku li hu kwalifikat li jinħatar chairman tal-
Kummissjoni skond is-subartikolu (2).
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru tal-Kummissjoni għandha ssir vakanti - 
(a) fit-tmiem ta’ ħames snin mid-data tal-ħatra tiegħu; jew 
(b) jekk jinħolqu ċirkostanzi li, kieku ma kienx membru
tal-Kummissjoni, kienu jiskwalifikawh għal ħatra
bħala tali.
(5) Membru tal-Kummissjoni jista’ jitneħħa mill-kariga mill-
President ta’ Malta li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru, iżda
dak il-membru jista’ jiġi mneħħi biss minħabba inkapaċità  li jaqdi
l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk minħabba mard mentali
jew fiżiku jew għal xi raġuni oħra) jew għal imġieba ħażina.
(6) Jekk il-kariga ta’ membru tal-Kummissjoni tkun vakanti
jew jekk xi membru għal xi raġuni ma jkunx jista’ jaqdi l-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-President ta’ Malta li jaġixxi skond
il-parir tal-Prim Ministru, mogħti wara li jkun ikkonsulta l-Kap ta’
l-Oppożizzjoni , għandu jaħtar persuna li tkun kwalifikata biex
tkun maħtura bħala membru biex tkun membru temporanju tal-
Kummissjoni, u kull persuna hekk maħtura għandha, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u (5), tispiċċa milli tkun
membru bħal dak malli persuna tkun ġiet maħtura biex timla l-
vakanza jew, skond il-każ, malli l-membru li ma setax jaqdi l-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu jirreżumi dawk il-funzjonijiet.
(7) Kull membru tal-Kummissjoni jista’ jiġi rikużat jew għandu
jastjeni fl-istess ċirkostanzi bħal imħallef tal-qrati superjuri; u
f’kull każ bħal dan minflok dak il-membru għandu jiġi sostitwit
persuna li jkollha l-kwalifiki skond dan l-artikolu, bħala membru
tal-Kummissjoni li jinħatar mill-President ta’ Malta li jaġixxi
skond il-parir tal-Prim Ministru, mogħti wara li jkun ikkonsulta l-
Kap ta’ l-Oppożizzjoni, għall-każ jew każijiet partikolari li għar-
rigward tagħhom il-membru jkun ġie rikużat jew ikun astjena.
(8) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha l-Kummissjoni ma
għandhiex tkun suġġetta għad-direzzjoni jew kontroll ta’ xi persuna
jew awtorità  oħra.
Funzjonijiet tal-
Kummisjoni.
Emendat:
III. 2002.164.
4. Il-funzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom ikunu:
(a) li tikkunsidra atti ta’ korruzzjoni allegati jew suspetti
li saru minn jew bil-parteċipazzjoni ta’ xi persuna
msemmija fil-paragrafi (b) u (ċ) u, fejn il-
Kummissjoni tiddeċiedi li jkun hemm raġuni
suffiċjenti li tagħmel investigazzjoni, li tinvestiga dik
KUMMISSJONIPERMANENTIKONTRAL-KORRUZZJONI ġ K AP.326.    3
l-allegazzjoni jew dak is-suspett u li tirrapporta dwar
dan skond l-artikolu 11;
(b) li tinvestiga l-kondotta ta’ xi uffiċjal pubbliku, inkluż
kull Ministru jew Segretarju Parlamentari, li fil-fehma
tal-Kummissjoni tista’ tkun korrotta jew tista’ tkun
konnessa ma’, jew tista’ twassal għal atti ta’
korruzzjoni u li tirraporta dwar dan skond l-artikolu
11;
(ċ) li tinvestiga l-kondotta ta’ xi persuna li tkun jew kienet
fdata bi, jew li għandha jew li kellha funzjonijiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-amministrazzjoni ta’
