EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    1
KAPITOLU 327
ATT DWAR L-EDUKAZZJONI 
Biex jikkonsolida u jirriforma l-liġi dwar l-Edukazzjoni f’Malta.
16 ta’ Awissu, 1988;
5 ta’ Settembru, 1988;
16 ta’ April, 1991
L-ATT XXIV ta’ l-1988, kif emendat bl-Avviżi Legali: 98 ta’ l-1988, 63, 64, 135 u 136 ta’ l-
1989, l53 u 156 ta’ l-1990 u 10 ta’ l-1991; bl-Att X ta’ l-1991; bl-Avviżi Legali: 66 u 153 ta’
l-1991, 67, 89, 90 u 105 ta’ l-1992, 21 u 117 ta’ l-1993, 5, 12, 110 u 149 ta’ l-1994; bl-Att II
ta’ l-1995; bl-Avviżi Legali: 79 ta’ l-1995 u 165 ta’ l-1996; bl-Att XVIII ta’ l-1997; u bl-
Avviżi Legali 177, 181, 183, 184, 189 u 202 ta’ l-1997, 9, 30 u 172 ta’ l-1998, u 41, 101 u 102
ta’ l-1999; u bl-Atti VI ta’ l-2001 u XVIII ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Titolu fil-qosor  1 
Tifsir  2
Taqsima I.  Disposizzjonijiet Ġenerali  3-10 
Taqsima II.  Warrants ta’ Għalliema  11-15 
Taqsima III.  Skejjel ta’ l-Istat  16-21 
Taqsima IV. Skejjel bħala Enti Morali  22-27 
Taqsima V.  L-Università  ta’ l-Istudji ta’ Malta  28-39 A
Taqsima VI. Disposizzjonijiet Oħra  40-48
SKEDI 
Skeda I.
Skeda II.
Skeda III.
  2      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Edukazzjoni.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"Bord tal-Fakultà " tfisser il-korp ta’ tmexxija ta’ l-Università
mwaqqaf bl-artikolu 36;
"bżonnijiet edukattivi speċjali" ikollha l-istess tifsira mogħtija
lilha bl-artikolu 18(2);
"curriculum minimu nazzjonali" tfisser il-curriculum minimu
nazzjonali għall-istudju għall-iskejjel kollha msemmi fl-artikolu 7;
"Direttur ta’ l-Edukazzjoni" tinkludi safejn tingħata xi awtorità ,
kull uffiċjal fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni awtorizzat mid-
Direttur ta’ l-Edukazzjoni kif imiss għal hekk;
"enti morali" tfisser korp li għandu personalità  legali distinta; 
"Estimi Ġenerali" tfisser l-estimi, preżentati quddiem il-Kamra
tad-Deputati dwar xi sena finanzjarja, tan-nefqa għas-servizz ta’
dik is-sena finanzjarja u tinkludi kull estimi supplementari ta’
nefqa li għaliha jkun meħtieġ li jiġi provdut wara li l-estimi jkunu
ġew preżentati quddiem il-Kamra tad-Deputati u f’dan il-kuntest
"sena finanzjarja" għandha l-istess tifsira li għandha għall-għanijiet
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"età  obbligatorja għall-iskola" tfisser kull età  bejn il-ħames snin
u l-ħmistax-il sena, it-tnejn inklużi, u għalhekk persuna titqies li hi
ta’ l-età  obbligatorja għall-iskola jekk għalqet l-età  ta’ ħames snin
u ma għalqitx l-età  ta’ sittax-il sena;
"ġenitur" tfisser il-missier jew l-omm u tinkludi kull persuna li
jkollha l-ħarsien u l-kustodja, sew legali sew attwali, ta’ tifel jew
tifla;
"ġurnata skolastika" tfisser kull ġurnata matul sena skolastika li
ma tkunx btala pubblika;
"Gvern" tfisser il-Gvern ta’ Malta;
"ħlas" tinkludi kumpens taħt kull forma kemm fi flus kemm
f’oġġetti oħra;
"impieg" tinkludi impieg f’xi xogħol jew ħidma eżerċitati bħala
sengħa jew għall-qligħ, sew jekk il-qligħ ikun għall-persuna
mpjegata sew jekk għal xi persuna oħra, u sew jekk ix-xogħol jew
il-ħidma jsiru għal paga jew għal kumpens ieħor sew jekk le, u
"timpjega" għandha tiftiehem f’dan is-sens;
"kap ta’ skola" tinkludi kull persuna li għandha l-kariga ta’ kap
ta’ skola jew li temporanjament taġixxi f’dik il-kariga;
"Kodiċi ta’ Mġieba" tfisser il-Kodiċi ta’ Mġieba provdut bir-
regolamenti taħt l-artikolu 13;
"kundizzjonijiet minimi nazzjonali" tfisser il-kundizzjonijiet
minimi nazzjonali għall-iskejjel kollha msemmija fl-artikolu 7;
"korp ta’ persuni" tfisser kull xirka, għaqda, soċjetà  jew
assoċjazzjoni oħra ta’ persuni, sew jekk ikollhom personalità  legali
distinta, sew jekk le;
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    3
"Kunsill" tfisser il-korp ta’ tmexxija ta’ l-Università  mwaqqaf
bl-artikolu 32;
"Kunsill għall-Edukazzjoni" tfisser il-Kunsill imwaqqaf bl-
artikolu 46;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni u,
sa fejn tingħata xi awtorità , tinkludi kull persuna awtorizzata mill-
imsemmi Ministru għal hekk;
"kunsill ta’ skola" tfisser kull kunsill ta’ skola mwaqqaf skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23 jew ta’ l-artikolu 27;
"preskritt" tfisser preskritt b’xi regolament, statut, regola jew
bye-law;
"Rettur" tfisser ir-Rettur ta’ l-Università  elett taħt l-artikolu 30 u
kull persuna li temporanjament taġixxi f’dik il-kariga;
"sena skolastika" tfisser dak il-perijodu stabbilit bħala s-sena
skolastika mill-kundizzjonijiet minimi nazzjonali;
"Senat" tfisser il-korp ta’ tmexxija ta’ l-Università  mwaqqaf bl-
artikolu 34;
"skola" tfisser istituzzjoni li r-riżorsi tagħha kemm ta’ persuni u
kemm ta’ oġġetti, huma ordinati sabiex titmexxa ’l quddiem l-
edukazzjoni ta’ persuni oħra permezz tat-tixrid tat-tagħrif u t-
tkabbir tat-tagħlim kemm b’kuntatt persunali dirett kif ukoll bil-
korrispondenza, iżda ma tinkludix istituzzjoni għat-tmexxija ’l
quddiem ta’ edukazzjoni u tagħrif ta’ natura esklussivament jew
kważi esklussivament reliġjuża;
"skola skedata" tfisser skola mdaħħla fl-Iskeda I ta’ dan l-Att; 
"Skola ta’ l-Istat" tfisser kull skola miżmuma mill-Ministru
skond it-Taqsima III ta’ dan l-Att;
"Tribunal Skolastiku" tfisser it-Tribunal Skolastiku mwaqqaf bl-
artikolu 42;
"Università " tfisser l-Università  ta’ Studji ta’ Malta mwaqqfa bl-
artikolu 28;
"warrant" tfisser kull warrant mogħti taħt l-artikolu 11 jew 12;
"warrant permanenti" tfisser warrant mogħti taħt l-artikolu 11;
"warrant temporanju" tfisser warrant mogħti taħt l-artikolu 12.
TAQSIMA I 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Dritt għall-
edukazzjoni u 
tagħlim. 
3. Kull ċittadin tar-Repubblika ta’ Malta għandu dritt għall-
edukazzjoni u tagħlim mingħajr distinzjoni ta’ età , sess, twemmin
jew mezzi finanzjarji.
Dmirijiet ta’ l-Istat. 
  4      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
(a) li jmexxi ’l quddiem l-edukazzjoni u t-tagħlim;
(b) li jiżgura li jkun hemm sistema ta’ skejjel u
istituzzjonijiet li jkunu miftuħa għaċ-ċittadini Maltin
kollha u li jkunu jipprovdu għall-iżvilupp sħiħ tal-
personalità  kollha inkluża l-ħila ta’ kull persuna għax-
xogħol; u
(ċ) li jipprovdi skejjel u istituzzjonijiet bħal dawn fejn ma
hemmx.
Dmirijiet tal-
ġenituri. 
5. Ikun id-dmir tal-ġenituri ta’ minuri li jieħdu ħsieb li dak il-
minuri - 
(a) jiġi reġistrat fi skola għall-ewwel sena skolastika li
tibda meta jkun ta’ l-età  obbligatorja għall-iskola;
(b) ikompli jattendi l-iskola sa tmiem is-sena skolastika li
matulha l-minuri ma jibqax ta’ l-età  obbligatorja għall-
iskola, jew sa tmiem dak il-perijodu itwal li jista’ jiġi
preskritt mill-Ministru b’regolamenti; u
(ċ) jattendi regolarment l-iskola għal kull jum skolastiku,
kemm-il darba l-minuri ma jkollux raġuni ġusta u
suffiċjenti sabiex ma jattendix l-iskola.
Dritt ta’ għażla tal-
ġenituri. 
6. Huwa dritt ta’ kull ġenitur ta’ minuri li jagħti d-deċiżjoni
tiegħu rigward kull materja li tolqot l-edukazzjoni li għandu
jirċievi l-minuri.
Dritt ta’ l-Istat li 
jirregola l-
edukazzjoni. 
7. L-Istat ikollu d-dritt - 
(a) li jistabbilixxi curriculum minimu nazzjonali ta’ studju
għall-iskejjel kollha;
(b) li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi nazzjonali
għall-iskejjel kollha; u
(ċ) li jiżgura li jiġu mħarsa il-curriculum minimu
nazzjonali ta’ studju u l-kundizzjonijiet minimi
nazzjonali għall-iskejjel kollha.
Liċenzi biex 
jinfetħu skejjel.
8. (1) Kull persuna jkollha d-dritt li tapplika lill-Ministru
biex jagħtiha liċenza biex tiftaħ skola.
(2) Il-Ministru għandu jagħti l-liċenza msemmija fis-
subartikolu (1) meta -
(a) il-persuna li tapplika tkun il-Knisja Kattolika jew kull
għaqda volontarja oħra, reliġjuża jew xort’oħra, li ma
tkunx twaqqfet bl-iskop li tagħmel profitt; u
(b) l-iskola tkun konformi mal-kundizzjonijiet minimi
nazzjonali:
Iżda applikazzjoni għal-liċenza taħt dan l-artikolu ma
titqiesx li saret mill-Knisja Kattolika jekk ma tkunx iffirmata mill-
Isqfijiet Ordinarji ta’ Malta jew awtorizzata bil-miktub minnhom.
(3) Fil-każ ta’ kull applikazzjoni oħra għal-liċenza taħt dan l-
artikolu u li ma tkunx applikazzjoni li taqa’ taħt id-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (2), il-Ministru jista’ jagħti l-liċenza jekk fil-fehma
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    5
tiegħu jkun fl-interess pubbliku li jagħmel hekk.
(4) Kull min japplika għal-liċenza taħt dan l-artikolu bil-ħsieb
li jiftaħ skola li tkun enti morali bi statut għalih, għandu jiddikjara
dan il-ħsieb fl-applikazzjoni tiegħu li magħha għandu jkun hemm
kopja ta’ l-istatut, u f’dan il-każ l-għotja ta’ liċenza lil min japplika
titqies prova konklusiva li l-iskola hija enti morali.
(5) Kull liċenza li tingħata taħt dan l-artikolu għandha tkun
f’isem il-kap ta’ skola fil-kwalità  tiegħu persunali jew bħala
rappreżentant ta’ korp ta’ persuni skond il-każ u għal dan l-iskop,
min japplika għal-liċenza għandu jniżżel fl-applikazzjoni il-
partikolaritajiet tal-kap ta’ skola u jekk il-liċenza għandhiex
tingħata f’isem dak il-kap ta’ skola fil-kwalità  tiegħu persunali jew
bħala rappreżentant ta’ korp ta’ persuni:
Iżda l-kap ta’ skola li f’ismu tkun il-liċenza jkun
responsabbli persunalment li jiżgura li l-obbligazzjonijiet kollha
marbuta ma’ dik il-liċenza jkunu mħarsa f’kull żmien, kemm jekk
il-liċenza tkun f’ismu fil-kwalità  tiegħu persunali, kif ukoll jekk
tkun f’ismu bħala rappreżentant ta’ korp ta’ persuni.
(6) Id-deċiżjoni tal-Ministru li jilqa’ jew jiċħad applikazzjoni
għal-liċenza għandha tiġi notifikata bil-miktub lil min ikun applika
u dan fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Ministru jirċievi l-
applikazzjoni.
(7) Meta l-kap ta’ skola li f’ismu hemm liċenza taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jibqax kap ta’ skola għal
raġuni, tkun xi tkun, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li
ġejjin ta’ dan is-subartikolu:
(a) meta l-liċenza hija f’isem dak il-kap ta’ skola fil-
kwalità  tiegħu persunali, għandha ssir applikazzjoni
mill-ġdid għal-liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu;
(b) meta l-liċenza hija f’isem dak il-kap ta’ skola bħala
rappreżentant ta’ korp ta’ persuni, dak il-korp għandu
javża bil-miktub u mingħajr dewmien lill-Ministru bil-
bdil f’dik il-kariga u jagħti l-partikolaritajiet tal-
persuna li assumiet dik il-kariga u minn hemm ’il
quddiem il-liċenza titqies li hija f’isem dik il-persuna
bħala rappreżentant ta’ dak il-korp ta’ persuni.
(8) Meta ebda applikazzjoni kif meħtieġ bis-subartikolu (7)(a)
jew ebda avviż kif meħtieġ bil-paragrafu (b) ta’ dak is-subartikolu
ma jsir jew jingħata fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-kap ta’
skola li f’ismu hija l-liċenza ma jibqax f’dik il-kariga, dik il-liċenza
titqies li ġiet imħassra fid-data li fiha jagħlaq dak il-perijodu ta’
tliet xhur.
(9) Min japplika għal-liċenza taħt is-subartikolu (2) jista’
jappella lit-Tribunal Skolastiku meta -
(a) l-applikazzjoni tiegħu tiġi miċħuda; jew
(b) ma jkunx ġie notifikat bil-miktub bid-deċiżjoni tal-
Ministru kif maħsub fis-subartikolu (6).
  6      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
(10) Appell taħt is-subartikolu (9) għandu jsir bil-miktub fi
żmien xahrejn mid-data li fiha d-deċiżjoni li biha ġiet miċħuda l-
applikazzjoni tkun ġiet notifikata lil min ikun applika jew mid-data
li fiha jagħlaq il-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi fis-subartikolu (6),
skond il-każ.
Dritt tal-Ministru li 
jissorvelja l-
iskejjel. 
9. Il-Ministru, għall-finijiet ta’ din il-liġi, jkollu d-dritt li
jispezzjona kull skola u jkollu d-dritt li jissorvelja l-
amministrazzjoni ta’ kull skola.
Il-Ministru 
jirrappreżenta lill-
Istat. 
10. Kull dritt vestit fl-Istat u kull dover impost fuq l-Istat bid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandu jiġi eżerċitat jew imwettaq
mill-Ministru.
TAQSIMA II 
WARRANTS TA’ GĦALLIEMA
Warrant 
permanenti.
11. (1) Ebda persuna ma għandha teżerċita l-professjoni ta’
għalliem fi skola u tirċievi ħlas għalhekk mingħajr warrant mill-
Ministru.
(2) Persuna tikkwalifika għal warrant permanenti taħt dan l-
artikolu kemm-il darba -
(a) hija ċittadin ta’ Malta; 
(b) hija ta’ kondotta tajba; u
(ċ) tikkwalifika taħt is-subartikolu (3).
(3) Persuna tikkwalifika għal warrant permanenti taħt dan is-
subartikolu kemm-il darba tkun - 
(a) ħadet il-lawrja ta’ Baċillier fl-Edukazzjoni jew kisbet
grad ta’ dottorat jew maġisteru mill-Università ; jew 
(b) għamlet kors sħiħ fil-kulleġġ li kien magħruf bħala
St.Michael’s Training College jew fil-kulleġġ li kien
magħruf bħala Mater Admirabilis Training College
jew tkun għamlet kors li jixbah lil dan fil-Kulleġġ tal-
Arti, Xjenza u Teknoloġija (magħruf bħala l-
Polytechnic); jew
(ċ) għamlet kors sħiħ ta’ studju f’Malta jew f’Università
jew Istitut rikonoxxut barra minn Malta u dak il-kors
ikun fl-opinjoni tal-Ministru ekwivalenti għal kors
minn dawk imsemmija fil-paragrafi (a) u (b); jew
(d) għallmet fi skejjel f’Malta jew barra minn Malta għall-
perijodu ta’ mhux anqas minn ħmistax-il sena u fl-
opinjoni tal-Ministru tkun tal-ħila akkademika
meħtieġa.
Għall-finijiet tal-paragrafu (a) "Università " tinkludi l-
istituzzjonijiet li kienu magħrufa bl-isem ta’ l-Università  l-Qadima,
l-Università  l-Ġdida, l-Università  Rjali ta’ Malta kif ukoll l-
Università  li kienet teżisti minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    7
artikolu 28.
Warrant 
temporanju. 
12. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11,
il-Ministru jista’ jagħti warrant temporanju li jkun validu għal sena
lil kull persuna li, fid-diskrezzjoni tal-Ministru, għandha l-ħila
meħtieġa biex tgħallem f’Malta.
Regolamenti dwar 
rikonoxximent 
reċiproku ta’ 
kwalifiki.
Miżjud:
XVIII. 2002.10.
Kap. 450.
12A. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex iġib fis-seħħ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’
Kwalifiki u r-regolamenti kollha magħmulin taħtu, dwar ir-
rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki ta’ għalliem.
Ċaħda, sospensjoni 
jew tħassir ta’ 
warrant.
13. (1) Il-Ministru jista’ jissospendi kull warrant li jingħata
taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att meta d-detentur ta’ dak il-
warrant jinsab ħati ta’ ksur tal-Kodiċi ta’ Mġieba kif maħsub
b’regolamenti taħt dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ jħassar kull warrant li jingħata taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att meta d-detentur ta’ dak il-warrant -
(a) jinsab ħati minn qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali ta’
delitt li ma jkunx delitt li sar b’nuqqas ta’ ħsieb, bi
traskuraġni, jew b’nuqqas ta’ ħila f’arti jew
professjoni, jew b’nuqqas ta’ tħaris ta’ regolamenti;
(b) jinsab ħati minn tribunal kompetenti talli abbuża mill-
fiduċja ta’ l-istudenti jew talli għamel użu minn
vjolenza fiżika fuqhom.
(3) Id-deċiżjoni tal-Ministru li biha jiċħad talba għal warrant
jew li biha jiġi sospiż jew imħassar warrant għandha tiġi notifikata
bil-miktub lill-persuna li tkun applikat jew lid-detentur tal-warrant,
skond il-każ, u lill-kap ta’ skola li timpjegah meta jkun il-każ.
(4) Kull persuna li tħossha aggravata b’deċiżjoni tal-Ministru li
biha jiġi miċħud, sospiż jew imħassar warrant taħt id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu tista’ tappella bil-
miktub lit-Tribunal Skolastiku fi żmien xahar mid-data li fiha l-
applikant għall-warrant jew id-detentur tal-warrant, skond il-każ,
jiġi notifikat bid-deċiżjoni tal-Ministru kif meħtieġ bis-subartikolu
(3) ta’ dan l-artikolu.
(5) Għalkemm ikun sar appell skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, il-warrant jitqies sospiż jew imħassar, skond il-każ,
pendenti id-deċiżjoni finali tat-Tribunal Skolastiku.
Dritt tal-Ministru li 
jirrevoka 
sospensjoni jew 
tħassir ta’ warrant. 
14. Il-Ministru jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu, jirrevoka d-
deċiżjoni tiegħu li biha jkun ġie sospiż jew imħassar warrant wara
li jgħaddu xahrejn mid-data tad-deċiżjoni li biha jkun ġie sospiż il-
warrant jew wara li tgħaddi sena mid-data tad-deċiżjoni li biha
jkun ġie mħassar il-warrant, skond il-każ.
Reġistru. 
warrants kollha li jingħataw taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
għandu jieħu ħsieb li tiġi notata fih kull sospensjoni, tħassir u
reintegrazzjoni ta’ warrant.
  8      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
TAQSIMA III 
SKEJJEL TA’ L-ISTAT
Edukazzjoni 
primarja. 
16. (1) Ikun id-dmir ta’ l-Istat li jipprovdi għall-edukazzjoni
primarja ta’ l-ulied ta’ ċittadini Maltin meta dawk l-ulied ikunu ta’
età  obbligatorja għall-iskola, u ma għandhomx bżonnijiet
edukattivi speċjali, jew li ma kkwalifikawx għall-edukazzjoni
sekondarja.
(2) Għall-għan imsemmi fis-subartikolu (1), il-Ministru
għandu, sa fejn possibbli, jżomm skola f’kull belt jew raħal u
għandu jipprovdi trasport għal studenti li joqogħdu f’inħawi li
huma ’l bogħod mill-iskola.
(3) L-Istat jista’ jipprovdi skejjel għal tfal żgħar li huma taħt l-
età  obbligatorja għall-iskola.
Edukazzjoni 
sekondarja. 
17. Ikun id-dover ta’ l-Istat li jipprovdi għall-edukazzjoni
sekondarja ta’ l-ulied ta’ ċittadini Maltin meta dawk l-ulied ikunu
tfal li temmew l-edukazzjoni primarja tagħhom u li ma għandhomx
bżonnijiet edukattivi speċjali.
Skejjel speċjali.  18. (1) Ikun id-dover ta’ l-Istat li jipprovdi skejjel speċjali
għall-ulied ta’ ċittadini Maltin meta dawk l-ulied ikunu minuri li
għandhom bżonnijiet edukattivi speċjali.
(2) Minuri jitqies li għandu bżonnijiet edukattivi speċjali meta
dak il-minuri għandu diffikultajiet speċjali ta’ xorta fiżika, mentali
jew psikoloġika.
Dritt ta’ azzjoni. 19. Kull persuna li jidhrilha li ġiet aggravata bin-nuqqas ta’ l-
Istat li jwettaq id-doveri mposti fuqu bl-artikoli 16, 17 u 18 tista’
taġixxi kontra l-Ministru għal dikjarazzjoni ta’ l-aggravju li batiet.
Dritt tal-Ministru li 
jistabbilixxi il-
curriculum.
20. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
ikun id-dover tal-Ministru li jistabbilixxi l-curriculum għal skejjel
ta’ l-Istat u jista’ jistabbilixxi curricula differenti għal skejjel ta’ l-
Istat differenti.
(2) Ikun id-dover tal-Ministru li jipprovdi għall-edukazzjoni u
tagħlim tar-reliġjon kattolika fi skejjel ta’ l-Istat u li jistabbilixxi l-
curriculum għall-edukazzjoni u tagħlim ta’ dik ir-reliġjon f’dawk l-
iskejjel, skond ma jkunu ddisponew f’dan ir-rigward l-Isqfijiet
Ordinarji ta’Malta.
(3) Kunsill ta’ skola jista’ jagħmel talba lill-Ministru biex
idaħħal fil-curriculum ta’ dik l-iskola korsijiet ta’ studji b’żieda
ma’ dawk stabbiliti mill-Ministru u l-Ministru jista’ jilqa’ dik it-
talba.
(4) Il-ġenituri ta’ minuri għandhom id-dritt jagħżlu li l-minuri
ma jirċevix tagħlim tar-reliġjon kattolika.
Dmir ta’ l-Istat 
biex jipprepara liċ-
ċittadini għax-
xogħol.
21. Ikun id-dmir ta’ l-Istat li, wara li jkun ipprovda għall-
edukazzjoni ta’ ċittadini Maltin biex ikunu jistgħu jiffurmaw il-
ġudizzju indipendenti tagħhom, jistabbilixxi dawk il-faċilitajiet
skolastiċi li l-Istat jidhirlu meħtieġa biex jipprovdi lil dawk iċ-
ċittadini bl-opportunità  li jikkwalifikaw fis-snajja’, mestieri,
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    9
attivitajiet artiġjanali, tekniċi jew kummerċjali, u fil-professjonijiet
biex b’hekk iħejji, jgħallem, u jagħti sens ta’ dixxiplina lil dawk iċ-
ċittadini għax-xogħol fil-komunità .
TAQSIMA IV
SKEJJEL BĦALA ENTI MORALI
Skejjel meqjusa 
enti morali. 
22. Skola mdaħħla fl-Iskeda I ta’ dan l-Att titqies enti morali u
ma tistax tiġi soppressa waqt li dik l-iskola tkun hekk imdaħħla
f’dik l-Iskeda.
Kunsill ta’ skola. 
skedata għandha titmexxa minn kunsill ta’ skola.
(2) Il-kunsill ta’ skola jkun magħmul kif ġej: 
(a) president nominat mill-Ministru;
(b) il-kap ta’ skola li jkun is-segretarju u teżorier;
(ċ) tliet membri eletti mill-għalliema ta’ l-iskola minn
fosthom; u
(d) tliet membri oħra eletti kemm mill-ġenituri ta’ l-
istudenti li ma għalqux l-età  ta’ sittax-il sena kif ukoll
mill-istudenti li għalqu dik l-età  u minn fost dawk il-
ġenituri u l-istudenti l-aħħar imsemmija.
(3) Fil-każ ta’ skejjel wara dawk tal-livell sekondarju, flimkien
mal-membri msemmija fis-subartikolu (2), ikun hemm ukoll tliet
membri oħra maħtura mill-Ministru biex jirrappreżentaw interessi
ġenerali f’qasam ta’ studju.
Funzjonijiet tal-
kunsill ta’ skola.
24. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9, il-kunsill
ta’ skola għandu jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li jiltaqa’ mhux anqas minn darba fix-xahar u li jżomm
il-minuti tal-laqgħat tiegħu li għandhom jitħejjew u
jiġu ffirmati mis-segretarju;
(b) li jamministra l-fondi u l-attiv l-ieħor kollu ta’ l-
iskola; u
(ċ) li fix-xahar ta’ Lulju ta’ kull sena jagħmel rapport lill-
Ministru dwar l-amministrazzjoni u t-tmexxija
finanzjarja ta’ l-iskola.
Responsabbiltà  
għat-tagħlim u 
dixxiplina. 
25. Minkejja dak kollu li jinsab fl-artikoli 23 u 24, il-kap u l-
għalliema ta’ skola skedata jkunu responsabbli għat-tagħlim u ż-
żamma tad-dixxiplina fl-iskola u jirrispondu għal dan lejn il-
Ministru.
Elezzjonijiet. 
ġimgħa tax-xahar ta’ Ottubru ta’ kull sena skond regolamenti li
jsiru mill-Ministru.
  10      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
Mudell ta’ 
tmexxija għal 
skejjel mhux ta’ l-
Istat. 
27. Kull min japplika u jingħata liċenza sabiex jiftaħ skola
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 għandu jagħmel kull sforz
sabiex, mingħajr obbligu legali, jagħmel tiegħu is-sistema ta’
tmexxija minn kunsill ta’ skola kif maħsub f’din it-Taqsima ta’ dan
l-Att.
TAQSIMA V
L-UNIVERSITÀ  TA’ L-ISTUDJI TA’ MALTA
Twaqqif mill-ġdid, 
għanijiet, 
funzjonijiet u 
setgħat ta’ l-
Università  ta’ l-
Istudji.
Emendat:
XVIII. 1997.2.
28. L-Università  ta’ l-Istudji ta’ Malta qiegħda b’dan l-Att tiġi
mwaqqfa mill-ġdid taħt l-isem ta’ Università  ta’ Malta u bil-
funzjonijiet u setgħat li ġejjin:
(a) li tipprovdi għall-istruzzjoni f’dawk l-oqsma ta’
tagħlim, u tieħu ħsieb tipprovdi għal riċerka u għall-
avvanz u tixrid tal-għerf, kif tista’ minn żmien għal
żmien tistabbilixxi;
(b) li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-
Università  u f’xi kors ta’ studju li tipprovdi hi;
(ċ) li tipprovdi għal proċeduri xierqa biex jiġu identifikati
l-persuni li laħqu l-profiċjenza neċessarja fid-diversi
oqsma ta’ studju;
(d) li tagħti gradi, diplomi, ċertifikati jew distinzjonijiet
akkademiċi oħra;
(e) li twaqqaf fakultajiet, dipartimenti, u taqsimiet oħra
akkademiċi ta’ l-Università;
(f) li tistitwixxi karigi akkademiċi u xort’oħra kif meħtieġ
minn żmien għal żmien u taħtar persuni għal dawk il-
karigi;
(g) li twaqqaf u żżomm kif imiss libreriji, laboratorji u
faċilitajiet oħra meħtieġa għat-tagħlim, riċerka,
sperimentazzjoni, u tixrid ta’ l-għerf u x-xjenza kif
ukoll it-twaqqif ta’ skemi ta’ verifika akkademika u li
jiżguraw il-kwalità ;
(h) li twaqqaf entitajiet bl-istatut tagħhom u tissorvelja l-
amministrazzjoni ta’ dawk l-entitajiet kif ukoll ta’
dawk l-entitajiet l-oħra li jkunu diġà  stabbiliti jew li
jistgħu jinħolqu minn oħrajn fil-qasam ta’ l-
edukazzjoni għolja;
(i) li tamministra l-fondi li jiġu votati mill-Kamra tad-
Deputati biex jitwettqu l-programmi tagħha u dawk il-
fondi l-oħra li tista’ tirċievi jew tiġġenera minn għejun
oħra;
(j) li tagħti valur lill-gradi u distinzjonijiet akkademiċi
barranin;
(k) li tagħmel statuti, regolamenti u bye-laws skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; u
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    11
(l) li tagħmel dak kollu meħtieġ sabiex jitwettqu l-
għanijiet tagħha.
Finanzjament u 
kontroll tal-finanzi 
ta’ l-Università .
Sostitwit:
XVIII. 1997.3.
29. (1) Il-finanzi ta’ l-Università  għandhom joħorġu minn
ftehim li perjodikament isir bejn l-Università  u l-Gvern li jistipula,
fost ħwejjeġ oħra, l-għoti ta’ fondi lill-Università  mill-Gvern.
(2) L-ammont ta’ fondi li għandhom jiġu mdaħħla fil-ftehim
għandu jiġi stabbilit in relazzjoni mal-bżonnijiet ta’ l-Università
biex twettaq l-iskopijiet tagħha determinati fil-kontest tal-
bżonnijiet tal-pajjiż kif jifhimhom il-Gvern.
(3) Il-ftehim stipulat bejn il-Gvern u l-Università  u kull
estensjoni jew sostituzzjoni tiegħu, għandu jitqiegħed meta għadu
abbozz fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati, u għandu jiġi konkluż
biss wara li jiġi diskuss fil-Kamra tad-Deputati f’seduta allokata
għal hekk, fi żmien mhux iżjed minn tmienja u għoxrin jum minn
meta jkun imqiegħed.
(4) L-Università  għandha f’kull sena finanzjarja tara li jiġu
mħejjija u għandha taddotta estimi tad-dħul u infiq tagħha għas-
sena ta’ wara.
(5) L-Università  għandha tara li jinżammu kontijiet sew u
dokumentazzjoni oħra dwar l-operazzjonijiet u t-transazzjonijiet
tagħha, u għandha tara li jiġi ppreparat rendikont tal-kontijiet
tagħha dwar kull sena finanzjarja.
(6) Il-kontijiet ta’ l-Università  għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri maħtura mill-Kunsill minn żmien għal żmien.
(7) L-Università  għandha tara, mhux aktar tard minn tliet xhur
wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, li kopja tar-rendikont tal-
kontijiet verifikati tagħha flimkien ma’ rapport ta’ l-attivitajiet
tagħha matul dik is-sena, jintbagħat lill-Ministru flimkien ma’
kopja tar-rapport ta’ l-awditur jew awdituri dwar dak ir-rendikont u
l-Ministru għandu bla dewmien iqiegħed dawk ir-rendikonti u
rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati biex il-Kamra tieħu
nota tagħhom u tiddiskutihom f’mhux iżjed minn żewġ seduti
normali, allokati apposta, fi żmien tmien ġimgħat mit-tqegħid
tagħhom mill-Ministru.
Korpi ta’ tmexxija 
u uffiċjali ta’ l-
Università . 
Emendat: 
X. 1991.2;
XVIII. 1997.4.
30. (1) Il-korpi ta’ tmexxija ta’ l-Università  jkunu dawn li
ġejjin:
(a) il-Kunsill; 
(b) is-Senat;
(ċ) il-Bordijiet tal-Fakultajiet.
(2) L-Uffiċjali prinċipali ta’ l-Università  jkunu dawn li ġejjin: 
(a) il-Kanċillier;
(b) il-Pro-Kanċillier; 
(ċ) ir-Rettur;
(d) il-Pro-Retturi;
(e) is-Segretarju;
  12      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
(f) id-Dekani u l-Viċi Dekani tal-Fakultajiet.
(3) Il-Kanċillier jiġi maħtur għal żmien seba’ snin mill-
President ta’ Malta li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru
mogħti wara li jkun ikkonsulta l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
(4) Il-Kanċillier ikun l-ogħla uffiċjal ta’ l-Università  u jkun
responsabbli li jiżgura li l-Università  tikkonforma mal-liġi.
(5) Il-Kanċillier jippromulga l-istatuti, regolamenti u bye-laws
tal-korpi ta’ tmexxija ta’ l-Università  u jista’ jibgħat lura għal
darba waħda lill-korp ta’ tmexxija li jkun, dawn l-istatuti,
regolamenti jew bye-laws li fil-fehma tiegħu ma jkunux skond il-
liġi; il-Kanċillier, f’ċirkostanzi speċjali, ikollu wkoll is-setgħa li
jlaqqa’ l-Kunsill, is-Senat u l-Bordijiet tal-Fakultajiet.
(6) Il-Pro-Kanċillier jiġi maħtur mill-Kanċillier wara l-
approvazzjoni tal-Ministru għal żmien ta’ mhux iktar minn ħames
snin. 
(7) Kull meta l-kariga ta’ Kanċillier tkun temporanjament
vakanti, u sakemm jiġi maħtur Kanċillier ġdid, u kull meta d-
detentur tal-kariga jkun assenti minn Malta jew ikun bil-vakanzi
jew għal xi raġunijiet ma jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet mogħtija
lilu b’dan l-Att, dawk il-funzjonijiet għandhom jiġu moqdija mill-
Pro-Kanċillier li għandu jkompli jaqdi dawk il-funzjonijiet
għalkemm ikun għalaq iż-żmien tal-ħatra tiegħu.
(8) Il-Pro-Kanċillier għandu wkoll jaqdi l-funzjonijiet ta’
Kanċillier kull meta l-Kanċillier jitolbu bil-miktub biex jagħmel
dan.
(9) Il-Pro-Kanċillier ikun il-president ex officio tal-Kunsill. 
(10) (a) Ir-Rettur jiġi elett mill-Kunsill għal żmien ħames snin
u jkun l-uffiċjal akkademiku u amministrattiv
prinċipali ta’ l-Università .
(b) L-elezzjoni għall-ħatra ta’ Rettur għandha ssir tliet
xhur qabel egħluq it-terminu tal-kariga tar-Rettur, jew
jekk għal xi raġuni tinħoloq vakanza, l-elezzjoni
għandha ssir mhux aktar minn ħmistax-il ġurnata wara
li tinħoloq dik il-vakanza.
(ċ) L-elezzjoni għandha ssir f’laqgħa tal-Kunsill imsejjħa
għal dak l-iskop. Kull membru tal-Kunsill ikollu dritt
jinnomina kandidat għall-kariga ta’ Rettur. Jekk ikun
hemm aktar minn żewġ kandidati, il-membri tal-
Kunsill għandhom juru l-preferenza tagħhom permezz
ta’ vot wieħed trasferribli. Qabel ma ssir votazzjoni, il-
Kunsill għandu jiddetermina kif meħtieġ id-dettalji
proċedurali ta’ kif issir l-elezzjoni.
(11) Ir-Rettur ikun responsabbli għal-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-
Università , ikun il-president ex officio tas-Senat u tal-Bordijiet tal-
Fakultajiet, u r-rappreżentanza legali ta’ l-Università  tkun vestita
fih.
(12) Il-Pro-Retturi għandhom jiġu maħtura mir-Rettur għal
żmien sena u għandhom kif delegati mir-Rettur jaqdu l-funzjonijiet
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    13
tar-Rettur fl-istess ċirkostanzi li l-Pro-Kanċillier ikollu jaqdi l-
funzjonijiet ta’ Kanċillier taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(7) ta’ dan l-artikolu. Wieħed mill-Pro-Retturi magħżul minn żmien
għal żmien mir-Rettur, għandu wkoll jaqdi l-funzjonijiet tar-Rettur
fl-istess ċirkostanzi li l-Pro-Kanċillier ikollu jaqdi l-funzjonijiet ta’
Kanċillier taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (8).
(13) Is-Segretarju jkun it-tieni l-ogħla uffiċjal amministrattiv ta’
l-Università  u jiġi maħtur mill-Kunsill għal żmien ħames snin.
(14) Id-Dekan ta’ Fakultà  jiġi elett għal żmien erba’ snin mill-
persunal akkademiku ta’ dik il-fakultà  u minn fost il-kapijiet tad-
dipartimenti ta’ dik il-fakultà  u jkun il-president ex officio tal-Bord
tal-Fakultà  meta r-Rettur ma jkunx preżenti.
Kap. 385.
(15) L-Ombudsman ta’ l-Università  għandu jiġi maħtur għal
żmien ħames snin mill-Ombudsman maħtur taħt l-Att dwar l-
Ombudsman, hawn aktar ’il quddiem imsejjaħ "l-Ombudsman
Parlamentari". Hu għandu l-obbligu li jinvestiga u jirrapporta fuq
kull ilment minn studenti jew impjegati ta’ l-Università  dwar
affarijiet relatati ma’ l-Università  kif ukoll ilmenti minn persuni li
jkunu ġew miċħuda d-dħul fl-Università , u li jissuġġerixxi rimedju.
Persuni li jkollhom ilment, li jkunu eżawrew dan ir-rimedju, jistgħu
jġibu l-ilment tagħhom quddiem l-Ombudsman Parlamentari. L-
Ombudsman ta’ l-Università  għandu jirċievi dak is-salarju u
allowances, li jkunu piż fuq il-Fond Konsolidat, kif jista’ jiġi
determinat mill-Ministru.
(16) L-Ombudsman ta’ l-Università  jista’ jitneħħa mill-kariga
biss mill-Ombudsman Parlamentari wara parir mill-Kunsill ta’ l-
Università,  u dan minħabba inabilità  ppruvata li jwettaq il-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu jew imġieba ħażina ppruvata, liema
parir jingħata permezz ta’ indirizz mill-Kunsill għal dak il-għan li
jkollu l-appoġġ tal-voti ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri
tiegħu.
(17) Il-Viċi-Dekan ta’ Fakultà  jiġi maħtur mir-Rettur għal żmien
sena, wara li jkun ikkonsulta mad-Dekan tal-Fakultà  rispettiva.
(18) Il-Viċi-Dekan, barra minn dawk il-funzjonijiet li jistgħu
jiġu delegati lilu mid-Dekan, għandu jaqdi l-funzjonijiet ta’ Dekan
fl-istess ċirkostanzi li l-Pro-Kanċillier ikollu jaqdi l-funzjonijiet ta’
Kanċillier taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (8).
Leġislazzjoni 
sussidjarja. 
31. (1) L-Università  jkollha s-setgħa li tagħmel statuti,
regolamenti, u bye-laws sabiex tipprovdi għall-amministrazzjoni
tagħha u għall-amministrazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħha u ta’ l-
entitajiet maħluqa minnha.
(2) L-istatuti jagħmilhom il-Kunsill u jkunu jorbtu lill-
Università  kollha kif ukoll lill-entitajiet maħluqa minnha.
(3) Ir-regolamenti jagħmilhom is-Senat u għandhom jipprovdu
għall-ħwejjeġ ta’ natura akkademika u jorbtu lill-Università  kollha. 
(4) Il-bye-laws jagħmluhom il-Bordijiet tal-Fakultajiet u
għandhom jipprovdu għall-ħwejjeġ ta’ natura akkademika u jorbtu
lill-fakultà  rappreżentata mill-Bord tal-Fakultà  li għamlet dawk il-
bye laws.
  14      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
(5) Il-Kunsill ma jista’ jagħmel ebda statut li jipprovdi għal xi
ħaġa ta’ natura akkademika, u meta jkun għamel statut bħal dan ma
jistax jemendah jew iħassru, kemm-il darba l-Kunsill ma jitlobx il-
parir tas-Senat dwar dak l-istatut jew dwar dik l-emenda jew dak it-
tħassir, iżda jekk dak il-parir ma jingħatax fiż-żmien stabbilit mill-
Kunsill, li f’ebda każ ma għandu jkun inqas minn wieħed u għoxrin
ġurnata mid-data li ssir dik it-talba, il-Kunsill ikun jista’ jagħmel
dak l-istatut jew jemendah jew iħassru mingħajr dak il-parir.
(6) L-istatuti, ir-regolamenti u l-bye-laws li jsiru mill-korpi ta’
tmexxija kompetenti ta’ l-Università  skond id-disposizzjonijiet ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att ikunu bla effett kemm-il darba ma
jiġux promulgati mill-Kanċillier u ppubblikati fil-Gazzetta tal-
Gvern iżda meta dawk l-istatuti, regolamenti jew bye-laws jiġu
hekk promulgati u pubblikati huma jkollhom is-saħħa ta’ liġi;
b’dan li l-leġislazzjoni sussidjarja hawn imsemmija, kemm jista’
jkun malajr wara li ssir, għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra
tad-Deputati.
(7) Kull setgħa mogħtija b’dan l-Att għall-egħmil ta’ statuti,
regolamenti jew bye-laws mill-korp ta’ tmexxija kompetenti ta’ l-
Università  għandha tiftiehem li tinkludi setgħa, eżerċitabbli bl-
istess mod u suġġetta għall-istess kunsens u kundizzjonijiet, jekk
ikun hemm, għar-rexissjoni, revoka, emenda, jew bdil ta’ l-istatuti,
regolamenti jew bye-laws, u dik is-setgħa tkun eżerċitabbli
mingħajr ħsara għall-egħmil ta’ statuti, regolamenti jew bye-laws
ġodda.
Kostituzzjoni tal-
Kunsill ta’ l-
Università . 
Emendat: 
II. 1995.2;
XVIII. 1997.5.
32. Il-Kunsill ta’ l-Università  jkun magħmul mill-membri li
ġejjin:
(a) il-Pro-Kanċillier li jkun ex officio president;
(b) ir-Rettur li jkun ex officio viċi-president;
(ċ) erba’ membri li jirrappreżentaw lis-Senat;
(d) żewġ membri eletti mill-persunal akkademiku minn
fost dawk minnhom li ma jkunux membri tas-Senat; 
(e) żewġ membri eletti mill-persunal mhux akkademiku u
minn fostu; 
(f) żewġ membri eletti mill-istudenti ta’ l-Università  u
minn fosthom;
(g) membru maħtur mill-Ministru u membru maħtur mill-
President tal-Fondazzjoni ta’ Studji Teoloġiċi;
(h) għadd ta’ membri maħtura mill-Prim Ministru, minn
fost rappreżentanti minn ta’ quddiem fl-oqsma ta’ l-
ekonomija industrijali jew soċjali, biex
jirrappreżentaw l-interess ġenerali tal-pajjiż, liema
għadd qatt ma għandu jkun iżjed mill-għadd tal-
membri kollha msemmija fil-paragrafi (ċ), (d), (e), (f)
u (g).
Funzjonijiet tal-
Kunsill. 
33. Il-Kunsill ikun l-ogħla korp ta’ tmexxija ta’ l-Università  u
jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li jamministra u jikkontrolla l-proprjetà , mobbli u
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    15
immobbli, ta’ l-Università ;
(b) li jwaqqaf u jneħħi karigi ta’ natura akkademika jew
xort’oħra;
(ċ) li jwaqqaf, jamministra u jneħħi istituti u entitajiet
oħra;
(d) li jagħmel statuti skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att;
(e) li jagħti ħatriet għal karigi, ta’ natura akkademika jew
xort’oħra, skond proċeduri stabbiliti mill-istatuti;
(f) li jħallas il-pagi jew salarji tal-membri kollha tal-
persunal akkademiku u mhux akkademiku skond skali
li jistabbilixxi bl-approvazzjoni tal-Ministru; 
(g) li jistabbilixxi fakultajiet, dipartimenti u istituti għall-
ippjanar kif imiss tax-xogħol akkademiku u tal-
kollaborazzjoni interdixxiplinari, wara li jieħu in
konsiderazzjoni d-direzzjonijiet mogħtija mill-
Ministru skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(h) li jaħtar kapijiet ta’ dipartimenti għal żminijiet li ma
jkunux ta’ iżjed minn erba’ snin wara li jikkunsidra r-
rakkomandazzjonijiet tad-dipartimenti konċernati;
(i) li jaħtar eżaminaturi Maltin jew barranin skond statuti
u proċeduri stabbiliti minn qabel u jieħu ħsieb li
jitħallsu;
(j) li jagħmel dak kollu li ma hux vestit f’korp ta’
tmexxija ieħor ta’ l-Università .
Kostituzzjoni tas-
Senat.
Emendat:
XVIII. 1997.6.
34. Is-Senat ta’ l-Università  jkun magħmul mill-membri li
ġejjin:
(a) ir-Rettur li jkun ex officio president;
(b) il-Pro-Retturi, li minnhom wieħed kif jista’ jiġi minn
żmien għal żmien determinat mir-Rettur, ikun il-Viċi-
president;
(ċ) id-Dekani tal-Fakultajiet kollha;
(d)rappreżentant ta’ kull fakultà  elett mill-persunal
akkademiku ta’ dik il-fakultà  u minn fostu;
(e) erba’ membri eletti mill-istudenti ta’ l-Università  u
minn fosthom;
(f) żewġ rappreżentanti tal-Ministru maħtura minnu minn
fost il-lawrjati ta’ l-Università ;
(g) żewġ membri maħtura mid-diretturi ta’ l-istituti u ta’ l-
entitajiet l-oħra mwaqqfa mill-Università ;
(h) il-Librar.
Funzjonijiet tas-
Senat. 
35. Is-Senat ikollu d-direzzjoni ġenerali tal-ħwejjeġ
akkademiċi ta’ l-Università  u jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li jirregola b’regolamenti l-istudji, riċerka, id-
dokumentazzjoni u l-eżamijiet fl-Università ;
  16      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
(b) li jagħmel regolamenti skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att;
(ċ) li jiddeċiedi lil min għandhom jingħataw gradi,
diplomi u distinzjonijiet akkademiċi oħra;
(d) li jistabbilixxi b’regolamenti l-kundizzjonijiet għad-
dħul fl-Università ;
(e) li jagħti għarfien lil gradi, diplomi, ċertifikati u
distinzjonijiet ta’ universitajiet jew istituti ta’
edukazzjoni għolja barranin;
(f) li jagħti parir lill-Kunsill dwar kull ħaġa ta’ natura
akkademika wkoll meta ma tkunx ta’ natura għal
kollox akkademika;
(g) li jagħti parir lill-Gvern dwar kull ħaġa fl-oqsma tat-
tagħlim, xjenza u teknoloġija riferita lilha mill-Gvern; 
(h) li jitratta minn kull ħaġa oħra ta’ natura akkademika li
tinqala’ fl-amministrazzjoni ta’ l-Università .
Kostituzzjoni tal-
Bordijiet tal-
Fakultajiet. 
Emendat: 
II.1995.3.
36. Il-Bord ta’ kull Fakultà  jkun magħmul mill-membri li
ġejjin: 
(a) ir-Rettur li jkun ex officio president;
(b) id-Dekan tal-Fakultà  li jkun ex officio viċi president; 
(ċ) il-kapijiet tad-dipartimenti kollha tal-Fakultà ;
(d) rappreżentant ta’ kull dipartiment tal-Fakultà  li jiġi
elett mill-persunal akkademiku tad-dipartiment u minn
fosthom;
(e) żewġ membri eletti mill-istudenti tal-Fakultà  u minn
fosthom;
(f) żewġ membri maħtura mill-Ministru biex
jirrappreżentaw l-interessi ta’ barra l-Fakultà  u li, fil-
fehma tal-Ministru, jistgħu jagħtu sehem effettiv lill-
amministrazzjoni tajba tal-Fakultà,  b’dan iżda illi fil-
każ tal-Fakultà  tat-Teoloġija ż-żewġ membri
għandhom jinħatru mill-Fondazzjoni ta’ Studji
Teoloġiċi biex jirrappreżentaw l-interessi ta’ l-istess
Fondazzjoni.
Funzjonijiet tal-
Bordijiet tal-
Fakultajiet. 
37. (1) Il-Bord tal-Fakultà  jkollu l-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li jmexxi b’mod unitarju u b’konsultazzjoni x-xogħol
akkademiku tal-Fakultà ;
(b) li jistabbilixxi l-istudji, it-tagħlim u r-riċerka fil-
Fakultà  u li jipprovdi għall-amministrazzjoni,
pubblikazzjoni u tixrid tax-xogħol akkademiku tal-
Fakultà  u li jqassam ix-xogħol f’dawn l-attivita jiet;
(ċ) li jagħmel bye-laws li jolqtu lill-Fakultà  skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(d) li jħejji pjanijiet għall-iżvilupp tal-Fakultà  u
jippreżentahom għall-approvazzjoni tas-Senat u tal-
Kunsill.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    17
(2) Il-bye-laws li jagħmel il-Bord tal-Fakultà  għandhom
jintbagħtu lis-Senat għall-approvazzjoni tiegħu u ma għandhomx
jinġiebu quddiem il-Kanċillier biex jiġu promulgati kemm-il darba
ma jkunux ġew hekk approvati mis-Senat.