soċjetà  jew korp ieħor li fihom il-Gvern ta’ Malta jew
xi wieħed jew iżjed minn xi awtorità  oħra tal-Gvern,
awtorità  ta’ gvern lokali, xi korp imwaqqaf b’liġi jew
xi soċjetà  kif imsemmija qabel jew xi kombinazzjoni
tagħhom, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw
jew li fuqhom ikollhom kontroll effettiv, meta dik il-
kondotta fil-fehma tal-Kummissjoni tista’ tkun waħda
korrotta jew konnessa ma’ jew tista’ twassal għal atti
ta’ korruzzjoni, u li tirraporta dwar dan skond l-
artikolu 11;
(d) li teżamina l-prattika u l-proċeduri tad-dipartimenti
tal-Gvern, awtoritajiet ta’ gvern lokali, korpi mwaqqfa
b’liġi jew korpi oħra msemmija fil-paragrafu (ċ)
sabiex tiffaċilita s-sejba ta’ xi atti ta’ korruzzjoni u
sabiex tirrakkomanda r-reviżjoni ta’ metodi ta’ xogħol
jew proċeduri li jistgħu jwasslu għal atti ta’
korruzzjoni, u li tirrapporta dwar dan skond l-artikolu
11; u
(e) li tagħti struzzjonijiet, pariri u għajnuna lil kull
persuna, fuq talba tagħha, dwar il-mod kif atti ta’
korruzjoni jistgħu jiġu eliminati, b’dan illi talba bħal
dik tista’ ssir biss minn persuna li jkollha
responsabbiltà  ministerjali jew li tkun fdata bi, jew
ikollha funzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’, l-
amministrazzjoni ta’ dipartiment tal-Gvern, awtorità
ta’ gvern lokali, korp imwaqqaf b’liġi jew korp ieħor
imsemmi fil-paragrafu (ċ).
Allegazzjonijiet ta’ 
atti ta’ korruzzjoni. 
5. Ħlief meta l-Kummissjoni taġixxi fuq inizjattiva tagħha
stess li żżomm investigazzjoni taħt dan l-Att, dik l-investigazzjoni
tista’ ssir fuq l-allegazzjoni magħmula u maħlufa minn xi persuna.
Atti ta’ 
korruzzjoni. 
Emendat:
III. 2002.164.
Kap. 9.
6. (1) Dawn li ġejjin huma atti ta’ korruzzjoni taħt dan l-Att: 
(a) l-atti jew ommissjonijiet li jikkostitwixxu r-reati
msemmijin fl-artikoli minn 112 sa 118, 120, 121 meta
magħmula minn jew bil-parteċipazzjoni ta’ xi persuna
msemmija fl-artikolu 4(b) u (ċ) ta’ dan l-Att, minn 124
sa 126, u 138 tal-Kodiċi Kriminali;
Kap. 9.
(b) l-atti jew ommissjonijiet li jikkostitwixxu t-tentattiv
ta’ xi wieħed mir-reati msemmija qabel jew li
jikkostitwixxu l-kompliċità  f’xi wieħed minn dawk ir-
reati taħt l-artikoli 41 u 42 tal-Kodiċi Kriminali; u
  4     KAP. 326. ħ   KUMMISSJONIPERMANENTIKONTRAL-KORRUZZJONI
(ċ) il-konġura biex jitwettqu xi atti jew ommissjonijiet li
jikkostitwixxu xi reati minn dawk imsemmija qabel.
Il-konġura teżisti malli jiġu kkombinati jew miftiehma
bejn żewġ persuni jew iżjed il-mezzi, ikunu xi jkunu, li
bihom għandhom jimxu.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom
japplikaw għal u dwar kull persuna msemmija fl-artikolu 4(ċ), kif
jgħoddu għal u dwar uffiċjali pubbliċi.
Investigazzjoni ta’ 
atti jew 
ommissjonijiet 
oħra.
7. (1) Meta waqt investigazzjoni mill-Kummissjoni ta’ att ta’
korruzzjoni allegat jew suspett, jinkixef att jew ommissjoni li ma
jkunx l-att ta’ korruzzjoni li jkun qiegħed jiġi investigat, il-
Kummissjoni tista’ tinvestiga dak l-att jew l-ommissjoni jekk fil-
fehma tagħha dak l-att jew l-ommissjoni huwa konness ma’ dak l-
att ta’ korruzzjoni.