Setgħat tar-Rettur.
tmexxija ta’ l-Università  bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikollu
s-setgħat kollha meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ l-
Università  u jkollu s-setgħa li jiddeċiedi fuq kull ħaġa urġenti ta’
natura akkademika jew xort’oħra, iżda kull deċiżjoni bħal dik
imsemmija li tolqot xi setgħa jew funzjoni vestita b’dan l-Att
f’korp ta’ tmexxija ta’ l-Università  għandha tiġi reġistrata mis-
Segretarju u tinġieb quddiem dak il-korp ta’ tmexxija fl-ewwel
laqgħa tiegħu wara dik id-deċiżjoni.
(2) Ir-Rettur, bħala l-uffiċjal vestit bit-tmexxija immedjata ta’
l-Università , jeżerċita l-awtorità  fuq l-għalliema, l-eżaminaturi, l-
istudenti, il-kandidati għall-eżamijiet, u fuq l-impjegati kollha ta’ l-
Università , u jżomm id-dixxiplina u jieħu ħsieb li jiġu mħarsa għal
kollox id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u l-istatuti, ir-regolamenti u
l-bye-laws.
(3) Ir-Rettur jagħti l-gradi, diplomi, ċertifikati u distinzjonijiet
oħra ta’ l-Università .
(4) Ir-Rettur ikollu s-setgħa li jlaqqa’ l-Kunsill, is-Senat u l-
Bordijiet tal-Fakultajiet.
(5) Ir-Rettur għandu jiżgura li dawk l-elezzjonijiet meħtieġa
bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att fil-fatt isiru mingħajr dewmien
bla bżonn u jkun responsabbli li jipprovdi għall-proċeduri ta’ dawk
l-elezzjonijiet.
(6) Ir-Rettur ikun responsabbli għall-ippjanar u l-koordinament
tax-xogħol tal-korpi w istituzzjonijiet differenti ta’ l-edukazzjoni
għolja u għat-twettiq tad-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti
ta’ l-Università .
Disposizzjonijiet 
komuni għall-korpi 
ta’ tmexxija ta’ l-
Università .
Emendat:
XVIII. 1997.7.
39. (1) Kull persuna li għandha kariga f’korp ta’ tmexxija ta’
l-Università  għandha żżomm dik il-kariga għal żmien sentejn
kemm-il darba ma hux espressament provdut xort’oħra x’imkien
ieħor f’dan l-Att:
Iżda kull persuna li jkollha kariga f’korp ta’ tmexxija ta’ l-
Università  għandha tkompli żżomm dik il-kariga, minkejja li jkun
temm iż-żmien tagħha, sakemm issir l-elezzjoni jew il-ħatra ta’
persuna oħra biex tieħu post dik il-persuna.
(2) Il-quorum għal-laqgħat ta’ kull korp ta’ tmexxija ta’ l-
Università  jkun wieħed aktar minn terz tal-membri ta’ dak il-korp;
iżda l-quorum tal-Kunsill ikun tmienja.
(3) Kull korp ta’ tmexxija ta’ l-Università  jista’ jaġixxi
nonostanti kull vakanza fost il-membri tiegħu u l-quorum jinħadem
daqs li kieku ma kien hemm ebda vakanza bħal dik.
(4) Kull kwistjoni mressqa għal deċiżjoni f’xi laqgħa ta’ xi
korp ta’ tmexxija ta’ l-Università  għandha tiġi deċiża
b’maġġoranza tal-voti tal-membri preżenti u li jivvotaw, u jekk fuq
  18      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
xi kwistjoni bħal dik il-voti jkunu maqsuma ndaqs il-membru li
jkun jippresjedi għandu jkollu u għandu jeżerċita vot deċisiv.
Fakultà  tat-
Teoloġija. 
Miżjud:
II.1995.4.
39A. Għandu jkun hemm fl-Università , Fakultà  tat-Teoloġija li
tkun regolata b’ dak il-Ftehim iffirmat fis-26 ta’ Settembru 1988 u
kull Ftehim li jista’ minn żmien għal ieħor ikun fis-seħħ bejn il-
Gvern ta’ Malta u s-Santa Sede fuq il-materja, u d-disposizzjonijiet
ta’ din it-Taqsima fejn mhux kompatibbli ma’ xi Ftehim bħal dak
ma għandhomx japplikaw u għandhom japplikaw minflok id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim. Kopja tal-Ftehim hi riprodotta
bit-Taljan u bil-Malti fl-Iskeda III li tinstab ma’ dan l-Att u kopja
ta’ kull Ftehim li jista’ f’kull żmien ikun fis-seħħ kif imsemmi
f’dan l-artikolu għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta. Il-Ftehim u kull
Ftehim li jkun fis-seħħ ikollu l-istess saħħa bħal leġislazzjoni
sussidjarja magħmula taħt l-artikolu 31 u għandha bl-istess mod
titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
TAQSIMA VI 
DISPOSIZZJONIJIET OĦRA
Reġistratur ta’ l-
Eżamijiet.
Emendat:
XVIII. 1997.8.
40. Il-Ministru għandu jaħtar Reġistratur ta’ l-Eżamijiet li jkun
responsabbli:
(a) għat-tmexxija ta’ l-eżamijiet fl-iskejjel kollha u fl-
istituzzjonijiet kollha ta’ tagħlim ta’ l-Istat minn barra
fl-Università ;
(b) għat-tmexxija ta’ l-eżamijiet għad-dħul fis-servizz ta’
l-Istat, ta’ korporazzjonijiet pubbliċi u ta’ soċjetajiet
kummerċjali li fihom l-Istat għandu kontroll effettiv.
Għall-finijiet tal-paragrafu (b), l-Istat jitqies li għandu
kontroll effettiv ta’ soċjetà  kummerċjali meta f’dik is-soċjetà  iżjed
minn ħamsin fil-mija tal-kapital jew tal-voti jkunu direttament jew
indirettament jappartjenu lil, jew, kontrollati mill-Istat.
Gratuwità  tat- 
tagħlim u sussidju 
f’ċerti każi.
41. (1) Fi skejjel ta’ l-Istat u fl-Università , it-tagħlim kollu
għandu jingħata liċ-ċittadini Maltin mingħajr ħlas. Sabiex jiġi
żgurat l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt tal-ġenituri għall-għażla ta’ skola,
l-Istat għandu, bi ftehim dwar sussidju ta’ skejjel li ma humiex
skejjel ta’ l-Istat u li ma jkunux twaqqfu bl-iskop li jagħmlu profitt,
jipprovdi gradwalment skond il-fondi pubbliċi disponibbli għall-
istess gratuwità  ta’ tagħlim f’dawk l-iskejjel kif provdut lill-
istudenti fi skejjel ta’ l-Istat.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jippreskrivi l-ħlasijiet li
għandhom isiru għall-eżamijiet u għal korsijiet speċjali barra l-
ħinijiet normali u l-ħlasijiet li għandhom jitħallsu minn studenti li
ma humiex ċittadini Maltin; iżda l-Ministru jista’ jeżenta lil kull
persuna milli jagħmel dak il-ħlas.
(3) Il-Ministru jista’ jistabbilixxi r-rati ta’ stipendji li
għandhom jitħallsu lill-istudenti li jkomplu l-edukazzjoni tagħhom
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    19
wara li jtemmu l-edukazzjoni sekondarja u jista’ jimponi
kundizzjonijiet għall-ħlas ta’ dawk l-istipendji.
(4) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jordna li ma jintalbux
ħlasijiet għat-tagħlim ta’ ċittadini Maltin fi skejjel li ma humiex
skejjel ta’ l-Istat u li ma jkunux twaqqfu bl-iskop li jagħmlu profitt
iżda, f’dan il-każ, il-Ministru għandu qabel xejn jiżgura li l-iskejjel
li għalihom tapplika l-ordni jkunu f’qagħda li jissoktaw jagħtu s-
servizz tagħhom u, meta minn stħarriġ flimkien ma’ l-iskejjel
milquta jirriżulta li jkun hekk meħtieġ, għandu jissupplimenta l-
mezzi finanzjarji ta’ dawn l-iskejjel minn fondi pubbliċi.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), il-
Ministru jista’ b’regolamenti jistabbilixxi l-ogħla ħlasijiet li jistgħu
jintalbu għat-tagħlim ta’ ċittadini Maltin fi skejjel li ma jkunux
skejjel ta’ l-Istat u l-ogħla ħlasijiet hekk stabbiliti jistgħu jkunu
differenti għal skejjel differenti jew għal livelli jew oqsma
differenti ta’ skejjel li ma jkunux skejjel ta’ l-Istat; iżda meta
jagħmel regolamenti bħal dawn il-Ministru għandu jiżgura, fuq il-
bażi ta’ eżami oġġettiv ta’ l-iskejjel li għalihom japplikaw ir-
regolamenti, li dawn ikunu f’qagħda li jissoktaw jagħtu s-servizzi
tagħhom u għal dan l-iskop il-Ministru, jekk ikun hekk meħtieġ,
għandu jissupplimenta l-mezzi finanzjarji ta’ dawk l-iskejjel minn
fondi pubbliċi.
Tribunal 
Skolastiku.
Emendat:
VI. 2001.19.
42. (1) Għandu jkun hemm Tribunal, li jkun magħruf bħala t-
Tribunal Skolastiku, sabiex jisma’ u jiddeċiedi appelli li jsiru
quddiemu skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8(9) u ta’ l-
artikolu 13(4).
(2) It-Tribunal Skolastiku jkun magħmul mill-membri li ġejjin:
(a) president, li jkun imħallef irtirat jew maġistrat irtirat
jew persuna li tkun eżerċitat bħala avukat f’Malta għal
perjodu jew perjodi, li b’kollox jammontaw, għal
mhux inqas minn seba’ snin maħtur mill-President ta’
Malta li jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru;
(b) membru li jirrappreżenta l-Università  u l-iskejjel
kollha ta’ l-Istat u li jiġi elett mir-Rettur ta’ l-
Università  flimkien mal-kapijiet ta’ dawk l-iskejjel ta’
l-Istat u minn fosthom;
(ċ) membru li jirrappreżenta l-iskejjel kollha liċenzjati
taħt dan l-Att u li jiġi elett mill-kapijiet kollha ta’
dawn l-iskejjel u minn fosthom;
(d) membru maħtur mit-trade union li tirrappreżenta lill-
maġġoranza ta’ l-għalliema.
(3) Il-president u l-membri l-oħra tat-Tribunal Skolastiku jiġu
maħtura jew eletti, skond il-każ, għal żmien ħames snin.
(4) Sabiex jiddeċiedi appelli taħt l-artikolu 8(9), it-Tribunal
Skolastiku jkun magħmul mill-president u l-membri msemmija fis-
subartikolu (2) (b) u (ċ).
(5) Sabiex jiddeċiedi appelli taħt l-artikolu 13(4), it-Tribunal
Skolastiku jkun magħmul mill-president u l-membri msemmija fis-
subartikolu (2)(b) u (d).
  20      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
(6) Il-proċedimenti quddiem it-Tribunal Skolastiku għandhom
ikunu skond il-prinċipji tal-ġustizzja naturali iżda salv dak li ntqal
għandhom ikunu kif it-Tribunal Skolastiku jqis xieraq.
(7) Kull membru tat-Tribunal Skolastiku jista’ jiġi rikużat jew
għandu jastjeni fl-istess ċirkostanzi bħal imħallef tal-qrati superjuri
u f’kull każ bħal dan - 
(a) jekk il-membru rikużat jew li jastjeni jkun il-president
tat-Tribunal Skolastiku, il-President ta’ Malta li
jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru għandu jaħtar
imħallef jew maġistrat ieħor biex ikun president tat-
Tribunal Skolastiku flok dak il-membru għall-każ jew
każijiet partikolari li għar-rigward tagħhom il-membru
ikun ġie rikużat jew ikun astjena;
(b) jekk il-membru rikużat jew li jastjeni ma jkunx il-
president tat-Tribunal Skolastiku - 
(i) il-partijiet fl-appell jistgħu jaqblu dwar persuna
biex tidħol flok dak il-membru fuq it-Tribunal
Skolastiku u f’dan il-każ il-persuna li dwarha
jkun sar qbil għandha tidħol bħala membru tat-
Tribunal Skolastiku minflok dak il-membru
rikużat jew li astjena għall-każ jew każijiet
partikolari li għar-rigward tagħhom il-membru
jkun ġie rikużat jew ikun astjena; jew
(ii) fin-nuqqas ta’ qbil kif provdut fis-sub-paragrafu
(i) ta’ dan il-paragrafu, il-President ta’ Malta li
jaġixxi skond il-parir tal-Prim Ministru għandu
jaħtar persuna oħra biex tkun membru tat-
Tribunal Skolastiku flok dak il-membru li jkun
ġie rikużat jew ikun astjena u għall-każ jew
każijiet partikolari li għar-rigward tagħhom il-
membru jkun ġie rikużat jew ikun astjena.
(8) Kull meta tkun meħtieġa li ssir elezzjoni tal-membri tat-
Tribunal Skolastiku, jew ta’ wieħed jew aktar minn dawk il-
membri, il-Prim Ministru għandu jaħtar persuna bħala uffiċjal
elettorali li jkollu l-funzjoni li jżomm, imexxi u jissorvelja dik l-
elezzjoni li, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti magħmula taħtu, għandha ssir f’dak il-ħin jew f’dawk
il-ħinijiet u għandha titmexxa b’dak il-mod li dik il-persuna
jidhrilha xieraq:
Iżda l-Prim Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex isiru
dawk l-elezzjonijiet u dwar it-tmexxija u s-sorveljanza tagħhom.
Impieg ta’ minuri. 43. (1) Ebda persuna, mingħajr il-permess bil-miktub tal-
Ministru, ma tista’ timpjega minuri ta’ l-età  obbligatorja għall-
iskola jew li xort’oħra jkun obbligat jattendi l-iskola.
(2) Il-Ministru jista’ jagħti l-permess tiegħu taħt is-subartikolu
(1) meta, wara li jkun għamel l-investigazzjonijiet neċessarji, jkun
tal-fehma li hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex il-ġenituri tal-
minuri jiġu eżentati mid-dmir tagħhom li jiżguraw li l-minuri
jattendi regolarment l-iskola u meta l-Ministru jkun tal-fehma
wkoll li l-impieg tal-minuri ma jkunx ta’ ħsara għas-saħħa u l-
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    21
iżvilupp normali tal-minuri.
(3) Il-Ministru jista’ japprova kuntratti ta’ l-apprendistat u
skemi ta’ taħriġ li, meta jiġu hekk approvati, ma jitqiesux impieg
għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu.
Reati u pieni.
(a) jonqos milli jirreġistra lil dak il-minuri fi skola Statali
jew liċenzjata taħt dan l-Att għall-ewwel sena
skolastika li tibda meta dak il-minuri jkun ta’ l-età
obbligatorja għall-iskola jew jonqos milli jieħu ħsieb li
dak il-minuri jkun hekk reġistrat f’kull żmien għal kull
sena skolastika matul il-perijodu kollu li l-minuri jkun
ta’ l-età  obbligatorja għall-iskola jew jonqos milli
jieħu ħsieb li dak il-minuri jkompli jkun hekk reġistrat
sa tmiem is-sena skolastika li matulha l-minuri ma
jibqax ta’ l-età  obbligatorja għall-iskola jew sa tmiem
dak il-perijodu itwal li jista’ jiġi preskritt mill-
Ministru b’regolamenti; jew
(b) jonqos milli jieħu ħsieb, mingħajr raġuni tajba u
suffiċjenti, li dak il-minuri jattendi regolarment l-
iskola għal kull jum skolastiku matul dak iż-żmien li l-
minuri jkun ta’ l-età  obbligatorja għall-iskola u sa
tmiem is-sena skolastika li matulha l-minuri ma jibqax
ta’ l-età  obbligatorja għall-iskola u sa tmiem dak il-
perijodu itwal li jista’ jiġi preskritt mill-Ministru
b’regolamenti;
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, il-pieni tal-
kontravvenzjonijiet flimkien ma’ ammenda ta’ mhux iżjed minn
lira għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat fil-każ ta’ reat
kontinwu:
Iżda ebda proċedimenti kriminali għal reat taħt il-paragrafu
(b) ma għandhom jittieħdu ħlief jekk il-ġenitur, fi żmien tlett ijiem
mid-data li jirċievi avviż mingħand id-Direttur ta’ l-Edukazzjoni li
fih jitolbu jispjega r-raġuni għala il-minuri m’attendiex l-iskola,
jonqos milli jagħti spjegazzjoni tajba u suffiċjenti.
(2) Kull persuna li tiftaħ jew iżżomm skola mingħajr liċenza
tal-Ministru tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, il-pieni
tal-kontravvenzjonijiet flimkien ma’ ammenda ta’ mhux iżjed minn
ħamsin lira għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat fil-każ ta’
reat kontinwu.
(3) Kull persuna li, bi ħlas, teżerċita l-professjoni ta’ għalliem
fi skola mingħajr warrant mill-Ministru tkun ħatja ta’ reat u teħel,
meta tinsab ħatja, il-pieni tal-kontravvenzjonijiet flimkien ma’
ammenda ta’ mhux iżjed minn għaxar liri għal kull ġurnata li
matulha jkompli r-reat fil-każ ta’ reat kontinwu.
(4) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) ta’ l-artikolu 43 tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, il-
pieni tal-kontravvenzjonijiet flimkien ma’ ammenda ta’ għaxar liri
għal kull ġurnata li matulha jkompli l-impieg tal-minuri.
(5) Kull persuna li għandha liċenza biex tiftaħ u żżomm skola u
  22      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
li tonqos milli tiżgura li dik l-iskola tkun f’kull żmien konformi
mal-kundizzjonijiet minimi nazzjonali kollha u li jkunu jgħoddu
għal dik l-iskola minn żmien għal żmien, tkun ħatja ta’ reat u teħel,
meta tinsab ħatja, il-pieni tal-kontravvenzjonijiet flimkien ma’
ammenda ta’ mhux iżjed minn għaxar liri għal kull ġurnata li
matulha jkompli r-reat fil-każ ta’ reat kontinwu.
(6) Fil-każ tat-tieni kundanna jew oħrajn warajha għal reat bi
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu magħmul minn persuna
li għandha liċenza taħt dan l-Att, il-qorti tista’ fid-diskrezzjoni
tagħha iżda fuq talba tal-Ministru, tħassar dik il-liċenza jew tordna
li l-liċenza tiġi sospiża għal dak iż-żmien li jidhrilha xieraq:
Iżda, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, is-
sospensjoni jew tħassir ta’ warrant mogħti taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att tista’ ssir biss b’ordni tal-Ministru skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Penalitajiet fil-każ 
tat-tieni kundanna 
jew oħrajn ta’ 
wara.
45. (1) Fil-każ tat-tieni kundanna jew oħrajn warajha għal reat
magħmul minn xi ġenitur bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
44(1), is-Sekond’ Awla tal-Qorti Ċivili tista’, fuq rikors tad-
Direttur ta’ l-Edukazzjoni, tneħħi lil dak il-ġenitur l-awtorità
tiegħu, sew "de jure" jew "de facto" fuq il-minuri u tista’ taħtar
tutur għal dak il-minuri.
(2) Fil-każ tat-tieni kundanna jew oħrajn warajha għal reat
magħmul minn xi persuna oħra bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 44(2), il-qorti tista’ tagħti s-setgħa lill-Ministru, fuq talba
tiegħu, li jieħu pussess tal-bini miftuħ jew miżmum bħala skola
mingħajr liċenza u dan għal dak iż-żmien li l-qorti jidhrilha
meħtieġ sabiex iżżomm lil dik il-persuna milli tagħmel reat ieħor bi
ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu.
Kunsill għall-
Edukazzjoni.
46. Imħassar bl-Att XVIII.1997.9.
Setgħa biex isiru 
regolamenti.
47. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jagħtu effett lil
kull waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att u b’mod
partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel,
għal kull wieħed mill-għanijiet li ġejjin:
(a) biex jipprovdi għall-ħatra, kundizzjonijiet ta’ l-impieg,
dmirijiet u setgħat ta’ għalliema kif ukoll ta’ Uffiċjali
dwar l-Attendenza fl-Iskejjel, Uffiċjali Mediċi ta’ l-
Iskola, Uffiċjali Dentali ta’ l-Iskola, inklużi
disposizzjonijiet biex jagħtu setgħa lil kull wieħed
mill-imsemmija uffiċjali biex iżuru lit-tfal fi djarhom
u biex jeżaminawhom jew jagħmlu stħarriġ ieħor;
(b) biex jesiġi mill-ġenituri li jagħtu lill-Ministru, lid-
Direttur ta’ l-Edukazzjoni jew lil kull wieħed mill-
Uffiċjali msemmija, dak it-tagħrif dwar it-tfal tagħhom
li jidhirlu xieraq għall-qadi kif imiss tal-funzjonijiet u
dmirijiet magħdud dak it-tagħrif li jista’ jiġi speċifikat
fir-regolamenti;
(ċ) biex jistabbilixxi curriculum nazzjonali ta’ studji
mingħajr ħsara għan-natura reliġjuża speċifika ta’ xi
skola;
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    23
(d) biex jistabbilixxi l-kwalifiki tal-għalliema, il-
curricula, it-terms, il-ġranet u l-ħinijiet ta’ l-iskola u
kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam ma’ jew li hi
inċidentali għat-tħaddim u l-amministrazzjoni ta’
skejjel ta’ l-Istat u għad-dixxiplina li għandha tinżamm
ġo fihom;
(e) biex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi nazzjonali u
kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam ma’ jew li hi
inċidentali għat-tħaddim u l-amministrazzjoni ta’ l-
iskejjel kollha u għad-dixxiplina li għandha tinżamm
fihom;
(f) biex jeħtieġ rapporti u reżokonti perijodiċi u rapporti u
reżokonti oħra li għandhom jintbagħtu lill-Ministru
jew lid-Direttur ta’ l-Edukazzjoni mill-kapijiet ta’
skejjel u minn dawk l-uffiċjali u persuni l-oħra li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni kif il-Ministru
jidhirlu xieraq, u b’dak il-mod u f’dik il-forma u fuq
dawk is-suġġetti li hu jista’ jispeċifika fir-regolamenti
jew f’kull ħtieġa taħthom;
(g) biex jesiġi mill-kapijiet ta’ skejjel u minn dawk l-
uffiċjali jew persuni l-oħra li għandhom x’jaqsmu ma’
l-edukazzjoni kif il-Ministru jidhirlu xieraq li jagħtu
lill-Ministru jew lid-Direttur ta’ l-Edukazzjoni dak it-
tagħrif li huma jkunu jeħtieġu jew li jiġi preskritt;
(h) biex jippreskrivi kull ħaġa li għandha jew li tista’ tiġi
preskritta taħt dan l-Att u biex jipprovdi dwar kull
ħaġa oħra kif jidhirlu xieraq;
(i) biex jipprovdi għal kull ħaġa inċidentali jew
supplimentari inkluża s-setgħa ta’ dħul u spezzjoni ta’
kull fond jew post, li jidhirlu spedjenti sabiex tiġi
nfurzata jew tagħti aktar effett lil kull disposizzjoni ta’
dan l-Att u kull regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu;
(j) biex jistabbilixxi l-pieni għal kull kontravvenzjoni jew
ksur ta’ kull disposizzjoni ta’ kull regolament
magħmul taħt dan l-Att, jew għal nuqqas ta’ tħaris ta’
xi disposizzjoni bħal dik jew ta’ xi ħtieġa magħmula
taħtha:
Iżda dawk il-pieni ma għandhomx ikunu iżjed
minn mitejn lira dwar kull reat u minn għaxar liri
addizzjonali għal kull ġurnata li matulha jkompli r-reat
fil-każ ta’ reat kontinwu;
u regolamenti magħmula taħt dan l-artikolu jistgħu jiddisponu
b’mod differenti għal skopijiet jew ċirkostanzi differenti għal
klassijiet jew xorta differenti ta’ skejjel jew għal klassijiet
differenti ta’ tfal.
Disposizzjoni 
tranżitorja.
48. (1) L-Università  għandha tissuċċedi għall-proprjetà ,
drittijiet u obbligi ta’ l-Università  li kienet teżisti minnufih qabel
il-bidu fis-seħħ ta’ l-artikolu 28 kif ukoll għall-proprjetà , drittijiet u
obbligi ta’ l-istituzzjonijiet li kienu magħrufa bl-isem ta’ l-
  24      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
Università  l-Qadima, l-Università  l-Ġdida u l-Università  Rjali ta’
Malta.
(2) Dawk il-persuni kollha li qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att
kienu impjegati ma’ l-istituzzjoni magħrufa bl-isem ta’ l-Università
ta’ Malta għandhom, mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, jitqiesu li
kienu minn dejjem impjegati u għandhom jibqgħu hekk impjegati
ma’ l-Università :
Kap. 93.
Kap. 58. 
Iżda għar-rigward ta’ dawk il-persuni li, fid-data li fiha jiġi
fis-seħħ dan l-artikolu, is-servizz tagħhom, għall-finijiet ta’ l-
Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u ta’ l-Att dwar il-Pensjonijiet lil
Nisa Romol u Tfal Iltiema, kien meqjus li hu servizz mal-Gvern, is-
servizz ta’ dawk il-persuni ma’ l-Università  ikompli, għall-finijiet
ta’ l-imsemmija Ordinanza u ta’ l-imsemmi Att, jitqies li jkun
servizz mal-Gvern skond it-tifsiriet tagħhom rispettivament.
(3) L-istatuti, ir-regolamenti u l-bye-laws imdaħħla fl-Iskeda II
ta’ dan l-Att jibdew iseħħu u jkollhom is-saħħa ta’ liġi mal-bidu
fis-seħħ ta’ l-artikolu 28 u jibqgħu hekk iseħħu sakemm ma jiġux
emendati jew imħassra mill-korpi ta’ tmexxija kompetenti ta’ l-
Università  skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Kap. 247.
(4) Il-persuna li kellha l-kariga ta’ Rettur ta’ l-istituzzjoni li
kienet magħrufa bħala l-Università  l-Qadima qabel ħareġ b’liġi l-
Att XII ta’ l-1980 li emenda l-Att dwar l-Edukazzjoni*, ikun ir-
Rettur ta’ l-Università  mal-bidu fis-seħħ ta’ l-artikolu 28.
(5) Il-ħatriet kollha tal-kapijiet tad-dipartimenti u l-ħatriet u l-
elezzjonijiet kollha tal-Kunsill, tas-Senat u tal-Bordijiet tal-
Fakultajiet ta’ l-Università  għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr
wara d-data tal-bidu fis-seħħ tad-disposizzjonijiet rilevanti ta’ dan
l-Att u f’ebda każ iktar tard minn tliet xhur wara dik id-data; iżda,
minkejja kull ħaġa li tinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 28 sa
39 (it-tnejn inklużi) ta’ dan l-Att u bla ħsara għad-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (6), sakemm hekk isiru l-imsemmija ħatriet tal-
kapijiet tad-dipartimenti u sakemm l-imsemmija Kunsill, Senat u
Bordijiet jerġgħu jiġu hekk imwaqqfa jew, fil-każ li wieħed jew l-
ieħor, sakemm igħaddi l-imsemmi żmien ta’ tliet xhur, skond liema
tkun l-ewwel data fil-każ il-wieħed jew l-ieħor, il-kapijiet tad-
dipartimenti, il-Kunsill, Senat u Bordijiet tal-Fakultajiet ta’ l-
Università  li kienet teżisti minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ l-
artikolu 28, ikunu l-kapijiet tad-dipartimenti, il-Kunsill, Senat u
Bordijiet tal-Fakultajiet ta’ l-Università  għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), ir-Rettur
imsemmi fis-subartikolu (4) ikun membru u viċi-president ex
officio tal-Kunsill u membru u president ex officio tas-Senat u tal-
Bordijiet tal-Fakultajiet mal-bidu fis-seħħ ta’ l-artikolu 28.
*Revokat b’dan l-Att.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    25
SKEDA I 
(Artikolu 22)
Isem ta’ l-Iskola Lokalità
Agius de Soldanis Victoria, Gozo 
Kan Pawl Pullicino  Rabat
Carlo Diacono Żejtun
Dun Ġużepp Zammit Ħamrun
Dun Ġwann Mamo Trade School Marsa 
Fellenberg School of Electronics Paola
Ġan Franġisk Abela Msida 
Ġorġ Grognet de Vassé  Technical Institute Naxxar
Ġużeppi Despott  Cospicua
Maria Assumpta  Ħamrun
Maria Goretti Tarxien
Maria Reġina  Blata-l-Bajda 
Mikielanġ Sapiano Technical Institute  Paola
Mikiel Anton Vassalli Tal-Ħandaq
Ninu Cremona Complex Victoria, Gozo 
Salvatore Dimech School for Craftsmen Mosta
Santa Tereża Mrieħel
Sir Adrian Dingli  St. Andrews
Umberto Calosso Trade School Sta. Venera
  26      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
A - STATUTI
Statut 1 - ĠENERALI 
1.1  Lingwi Uffiċjali
Il-Malti u l-Ingliż ikunu l-lingwi uffiċjali ta’ l-Università . L-amministrazzjoni ta’
l-Università  tista’ tuża kull wieħed miż-żewġ lingwi għal skopijiet uffiċjali.
1.2 Suġġetti Obbligatorji għad-Dħul
Il-Malti u l-Ingliż ikunu suġġetti obbligatorji għad-dħul għall-korsijiet ta’ gradi u
diplomi ta’ l-Università .
Iżda s-Senat ikun jista’ b’regolamenti jħalli li kandidati b’ċirkustanzi speċjali
joffru suġġetti oħrajn minflokhom.
1.3 Kwalifiki Meħtieġa għad-Dħul: Żmien ta’ Notifikazzjoni
L-Università  tagħti avviż fi żmien xieraq (normalment sentejn) qabel ma xi
emendi fir-regolamenti li jistgħu jeffettwaw il-preparazzjoni ta’ kandidat għad-dħul
f’xi kors ta’ studju (bħal rekwiżit ta’ suġġett ġdid fir-rekwiżiti speċjali għall-
kors)_jibdew iseħħu, iżda l-bidla fil-grad meħtieġ ma jkollhiex bżonn li tiġi avżata.
1.4 Ilbies Uffiċjali w Akkademiku
L-ilbies xieraq għall-uffiċjali ewlenin ta’ l-Università , għall-persunal akkademiku,
għall-gradwati, għall-istudenti, u għall-membri l-oħra ta’ l-Università  jiġi stabbilit
Emendata: 
A.L. 98 ta’ l-1988;
A.L. 63 ta’ l-1989;
A.L. 64 ta' l-1989;
A.L. 135 ta' l-1989;
A.L. 136 ta' l-1989; 
A.L. 153 ta' l-1990; 
A.L. 156 ta’ l-1990;
A.L. 10 ta’ l-1991;
A.L. 66 ta’ l-1991;
A.L. 153 ta’ l-1991;
A.L. 67 ta’ l-1992;
A.L. 89 ta’ l-1992;
A.L. 90 ta’ l-1992;
A.L. 105 ta’ l-1992;
A.L. 21 ta’ l-1993;
A.L. 117 ta’ l-1993;
A.L. 5 ta’ l-1994;
A.L. 12 ta’ l-1994;
A.L. 110 ta’ l-1994;
A.L. 149 ta’ l-1994;
A.L. 79 ta’ l-1995;
A.L. 165 ta’ l-1996;
A.L. 177 ta’ l-1997;
A.L. 181 ta’ l-1997;
A.L. 183 ta’ l-1997;
A.L. 184 ta’ l-1997;
A.L. 189 ta’ l-1997;
A.L. 202 ta’ l-1997;
A.L. 9 ta’ l-1998;
A.L. 30 ta’ l-1998;
A.L. 172 ta’ l-1998;
A.L. 41 ta’ l-1999;
A.L. 101 ta’ l-1999;
A.L. 102 ta’ l-1999.
SKEDA II
Statuti, Regolamenti u Bye-Laws
(Artikolu 48)
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    27
mir-regolamenti magħmulin mis-Senat.
1.5 Boroż ta’ Studju u Premjijiet
1. Boroż ta’ studju u premjijiet mogħtija mill-Università  jiġu stabbiliti
b’regolamenti magħmulin apposta.
2. L-għoti ta’ boroż ta’ studju u premjijiet ikunu wkoll stabbiliti b’regolamenti. 
Statut 2 - IL-FAKULTAJIET
L-Università  jkollha għaxar Fakultajiet, li huma: 
Il-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili 
Il-Fakultà  ta’ l-Arti
Il-Fakultà  tal-Kirurġija Dentali
Il-Fakultà  ta’ l-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy
Il-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni
Il-Fakultà  ta’ l-Inġinerija Mekkanika u Elettrika 
Il-Fakultà  tax-Xjenza 
Il-Fakultà  tal-Mediċina u l-Kirurġija
Il-Fakultà  tal-Liġi
Il-Fakultà  tat-Teoloġija
Statut 3 - KORSIJIET TA’ STUDJI, GRADI U DISTINZJONIJIET 
3.1 Korsijiet ta’ Studji għal Gradi, Diplomi u Ċertifikati
1. L-Università  jkollha s-setgħa li tagħti dawn il-gradi, diplomi u ċertifikati lil
kandidati li jissodisfaw l-kundizzjonijiet preskritti wara li jsegwu l-korsijiet ta’
studji meħtieġa:
Dottorat fil-Filosofija - Ph.D. 
Master fil-Filosofija - M.Phil.
Il-Fakultà  ta’ l-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili 
Baċellerat fl-Inġinerija u l-Arkitettura - B.E. & A.
Baċellerat fl-Inġinerija u l-Arkitettura (bl-Unuri) - B.E. & A. (Hons.) 
Il-Fakultà  ta’ l-Arti
Baċellerat fl-Arti - B.A.
Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) - B.A. (Hons.) 
Master of Arts - M.A.
Diploma in Applied Social Studies - Dip. Soc. St.
Il-Fakultà  tal-Kirurġija Dentali 
Baċellerat fil-Kirurġija Dentali - B.Ch.D.
Baċellerat fil-Kirurġija Dentali (bl-Unuri) - B.Ch.D. (Hons.)
  28      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
Il-Fakultà  ta’ l-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy 
Master of Business Administration - M.B.A.
Baċellerat ta’ l-Arti (bl-Unuri) - B.A. (Hons.)
Baċellerat fil-Kummerċ - B.Com.
Baċellerat ta’ l-Arti - B.A. (Hons.) - fl-Ekonomija, jew 
fil-Managment, jew
fl-Accountancy, jew
 fil-Public Policy, jew
fil-Banking and Finance.
Diploma f’Labour Studies
Diploma f’Management Studies - Dip. Mangt.
Diploma fl-Amministrazzjoni Pubblika - D.P.A.
Master of Arts fl-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani - M.A.
Il-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni
Baċellerat ta’ l-Edukazzjoni - B.Ed.
Baċellerat ta’ l-Edukazzjoni (bl-Unuri) - B.Ed. (Hons.). 
Master fl-Edukazzjoni - M.Ed.
Baċellerat fil-Psikoloġija (bl-Unuri) - B.Psych. (Hons.)
Baċellerat fil-Psikoloġija - B.Psych. 
Ċertifikat Postgraduate fl-Edukazzjoni - P.G.C.E.
Diploma fl-Edukazzjoni għall-Adulti
Diploma fi Gwida u Pariri
Diploma fl-Educational Administration and Management 
Diploma fl-Edukazzjoni
Ċertifikat fl-Edukazzjoni Sportiva
Diploma fil-Librarianship
Diploma fil-Library and Information Studies
Diploma fl-Edukazzjoni ta’ Tfal bi Bżonnijiet Speċjali
Il-Fakultà  tal-Liġi
Dottorat tal-Liġi - LL.D. 
Master ta’ l-Arti (Studji Diplomatiċi) - M.A. (Dip. St.)
Master fid-Diplomazija - M.Dip.
Baċellerat ta’ l-Arti fi Studji Soċjo-Legali - B.A. (Socio-Legal Studies) 
Diploma ta’ Nutar Pubbliku - N.P.
Diploma ta’ Prokuratur Legali - L.P. 
Ċertifikate fi Studji Diplomatiċi
Baċellerat ta’ l-Arti fi Studji Legali u Umanistiċi - B.A. Leg. & Hum. St.
Magister Juris - M. Jur.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    29
Il-Fakultà  ta’ l-Inġinerija Mekkanika u Elettrika 
Baċellerat ta’ l-Inġinerija (bl-Unuri) - B.Eng. (Hons.)
Baċellerat ta’ l-Inġinerija - B.Eng. 
Diploma fl-Inġinerija - Dip. Eng.
Baċellerat fl-Inġinerija Elettrika (bl-Unuri) - B.Elec. Eng. (Hons.) 
Baċellerat fl-Inġinerija Mekkanika (bl-Unuri) - B.Mech. Eng. (Hons.)
Diploma fl-Inġinerija - Dip. Eng.
Il-Fakultà  tal-Mediċina u Kirurġija
Dottorat fil-Mediċina u Kirurġija - M.D. 
Baċellerat fil-Farmaċija - B.Pharm.
Baċellerat fil-Farmaċija (bl-Unuri) - B.Pharm. (Hons.) 
Il-Fakultà  tax-Xjenza
Baċellerat fix-Xjenza - B.Sc. 
Master fix-Xjenza - M.Sc.
Baċellerat fix-Xjenza (Teknoloġija) - B.Sc. (Tech.) 
Higher Diploma/B.Sc. Pass Degree
Il-Fakultà  tat-Teoloġija
Dottorat fis-Sagra Teoloġija - S.Th.D. 
Licentiate fis-Sagra Teoloġija - S.Th.L. 
Baċellerat fis-Sagra Teoloġija - S.Th.B.
Baċellerat ta’ l-Arti fi Studji Reliġjużi - B.A. (Rel.Stud.) 
Baċellerat ta’ l-Arti fit-Teoloġija u Umanistika - B.A.
Baċellerat ta’ l-Arti (bl-Unuri) fit-Teoloġija u Umanistika - B.A. (Hons.)
Diploma fit-Teoloġija Pastorali - Dip.Past.Th. 
Diploma fi Studji Reliġjużi - Dip. Rel. Stud.
L-Istitut ta’ l-Agrikoltura
Diploma fl-Agrikoltura
Master tax-Xjenza fix-Xjenzi Agrikoli - M.Sc.
L-Istitut ta’ l-Istudji Forensiċi
Ċertifikat fil-Kriminoloġija
Diploma fis-Servizzi Korrettivi
Diploma fi Studji fuq il-Pulizija
Baċellerat ta’ l-Arti fil-Kriminoloġija - B.A. Crim.
L-Istitut tal-Ġerontoloġija
Master fil-Ġerentoloġija u Ġerjatrika - M.Ger.
  30      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
Diploma Postgraduate fil-Ġerentoloġija u Ġerjatrika - Dip. Ger.
L-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa
Baċellerat tax-Xjenza fi Studji ta’ l-Infermerija - B.Sc. (Nursing Studies) 
Baċellerat tax-Xjenza fit-Teknoloġija Medika - B.Sc. (Medical Technology) 
Diploma fl-Infermerija
Diploma fi Studji tal-Qwiebel
Diploma fl-Infermerija Psikjatrika - Dip. Psych. Nurs.
Diploma fis-Sanità  - Dip. Health Science
Diploma fis-Sanità  Postqualification - Pq. Dip. H. Sc.
Master fis-Sanità  - M.Sc. (Health)
L-Istitut għall-Istudji taż-Żgħażagħ
Baċellerat ta’ l-Arti fi Studji fuq iż-Żagħżagħ u l-Komunità  - B.A. Yth. & Com.
St.
Diploma fi Studji fuq iż-Żagħżagħ - Dip. Yth. St.
Ċentru tal-Foundation Studies
Ċertifikat fi Studji Bażiċi
Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali - L-Istitut Internazzjonali ta’ l-Ambjent
Master tax-Xjenza fi Studji dwar l-Ambjent - M.Sc. 
Diploma fi Studji dwar l-Ambjent
Diploma Postgraduate fl-Environmental Management
2. Il-korsijiet ta’ l-istudji jibdew skond kif jiddetermina l-Kunsill. 
3.2 L-Għoti ta’ Gradi u Diplomi
1. Il-gradi u d-diplomi jingħataw f’ċerimonja pubblika jew, bl-approvazzjoni
tas-Senat, f’ċerimonja privata jew in absentia.
2. Kandidat ikun eliġibbli biex jingħata grad jew diploma biss wara li r-Rettur
jiċċertifika li l-kundizzjonijiet kollha preskritti mill-istatuti, mir-regolamenti u mill-
ordinamenti rilevanti għal dak il-grad jew għal dik id-diploma jkunu ġew sodisfatti u
sakemm l-obbligi u r-responsabiltajiet l-oħra kollha tal-kandidat lejn l-Università
ġew sodisfatti ukoll.
3. Ebda persuna ma titqies li għandha grad jew diploma ta’ l-Università  jekk
dan il-grad jew din id-diploma ma tkunx ingħatat kif hemm imfisser fil-paragrafu 1
ta’ din it-taqsima.
3.3 Gradi Honoris Causa
1. L-Università  jkollha wkoll is-setgħa li tagħti dawn il-gradi honoris causa: 
Dottorat fil-Liġi - LL.D.
Dottorat fil-Mediċina u Kirurġija - M.D. 
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    31
Dottorat fil-Letteratura - D.Litt.
Dottorat fl-Inġinerija - D.Eng. 
Dottorat fix-Xjenza - D.Sc.
Master fil-Filosofija - M. Phil.
2. Bir-rakkomandazzjoni tas-Senat, il-Kunsill jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu
jordna l-għoti ta’ grad honoris causa lil xi persuna li hu jista’ jqisha denja ta’ din id-
distinzjoni.
3. L-ismijiet ta’ dawk li jingħataw grad honoris causa ikunu mdaħħlin fil-
Kalendarju ta’ l-Università .
Statut 6 - L-UFFIĊJALI EWLENIN U UFFIĊJALI OĦRA TA’ L-
UNIVERSITÀ
6.1 L-Uffiċjali Ewlenin
1. L-uffiċjali ewlenin ta’ l-Università  huma: 
il-Kanċillier
il-Pro-Kanċillier 
ir-Rettur 
il-Pro-Rettur 
is-Segretarju 
id-Dekani tal-Fakultajiet 
2. Il-Kanċillier
(skond l-artikolu 30, subartikoli (3) - (5) ta’ dan l-Att) 
3. Il-Pro-Kanċillier
(skond l-artikolu 30, subartikoli (6) - (9)) 
4. Ir-Rettur
(skond l-artikolu 30, subartikoli (10) - (11) u l-artikolu 38) 
5. Il-Pro-Rettur
(skond l-artikolu 30, subartikolu (12)) 
6. Is-Segretarju
(skond l-artikolu 30, subartikolu (13)) 
Is-Segretarju għandu -
(a) iżomm is-siġill ta’ l-Università ;
(b) jiffirma wkoll id-dokumenti kollha li fuqhom jiġi mqiegħed is-siġill ta’
l-Università ; 
(ċ) jagħmilha ta’ segretarju tal-Kunsill;
(d) igħin lir-Rettur fil-qadi ta’ dmirijietu u jsegwixxi l-istruzzjonijiet
tiegħu;
  32      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
(e) jamministra u jmexxi, taħt id-direzzjoni tar-Rettur, l-operat minn jum
għal ieħor ta’ l-Università , il-persunal u l-proprjetajiet mobbli,
immobbli u oħrajn tagħha;
(f) jattendi l-laqgħat tas-Senat, tal-Bordijiet tal-Fakultà  u Kumitati oħrajn
ta’ korpi li jmexxu l-Università , u ta’ l-istituti u entitajiet oħra mwaqqfa
minnha;
(g) iwettaq, taħt id-direzzjoni tar-Rettur, deċiżjonijiet meħudin mill-
Kunsill, mis-Senat u mill-Bordijiet tal-Fakultà  u, fejn dan japplika,
minn istituti u entitajiet oħra mwaqqfa mill-Università ;
(h) jaqdi dmirijiet oħra skond kif jista’ jkun mitlub minħabba il-ħtiġijiet ta’
l-Università .
7. Id-Dekan ta’ Fakultà
(skond l-artikolu 30, subartikolu (14)) 
6.2 L-Uffiċjali l-Oħra ta’ l-Università
1. Ikun hemm Reġistratur, Uffiċjal tal-Finanzi, Bibljotekarju u uffiċjali oħra
skond kif jiddetermina l-Kunsill minn żmien għal ieħor. Dawn l-uffiċjali jkunu
responsabbli quddiem ir-Rettur għat-tmexxija tad-dmirijiet rispettivi tagħhom ta’
kuljum.
2. Ir-Reġistratur 
Ir-Reġistratur: 
(a) igħin lir-Rettur fl-amministrazzjoni akkademika ta’ kuljum ta’ l-
Università , u jkun responsabbli għas-seħħ ta’ l-istruzzjonijiet tiegħu, u
jirrapporta permezz tas-Segretarju;
(b) jiffirma d-dokumenti li jiċċertifikaw l-awards akkademiċi mogħtija
mill-Università  u jżomm record sħiħ tagħhom;
(ċ) jagħmilha ta’ segretarju għas-Senat u, direttament jew permezz ta’
delegat, għall-Bordijiet tal-Fakultajiet;
(d) ikun responsabbli għar-records ta’ l-eżamijiet kollha magħmula mill-
Università  u għall-ħarsien xieraq ta’ dawn ir-records, u li jżomm kopji
aġġornati ta’ l-istatuti, ir-regolamenti u l-bye-laws;
(e) iżomm l-elenki tal-membri tal-Kunsill, tas-Senat, tal-Bordijiet tal-
Fakultajiet, ta’ l-għalliema, ta’ l-eżaminaturi, u ta’ l-istudenti;
(f) iżomm records ta’ l-attivitajiet akkademiċi ta’ kull student;
(g) ikun responsabbli, wara konsultazzjoni mad-Dekani tal-Fakultajiet,
għall-arranġamenti xierqa ta’ l-orarji tat-tagħlim;
(h) jaqdi dmirijiet oħra skond kif jista’ jkun mitlub minħabba l-ħtiġijiet ta’
l-Università ;
(i) fin-nuqqas tas-Segretarju, jaqdi d-dmirijiet kollha jew uħud mid-
dmirijiet tas-Segretarju meta jingħata istruzzjoni li jagħmel dan mir-
Rettur.
3. Il-Bibljotekarju
Il-Bibljotekarju hu mistenni li jamministra l-Bibljoteka u jkun responsabbli
quddiem il-Kumitat tal-Bibljoteka għall-ħarsien tar-regoli u tar-regolamenti tagħha.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    33
Il-Bibljotekarju - 
(a) ikun responsabbli għall-ikkatalogar xieraq tal-kotba, kemm skond l-
awtur u kemm skond is-suġġett, għaż-żamma u għall-ħarsien tagħhom,
u għar-ritorn ta’ kotba maħruġin b’self;
(b) igħin lill-istudenti fit-tiftix tagħhom;
(ċ) jieħu ħsieb il-korrispondenza kollha li tolqot lill-Bibljoteka;
(d) iżomm lista tal-mezzi viżivi u oħrajn li hemm għat-tagħlim u
jikkontrolla s-self ta’ dan il-materjal skond ir-regolamenti rilevanti;
(e) jippreżenta rapport lill-Kumitat tal-Bibljoteka fuq ix-xogħol tal-
Bibljoteka fi tmiem kull sena akkademika.
4. L-Uffiċjal tal-Finanzi
L-Uffiċjal tal-Finanzi jgħin lir-Rettur fit-tmexxija ta’ kuljum tal-finanzi ta’ l-
Università , u jirrapporta permezz tas-Segretarju.
B’mod partikulari, l-Uffiċjal tal-Finanzi - 
(a) iħejji -
(i) l-estimi ta’ kull sena tad-dħul u l-infiq;
(ii) id-dikjarazzjoni komparata ta’ kull sena tad-dħul u l-infiq; 
(iii) il-bilanċ ta’ kull sena u dikjarazzjoni tal-kontijiet;
(b) ikun responsabbli għall-ġbir tad-dħul u l-flus dovuti lill-Università ;
(ċ) iżomm kontroll immedjat fuq l-infiq skond id-disposizzjonijiet
approvati; 
(d) iżomm sistema xierqa ta’ accounting li tħaddan l-operazzjonijiet
finanzjarji kollha ta’ l-Università ;
(e) ikun responsabbli għall-ordnijiet kollha u għax-xiri kollu, u għall-
kontroll ta’ l-imħażen u l-inventarji;
(f) jagħmel il-verifika tal-kontijiet u l-kontroll intern kollu li jħoss li hu
meħtieġ;
(g) flimkien mar-Rettur jew mas-Segretarju, jiffirma l-kambjali, iċ-
ċekkijiet, il-bank  drafts,  l-ittri ta’ kreditu u d-dokumenti bankarji,
finanzjarji u kummerċjali l-oħra kollha, suġġett għal restrizzjonijiet li
jsiru mill-Kunsill;
(h) jaqdi dmirijiet oħra skond kif jista’ jkun mitlub minħabba l-ħtiġijiet ta’
l-Università .
5. Ħatriet Oħra: L-Uditur
(1) Il-Kunsill minn żmien għal ieħor jaħtar persuna kwalifikata u xierqa, fil-
prattika attiva tal-professjoni tagħha, biex tkun uditur li jżomm il-ħatra għal żmien
speċifiku iżda li jista’ jerġa’ jinħatar.
(2) L-aċċettazzjoni ta’ din il-ħatra minn uditur titqies li ġġorr magħha dmir li
jissodisfa lill-Kunsill li, fil-kontijiet mistħarrġa u f’kull ċertifikat maħruġ minnu, hu
nnifsu kien sodisfatt, bil-mezzi raġonevoli li kellu, dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi ta’
kull każ, u li wara l-istħarriġ professjonali tiegħu, l-istqarrijiet fiċ-ċertifikati huma
veri u eżatti u l-kontijiet iċċertifikati jew imgħoddija huma sħaħ, veri u eżatti, f’kull
każ safejn jaf hu.