(2) Għall-fini tas-subartikolu (1), din il-konnessjoni tkun
teżisti meta - 
(a) att jew ommissjoni ikun serva bħala mezz biex isir att
ta’ korruzzjoni; jew
(b) il-prova ta’ att jew ommissjoni jew ta’ ċirkostanza
tiegħu tkun tinfluwixxi fuq il-prova ta’ l-att ta’
korruzzjoni jew ta’ ċirkostanza tiegħu.
Assistenza tal-
Pulizija. 
Kap. 9. 
8. Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ l-assistenza tal-Pulizija meta
tkun qiegħda tinvestiga atti ta’ korruzzjoni taħt dan l-Att li
dwarhom ikun hemm allegazzjoni jew suspett, u l-Pulizija għandha
tagħti dik l-assistenza mitluba iżda fl-għoti ta’ dik l-assistenza il-
Pulizija jkollha u teżerċita biss dawk is-setgħat li l-Pulizija hija
awtorizzata li teżerċita taħt il-Kodiċi Kriminali jew kull liġi oħra.
Proċedura dwar 
investigazzjonijiet.
Emendat:  
XXIV.1995.360.
9. (1) Meta mix-xiehda miġbura waqt investigazzjoni il-
Kummissjoni jkollha raġuni taħseb li persuna setgħet għamlet att
ta’ korruzzjoni taħt dan l-Att, dik il-persuna għandha tingħata l-
opportunità  li tinstema’, bil-ġurament, mill-Kummissjoni dwar dak
l-att ta’ korruzzjoni. Waqt is-smigħ quddiem il-Kummissjoni, dik
il-persuna tista’ tkun assistita minn avukat jew prokuratur legali.
(2) Kull investigazzjoni bħal dik għandha ssir skond il-
prinċipji tal-ġustizzja naturali u b’dak il-mod li l-Kummissjoni tqis
xieraq għat-tikxif tal-verità , iżda salv dak li intqal il-proċedura ta’
l-investigazzjoni għandha tkun dik li l-Kummissjoni tqis xierqa fiċ-
ċirkostanzi tal-każ. L-investigazzjoni għandha ssir fil-privat.
Kap. 12. 
(3) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-subartikolu (2), il-
Kummissjoni tista’ tikseb informazzjoni minn dawk il-persuni u
b’dak il-mod, u tagħmel dawk l-indaġini li tqis xierqa, u għal dan
il-għan tista’ teħtieġ minn kull uffiċjal ta’ l-awtorità , dipartiment
jew korp konċernat li jagħti informazzjoni jew jipproduċi kull
dokument rilevanti għall-investigazzjoni minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 637(3) sa (6) tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Sejħa tax-xhieda u 
għoti ta’ 
ġuramenti.
10. (1) Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa, li tiġi eżerċitata
permezz taċ-Chairman tagħha - 
KUMMISSJONIPERMANENTIKONTRAL-KORRUZZJONI ġ K AP.326.    5
(a) li tħarrek xhieda li għandhom jinstemgħu bil-
ġurament;
(b) li tagħti l-ġurament lil kull xhud u lil kull persuna li
jkollhom x’jaqsmu fl-inkjesta, u li teħtieġhom li
jixhdu.
 (2) Taħrika għall-attendenza tax-xhieda tista’ tkun fil-forma
murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att jew f’forma oħra li tkun
xierqa fil-każ, u għandha tkun iffirmata miċ-Chairman jew mis-
Segretarju tal-Kummissjoni.
(3) Taħrika tista’ tiġi notifikata jew bl-idejn jew bil-posta.
Meta tiġi notifikata bl-idejn ikun biżżejjed biex tiġi ppruvata n-
notifika li jiġi ppruvat li t-taħrika tħalliet ma’ persuna ’l fuq mill-
età  ta’ 16-il sena fil-post tar-residenza jew tan-negozju tal-persuna
mħarrka; u jekk tiġi notifikata bil-posta jkun biżżejjed biex tiġi
ppruvata n-notifika li jiġi ppruvat li t-taħrika kienet indirizzata w
impostata tajjeb.