(3) L-Uditur jagħmel persunalment, jew iġiegħel li jsiru minn persuni
  34      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
kompetenti mogħtija s-setgħa minnu bil-kitba u li hu jieħu r-responsabbiltà  tagħhom,
żjarat u spezzjonijiet mhux mistennija f’ħin magħżul minnu, u mbagħad jirrapporta
r-riżultat bil-kitba lill-Kunsill permezz tar-Rettur. Hekk ukoll hu jissottometti
rapport kull sena, jew kif jingħata istruzzjonijiet mill-Kunsill minn żmien għal ieħor.
Statut 7 - ĦATRIET U PROMOZZJONIJIET TA’ STAFF BI DMIRIJIET
FORMALI TA’ TAGĦLIM U/JEW RIĊERKA 
7.1 Ħatriet ta’ staff bi Dmirijiet Formali ta’ Tagħlim u/jew Riċerka
1. Ħatriet ta’ staff bi dmirijiet formali ta’ tagħlim u/jew riċerka jsiru fil-gradi
ta’ professur, professur assoċjat, lettur anzjan, lettur, assistent lettur, assistent
għalliem (teaching assistant), assistent fir-riċerka jew fi gradi oħra approvati mill-
Kunsill b’rakkomandazzjoni tas-Senat, skond il-kwalifiki tal-persuni li jkunu
qegħdin jinħatru.
2. Il-postijiet jistgħu jkunu reklamati għal ħatriet fi gradi speċifiċi.
3. Ħatra għal post bi dmirijiet formali ta’ tagħlim u/jew riċerka ssir mill-
Kunsill b’rakkomandazzjoni ta’ Bord ta’ l-Għażla magħmul kif ġej:
· ir-Rettur, li jkun iċ-chairman;
· tliet membri ta’ l-istaff bi dmirijiet formali ta’ tagħlim u/jew riċerka
maħturin mis-Senat li normalment jinkludu lill-kap tad-dipartiment
konċernat (jew, fil-każ ta’ post maħsub speċifikament għal istitut, jew
entità  oħra ta’ natura simili, lid-direttur ta’ dak l-istitut jew l-uffiċjal
ewlieni ta’ l-entità  kkonċernata) u kap ta’ dipartiment ieħor minn barra
l-Fakultà:
Iżda f’każ li jkun maħsub li l-maħtur għandu jagħti servizz
konsiderevoli lill-Dipartiment, Istitut, jew Ċentru ieħor jew entità  oħra
ta’ natura simili, l-uffiċjal ewlieni ta’ l-entità  kkonċernata għandu jieħu
l-post tal-kap tad-dipartiment minn barra l-Fakultà;
· membru tal-Kunsill li ma jkunx impjegat ma’ l-Università  maħtur kull
sena mill-Kunsill biex ikun membru tal-Bordijiet kollha ta’ l-Għażla
għal postijiet fi speċjalità  partikolari.
7.2 Promozzjoni ta’ l-istaff bi Dmirijiet Formali ta’ Tagħlim u/jew Riċerka
1. Darba kull tliet snin, normalment f’Marzu/April, applikazzjonijiet għal
promozzjoni mill-istaff bi dmirijiet formali ta’ tagħlim u/jew riċerka jkunu
kkunsidrati minn Bord tal-Promozzjonijiet maħtur għal perijodu ta’ mhux aktar minn
tliet snin, magħmul kif ġej:
· ir-Rettur, li jkun iċ-Chairman;
· tliet professuri maħturin mis-Senat; u
· membru tal-Kunsill li ma jkunx impjegat ma’ l-Università  maħtur mill-
Kunsill.
2. Ir-Rettur jista’ jipproponi kull membru ta’ l-istaff bi dmirijiet formali ta’
tagħlim u/jew riċerka biex ikun ikkunsidrat mill-Bord tal-Promozzjonijiet fil-laqgħa
regolari tiegħu, jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, f’kull żmien ieħor.
7.3 Gradi ta’ Staff bi Dmirijiet Formali ta’ Tagħlim u/jew Riċerka
1. Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kunsill, il-Bord ta’ l-Għażla/tal-
Promozzjonijiet għandu jqis dan li ġej:
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    35
(a) l-assistenti għalliema u l-assistenti fir-riċerka normalment għandhom
ikunu gradwati ġodda li jippromettu, jew persuni b’esperjenza twila f’xi
speċjalità  teknika;
(b) l-assistenti letturi għandu jkollhom l-ewwel grad bi klassifikazzjoni
tajba jew kwalifika f’livell ta’ Masters;
(ċ) il-letturi għandu jkollhom kwalifika fil-livell ta’ dottorat;
(d) il-letturi anzjani għandu jkollhom esperjenza f’xogħol akkademiku u
jridu jkunu ddistingwew ruħhom fit-tagħlim, fir-riċerka jew f’ xi aspett
ieħor tad-doveri ta’ lettur;
(e) il-professuri assoċjati għandhom ikunu ddistingwew ruħhom
b’kontribuzzjoni sħiħa għall-għerf u għall-affarijiet ta’ l-Università  in
ġenerali;
(f) il-professuri għandu jkollhom reputazzjoni stabbilita bħala awtoritajiet
fost studjużi oħra fil-qasam ta’ tagħlim tagħhom.
2. Qabel ma jirrakkomanda xi persuna għal xi ħatra jew promozzjoni għal grad
ta’ professur, Bord ta’ l-Għażla jew Bord tal-Promozzjonijiet, skond il-każ, għandu
jfittex il-parir espert ta’ żewġ akkademiċi indipendenti fl-istess qasam ta’ tagħlim.
3. L-ebda membru ta’ l-istaff bi dmirijiet formali ta’ tagħlim u/jew riċerka ma
jista’ jkun membru ta’ Bord ta’ l-Għażla jew ta’ Bord tal-Promozzjonijiet li jkun qed
jikkonsidra ħatriet jew promozzjonijiet għal gradi ogħla mill-grad tal-membru li
jkun.
7.4 Ħatriet ta’ Staff Part-time
(i) Ħatriet ta’ staff bi dmirijiet formali ta’ tagħlim u/jew riċerka fuq bażi part-
time huma ġeneralment magħmulin għal żmien speċifiku, normalment ta’ erba’ snin,
li jista’ jiġġedded għal erba’ snin oħra, u wara, il-ħatra ssir permanenti sakemm jiġu
segwiti l-proċeduri awditorjali ordinarji:
(ii) Il-Kunsill ta’ l-Università  jista’, minkejja dan, jagħmel ħatriet permanenti sa
l-età  ta’ l-irtirar mix-xogħol, suġġetti għal żmien ta’ prova ta’ sena.
Ħatriet part-time isiru f’żewġ kategoriji:
(i) Membri ta’ l-istaff bi Dmirijiet ta’ Tagħlim u Riċerka (TR). Dawk
maħtura huma meħtieġa li jiddedikaw numru ta’ nofs ta’ nhari fil-
ġimgħa għal xogħol ta’ l-Università  biss;
(ii) Membri ta’ l-istaff bi Dmirijiet ta’ Tagħlim biss (T). Dawn huma
meħtieġa jagħmlu numru ta’ sigħat fil-ġimgħa f’kuntatt ma’ l-
istudenti.
Barra minn hekk l-istaff part-time fiż-żewġ kategoriji huma meħtieġa
jeżaminaw kandidati għal gradi u diplomi fis-suġġetti tagħhom, kull meta jiġu
mitluba mill-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut u mis-Senat.
7.5 Ħatra ta’ Part-time Staff Mistieden
1. Part-time staff mistieden jista’ jinħatar skond il-ħtiġijiet li jinqalgħu minn
żmien għal żmien.
2. Il-ħatriet isiru mir-Rettur fuq ir-rakkomandazzjonijiet tad-Dekan tal-Fakultà
kkonċernata, jew tad-Direttur ta’ l-Istitut jew taċ-Ċentru kkonċernat, skond il-każ.
3. Il-ħatriet isiru għal perijodi ta’ mhux aktar minn sena kull darba, u s-Senat u
l-Kunsill għandhom jiġu nfurmati bihom fl-ewwel laqgħa.
  36      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
7.6 Kundizzjonijiet applikabbli għal ħatriet partikolari
1. Id-dmirijiet ġenerali ta’ l-istaff bi dmirijiet formali ta’ tagħlim u/jew ta’
riċerka huma dawk imniżżla taħt is-sotto-titolu "Letturi". Dawn japplikaw mutatis
mutandis għall-gradi l-oħra kollha suġġetti għal kundizzjonijiet partikolari għal kull
grad kif imniżżla hawn taħt:
(i) Assistenti Għalliema
(a) huma mistennija jkollhom l-ewwel grad bi klassifikazzjoni tajba jew
kwalifiki analogi u jkunu meħtieġa jgħinu fil-programmi ta’ tagħlim ta’
l-Università ;
(b) jistgħu jkunu meħtieġa jgħinu f’attivitajiet oħra bħal riċerka u xogħol
ieħor relatat kif ikun meqjus neċessarju mill-awtorità  kompetenti;
(ċ) mhumiex mistennija jagħmlu xogħol ta’ riċerka fuq l-inizjattiva
tagħhom għalkemm huma mħeġġa jinvolvu ruħhom f’riċerka relatata
mal-qasam tat-tagħlim tagħhom.
Għalkemm m’għandhomx dritt għal Sabbatical  Leave, l-Assistenti
Għalliema jkunu mħeġġa u sa fejn hu possibbli mgħejjuna jtejbu l-perizja tagħhom
fil-qasam ta’ l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom. F’dan ir-rigward, l-awtorizzazzjoni mill-
Kunsill għal study leave hija mistennija li tingħata, dan sakemm jippermettu l-
esiġenzi ta’ l-Università  fi żminijiet differenti.
(ii) Assistenti fir-Riċerka
(a) huma mistennija jkollhom l-ewwel grad bi klassifikazzjoni tajba jew
kwalifiki analogi, u huma l-aktar meħtieġa li jgħinu fi programmi
partikolari ta’ riċerka ta’ l-Università . Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll li
jgħinu f’attivitajiet oħra bħal tagħlim u xogħol ieħor relatat, kif inhu
meqjus xieraq mill-awtorità  kompetenti;
(b) jistgħu jkunu meħtieġa jgħinu lill-istudenti anzjani fix-xogħol ta’
riċerka li jkun qed isir taħt is-superviżjoni ta’ membru ieħor ta’ l-istaff
akkademiku;
(ċ) mhumiex mistennija jagħmlu xogħol ta’ riċerka fuq l-inizjattiva
tagħhom;
(d) huma maħtura għal perijodu ta’ żmien definit kif ikun meħtieġ mill-
programm partikolari ta’ riċerka li għalih ġew impjegati.
(iii) Assistenti Letturi
(a) L-Assistenti Letturi jistgħu jiġu maħtura jew fl-istennija li jipprovdu l-
aktar għajnuna tutorjali, li jgħallmu f’livell tal-fondazzjoni, jew
sakemm jingħataw promozzjoni għall-grad ta’ Lettur kif jiksbu aktar
kwalifiki. Fit-tieni każ, jingħataw l-għajnuna meħtieġa u jingħataw l-
opportunità  jiksbu dawn il-kwalifiki;
(b) Fil-każ ta’ Assistenti Letturi li mhumiex qed isegwu studji fuq bażi full-
time barra minn Malta, isiru arranġamenti fid-Dipartimenti tagħhom
sabiex ikunu jistgħu jkollhom perijodi ta’ żmien fejn l-ammont ta’
xogħol tas-soltu jiġi mnaqqas ħalli jkunu jistgħu jagħmlu r-riċerka
tagħhom.
(iv)Letturi
(a) huma mistennija li jgħallmu f’kull kors universitarju fejn is-suġġett
huwa meħtieġ - inklużi l-għoti ta’ konferenzi, sessjonijiet tutorjali u
seminars, superviżjoni ta’ xogħo1 prattiku u pjazzamenti, l-għoti ta’
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    37
pariri fuq proġetti u xogħol ieħor magħmul persunalment mill-istudenti;
(b) li jagħmlu riċerka għal pubblikazzjoni - kemm individwali kif ukoll
kollaborattiva partikolarment f’dawk l-oqsma ta’ prijorità  stabbiliti
mill-Università ;
(ċ) jaqsmu fil-valutazzjoni kontinwa ta’ l-istudenti, l-issettjar u l-immarkar
ta’ karti ta’ l-eżami f’perijodu ta’ żmien stabbilit;
(d) jieħdu sehem fl-amministrazzjoni ta’ l-affarijiet akkademiċi fil-livelli
dipartimentali, fakultattivi, u universitarji;
(e) jikkontribwixxu għall-iżvilupp nazzjonali, partikolarment fil-qasam ta’
l-ispeċjalizzazzjoni u permezz ta’ kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet u
servizzi, kemm dawk tal-gvern u li mhumiex.
(v) Letturi Anzjani
huma mistennija li jaqdu d-dmirijiet kollha ta’ letturi bit-tmexxija
mistennija skond il-kwalifiki tal-ħatra tagħhom ġpara. 7.3.1(d).
(vi)  Professuri Assoċjati
huma mistennija li jaqdu d-dmirijiet kollha ta’ letturi u jerfgħu
responsabbiltà  partikolari għad-disinn kollaborattiv u l-iżvilupp ta’
programmi didattiċi u ta’ riċerka, id-direzzjoni ta’ istituti u entitajiet
analogi, u funzjonijiet ko-ordinattivi oħra.
(vii)Professuri
(a) huma mistennija u għandhom dritt jiddedikaw aktar ħin mill-għalliema
għas-superviżjoni ta’ riċerka u studju avvanzat u li jkollhom il-
faċilitajiet meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan;
(b) għandhom id-dritt jikkomunikaw direttament mar-Rettur fuq l-affarijiet
kollha u li jieħdu sehem f’livell ta’ advisor fil-Bord tal-Fakultà ;
(ċ) għandhom id-dritt li jiġu kkonsultati fuq affarijiet li huma marbuta mal-
qasam tal-perizja tagħhom u huma mistennija li jipprovdu lill-Kap tad-
Dipartiment jew lid-Direttur ta’ l-lstitut li tiegħu huma membri, l-
għajnuna addizzjonali li hi xierqa skond l-istatus u l-awtorità  ta’
studjużi li jgawdu.
(viii)Professuri Mistiedna
(a) Studjużi barranin jew lokali bil-grad jew bil-ġieh ta’ professur jistgħu
jinħatru Professuri Mistiedna b’riżoluzzjoni tal-Kunsill wara
rakkomandazzjoni tas-Senat;
(b) Professur Mistieden hu mistenni li jikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’
l-Università  f’wieħed jew f’aktar minn dawn il-modi:
· billi jagħti sensiela ta’ konferenzi jew korsijiet qosra intensivi;
· billi jipparteċipa fis-superviżjoni u fil-finalizzazzjoni ta’
programmi ta’ riċerka; u
· billi jagħti pariri esperti u konsulenza lill-awtoritajiet ta’ l-
Università .
(ċ) Professur Mistieden huwa intitolat:
· għal dawk il-prerogativi akkademiċi ta’ Professur li ma jeħtiġux
preżenza regolari fl-Università ; u
· għal dak l-onorarju li jiġi stabbilit mill-Kunsill għal kull kompitu
  38      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
speċifiku.
(ix) Professuri Onorarji
(a) Studjużi barranin jew lokali bil-grad jew bil-ġieh ta’ professur jistgħu
jinħatru Professuri Onorarji b’riżoluzzjoni tal-Kunsill wara
rakkomandazzjoni tas-Sena;
(b) Professur Onorarju hu mistenni li jikkontribwixxi fl-attivitajiet ta’ l-
Università  b’kull mod li jista’ jtejjeb is-servizz u l-prestiġju tagħha, bi
qbil ma’ l-awtoritajiet kompetenti;
(ċ) Professur Onorarju huwa intitolat għal dawk il-prerogativi akkademiċi
ta’ professur li mhumiex marbuta ma’ dmirijiet speċifiċi.
(x) Professuri Emeriti
(a) Professuri li jirtiraw wara għallinqas għaxar snin servizz f’dan il-grad
jew, fil-każ li jirtiraw qabel, b’riżoluzzjoni tas-Senat, isiru Professuri
Emeriti;
(b) Professur Emeritu huwa intitolat għall-istess prerogativi ta’ Professur
Onorarju;
(ċ) Professur Emeritu jieħu postu fiċ-ċerimonji pubbliċi ta’ l-Università
immedjatament wara l-membri tas-Senat.
(xi)Kumpanji ta’ l-Università
Kumpanji jistgħu jinħatru mill-Kunsill wara rakkomandazzjoni tas-Senat kif
ġej:
(a) Kumpanji Onorarji, meta l-Università  tkun trid tagħti dan l-unur lill-
individwi li jistħoqqilhom;
(b) Kumpanji Anzjani, fil-każ ta’ membri ta’ l-istaff li jirtiraw biex ikunu
jistgħu jkomplu bil-kontribuzzjonijiet tagħhom ta’ riċerka fl-Università ;
(ċ) Kumpanji Mistiedna, fil-każ ta’ skulari anzjani barranin jew lokali bil-
grad jew bil-ġieh ta’ Professur.
(xii) Kanċillier Emeritu
(a) Persuna li kien Kanċillier jista’ jiġi appuntat Kanċillier Emeritu
b’riżoluzzjoni tal-Kunsill;
(b) Il-Kanċilliera Emeriti jieħdu posthom fiċ-ċerimonji pubbliċi ta’ l-
Università  bħala l-Professuri Emeriti l-aktar anzjani u jkollhom id-dritt
għall-ilbies akkademiku li jixraq.
7.7 Provvediment Ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni, l-istaff maħtur taħt Statut 7 ikunu
kkunsidrati bħala staff akkademiku.
Statut 8 - HATRIET U PROMOZZJONIJIET MHUX AKKADEMIĊ1
Ħatriet
1. Ħatriet għal postijiet mhux akkademiċi jsiru mill-Kunsill
b’rakkomandazzjoni ta’ Bordijiet ta’ l-Għażla maħtura mill-Kunsill.
2. Kull Bord ta’ l-Għażla jkun magħmul kif ġej: 
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    39
ir-Rettur, jew id-delegat tiegħu, li jkun iċ-chairman;
tliet membri maħtura mill-Kunsill, li minnhom wieħed ikun membru
akkademiku tal-Kunsill u ieħor uffiċjal anzjan fl-amministrazzjoni;
membru tal-Kunsill li ma jkunx impjegat ma’ l-Università , maħtur mill-
Kunsill.
3. Kandidati għal ħatra f’postijiet partikulari jistgħu jkunu mistennija li
jagħmlu eżamijiet miktuba u/jew orali u li jattendu għal intervista kif ikun xieraq.
Tagħrif dwar dawn l-eżamijiet u l-intervisti jkun inkluż fis-sejħa għall-
applikazzjonijiet.
Promozzjonijiet
4. Darba f’sena, normalment matul Marzu/April, applikazzjonijiet mill-istaff
mhux akkademiku għal promozzjoni jkunu kkunsidrati minn Bord tal-
Promozzjonijiet meta jkun hemm xi raġuni speċjali, bħal tiswija ta’ anomalija jew
għarfien aktar bir-reqqa ta’ mertu, sakemm dan ma’ jkunx ta’ detriment għal
ħaddieħor u ma jmurx kontra l-qafas miftiehem tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.
5. Il-Bord tal-Promozzjonijiet ikun magħmul kif ġej:
ir-Rettur jew id-delegat tiegħu, li jkun iċ-Chairman;
is-Segretarju ta’ l-Università ;
l-Uffiċċjal tal-Finanzi;
żewġ membri maħtura mill-Kunsill li wieħed minnhom ma jkunx impjegat
ma’ l-Università .
6. Ir-Rettur jista’ jipproponi kull membru ta’ l-istaff biex ikun ikkunsidrat
mill-Bord tal-Promozzjonijiet fil-laqgħa ta’ kull sena tiegħu jew, f’ċirkustanzi
eċċezzjonali, f’kull żmien ieħor matul is-sena.
Statut 9 - HATRA TA’ EŻAMINATURI
1. L-eżaminaturi jinħatru mill-Kunsill wara li jikkunsidra r-
rakkomandazzjonijiet tas-Senat.
2. L-eżaminaturi jinħatru normalment għal sena akkademika waħda. 
3. L-eżaminaturi li jispiċċaw jistgħu jerġgħu jinħatru.
Statut 10 - PUBBLIKAZZJONIJIET UFFIĊJALI
1. Il-pubblikazzjonijiet uffiċjali ta’ l-Università  jkunu: 
Il-Kalendarju ta’ l-Università  - The University Calendar 
Il-Gazzetta ta’ l-Università  - The University Gazette
u pubblikazzjonijiet oħra li l-Kunsill jista’ jiddetermina minn żmien għal
ieħor.
2. Il-Kalendarju jkun ippubblikat kull sena. Il-Kalendarju jinkludi:
(a) l-istatuti, ir-regolamenti, u leġislazzjoni sussidjarja oħra li jkollhom
applikazzjoni ġenerali; u
(b) listi ta’ l-uffiċjali ewlenin u uffiċjali oħrajn ta’ l-Università ; il-membri
tal-Kunsill, is-Senat, il-Bordijiet tal-Fakultajiet u kull Bordijiet
statutarji oħrajn; il-membri tal-persunal akkademiku, il-Professuri
  40      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
Emeriti, u l-gradwati onorarji; il-persuni li ngħataw gradi jew diplomi
matul is-sena akkademika ta’ qabel.
3. Il-Gazzetta ta’ l-Università  tkun ippubblikata għall-inqas erba’ darbiet fis-
sena. Supplimenti tal-Gazzetta jistgħu jkunu ppubblikati jew fl-istess żmien tal-
Gazzetta jew għalihom.
4. Kull statuti ġodda, regolamenti jew leġislazzjoni sussidjarja oħra, u kull
emenda għalihom, ikunu ppubblikati f’Suppliment tal-Gazzetta mhux aktar tard
minn xahar minn meta jibdew iseħħu.
Statut 11 - L-ISTITUT GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-ENERĠIJA
1. Hawn qiegħed jitwaqqaf Istitut għat-Teknoloġija ta’ l-Enerġija fl-Università
ta’ Malta.
2. L-għanijiet ta’ l-Istitut ikunu:
(a) li jgħin fl-iżvilupp ta’ pjanijiet għall-enerġija nazzjonali bi studji dwar
l-użu ta’ għejun ġodda ta’ enerġija jew li jistgħu jiġġeddu u ta’ metodi
ta’ konservazzjoni ta’ l-enerġija;
(b) li joħloq u jieħu sehem fi programmi ta’ tagħlim u proġetti ta’ tiftix fil-
qasam tat-teknoloġija ta’ l-enerġija;
(ċ) li jxerred metodi u tekniki xierqa li għandhom x’jaqsmu mal-qasam ta’
l-interess ta’ l-Istitut;
(d) li jiddisinja tagħmir xieraq għall-kundizzjonijiet lokali.
3. L-Istitut ikun immexxi minn Bord.
(a) Il-Bord ikun magħmul minn dawn li ġejjin: 
Chairperson: ir-Rettur jew deputat tiegħu, 
Viċi-Chairperson: id-Direttur ta’ l-Istitut,
persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università  għal tliet snin, 
żewġ persuni maħtura mis-Senat ta’ l-Università  għal tliet snin, 
erba’ studjużi magħrufa maħtura billi jkunu ko-optjati.
(b) Id-dmirijiet tal-Bord ikunu dawn li ġejjin:
(i) li jiddetermina l-politika ta’ l-Istitut dwar l-għanijiet imsemmija
hawn fuq;
(ii) li jara mill-qrib it-tmexxija finanzjarja ta’ l-Istitut;
(iii) li jassigura l-kollaborazzjoni ma’ korpi oħrajn, lokali u barranin,
li hi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Istitut.
4. L-Istitut ikollu Direttur u persunal:
(a) id-Direttur, maħtur mill-Kunsill ta’ l-Università , għal perijodu ta’
ħames snin wara sejħa għal applikazzjonijiet, bil-possibilità  li l-ħatra
tiġġedded wara r-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istitut;
(b) membri akkademiċi oħra, maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università
b’rakkomandazzjoni tal-Bord;
(ċ) persunal amministrattiv u klerikali skond kif jaħtar il-Bord.
5. L-Uffiċjal tal-finanzi ta’ l-Università  jkun it-Teżorier ta’ l-Istitut. Id-
Direttur iħejji l-budget ta’ kull sena ta’ l-Istitut u jissottomettih lill-Bord għall-
approvazzjoni. Id-Direttur jissottometti wkoll dikjarazzjoni finanzjarja u rapport ta’
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    41
kull sena fuq il-ħidmiet ta’ l-Istitut.
6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord għall-
approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
Statut 12 - L-ISTITUT GĦALL-ISTUDJI ANGLO-ITALJANI
1. Hawn qiegħed jitwaqqaf Istitut għall-Istudji Anglo-Taljani fl-Università  ta’
Malta.