(4) Kull xhud jista’ jkun assistit minn avukat jew minn
prokuratur legali.
(5) Kull persuna mħarrka kif intqal qabel li tirrifjuta, jew
tonqos mingħajr raġuni xierqa, li tattendi fil-post u l-ħin
imsemmija fit-taħrika, jew li tirrifjuta, mingħajr raġuni xierqa, li
twieġeb jew li twieġeb b’mod sħiħ u sodisfaċenti, mill-aħjar li taf u
li temmen, il-mistoqsijiet kollha li jsirulha mill-Kummissjoni jew
bi qbil mal-Kummissjoni, jew li tirrifjuta jew tonqos, mingħajr
raġuni xierqa li tipproduċi xi dokument li tkun meħtieġa li
tipproduċi mill-Kummissjoni jew bi qbil mal-Kummissjoni, teħel,
meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew
priġunerija għal mhux iżjed minn tliet xhur, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien:
Iżda, bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1)(b), ebda persuna li tixhed quddiem il-Kummissjoni
ma tista’ tkun imġiegħla twieġeb għal mistoqsijiet meta t-tweġiba
tista’ tesponiha għal proċess kriminali, u kull persuna bħal dik
ikollha, dwar kull xiehda tagħha quddiem il-Kummissjoni, l-istess
privileġġi li għandu xhud li jixhed quddiem il-qorti.
(6) Ma jinbdew ebda proċedimenti dwar xi reat kontra dan l-
artikolu mingħajr il-qbil ta’ l-Avukat Ġenerali.
Rapporti li jsiru 
mill-Kummissjoni.
11. Il-Kummissjoni għandha -
(a) ma’ l-ewwel opportunità  li jkollha tagħmel rapport tar-
riżultati ta’ kull investigazzjoni lill-Ministru
responsabbli għall-ġustizzja; u
(b) mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Diċembru ta’ kull sena
jew aktar spiss meta jidhrilha spedjenti, tagħmel
rapport lill-President ta’ Malta fuq il-ħidma tagħha u l-
kwistjonijiet li jkunu ġew ikkunsidrati minnha, u tista’
wkoll tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet li
jidhrilha xierqa.
  6     KAP. 326. ħ   KUMMISSJONIPERMANENTIKONTRAL-KORRUZZJONI
Persuni li jassistu l-
Kummissjoni. 
12. Il-Prim Ministru jista’, kull meta l-Kummissjoni hekk
titlob, jaħtar persuna jew jinnomina uffiċjal pubbliku sabiex
jassistiha, f’kapaċità  konsultattiva, meta tkun qiegħda tagħmel xi
investigazzjoni.
Segretarju u 
uffiċjali. 
13. (1) Għandu jkun hemm Segretarju tal-Kummissjoni li
għandu jkun persuna maħtura f’dik il-kariga mill-Prim Ministru
jew uffiċjal pubbliku nominat mill-Prim Ministru sabiex iwettaq il-
funzjonijiet ta’ Segretarju.
(2) Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll dak il-persunal ieħor
li l-Prim Ministru jidhirlu meħtieġa u jaħtar jew iqabbad kif intqal
qabel.
Ġurament tal-
kariga.
14. (1) Kull min jinħatar biex ikun, jew biex iservi bħala,
Chairman jew membru tal-Kummissjoni jew jinħatar jew jiġi
nominat biex jassisti lill-Kummissjoni taħt l-artikolu 12, għandu,
qabel ma jidħol għal dawk id-dmirijiet, jieħu u jiffirma ġurament
fil-forma murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) Dak il-ġurament jista’ jittieħed quddiem Kummissjunarju li
għandu s-setgħa li jagħti ġuramenti u għandu jiġi depożitat għand l-
Avukat Ġenerali.
It-tagħrif miksub 
ikun sigriet. 