2. L-għanijiet ta’ l-Istitut ikunu -
(a) li jagħmel tiftix fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali Anglo-Taljani,
b’riferenza speċjali għal-letteratura u l-lingwa;
(b) li jorganizza konferenzi, seminarji u laqgħat oħra internazzjonali dwar
temi fil-qasam ta’ l-interessi ta’ l-Istitut;
(ċ) li jorganizza korsijiet ta’ diploma u grad fl-istudji Anglo-Taljani,
suġġetti għall-istatuti u għar-regolamenti ta’ l-Università ;
(d) li joħroġ rivista u pubblikazzjonijiet oħra. 
3. L-Istitut ikun immexxi minn Bord.
(a) Il-Bord ikun magħmul minn dawn li ġejjin: 
Chairperson: ir-Rettur jew deputat tiegħu, 
Viċi-Chairperson: id-Direttur ta’ l-Istitut,
persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università  għal tliet snin, 
żewġ persuni maħtura mis-Senat ta’ l-Università  għal tliet snin, 
erba’ studjużi magħrufa maħtura billi jkunu ko-optjati.
(b) Id-dmirijiet tal-Bord ikunu dawn li ġejjin:
(i) li jiddetermina l-politika ta’ l-Istitut dwar l-għanijiet imsemmija
hawn fuq;
(ii) li jara mill-qrib it-tmexxija finanzjarja ta’ l-Istitut;
(iii) li jassigura l-kollaborazzjoni ma’ korpi oħrajn, lokali u barranin,
li hi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Istitut.
4. L-Istitut ikollu Direttur u persunal:
(a) id-Direttur, maħtur mill-Kunsill ta’ l-Università , għal tliet snin wara
sejħa għall-applikazzjonijiet;
(b) membri akkademiċi oħra, maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università
b’rakkomandazzjoni tal-Bord;
(ċ) persunal amministrattiv u klerikali skond kif jaħtar il-Bord.
5. L-Uffiċjal tal-finanzi ta’ l-Università  jkun it-Teżorier ta’ l-Istitut. Id-
Direttur iħejji l-budget ta’ kull sena ta’ l-Istitut u jissottomettih lill-Bord għall-
approvazzjoni. Id-Direttur jissottometti wkoll dikjarazzjoni finanzjarja u rapport ta’
kull sena fuq il-ħidmiet ta’ l-Istitut.
6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord għall-
approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
Statut 13 - L-ISTITUT GĦALL-ĦARSIEN TAS-SAĦĦA
1. L-Istitut għall-Harsien tas-Saħħa qiegħed jitwaqqaf hawnhekk bħala
  42      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
istituzzjoni bejn il-Fakultajiet fi ħdan l-Università  ta’ Malta.
2. L-għanijiet ta’ l-Istitut ikunu -
(a) li jipprovdi korsijiet ta’ grad u diploma fix-Xjenzi tal-Ħarsien tas-Saħħa
(bħalma huma Nursing, it-Teknoloġija Medika, it-Terapija tat-Taħdit) u
oqsma marbutin magħhom, suġġetti għall-istatuti u għar-regolamenti ta’
l-Università ;
(b) li joħroġ ċertifikati għal korsijiet fil-Ħarsien tas-Saħħa pprovduti minn
Istituzzjonijiet oħra jekk il-livelli milħuqa jkunu aċċettabbli għalih;
(ċ) li jagħmel tiftix ta’ xejra kemm mono-dixxiplinarja u kemm multi-
dixxiplinarja, b’enfasi fuq il-ħarsien tas-saħħa.
3. L-Istitut ikun immexxi minn Bord.
(a) Il-Bord ikun magħmul minn dawn li ġejjin: 
Chairperson: ir-Rettur jew deputat tiegħu; 
Viċi-Chairperson: id-Direttur ta’ l-Istitut; 
il-ko-ordinaturi għal kull Programm ta’ Studji;
il-ko-ordinatur tat-Tiftix (li x-xogħol tiegħu jkun li jikko-ordina l-
proġetti varji ta’ tiftix ta’ l-Istitut);
żewġ membri mill-persunal akkademiku u minn ħdanu; 
żewġ membri eletti mill-istudenti u minn fosthom; 
membru maħtur mill-Kunsill u membru maħtur mis-Senat; 
żewġ membri addizzjonali jistgħu jkunu ko-optjati mill-Bord. 
(b) Il-Bord ikollu s-setgħa li -
(i) jipproponi regolamenti lis-Senat u jagħmel u jneħħi bye-laws;
(ii) jissorvelja d-direzzjoni ġenerali tal-materji akkademiċi kollha,
fosthom il-programmi tal-korsijiet ta’ l-istudji, il-kwalifiki għad-
dħul ta’ l-istudenti, l-eżamijiet u l-gradi;
(iii) jipproponi t-twaqqif, is-sospensjoni u t-tneħħija ta’ postijiet
akkademiċi u mhux akkademiċi;
(iv) jaħtar iċ-Chairman magħżul għas-sottomissjoni tal-Kunsill; 
(v) jaħtar il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi;
(vi) jaħtar ko-ordinaturi biex tkun assigurata l-ko-ordinazzjoni tal-
Programmi ta’ l-Istudju.
4. L-Istitut ikollu Direttur u persunal:
(a) id-Direttur, maħtur mill-Kunsill ta’ l-Università , għal perijodu ta’
ħames snin wara sejħa għal applikazzjonijiet, bil-possibilità  li l-ħatra
tiġġedded wara r-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istitut;
(b) membri akkademiċi oħra, maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università
b’rakkomandazzjoni tal-Bord;
(ċ) persunal amministrattiv u klerikali skond kif jaħtar il-Bord.
5. L-Uffiċjal tal-finanzi ta’ l-Università  jkun it-Teżorier ta’ l-Istitut. Id-
Direttur iħejji l-budget ta’ kull sena ta’ l-Istitut u jissottomettih lill-Bord għall-
approvazzjoni. Id-Direttur jissottometti wkoll dikjarazzjoni finanzjarja u rapport ta’
kull sena fuq il-ħidmiet ta’ l-Istitut.
6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord għall-
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    43
approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
Statut 14 - L-ISTITUT TAL-LINGWISTIKA
1. Hawn qiegħed jitwaqqaf Istitut tal-Lingwistika fl-Università  ta’ Malta.
2. L-għanijiet ta’ l-Istitut ikunu -
(a) li jmexxi ’l quddiem u jikko-ordina t-tiftix fil-lingwistika, fid-
deskrizzjoni ta’ lingwi partikulari (l-aktar ta’ dawk li huma
rappreżentati b’dipartimenti fil-Fakultà  ta’ l-Arti) u fil-lingwistika
applikata (inklużi attivitajiet l-aktar rilevanti fil-Fakultà  ta’ l-
Edukazzjoni);
(b) li jiżviluppa kuntatti u ko-operazzjoni ma’ korpi lokali interessati barra
mill-Università  li qegħdin jaħdmu fil-qasam ta’ nuqqasijiet fit-taħdit u
ta’ lingwa;
(ċ) li jmexxi ’l quddiem l-użu tal-laboratorju lingwistiku bħala għajnuna
fit-tagħlim ta’ lingwi barranin kemm lill-istudenti ta’ l-Università  u
kemm lill-istudenti l-oħra;
(d) li jiżviluppa kuntatti internazzjonali ma’ istituzzjonijiet simili ta’
Universitajiet barranin, l-aktar ma’ dawk li għandhom interess fil-wirt
Mediterranju;
(e) li jagħmel korsijiet għal grad u diploma fil-lingwistika, suġġetti għall-
istatuti u għar-regolamenti ta’ l-Università .
3. L-Istitut ikun immexxi minn Bord.
(a) Il-Bord ikun magħmul minn dawn li ġejjin: 
Chairperson: ir-Rettur jew deputat tiegħu, 
Viċi-Chairperson: id-Direttur ta’ l-Istitut,
persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università  għal tliet snin, 
żewġ persuni maħtura mis-Senat ta’ l-Università  għal tliet snin, 
erba’ studjużi magħrufa maħtura billi jkunu ko-optjati.
(b) Id-dmirijiet tal-Bord ikunu dawn li ġejjin:
(i) li jiddetermina l-politika ta’ l-Istitut dwar l-għanijiet imsemmija
hawn fuq;
(ii) li jara mill-qrib it-tmexxija finanzjarja ta’ l-Istitut;
(iii) li jassigura l-kollaborazzjoni ma’ korpi oħrajn, lokali u barranin,
li hi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Istitut.
4. L-Istitut ikollu Direttur u persunal:
(a) id-Direttur, maħtur mill-Kunsill ta’ l-Università , għal tliet snin wara
sejħa għall-applikazzjonijiet;
(b) membri akkademiċi oħrajn, maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università
b’rakkomandazzjoni tal-Bord;
(ċ) persunal amministrattiv u klerikali skond kif jaħtar il-Bord.
5. L-Uffiċjal tal-finanzi ta’ l-Università  jkun it-Teżorier ta’ l-Istitut. Id-
Direttur iħejji l-budget ta’ kull sena ta’ l-Istitut u jissottomettih lill-Bord għall-
approvazzjoni. Id-Direttur jissottometti wkoll dikjarazzjoni finanzjarja u rapport ta’
kull sena fuq il-ħidmiet ta’ l-Istitut.
  44      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord għall-
approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
Statut 15 - ĊENTRU GĦAT-TAGĦLIM MILL-BOGĦOD
1. Hawn qiegħed jitwaqqaf Ċentru għal-Tagħlim mill-Bogħod fl-Università  ta’
Malta.
2. L-għanijiet taċ-Ċentru ikunu -
(a) li jitmexxew ’il quddiem diversi proġetti tat-Tagħlim mill-Bogħod li
għandhom igħinu biex jilqgħu d-domanda li qiegħda tikber għal
edukazzjoni ogħla u sa li ma tistax tinkiseb bil-korsijiet tradizzjonali fl-
Università ;
(b) li jitħaddmu r-riżorsi akkademiċi u l-kompetenzi tekniċi biex, flimkien
ma’ ċentri u universitajiet oħrajn tat-Tagħlim mill-Bogħod, jinstabu
metodi ġodda li jagħtu studju sistematiku xieraq f’suġġetti u f’dixxiplini
diversi;
(ċ) li jingħataw opportunitajiet għall-kisba ta’ ħiliet li jħallu l-qligħ lil nies
li l-impenji tax-xogħol jew tal-familja tagħhom ma jħalluhomx isegwu
korsijiet konvenzjonali ta’ filgħodu jew ta’ filgħaxija;
(d) li jiġu żviluppati programmi strutturati li jistgħu jwasslu għall-għoti ta’
diploma jew grad ta’ l-Università  ta’ Malta;
3. Iċ-Ċentru jkun immexxi minn Bord.
(a) Il-Bord ikun magħmul minn dawn li ġejjin: 
Chairperson: ir-Rettur jew deputat tiegħu, 
Viċi-Chairperson: id-Direttur taċ-Ċentru,
persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università  għal tliet snin, 
żewġ persuni maħtura mis-Senat ta’ l-Università  għal tliet snin, 
erba’ studjużi magħrufa maħtura billi jkunu ko-optjati.
(b) Id-dmirijiet tal-Bord ikunu dawn li ġejjin:
(i) li jiddetermina l-politika taċ-Ċentru dwar l-għanijiet imsemmija
hawn fuq;
(ii) li jara mill-qrib it-tmexxija finanzjarja taċ-Ċentru;
(iii) li jassigura l-kollaborazzjoni ma’ korpi oħrajn, lokali u barranin,
li hi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet taċ-Ċentru.
4. Iċ-Ċentru jkollu Direttur u persunal:
(a) id-Direttur, maħtur mill-Kunsill ta’ l-Università , għal perijodu ta’
ħames snin wara sejħa għal applikazzjonijiet, bil-possibilità  li l-ħatra
tiġġedded wara r-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istitut;
(b) membri akkademiċi oħrajn, maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università
b’rakkomandazzjoni tal-Bord;
(ċ) persunal amministrattiv u klerikali skond kif jaħtar il-Bord.
5. L-Uffiċjal tal-finanzi ta’ l-Università  jkun it-Teżorier taċ-Ċentru. Id-
Direttur iħejji budget ta’ kull sena taċ-Ċentru u jissottomettih lill-Bord għall-
approvazzjoni. Id-Direttur jissottometti wkoll dikjarazzjoni finanzjarja u rapport ta’
kull sena fuq il-ħidmiet taċ-Ċentru.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    45
6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord għall-
approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
B - REGOLAMENTI U BYE-LAWS 
RO1 - REGOLAMENTI GĦAD-DĦUL TA’ L-1997
1. Dħul għal Kors ta’ l-Istudji
1.1 Korsijiet għal Grad. Biex jiddaħħal f’kors ta’ l-istudji li jwassal għal grad,
kandidat irid:
(a) ikun intitolat biex jidħol fl-Università  bħala student regolari skond ir-
regolament 2; u
(b) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra li jistgħu jidhru fir-regolamenti u l-bye-laws
għal dak il-kors.
1.2 Korsijiet għal Diploma. Biex jiddaħħal f’kors ta’ studji li jwassal għal
diploma, kandidat irid:
(a) ikun intitolat biex jidħol fl-Università  bħala student regolari skond ir-
regolament 2:
Iżda b’dan, meta kors għal diploma jdum sentejn jew aktar, u r-
regolamenti għall-kors espressament jippermettu, kandidat jista’ jitħalla
jagħmel l-ewwel sena bħala student bi prova (ara r-regolament 3.2); 
(b) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra li jistgħu jidhru fir-regolamenti u l-bye-laws
għal dak il-kors.
1.3 Korsijiet għal Ċertifikat.
1.3.1 Korsijiet Fundamentali. Biex jiddaħħal f’kors ta’ studji li jwassal għal
ċertifikat li jkun kwalifika għad-dħul fl-Università  bħala student regolari, kandidat
irid:
(a) ikun intitolat biex jidħol fl-Università  bħala student bi prova skond ir-
regolament 3.2; u
(b) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra li jistgħu jidhru fir-regolamenti u l-bye-laws
għal dak il-kors.
1.3.2 Kors tal-Junior College. Biex jiddaħħal fil-Junior College ta’ l-Università ,
kandidat għandu jissodisfa r-rekwiżiti għad-dħul bħala Junior Student skond ir-
regolament 3.1.
1.3.3  Korsijiet oħra għal Ċertifikat. Biex jiddaħħal f’kors għal ċertifikat li mhux
kors fundamentali, kandidat irid jissodisfa r-rekwiżiti li jistgħu jidhru fir-
regolamenti u fil-bye-laws ta’ dak il-kors (ara wkoll ir-regolament 3.3).
2. Studenti Regolari ta’ l-Università
2.1 Kandidat jista’ jiddaħħal fl-Università  bħala student regolari jekk hu:
(i) jissodisfa r-Rekwiżiti Ġenerali għad-Dħul kif inhuma mogħtija
fir-regolament 6.1; jew
(ii) huwa gradwat ta’ università  magħrufa mis-Senat għal dan il-għan;
jew
(iii) ingħata diploma approvata minn istituzzjoni ta’ l-edukazzjoni
  46      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
terzjara magħrufa mis-Senat għal dan il-għan; jew
(iv) kiseb iċ-Ċertifikat fl-Istudji Fundamentali ta’ l-Università;  jew
(v) ikun temm b’suċċess parti speċifika minn kors jew kors sħiħ wara
li jkun iddaħħal fl-Università  bħala student bi prova skond ir-
regolament 3.2.
2.2 Kandidat jista’ jiddaħħal ukoll bħala student regolari ta’ l-Università  jekk
hu:
(a)(i) kien reġistrat bħala student f’università  oħra magħrufa mis-Senat
għal dan il-għan; jew
(ii) għandu kwalifiki ta’ livell akkademiku simili għal dawk li hemm
imsemmija fir-regolament 2.1; jew
(iii) ikollu 23 sena sal-bidu tal-kors li jkun applika għalih; jew
(iv) ikun fi kwalunkwe żmien issodisfa r-rekwiżiti ġenerali tad-dħul
mitluba f’dak iż-żmien; jew
(v) ibati minn xi disabilità  fisika serja li tkun għamlitha diffiċli għalih
li jikseb il-kwalifika għad-dħul meħtieġa;
u
(b) ikun tqies intitolat għad-dħul bħala student regolari mill-Bord tad-Dħul
imwaqqaf skond ir-regolament 5.
3. Studenti Junior, bi prova u provviżorji ta’ l-Università
3.1 Junior Students. Kandidat jista’ jidħol l-Università  bħala Junior Student fil-
Junior College ta’ l-Università  jekk għandu sitt passes fl-Eżami għaċ-Ċertifikat ta’
l-Edukazzjoni Sekondarja bi Grad 5 jew aħjar.
Is-suġġetti offruti għandhom jinkludu:
il-Malti, il-Lingwa Ingliża, il-Matematika
u wieħed minn dawn: il-Fiżika, il-Kimika jew il-Bijoloġija.
3.2 Studenti bi prova: Kandidat jista’ jiddaħħal fl-Università  bħala student bi
prova jekk hu:
(a) ikun applika għad-dħul skond ir-regolament 1.2 u jissodisfa r-rekwiżiti
għad-dħul f’kors preparatorju li jkunu meħtieġa mir-regolamenti tal-
Kors għal Diploma li l-kandidat ikun irid jidħol għalih, meta kors
preparatorju bħal dan huwa provdut b’dawk ir-regolamenti; jew
(b) ikun applika għad-dħul skond ir-regolament 1.3.1 u ssodisfa r-Rekwiżiti
Ġenerali għad-Dħul kif imniżżlin fir-regolamenti għall-Kors ta’
Fundazzjoni; jew
(ċ) ikun kiseb iċ-Ċertifikat tal-Matrikola iżda jonqsu mhux aktar minn
element wieħed mir-Rekwiżiti Speċjali tal-Kors partikolari li jkun
applika għalih (bħalma hu grad f’suġġett fil-Livell Avanzat jew grad li
għadda f’suġġett fil-Livell Intermedju) u l-Bord tad-Dħul, li jaġixxi fuq
il-parir tal-Kumitat tad-Dħul tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut rilevanti,
jiċċertifika li dan l-element li jonqos jista’ jkun ikkompensat billi l-
istudent jissodisfa kundizzjonijiet addizzjonali billi jtemm b’suċċess
parti speċifika tal-kors jew il-kors kollu li għalih ikun qed japplika.
3.2 Studenti Proviżorji. Fil-każ ta’ kors għal ċertifikat li ma jeħtieġx li kandidat
ikun intitolat għad-dħul bħala student regolari jew student bi prova, kandidat
jiddaħħal bħala student proviżorju ta’ l-Università  għal tul il-kors:
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    47
Iżda b’dan, il-kandidat jista’ jitlob li jiddaħħal bħala student regolari jekk għandu
l-kwalifiki meħtieġa.
4. Reġistrazzjoni bħala Student Matrikolat
4.1 Kandidat li ddaħħal f’kors ta’ l-istudji bħala student regolari jkun reġistrat
bħala student matrikolat ta’ l-Università .
4.2 Kandidat li jikkwalifika għad-dħul bħala student regolari billi jkun issodisfa
r-Rekwiżiti Ġenerali għad-Dħul (ara r-regolament 2.1(i)), jista’ japplika biex ikun
reġistrat bħala student matrikolat anki jekk ma jkunx qiegħed ifittex li jidħol għal
kors ta’ studji.
4.2.1 Ċertifikat tar-reġistrazzjoni jista’ jinħareġ lil kandidat li japplika skond ir-
regolament 4.2, u jsir il-ħlas imsemmi.
5. Il-Bord tad-Dħul
5.1 Il-Bord tad-Dħul huwa magħmul minn dawn il-membri: 
Ir-Rettur, jew id-delegat maħtur, ex officio chairman,
Tliet membri maħtura mis-Senat
Ir-Registratur.
5.2 Il-Bord tad-Dħul ikollu s-setgħa -
(a) li jiddeċiedi jekk kandidat jistax jidħol bħala student regolari, bi prova
jew provviżorju ta’ l-Università  u jistax jidħol għal xi kors ta’ studji;
(b) li jiddeċiedi jekk kandidat jistax jiddaħħal bħala student regolari ta’ l-
Università  skond ir-regolament 2.2 u, fejn jidhirlu li hu xieraq -
(i) li jitlob lil dan il-kandidat li jissodisfa kundizzjonijiet
addizzjonali qabel ma jiddaħħal bħala student regolari; u/jew
(ii) li jdejjaq l-għażla tal-kors, jew ta’ l-għażliet fi ħdan kors, li dan
il-kandidat jista’ jiddaħħal għalihom;
(ċ) li jiddeċiedi fuq min jista’ jiddaħħal għal kors, li d-dħul għalih huwa
limitat, skond id-disposizzjonijiet tar-regolamenti u l-bye-laws għal dak
il-kors u l-kriterji l-oħra stabbiliti permezz ta’ riżoluzzjoni magħmula
mis-Senat;
(d) li jfittex il-parir tal-kumitat tad-dħul tal-fakultà  (magħmul mid-Dekan
jew mid-delegat tiegħu u minn għal inqas żewġ membri akkademiċi
oħra maħtura mill-Bord tal-Fakultà  kkonċernata) fuq kull materja li
tolqot l-eliġibiltà  għad-dħul f’xi kors ta’ l-istudji f’dik il-fakultà , u
b’mod partikolari jekk kandidat li qiegħed jitob li jidħol bħala student
regolari skond ir-regolament 2.2(a)(iii) għandu l-isfond akkademiku
neċessarju biex isegwi l-kors ta’ studji kkonċernat bi profitt,
normalment wara li jkun evalwa l-kandidat f’intervista jew xi forma
oħra ta’ valutazzjoni;
(e) li jagħti parir lis-Senat fuq il-materji kollha li jolqtu d-dħul fl-
Università  u fil-korsijiet ta’ studji.
5.3 Il-quorum għal laqgħat tal-Bord tad-Dħul ikun tlieta. 
6. Rekwiżiti għad-Dħul
6.1. Rekwiżiti Ġenerali għad-Dħul (ara regolament 2.1). Bla ħsara għal kull
disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-regolamenti, ir-Rekwiżiti Ġenerali għad-Dħul huma
  48      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
dawn li ġejjin:
(a) iċ-Ċertifikat tal-Matrikola; u
(b) ċertifikati li għadda fl-Eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni
Sekondarja bi Grad 5 jew aħjar fil-Malti, fl-Ilsien Ingliż u fil-
Matematika:
Iżda jekk ċertifikat li għadda fil-Malti, u/jew fl-Ingliż, u/jew fil-
Matematika jkun miksub fiċ-Ċertifikat tal-Matrikola, jew fil-Livell
Avanzat jew fil-Livell Intermedju, ċertifikat fl-Eżami għaċ-Ċertifikat
ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja mhux meħtieġ.
6.2 Eżamijiet li jikkorrispondu. Il-Bord tad-Dħul jista’ jirrakkomanda lis-Senat
li jkunu aċċettati passes f’livell li jaqblu ta’ eżamijiet oħra bħala ekwivalenti għaċ-
Ċertifikat tal-Matrikola jew għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja għall-
għanijiet tad-dħul.
6.3.1 Rekwiżiti Speċjali għall-Kors. Ir-regolamenti u l-bye-laws għal kors ta’
studji jistgħu jispeċifikaw rekwiżiti oħrajn għad-dħul f’dak il-kors. Jistgħu
partikolarment jillimitaw l-għażla tas-suġġetti li jistgħu jkunu offruti fil-Livell
Avanzat u Intermedju, jew jispeċifikaw kwalifiki alternattivi għad-dħul li jistgħu
jintlaqgħu, kollha kemm huma jew parti minnhom, bħala ‘kwalifiki ta’ livell
akkademiku simili’ għall-għanijiet tar-regolament 2.2.
6.3.2 Meta fakultà  tindika rekwiżiti speċjali għad-dħul għal qasam ta’ studju
partikolari li hija toffri, dawk ir-rekwiżiti speċjali għad-dħul għandhom dejjem
japplikaw irrispettivament mill-kors li fih il-qasam ta’ studju qed jittieħed, iżda
fakultà  tista’ tindika rekwiżiti addizzjonali għal dak il-qasam ta’ studju meta
jittieħed f’korsijiet li hija toffri.
6.4.1  Kandidat li hu gradwat ta’ università  jew għandu kwalifiki oħrajn meqjusin
suffiċjenti jista’ bil-parir tal-kumitat tad-dħul tal-fakultà  kkonċernat ikun eżentat
mill-Bord tad-Dħul minn kull suġġett li jkun meħtieġ ċertifikat fih għad-dħul f’xi
kors f’dik il-Fakultà .
6.4.2  Meta wieħed mir-rekwiżiti għad-dħul f’xi kors ikun prova ta’ kemm il-
kandidat għandu d-disposizzjoni neċessarja għalih, is-Senat għandu jaħtar Bord ta’ l-
eżaminaturi normalment magħmul minn:
Il-Kap tad-Dipartiment rilevanti jew id-Direttur ta’ l-Istitut rilevanti jew
id-delegat maħtur minn dak il-Kap jew Direttur;
Il-Kap tad-Dipartiment tal-Psikoloġija jew id-delegat maħtur minnu; u
Ir-Reġistratur jew id-delegat maħtur minnu.