15. (1) Kull tagħrif miksub mill-membri tal-Kummissjoni,
minn xi persuna maħtura taħt l-artikolu 12 jew minn xi uffiċjali
oħra tagħha waqt jew għall-fini ta’ xi investigazzjoni taħt dan l-Att,
ma għandux jiġi svelat ħlief għall-finijiet ta’ l-investigazzjoni u ta’
kull rapport li għandu jsir dwarha taħt dan l-Att, jew għall-fini ta’
xi proċedimenti dwar l-investigazzjonijiet jew taħt l-artikolu 10, u
l-membri tal-Kummissjoni u l-uffiċjali tagħha ma jistgħux jissejħu
biex jixhdu f’xi proċedimenti, minbarra dawk imsemmijin qabel,
dwar ħwejjeġ li jkunu saru jafu bihom waqt investigazzjoni taħt
dan l-Att.
Kap. 9.  (2) L-artikolu 133 tal-Kodiċi Kriminali għandu japplika għal u
dwar membri u uffiċjali tal-Kummissjoni hekk kif japplika għal jew
dwar uffiċjal jew impjegat pubbliku msemmija fl-artikolu 133 tal-
Kodiċi Kriminali.
Spejjeż ta’ 
amministrazzjoni.
16. Kull salarju jew spiża li jitħallsu fit-twettiq fis-seħħ ta’ dan
l-Att għandhom jinħarġu mill-Fond Konsolidat mingħajr ebda
approprjazzjoni oħra ħlief taħt dan l-Att.
Investigazzjoni 
dwar ħwejjeġ li 
ġraw.
17. Investigazzjoni taħt dan l-Att tista’ ssir dwar ħwejjeġ li
jiġru fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jew wara dik id-data
jew li ġraw fi żmien tnax-il sena qabel dik id-data, b’dana illi ebda
investigazzjoni ma tista’ tinbeda dwar xi att jew ommissjoni wara li
jgħaddu aktar minn ħames snin mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-
Att, jekk dak l-att jew ommissjoni jkunu saru qabel il-bidu fis-seħħ
ta’ dan l-Att, u wara li jgħaddu aktar minn ħames snin mid-data ta’
dak l-att jew ommissjoni meta dak l-att jew ommissjoni jkun sar
fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jew wara dik id-data.
Kommunikazzjo-
nijiet privileġġati. 
18. Ma għandha tittieħed ebda azzjoni legali in konnessjoni
ma’ xi ħaġa hawnhekk iżjed ’il quddiem imsemmija, jiġifieri-
(a) l-egħmil ta’ xi rapport jew talba magħmulin mill-
KUMMISSJONIPERMANENTIKONTRAL-KORRUZZJONI ġ K AP.326.    7
Kummissjoni jew mill-Avukat Ġenerali skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u kull pubblikazzjoni
ta’ dak ir-rapport; u
(b) l-għoti in bona fede ta’ xi informazzjoni lill-
Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan l-Att.
L-Avukat Ġenerali 
jista’ jagħti 
eżenzjoni minn 
proċedimenti 
kriminali.
19. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-
Avukat Ġenerali jista’, jekk fil-ġudizzju individwali tiegħu ikun
sodisfatt li jkun sew li jagħmel hekk, joħroġ ċertifikat bil-miktub li
bih jeżenta lil xi persuna msemmija fih minn xi proċedimenti
kriminali bil-kundizzjoni li dik il-persuna tixhed skond il-liġi dwar
il-fatti kollha minnha magħrufa dwar xi att ta’ korruzzjoni jew xi
reat konness miegħu quddiem il-Kummissjoni u, jew, xi qorti ta’
ġurisdizzjoni kriminali, u mal-ħruġ ta’ dak iċ-ċertifikat lil dik il-
persuna u hekk kif hi tixhed skond kif indikat fih, ebda
proċedimenti quddiem qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali ma jistgħu
jittieħdu jew jitkomplew kontriha in konnessjoni ma’ dak l-att ta’
korruzzjoni jew xi reat konness miegħu.