7. Suġġetti Alternattivi Obbligatorji f’Ċirkostanzi Speċjali
7.1 Il-Bord tad-Dħul jista’, fiċ-ċirkostanzi speċjali u bil-kundizzjonijiet
imsemmija hawn taħt, jippermetti li kandidat joffri suġġett ieħor minflok il-Malti,
kif ġej :
(a) Jista’ jħalli kandidat li mhux Malti joffri minflok il-Malti l-lingwa
tiegħu.
(b) Jista’ jħalli kandidat Malti li, minħabba li kien jgħix jew jistudja barra
minn Malta għal perijodu sinjifikattiv fl-aħħar erba’ snin, ma rċeviex
tagħlim xieraq fil-Malti, joffri minflok dak is-suġġett lingwa oħra jew
suġġett ieħor.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    49
8. Disposizzjonijiet Oħra
8.1 Id-Dħul f’Kors wara li jkun beda. Kandidat li hu kwalifikat għad-dħul fl-
Università  bħala student regolari jista’ jitħalla mill-Bord tad-Dħul, skond
kundizzjonijiet li dan jista’ jimponi, jidħol f’kors ta’ studji fit-tieni sena tiegħu,
basta li l-Bord tal-Fakultà  kkonċernata huwa sodisfatt li l-kandidat għamel, f’xi
istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla magħrufa, parti suffiċjenti mis-sillabu ta’ dak il-
kors b’mod li l-kandidat ikun f’qagħda li jtemm l-ewwel sentejn tal-kors f’sena
waħda.
8.1.1  Is-Senat jista’ bil-parir tal-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut rilevanti, jħalli
li kandidat ikun ikkunsidrat mill-Bord tad-Dħul biex jidħol fi kwalunkwe sena tal-
kors. Id-disposizzjonijiet tar-regolament 8.1 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
8.2 Korsijiet fl-istess Żmien. Jekk mhux bil-permess speċjali tas-Senat, student
ma jistax jirreġistra fl-istess żmien għal iżjed minn kors wieħed ta’ studji li jwassal
għal grad, diploma jew ċertifikat, ħlief fil-każijiet imsemmija fir-regolament 8.2.1.
8.2.1  Dawn il-korsijiet li ġejjin jistgħu jsiru fl-istess żmien:
(a) il-korsijiet li jwasslu għall-grad ta’ LL.D. u għad-Diploma ta’ Nutar
Pubbliku;
(b) il-korsijiet li jwasslu għall-grad ta’ B.A. in  Legal and Humanistic
Studies u għad-Diploma ta’ Prokuratur Legali;
(ċ) kors (part-time jew full-time) li jwassal għal grad, diploma jew
ċertifikat, u kors part-time li jwassal għal ċertifikat.
8.3 Studenti Okkażjonali. Ir-Rettur jista’ jħalli persuna tattendi kors ta’ lectures
jew klassi prattika bħala student okkażjonali, bil-kundizzjoni li kull għalliem
ikkonċernat jaċċetta li jilqa’ lill-istudent u huwa sodisfatt li l-istudent għandu l-
isfond akkademiku meħtieġ biex isegwi l-lectures jew il-klassijiet prattiċi bi
gwadan. Ir-Rettur, fid-diskrezzjoni tiegħu, jista’ jirtira dan il-permess f’kull żmien.
8.3.1  Studenti okkażjonali ma jkollhomx il-jeddijiet u l-privileġġi mogħtijin lil
studenti regolari u ma jistgħux jagħmlu eżamijiet ta’ l-Università . Dawn l-istudenti,
madankollu, huma marbutin bir-regolamenti dixxiplinarji ta’ l-Università .
8.4 Studenti Kurrikulari. Ir-Rettur, bil-parir tal-Bord ta’ Fakultà  jew ta’ Istitut,
jista’ jħalli li kwalunkwe persuna tirreġistra għal xi partijiet minn kors jew għall-
kors kollu li jingħata f’dik il-Fakultà  jew f’dak l-Istitut bħala student kurrikulari.
Dawn l-istudenti ma jkollhomx il-jedd li jagħmlu eżamijiet, iżda jistgħu jinqdew bil-
faċilitajiet l-oħrajn kollha mogħtija lil studenti regolari.
8.5 Student li ma jkomplix kors, jew ma jitħallix bir-regolamenti li jkompli
kors, jista’ jitħalla jerġa’ jirreġistra bħala student fi kwalunkwe kors qabel ma
jgħaddu tlett snin biss jekk ikollu l-permess tas-Senat mogħti fuq il-parir tal-Bord
tad-Dħul.
9. Studenti Sospiżi
9.1 Student li, wara li jkun imwissi bil-miktub, jibqa’ ma jattendix b’mod
persistenti għall-lectures u/jew tutorjali jew jibqa’ ma jagħmilx id-dmirijiet
akkademiċi tiegħu mingħajr ġustifikazzjoni adegwata, jiġi sospiż għal perijodu ta’
mhux aktar minn sitt xhur, kif ir-Rettur jiddeċiedi, wara li jikkunsidra r-
rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut konċernat.
9.1.1  Student sospiż jista’, fuq ir-rakkomandazzjoni tad-Dekan tal-Fakultà  jew
tad-Direttur ta’ l-Istitut tiegħu, jitħalla jattendi għal-lectures u/jew tutorjali u jieħu
sehem f’attivitajiet akkademiċi oħra taħt dawk il-kundizzjonijiet li r-Rettur jista’
  50      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
japprova.
10. Applikazzjonijiet għad-Dħul
10. Il-kandidati li jixtiequ jidħlu f’korsijiet skond il-provvedimenti tar-
Regolamenti għad-Dħul għandhom japplikaw fuq il-formoli preskritti sad-data
stabbilita mis-Senat, ħlief f’ċirkustanzi speċjali u bil-permess tas-Senat.
RO2 - REGOLAMENTI TA’ L-1997 GĦALL-EŻAMIJIET 
TA’ L-UNIVERSITÀ  
1. Provvedimenti Ġenerali
1.1 Is-suġġetti ta’ l-eżamijiet ikunu dawk li hemm preskritti fir-regolamenti
rilevanti.
1.2 Jekk ma jingħadx mod ieħor fir-regolamenti għal kors partikolari:
(i) l-eżamijiet isiru f’żewġ sessjonijiet: normalment f’Ġunju u
f’Settembru;
(ii) il-kandidati jkunu mistennija li jagħmlu l-eżamijiet tagħhom
għas-sena akkademika partikolari f’dawn iż-żewġ sessjonijiet;
(iii) jekk kandidat ikun nieqes f’suġġett jew f’aktar minn suġġett
wieħed f’sessjoni oħra barra sessjoni ta’ Ġunju għal raġuni li
titqies mis-Senat bħala valida u ’l fuq mill-kontroll tiegħu, u ma
jkunx hemm sessjoni regolari ta’ l-istess eżami fit-tnax-il xahar
ta’ wara, huwa jitħalla jagħmel l-eżami f’dak is-suġġett jew
f’dawk is-suġġetti f’sessjoni speċjali;
(iv) jekk kandidat ikun nieqes f’sessjoni ta’ Ġunju għal raġuni li
titqies mis-Senat bħala valida u ’l fuq mill-kontroll tiegħu, s-
Senat jista’ jħalli lil kandidat li jagħżel li f’Settembru jagħmel
jew l-eżamijiet kollha li kellu jagħmel f’Ġunju li jkunu meqjusa
bħala li saru l-ewwel darba, jew l-eżami li ma resaqx għalih bħala
eżami riparatorju;
(v) jekk biex ikun eliġibbli biex jagħmel l-eżamijiet finali, student
ikun jonqsu element wieħed, bħal per eżempju kredtu għal
taqsima studju waħda, ir-Rettur, faq il-parir tad-Dekan jew
uffiċjal akkademiku ta’ l-Università  ieħor ekwivalenti, jista’
jawtorizza li l-istudent jagħmel dak l-eżami b’dawk il-
kundizzjonijiet li jidhrulu meħtieġa biex jiżgura kompensazzjoni
adekwata għall-element nieqes imsemmi aktar qabel;
(vi) Ir-Regolamenti 1.2(iii) u l.2(iv) għandhom japplikaw mutatis
mutandis fil-każ ta’ assenza waqt eżamijiet li jsiru matul
sessjonijiet ta’ l-eżamijiet oħra li eċċezzjonalment isiru f’dati
oħra barra minn f’Ġunju u f’Settembru.
2. Il-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi
2.1 Ikun hemm Bord ta’ l-Eżaminaturi għal kull suġġett ta’ l-eżami.
2.2 (a) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jkun normalment magħmul mill-kap tad-
dipartiment, jew mill-ko-ordinatur tal-qasam ta’ studji li jipprovdi l-parti
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    51
ewlenija tat-tagħlim, bħala chairman, u minn żewġ eżaminaturi oħra; bil-
kundizzjoni li s-Senat, skond il-parir tal-Bord tal-Fakultà  kkonċernata, jista’
jirrakkomanda lill-Kunsill li jżid l-għadd ta’ l-eżaminaturi f’suġġett
partikolari.
(b) Meta s-Senat iqis li dan hu xieraq, eżaminaturi addizzjonali jinħatru għal
taqsimiet speċifiċi ta’ l-eżami. Dawn l-eżaminaturi addizzjonali jieħdu
sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi iżda biss sakemm
dawn jikkonċernaw lil dawk it-taqsimiet ta’ l-eżami li huma mdaħħlin fihom
huma.
(ċ) Eżaminaturi barranin, meta jkunu maħtura, ikunu addizzjonali għall-
formazzjoni normali tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi.
(d) Għalliem li mhux membru tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ jkun mistenni
mill-Bord li jgħinhom f’xi taqsima ta’ l-eżami fis-suġġett li hu jgħallem. 
(e) Meta hu xieraq, Bord tal-Fakultà  jista’ jaħtar moderatur ta’ l-eżamijiet,
mgħejun minn sotto-kumitat, bil-kundizzjoni li dan il-provvediment għandu
japplika dejjem fil-każ ta’ l-eżami ta’ teżijiet.
2.3 (a) Membru ta’ Bord ta’ l-Eżaminaturi (li jinkludi lil dawk li jħejju l-karta u
li jimmarkaw) jkun skwalifikat milli jeżamina:
(i) jekk hu qarib tal-kandidat b’konsangwinità  jew b’affinità  sat-
tielet grad inkluż;
(ii) jekk huwa, f’xi żmien matul is-sena akkademika li l-eżami
jirreferi għaliha, kien kustodju ta’ kandidat jew ta lezzjonijiet
privati fis-suġġett ta’ l-eżami;
(iii) fil-każ ta’ l-Eżamijiet tal-Matrikola u ta’ l-Eżami għaċ-Ċertifikat
ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja, ukoll jekk hu kien, għal xi żmien
matul it-tnax-il xahar qabel l-eżami kkonċernat, għalliem ta’ xi
kandidati fis-suġġett ta’ l-eżami jew suġġett qrib ħafna.
(b) Il-panel tal-markers jista’ jikkunsidra l-evalwazzjoni tal-proġetti u/jew
tal-profiċjenza orali li jagħtuh għalliema awtorizzati skond il-proċeduri
stabbiliti mill-Bord.
(ċ) Ir-Rettur, wara li jikkonsulta d-Dekan tal-Fakultà  kkonċernata, għandu
jaħtar eżaminatur ieħor minflok il-membru li hu skwalifikat. 
2.4 Jekk, qabel jew matul il-kors ta’ l-eżami, ir-Rettur hu sodisfatt li membru
tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi ma jistax jaqdi jew ikompli jaqdi d-dmirijiet tiegħu, huwa,
wara konsultazzjoni mad-Dekan tal-Fakultà  kkonċernata, jaħtar eżaminatur ieħor
minflok dak il-membru.
2.5 Fejn l-eżaminatur li hu mbiddel skond it-termini ta’ 2.3 jew 2.4 imsemmija
huwa ċ-chairman tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, ir-Rettur jaħtar chairman ġdid li jrid
ikun il-kap ta’ dipartiment ieħor fi ħdan l-istess Fakultà  jew lettur mid-dipartiment
ikkonċernat, u eżaminaturi sostituti bħal dawk kif ikun meħtieġ.
2.6 Valutazzjoni tax-Xogħol fil-Kors: Studenti li huma mitluba mir-regolamenti
biex jiksbu kredtu jkunu normalment evalwati mill-lettur reponsabbli għat-tagħlim
tat-taqsima studju rilevanti. Il-Kap tad-Dipartiment jew il-Ko-ordinatur tal-kors ikun
il-moderatur. Jekk il-persuna responsabbli mit-tagħlim tat-taqsima studju tkun hija
nfisha l-Kap tad-Dipartiment jew il-Ko-ordinatur tal-Kors, allura d-Dekan tal-
Fakultà  jew id-Direttur ta’ l-Istitut ikun il-moderatur.
  52      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
3. Proċeduri għall-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi
3.1 Suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u għal linji ta’ gwida
magħmulin mis-Senat, il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jiddetermina l-proċeduri li
għandhom jittieħdu għat-tmexxija ta’ l-eżami:
Iżda kull membru tal-Bord jieħu sehem għallinqas f’parti mill-eżami ta’ kull
kandidat.
3.2 Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi, meta jiġġudika l-merti tal-kandidati, jista’ jqis
mhux biss x’għamlu matul l-eżami iżda wkoll ix-xogħol tagħhom fis-suġġett matul
il-kors.
3.3 Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi jsiru b’maġġoranza ta’ voti. Ebda
eżaminatur ma jista’ jastjeni fil-votazzjoni. Fil-każ ta’ voti ndaqs, iċ-chairman ikollu
u jagħti t-tieni vot:
Iżda jkun sewwa għaċ-chairman li jikkunsidra l-materja bħala li ġiet deċiża mill-
Bord jekk il-kunsens ġenerali fost il-membri jidher li jkun favur deċiżjoni bħal din u
ebda vot ma jkun mitlub:
Iżda jekk eżaminatur barrani ma jistax jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet finali tal-
Bord għaliex ikun imsiefer, ikun skond il-liġi għall-membri l-oħra tal-Bord li jieħdu
deċiżjonijiet fin-nuqqas tiegħu sakemm xi fehmiet li hu jkun fisser bil-kitba jiġu
kkunsidrati u d-deċiżjoni finali hi aċċettabbli għalih.
3.4 Il-membri tal-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi jqisu bħala kunfidenzjali kull ħaġa
marbuta ma’ dawn il-proċedimenti.
4. Eżamijiet li jinvolvu aktar minn suġġett wieħed
4.1 Meta r-regolamenti ta’ kors jitolbu li r-riżultati ta’ eżami li jinvolvi aktar
minn suġġett wieħed jiġu ppubblikati bħala ħaġa waħda, il-proċeduri adottati biex
jinkiseb dan ir-riżultat għandhom jikkunsidraw il-linji ta’ gwida maħruġa mis-Senat
għal dan il-għan.
5. Il-Bordijiet tal-Klassifikazzjoni tal-Gradi
5.1 Sakemm ma jingħadx mod ieħor fir-regolamenti għal kors partikolari, jew il-
kors jikkonsisti minn qasam ta’ studju wieħed biss:
(a) Kull meta r-regolamenti ta’ kors jipprovdu li grad/diploma tiġi
kklassifikat/a, għandu jkun hemm Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Gradi.
(b) Kull Bord ta’ Klassifikazzjoni għandu jkun magħmul miċ-Chairman tal-
Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi ta’ l-eżami finali għal kull qasam ta’ studju
fil-kors u l-eżaminaturi barranin. Il-Bord jitmexxa mid-Dekan tal-
Fakultà  jew, fin-nuqqas tiegħu, minn wieħed mic-Chairmen tal-
Bordijiet ta’ l-Eżamijiet, elett biex imexxi l-laqgħa mill-membri l-oħra
tal-Bord. Il-Bord jista’ jsejjaħ lil kwalunkwe eżaminatur ieħor biex
jieħu sehem bħala advisor.
(ċ) Il-Bordijiet tal-Klassifikazzjoni jimxu mutatis mutandis fuq il-proċeduri
kif imsemmija fir-regolamenti 3.2 u 3.3 ta’ dawn ir-reġolamenti.
6. Reviżjoni tal-Karti ta’ l-Eżami
6.1 Suġġett għall-provvedimenti ta’ regolamenti u għal linji ta’ gwida
magħmulin mill-awtorità  rilevanti ta’ l-Università , kandidat jista’ fi żmien
ġimgħatejn mill-pubblikazzjoni tar-riżultat ta’ l-eżami jitlob li ssir reviżjoni ta’ l-
iskritt ta’ l-eżami tiegħu bil-għan li jiġi aċċertat li ma sar ebda żball fl-għoti tal-
marki jew grad miksub f’karta ta’ l-eżami partikulari.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    53
6.2 Ir-reviżjoni ta’ l-iskritti ta’ l-eżami ssir mill-istess Bord ta’ Eżaminaturi
flimkien ma’ eżaminatur addizzjonali maħtur mis-Senat għal dan l-għan. Il-
provvedimenti ta’ sezzjoni 3 ta’ dawn ir-regolamenti japplikaw mutatis mutandis.
6.3 Id-deċiżjoni akkademika ta’ l-eżaminaturi oriġinali ma terġax titqies mill-
ġdid mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi li qed jikkonsidra l-appell u r-riżultat jiġi mibdul
biss, jekk il-bidla tkun tista’ tiġi ġġustifikata b’kriterji oġġettivi.
6.4 Ir-riżultat tar-reviżjoni tal-karti jiġi kkomunikat lill-kandidat f’forma ta’
rapport qasir li jagħti l-motivazzjoni tar-riżultat.
6.5 Jekk it-talba tar-reviżjoni tkun ġustifikata, l-informazzjoni kollha, inkluż it-
tibdil possibli fil-klassifikazzjoni finali, tkun emendata skond il-ħtieġa, u kull ħlas
imħallas b’konnessjoni ma’ l-appell jingħata lura.
7. Ħtiġiet Speċjali
7.1 L-Università  tieħu passi ħalli fejn hu possibbli isiru provvedimenti biex
ikunu ta’ għajnuna biex persuni bi ħtiġiet speċjali jkunu jistgħu jersqu għall-
eżamijiet tagħha, sakemm l-għajnuna li tingħata ma tkunx ta’ vantaġġ mhux
mistħoqq għall-kandidat. Kull għajnuna mogħtija b’dan il-mod għandha tkun taħt il-
kontroll sħiħ ta’ l-Università . 
7.2 Il-kandidati b’diżabilità  jistgħu jingħataw l-għażla li jkunu eżentati milli
jiġu eżaminati f’element partikulari ta’ l-eżami, bħalma huma l-ortografija (f’eżami
mhux ta’ lingwa), l-orali jew il-prattiku. Meta l-kandidati jaċċettaw l-għażla, iċ-
ċertifikati għandhom jindikaw dan kif ġej:
"Arranġamenti speċjali kienu magħmula biex il-kandidat ikun evalwat
f’dan is-suġġett. Id-dettalji jistgħu jinkisbu mingħand ir-Reġistratur."
Ċertifikati bħal dawn għandhom jinħarġu biss meta ma jinstab l-ebda mezz ieħor
kif kandidati b’diżabilità  jingħataw għajnuna biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-
eżami.
RO3 - L-EŻAMI TAL-MATRIKOLA
Regolamenti għall-1988 u l-1989
Ir-regolamenti għas-sessjonijiet ta’ l-Eżami tal-Matrikola li se jsiru fl-1988 u fl-
1989 ikunu l-bye-laws ippubblikati diġà  għall-1988 u għall-1989 b’dawn il-bidliet
fil-kliem:
(i) daħħal "Regolamenti" minflok "Bye-Laws" fis-sotto-titolu ewlieni
u fil-paragrafu 1.3;
(ii) daħħal "regolamenti" minflok "regoli" fil-paragrafu 7.2 (b);
(iii) neħħi "magħmulin skond it-termini ta’ l-Istatut 2.III" mis-sotto-
titolu.
(NOTA: Is-sillabi jibqgħu kif ġew ippubblikati).
RO5 - L-EŻAMI TA’ TMIEM L-ISKOLA FIT-TAGĦLIM RELIGJUŻ
Regolamenti għall-1988 u għall-1989
Ir-regolamenti għas-sessjonijiet ta’ l-Eżami ta’ Tmiem l-Iskola fit-Tagħlim
Reliġjuż li se jsiru fl-1988 u fl-1989 ikunu l-bye-laws ppubblikati diġà  għall-1988 u
  54      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
għall-1989 b’dawn il-bidliet fil-kliem:
(i) daħħal "Regolamenti" minflok "Bye-laws" fis-sotto-titolu ewlieni
u fil-paragrafi 1.3 u 3.2;
(ii) daħħal "regolamenti" minflok "regoli" fil-paragrafu 8.2(6); 
(iii) neħħi "skond it-termini ta’ l-Istatut 2.IV" mis-sotto-titolu. 
(NOTA: Is-sillabi jibqgħu kif ġew ippubblikati).
Miżjuda: SKEDA III
II.1995.5.
(Artikolu 39A)
(Li ġejjin huma traduzzjoni bil-Malti ta’ l-oriġinali li saru bil-lingwa Taljana, l-
oriġinal bit-Taljan hu riprodott wara t-test Malti.)
FTEHIM BEJN IS-SANTA SEDE U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
DWAR L-INKORPORAZZJONI TAL-FAKULTÀ  TAT-TEOLOĠIJA FL-
UNIVERSITÀ  TA’ MALTA
Is-Santa Sede u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta, konxji mill-iżvilupp storiku ta’
l-istudji universitarji f’Malta u, fuq kollox wara li kkunsidraw il-vantaġġi ta’
karattru xjentifiku, kulturali, u soċjali li jistgħu joħorġu minn għaqda aktar sħiħa tal-
Fakultà  tat-Teoloġija ma’ l-Università  ta’ Malta, jistabbilixxu bi ftehim bejniethom
dan li ġej:
1. Il-Fakultà  tat-Teoloġija hija nkorporata fl-Università  ta’ Malta. Din l-
inkorporazzjoni u l-funzjonijiet tal-Fakultà  tat-Teoloġija huma regolati, fl-ewwel lok
mid-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u, fit-tieni lok mil-liġijiet ta’ Malta u mill-
Istatuti ta’ l-istess Università .
2. Il-gradi akkademiċi u d-diplomi konferiti mill-Fakultà  tat-Teoloġija
jkollhom valur kanoniku u ċivili.
3. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istruttura, l-organizzazzjoni interna, il-
korpi akkademiċi u studenteski, il-Fakultà  tat-Teoloġija qiegħda tiġi inkorporata fl-
Università  ta’ Malta fl-istat li tinsab fih fid-data ta’ dan il-Ftehim u kif muri fl-
Anness, salv id-dritt ta’ l-istess Fakultà , għall-iżvilupp raġonevoli u xieraq, li tvarja
n-numru ta’ studenti u għalliema, kif ukoll li tipprovdi għal korsijiet oħra fit-
teoloġija u dixxiplini oħra li għandhom x’jaqsmu magħħa, jekk dan jitqies meħtieġ
għat-tħejjija xierqa ta’ l-istudenti tagħha.
4. L-Università  ta’ Malta, f’dak kollu li jirrigwarda r-regolament ta’ l-istudji u
tar-rekwiżiti akkademiċi u kanoniċi ta’ l-għalliema fil-Fakultà  tat-Teoloġija,
għandha timxi skond dak preskritt fil-Kostituzzjoni Appostolika "Sapientia
Christiana" tal-15 ta’ April, 1979 u fl-"Ordinationes" maħruġa mill-Kongregazzjoni
għall-Edukazzjoni Kattolika fid-29 ta’ April, 1979 u skond dawk in-normi kanoniċi
li jistgħu fil-futur jikkompletaw jew jissostitwixxu dak li hemm fl-imsemmija
dokumenti tas-Santa Sede.
Il-kandidati għal post ta’ għalliem għandhom jiksbu minn qabel ċertifikat mill-
Arċisqof ta’ Malta li juri li ma hemm ebda oġġezzjoni kanonika kontrihom.
Għad-dixxiplini f’affarijiet ta’ fidi u morali, l-Università  ta’ Malta għandha
tikkomunika fi żmien xieraq lill-istess Arċisqof l-isem tal-kandidat magħżul wara l-
proċess ta’ l-għażla, u li jirċievi l-ħatra wara li jkun issottoskriva l-professjoni ta’
fidi quddiem l-istess Ordinarju u rċieva minn għandu l-missjoni kanonika.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    55
Jekk l-istess Arċisqof, għal raġunijiet ta’ fidi, kondotta morali jew dixxiplina
ekkleżjastika, jirrevoka n-"nihil obstat" jew il-missjoni kanonika lil għalliem, dana
ta’ l-aħħar ma jibqax jagħmel parti mill-Fakultà  tat-Teoloġija u proċeduri għandhom
minnufih jittieħdu għal ħatra ta’ għalliem ġdid.
5. Il-Gvern ta’ Malta u, permezz tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi, l-
Arċidjoċesi ta’ Malta għandhom jipprovdu l-mezzi ekonomiċi meħtieġa għal
funzjonament xieraq tal-Fakultà  tat-Teoloġija, f’dik il-miżura u b’dawk il-
modalitajiet kif għandu jiġi stabbilit bi ftehim bejniethom.