(2) L-Avukat Ġenerali jista’ jagħti ċ-ċertifikat imsemmi fis-
subartikolu (1) sew wara talba f’dak is-sens li ssir mill-
Kummissjoni, jew mingħajr ma ssir dik it-talba kull meta l-ħtieġa li
jsir hekk tkun b’xi mod ieħor miġjuba a konjizzjoni tiegħu.
(3) It-talba mill-Kummissjoni għandha ssir bil-miktub u
għandu jkun fiha d-dettalji kollha li jkollhom x’jaqsmu mal-każ
hekk kif jistgħu jintalbu mill-Avukat Ġenerali, u talba bħal din
għandha tintbagħat lill-Avukat Ġenerali konfidenzjalment u dik it-
talba mill-Kummissjoni ma għandhiex titqies li tkun ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15.
(4) Iċ-ċertifikat li jinħareġ mill-Avukat Ġenerali taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu - 
(a) meta x-xiehda għandha l-ewwel tingħata quddiem il-
Kummissjoni u ċ-ċertifikat jinħareġ fuq talba tal-
Kummissjoni, jinżamm mar-records tal-Kummissjoni;
(b) meta x-xiehda għandha l-ewwel tingħata quddiem il-
Kummissjoni u ċ-ċertifikat jinħareġ mill-Avukat
Ġenerali mingħajr talba li ssir mill-Kummissjoni, jiġi
mgħoddi mill-Avukat Ġenerali lill-Kummissjoni
flimkien ma’ rapport dwar il-fatti kif jafhom hu ta’ l-
att ta’ korruzzjoni li jkun jeħtieġ li jiġi investigat u l-
Kummissjoni għandha jew tisma’ lil dak ix-xhud f’dik
l-investigazzjoni li tkun qiegħda tagħmel dwar dak l-
att ta’ korruzzjoni allegat jew, jekk dik l-
investigazzjoni tkun għadha ma nbdietx, tibda tagħmel
dik l-investigazzjoni skond ma jkun meħtieġ. Il-
Kummissjoni għandha żżomm dak iċ-ċertifikat mar-
records tagħha;
(ċ) meta x-xiehda għandha l-ewwel tingħata quddiem
qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali, jiġi esibit fil-qorti
minn rappreżentant ta’ l-Avukat Ġenerali.
(5) Kopja ta’ kull ċertifikat maħruġ mill-Avukat Ġenerali taħt
  8     KAP. 326. ħ   KUMMISSJONIPERMANENTIKONTRAL-KORRUZZJONI
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u li jinżam mar-records tal-
Kummissjoni għandha tiġi prodotta fuq talba tax-xhud f’kull
proċediment kontrih quddiem qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali.
(6) L-Avukat Ġenerali jista’ joħroġ ċertifikat taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu minkejja kull oppożizzjoni mix-
xhud. 
Kap. 220.
(7) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "qorti ta’ ġurisdizzjoni
kriminali" tinkludi kull qorti marzjali taħt l-Att dwar il-Forzi
Armati ta’ Malta.
KUMMISSJONIPERMANENTIKONTRAL-KORRUZZJONI ġ K AP.326.    9
SKEDA 
(Artikolu 14)
A. Forma ta’ ġurament li jittieħed minn Chairman jew membru tal-
Kummissjoni jew minn persuna li tassisti l-Kummissjoni.
Jiena .....................................li ġejt maħtur Chairman ta’ / Membru ta’ / persuna
li tassisti l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni naħlef/niddikjara
solennement li jiena bil-fedeltà , bis-sħiħ, imparzjalment u mill-aħjar li nista’ naqdi
d-dmir u x-xogħol li jmissni bis-saħħa ta’ l-imsemmija ħatra.
Hekk Alla jgħini. 
(Artikolu 10)
B. Taħrika ta’ xhud
(Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni)
Lil A.B. (isem il-persuna mħarrka u fejn toqgħod)
Inti hawnhekk tinsab imħarrek biex tidher quddiem
fi   u ħin) 
u li tixhed dwar
(il-kwistjoni ta’ l-inkjesta).
Iffirmat minni llum ta’ 19
(Firma taċ-Chairman
jew membru ieħor)