6. Il-President tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi jew id-delegat tiegħu
għandu jkun membru tal-Kunsill ta’ l-Università . Żewġ rappreżentanti ta’ l-istess
Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi għandhom ikunu membri tal-Bord tal-Fakultà  tat-
Teoloġija.
7. Jekk jinqalgħu, fil-futur, xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew l-
applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ qabel, is-Santa Sede u l-Gvern tar-Repubblika
ta’ Malta għandhom jaffidaw it-tfittxija ta’ soluzzjoni amikevoli f’idejn
Kummissjoni Paritetika komposta, għas-Santa Sede minn Nunzju Appostoliku
f’Malta u mill-Arċisqof ta’ Malta jew id-delegati tagħhom, u, għall-Gvern Malti,
mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u r-Rettur ta’ l-Università , jew id-delegati tagħhom.
ANNESS RELATTIV GĦALL-ARTIKOLU 3 TAL-FTEHIM IFFIRMAT FIS-26 
TA’ SETTEMBRU, 1988 BEJN IS-SANTA SEDE U L-GVERN TAR-
REPUBBLIKA TA’ MALTA DWAR L-INKORPORAZZJONI TAL-FAKULTÀ  
TAT-TEOLOĠIJA FL-UNIVERSITÀ  TA’ MALTA
Niċċertifikaw illi fis-26 ta’ Settembru, 1988 il-Fakultà  tat-Teoloġija tikkonsisti
fit-tlett entitajiet, kanonikament eretti, kif ġej:
(A) Il-Fakultà  tat-Teoloġija hekk imsejħa;(B) L-Istitut għal Studji Reliġjużi;
(Ċ) L-Istitut għal Filosofija u Studji Umani.
(A) Il-Fakultà  tat-Teoloġija hekk imsejħa, għandha tliet ċikli: l-ewwe, ta’ durata
ta’ ħames snin, iwassal għal konferiment tal-grad ta’ Baċċilier (S.Th.B.); it-tieni, ta’
durata ta’ sentejn, iwassal għall-konferiment ta’ Liċenzjat (S.Th.L.); it-tielet, ta’
durata ta’ numru adegwat ta’ snin, iwassal għal kisba ta’ Dottorat (S.Th.D.). Il-
Fakultà  tikkonferixxi wkoll Diploma fit-Teoloġija Pastorali.
L-Istaff ta’ għalliema jinkludi għalliema Permanenti u mhux Permanenti kif ukoll
Għalliema Visiting. L-għalliema Permanenti huma maqsuma fi tliet gradi: Lecturers,
Associate Professors u Professuri. L-għalliema mhux Permanenti u l-Visiting
Teachers jistgħu jkunu Maltin jew barranin, u jvarjaw fin-numru skond il-ħtiġiet tad-
Dipartimenti: Barra minn hekk, il-Fakultà  tinkludi 3 Professuri Emeriti.
Il-Fakultà  tikkonsisti f’sitt Dipartimenti, kull wieħed bl-għalliema tiegħu, kif ġej:
1. Dipartiment tat-Teoloġija Fundamentali u Dommatika, inkluż l-
Ekumeniżmu: bi tlett għalliema Permanenti (Professur u żewġ Lecturers);
26 ta’ Settembru, l988
(iff.) 
Dr Ugo Mifsud Bonnici 
Ministru ta’ l-Edukazzjoni 
għall-Gvern ta’ Malta.
(iff.) 
+ Mgr. Pier Luigi Celata 
Arċisqof Tit. ta’ Doclea 
Nunzju Appostoliku 
għas-Santa Sede
  56      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
2. Dipartiment tat-Teoloġija Morali, inkluża it-Teoloġija Spiritwali u
Axxetika: b’żewġ għalliema Permanenti (it-tnejn Professuri);
3. Dipartiment tal-Kotba Mqaddsa, Ebrajk u Grieg: bi tlett għalliema
Permanenti (Professur u żewġ Lecturers);
4. Dipartiment ta’ l-Istorja tal-Knisja, Patristika u Arkeoloġija Paleokristjana:
b’żewġ għalliema Permanenti (Professur u post ieħor, bħalissa vakanti);
5. Dipartiment tat-Teoloġija Pastorali, Dritt Kanoniku u Liturġija: b’5
għalliema Permanenti (Professur, Associate Professor, żewġ Lecturers u Assistant
Lecturer);
6. Dipartiment tal-Filosofija: b’5 għalliema Permanenti (Professur, żewġ
Lecturers, u żewġ postijiet bħalissa vakanti). Matul din l-aħħar sena, meta studenti
tal-Filosofija kienu diġà  jattendu korsijiet fl-Università , il-Gvern, in anteċipazzjoni
ta’ l-inkorporazzjoni tal-Fakultà  tat-Teoloġija fl-Università , kien assenja lid-
Dipartiment tal-Filosofija tal-Fakultà  tat-Teologija somma korrispondenti għal erba’
full-timers (Professur u tliet lecturers), li minnhom wieħed kien allokat biex
jgħallem suġġett ġa inkluż fid-Dipartiment ta’ Teoloġija Pastorali tal-Fakultà  tat-
Teoloġija. Dan jista’ eventwalment jiġi kkunsidrat mill-Kunsill tal-Fakultà .
Bl-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Fakultà , kull Dipartiment annwalment jinvita
Lecturers mhux Permanenti skond il-ħtiġiet tiegħu. Kull Dipartiment hu mmexxi
mill-Ko-ordinatur tiegħu.
Il-membri Permanenti tal-korp ta’ għalliema, impjegati fuq bażi part-time, ikunu
preżenti fil-Fakultà  tat-Teoloġija skond in-numru ta’ sessjonijiet fil-ġimgħa kif ġej:
5 Professuri għal 4 sessjonijiet u 1 Professur għal 2/3 sessjoni; 1 Associate Professor
għal 2 sessjonijiet; 1 Lecturer għal 4 sessjonijiet; 4 Lecturers għal 3 sessjonijiet; 6
Lecturers għal żewġ sessjonijiet u 1 Lecturer għal 1 sessjoni. Kull sessjoni
tikkorrispondi għal nofs ta’ nhar xogħol.
(B) "Istitut għal Studji Reliġjużi" ġie mogħti s-setgħa li jikkonferixxi il-
Baċċellerat fi Studji Reliġjużi u hu strutturat f’ċiklu ta’ korsijiet part-time fil-
għaxija ta’ durata ta’ 5 snin. Ġie mogħti wkoll is-setgħa li jikkonferixxi d-Diploma fi
Studji Reliġjużi wara ċiklu ta’ korsijiet ta’ sentejn.
L-Istitut għandu s-sede fil-Floriana (Istitut Kattoliku), u hu mmexxi minn Direttur
għalih u "Bord" suġġett għal Kunsill tal-Fakultà  tat-Teoloġija, li r-Rettur tagħha hu
ċ-"Chairman" ta’ l-istess "Bord". L-għalliema ta’ l-Istitut huma magħżula, l-aktar,
mill-għalliema Permanenti ta’ l-istess Fakultà , iżda jiġu invitati għalliema oħra
wkoll.
(Ċ) "Istitut tal-Filosofija u Studji Umani" jikkonsisti f’ċiklu ta’ tliet snin
b’korsijiet fil-Filosofija, Psikoloġija u Soċjoloġija. Ġie mogħti s-setgħa
jikkonferixxi il-Baċellerat fil-Filosofija u Xjenzi Umani.
Ma’ l-inkorporazzjoni tal-Fakultà  tat-Teoloġija fl-Università , l-Istitut tal-
Filosofija u Xjenzi Umani, fil-fatt, ser jibqa’ sospiż.
L-istudenti iskritti fil-Fakultà  tat-Teoloġija fis-sena akkademika 1988-89 huma
mqassma kif ġej:
(a) Fakultà  tat-Teoloġija, hekk imsejħa: 36 regulars u 13 curriculars.
Għandhom jiżdiedu wkoll 19-il istudent li, kif previst għall-ewwel ċiklu
tat-Teoloġija qed isegwu korsijiet fil-Filosofija u huma mqassma hekk:
15 regulars iskritti fil-Fakultà  ta’ l-Arti fl-Università  ta’ Malta, 2 li
waslu biex jiġu iskritti fuq bażi ta’ mature matriculation, 2 curriculars
iskritti fil-Fakultà  tat-Teoloġija.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    57
(b) "Istitut għal Studji Reliġjużi": 82 regulars u 12 curriculars;
(ċ) "Istitut għal Filosofija u Studji Umani": 4 regulars u 1 curricular.
FTEHIM FINANZJARJU BEJN IL-GVERN TA’ MALTA U L-ARĊIDJOĊESI TA’ 
MALTA GĦAL FINANZJAMENT TAL-FAKULTÀ   TAT-TEOLOĠIJA FL-
UNIVERSITÀ  TA’ MALTA
Il-Gvern ta’ Malta u l-Arċidjoċesi ta’ Malta, bix-xewqa li jwettqu fil-prattika dak
miftiehem bejn is-Santa Sede u l-istess Gvern fl-artikolu 5 tal-Ftehim tas-26 ta’
Settembru, 1988 dwar l-Inkorporazzjoni tal-Fakultà  tat-Teoloġija fl-Università  ta’
Malta, dwar il-finanzjament bejniethom ta’ l-istess Fakultà , iddeċidew kif ġej:
1. Il-Gvern ta’ Malta għandu jiffinanzja il-Fakultà  tat-Teoloġija skond l-istess
kriterji li japplika għall-finanzjament tal-Fakulta jiet l-oħra.
2. L-Arċidjoċesi ta’ Malta, permezz tal-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi,
għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-Fakultà  tat-Teoloġija il-fondi sa fejn
konsidrat meħtieġ, oltre l-fondi assenjati mill-Gvern għal estimi ta’ l-Università ,
biex tiżgura li l-imsemmija Fakultà  tkun tista’ teżerċita l-funzjonijiet tagħha skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ l-imsemmi Ftehim bejn is-Santa Sede u l-
Gvern ta’ Malta. L-istess kontribuzzjoni tista’ tkun, bħala massimu, ugwali għal dik
assenjata mill-Gvern.
3. L-organi amininistrattivi kompetenti ta’ l-Università  għandhom minnufih
jgħaddu lill-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi prospett li juri l-kontribuzzjoni
stabbilita mill-Gvern biex jiffinanza l-Fakultà  u l-ammont ta’ l-ispiża stmat mill-
Fakultà  għall-funzjonament xieraq tagħha.
4. Il-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi għandha, fi żmien 30 jum minn meta
tirċievi l-prospett li juri l-kontribuzzjoni fuq imsemmija fl-artikolu 3, teżamina l-
ispiża stmata tal-Fakultà  u filwaqt li żżomm f’moħħha l-kontribuzzjoni stabbilita
mill-Gvern, għandha tinforma d-Dekan tal-Fakultà  bl-ammont tal-kontribuzzjoni
tagħha li għandha tingħadda f’rati trimestrali.
5. Kull parti tal-kontribuzzjoni mill-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi li tibqa’
mhux minfuqa fl-aħħar tal-perijodu annwali finanzjarju li għalih tkun ġiet allokata,
għandha tintradd lura lill-imsemmija Fondazzjoni.
6. Jekk jinqalgħu, fil-futur, xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew
applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ qabel, il-Gvern ta’ Malta u l-Arċidjoċesi ta’
Malta għandhom jaffidaw it-tfittxija ta’ soluzzjoni amikevoli f’idejn Kummissjoni
Paritetika komposta, għall-Gvern ta’ Malta, mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u s-
Segretarju tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jew mir-rappreżentanti tagħhom, u għall-
Arċidjoċesi ta’ Malta, mill-President tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi u d-
Direttur tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi, jew ir-rappreżentanti tagħhom, u
minn "Chairman" elett mill-membri l-oħra.
26 ta’ Settembru, 1988
(iff.) 
+ Giuseppe Mercieca
Il-Gran Kanċillier
(iff. )
Vincenzo Borg
Ir-Rettur
(iff.) 
Ugo Mifsud Bonnici 
Għall-Gvern ta’ Malta
(iff.) 
+ Giuseppe Mercieca 
Għall-Arċidjoċesi ta’ Malta
(iff.) 
+ Pier Luigi Celata
  58      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
(L-oriġinal ta’ dan id-dokument hu bl-Ingliż u bit-Taljan u li ġej hu traduzzjoni
bil-Malti, it-test Taljan hu riprodott wara t-test Malti).
PROTOKOLL ADDIZZJONALI GĦALL-FTEHIM BEJN IS-SANTA SEDE U L-
GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA DWAR L-INKORPORAZZJONI TAL-
FAKULTÀ  TAT-TEOLOĠIJA FL-UNIVERSITÀ  TA’ MALTA
Is-Santa Sede u l-Gvern ta’ Malta, wara l-proposta ppreżentata mill-istess Gvern u
diskussjonijiet sussegwenti, bi ftehim bejniethom ftehmu li jemendaw l-Artikolu
Sitta tal-Ftehim dwar l-Inkorporazzjoni tal-Fakultà  tat-Teoloġija fl-Università  ta’
Malta, iffirmat fis-26 ta’ Settembru, 1988, li għandu jinqara kif ġej:
 " Rappreżentant tal-President tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi
nominat mill-istess President, għandu jkun membru tal-Kunsill tal-
Università . Żewġ rappreżentanti tal-Fondazzjoni għal Studji Teoloġiċi,
nominati mill-istess Fondazzjoni, ikunu membri tal-Bord tal-Fakultà
tat-Teoloġija."
Dan il-Protokoll Addizzjonali jifforma parti integrali tal-Ftehim iffirmat mill-
Partijiet fis-26 ta’ Settembru, 1988.
Magħmul Valletta, Malta, fis-26 ta’ Jannar elf disa’ mija u ħamsa u disgħin f’żewġ
oriġinali, kull wieħed fil-lingwi Taljani u Ingliżi, iż-żewġ testi t-tnejn ugwalment
awtentiċi.
ACCORDO TRA LA SANTA SEDE E IL GOVERNO DELLA REPUBBLICA DI 
MALTA SULL’INCORPORAZIONE DELLA FACOLTÀ DI TEOLOGIA NELL’ 
UNIVERSITÀ DI MALTA
La Santa Sede e il Governo della Repubblica di Malta, avendo presente lo
sviluppo storico degli studi universitari a Malta ed avendo soprattutto considerato i
vantaggi di carattere scientifico, culturale e sociale che potranno derivare da un più
stretto collegamento della Facoltà di Teologia con l’Università di Malta, stabiliscono
di comune intesa quanto segue
1. La Facoltà di Teologia è incorporata nell’ Università di Malta.
Tale incorporazione e le funzioni della Facoltà di Teologia sono regolate, in primo
luogo, dalle disposizioni del presente Accordo e, in secondo luogo, dalle Leggi di
Malta e dagli Statuti della stessa Università.
2. I gradi accademici e i diplomi conferiti dalla Facoltà di Teologia avranno
valore canonico e civile.
3. Per quel che concerne la struttura, l’organizzazione interna, il corpo
accademico e quello studentesco, la Facoltà di Teologia è incorporata nell’
Università di Malta nello stato di fatto in cui essa si trova alla data del presente
Accordo e come risulta dall’Allegato, salvo restando alla stessa Facoltà, per un suo
ragionevole ed adeguato sviluppo, il diritto di variare il numero degli studenti e dei
docenti, nonché il diritto di provvedere altri corsi di teologia e di qualunque altra
disciplina connessa, se ciò sarà ritenuto necessario per la congrua preparazione dei
Għas-Santa Sede
(iff.) 
+ Pier Luigi Celata 
Arċisqof Titulari ta’ Doclea
Nunzju Appostoliku
Għall-Gvern ta’ Malta
(iff.) 
Michael Falzon
Ministru ta’ l-Edukazzjoni 
u Riżorsi Umani.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    59
suoi studenti.
4. L’Università di Malta, in tutto ciò che riguarda l’ordinamento degli studi ed
i requisiti accademici e canonici dei docenti della Facoltà di Teologia, procederà in
conformità con quanto prescritto dalla Costituzione Apostolica "Sapientia
Christiana" del 15 aprile 1979 e dalle "Ordinationes" emanate dalla Congregazione
per l’Educazione Cattolica il 29 aprile 1979 e con eventuali norme canoniche che in
futuro dovessero integrare o sostituire quelle contenute in tali documenti della Santa
Sede.
I concorrenti ad un posto di docente nella Facoltà di Teologia dovranno munirsi
previamente di un attestato dell’Arcivescovo di Malta che non vi è alcuna obiezione
canonica contro di essi.
Per le discipline concernenti la fede e la morale, l’Università di Malta
comunicherà tempestivamente allo stesso Arcivescovo il nome del candidato
vincitore del concorso, il quale riceverà la nomina di docente dopo che avrà emesso
la professione di fede presso il medesimo Ordinario e da questi avrà ricevuto la
"missione canonica"
Qualora lo stesso Arcivescovo, per ragioni attinenti alla fede, alla condotta morale
o alla disciplina ecclesiastica, dovesse revocare il "nulla osta" o la "missione
canonica" a un docente, questi cesserà di far parte della Facoltà di Teologia e
immediatamente si procederà per la nomina di un nuovo docente.
5. Il Governo di Malta e, tramite la "Foundation for Theological Studies",
l’Arcidiocesi di Malta forniranno i mezzi economici necessari per il conveniente
funzionamento della Facoltà di Teologia, nella misura e nei modi che saranno
stabiliti di comune intesa.
6. Il Presidente della "Foundation for Theological Studies" o un suo delegato
farà parte del Consiglio dell’Università. Due rappresentanti della stessa "Foundation
for Theological Studies" faranno parte del Consiglio della Facoltà di Teologia.
7. Se in avvenire sorgessero difficoltà di interpretazione o di applicazione delle
precedenti disposizioni, la Santa Sede e il Governo della Repubblica di Malta
affideranno la ricerca di un’amichevole soluzione ad una Commissione Paritetica
che sarà composta, per parte della Santa Sede, dal Nunzio Apostolico a Malta e
dall’Arcivescovo di Malta o da loro delegati, e, per parte del Governo Maltese, dal
Ministro dell’Educazione e dal Rettore dell’Università, o da loro delegati.
26 settembre 1988
Per il Governo di Malta                          Per la Santa Sede
(firmato )  (firmato )
Dr. Ugo Mifsud Bonnici +Mgr. Pier Luigi Celata
Ministro dell'Educazione Arcivescovo tit.di Doclea 
Nunzio Apostolico
ALLEGATO RELATIVO ALL’ART. 3 DELL’ACCORDO DEL 26 SETTEMBRE 
1988 TRA LA SANTA SEDE ED IL GOVERNO DELLA REPUBBLICA DI 
MALTA SULL’INCORPORAZIONE DELLA FACOLTÀ DI TEOLOGIA 
NELL’UNIVERSITÀ DI MALTA
Si attesta che alla data del 26 settembre 1988 la Facoltà di Teologia consta delle
tre seguenti entità, canonicamente erette;
(A ) Facoltà di Teologia, propriamente detta;  (B ) "Institute for Religious
  60      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
Studies";  (C ) "Institute of Philosophy and Human Studies".
(A ) La Facoltà di Teologia propriamente detta: comprende tre cicli, di cui il
primo della durata di 5 anni, al termine del quale è conferito il Baccalaureato
(S.Th.B ); il secondo della durata di 2 anni, al termine del quale è conferita la
Licenza  (S.Th.L. ); il terzo, della durata di un congruo numero di anni, per il
conseguimento del Dottorato  (S.Th.D. ). La Facoltà conferisce pure il Diploma in
Teologia Pastorale.
Il corpo docente comprende docenti Permanenti, non-Permanenti e Visiting-
Teachers. I docenti Permanenti sono divisi in tre gradi: Lettori, Professori-Associati,
Professori. I Docenti non-Permanenti e i Visiting-Teachers possono essere maltesi o
stranieri, e variano di numero secondo le esigenze dei Dipartimenti. La Facoltà
annovera, inoltre, 3 Professori Emeriti.
La Facoltà consta di sei Dipartimenti con i relativi docenti, come segue:
1. Dipartimento di Teologia Fondamentale e Dogmatica, incluso
l’Ecumenismo: con 3 docenti Permanenti  (di cui un Professore e due Lettori );
2. Dipartimento di Teologia Morale, inclusa la Teologia Spirituale ed Ascetica:
con 2 docenti Permanenti  (Professori );
3. Dipartimerto di Sacra Scrittura, Ebraico e Greco: con 3 docenti Permanenti
(di cui un Professore e due Lettori );
4. Dipartimento di Storia della Chiesa, Patristica ed Archeologia
Paleocristiana: con 2 docenti Permanenti  (tra cui un Professore ed un posto
attualmente vacante );
5. Dipartimento di Teologia Pastorale, Diritto Canonico e Liturgia: con 5
docenti Permanenti  (tra cui un Professore, un Professore-Associato, due Lettori ed
un Assistente-Lettore );
6. Dipartimento di Filosofia: con 5 docenti Permanenti  (tra cui un Professore,
due Lettori e due posti attualmente vacanti ). In quest’ultimo anno, quando gli
studenti di Filosofia frequentavano già i corsi presso l’Università, il Governo, nella
previsione dell’incorporazione della Facoltà di Teologia nell’Università, aveva già
assegnato al Dipartimento di Filosofia della Facoltà di Teologia una cifra
corrispondente a quattro "full timers"  (un Professore e tre Lettori ), uno dei quali
destinato all’insegnamento di una scienza già inclusa nel Dipartimento di Teologia
Pastorale della Facoltà di Teologia. Questa materia potrà essere eventualmente
considerata dal Consiglio di Facoltà.
Ogni Dipartimento, col consenso del Consiglio di Facoltà, invita annualmente dei
Lettori non-Permanenti secondo i propri bisogni. Ogni Dipartimento è retto da un
proprio  coordinatore.
I membri Permanenti del corpo docente, su una base di impiego "part-time", sono
presenti nella Facoltà di Teologia secondo il seguente numero di sessioni
settimanali: 5 Professori per 4 sessioni e 1 Professore per 2/3 sessioni; 1 Professore-
Associato per 2 sessioni; 1 Lettore per 4 sessioni, 4 Lettori per 3 sessioni, 6 Lettori
per 2 sessioni ed 1 Lettore per 1 sessione. Ogni sessione corrisponde a mezza
giornata lavorativa.
(B ) "Institute for Religious Studies" è abilitato a conferire il Baccalaureato in
Studi Religiosi ed è strutturato in un ciclo di corsi serali "part-time" della durata di 5
anni. É altresì abilitato a conferire il Diploma in Studi Religiosi dopo un ciclo
biennale di corsi.
EDUKAZZJONI ġ K AP. 327.    61
L’istituto ha sede in Floriana  (Istituto Cattolico ), è retto da un proprio Direttore e
da un "Board" soggetto al Consiglio della Facoltà di Teologia, il cui Rettore è il
"Chairman" dello stesso "Board". I docenti dell’istituto sono scelti, per lo più, fra
quelli Permanenti della stessa Facoltà, ma sono invitati anche altri docenti.
(C )  "Institute of Philosophy and Human Studies" comprende un ciclo di 3 anni
con corsi di Filosofia, Psicologia e Sociologia. É abilitato a conferire il
Baccalaureato in Filosofia e Scienze Umane.
Con l’incorporazione della Facoltà di Teologia nell’Università, l’Istituto di
Filosofia e Scienze Umane, di fatto, rimarrà sospeso.
Gli studenti iscritti alla Facoltà di Teologia nell’anno accademico 1988-1989 sono
così distribuiti:
(a ) Facoltà di Teologia propriamente detta: 36 "regulars" e 13 "curriculars".
Sono inoltre da aggiungere 19 studenti che, come previsto per il l° ciclo
di teologia, seguono corsi di filosofia e sono così distribuiti: 15
"regulars" iscritti alla Facoltà di Lettere nell’Università di Malta, 2 in
procinto di esservi iscritti in base alla "mature matriculation", 2
"curriculars" iscritti alla Facoltà di Teologia. 
( b ) "Institute for Religious Studies": 82 "regulars" e 12 "curriculars";
( c ) "Institute of Philosophy and Human Studies": 4 "regulars" e 1
"curricular"
(firmato)  (firmato)
+ Giuseppe Mercieca Vincenzo Borg
Il Gran Cancelliere Il Rettore 
INTESA FINANZIARIA TRA IL GOVERNO DI MALTA E L’ARCIDIOCESI DI 
MALTA PER IL FINANZIAMENTO DELLA FACOLTÀ DI TEOLOGIA 
DELL’UNIVERSITÀ DI MALTA
Il Governo di Malta e l’Arcidiocesi di Malta, desiderando dare concreta attuazione
a quanto convenuto tra la Santa Sede e lo stesso Governo all’Art. 5 dell’Accordo del
26 settembre 1988 sull’incorporazione della Facoltà di Teologia nell’Università di
Malta, circa il comune finanziamento della medesima Facoltà stabiliscono quanto
segue:
1. Il Governo di Malta finanzierà la Facoltà di Teologia secondo gli stessi
criteri da esso applicati per il finanziamento delle altre Facoltà.
2. L’Arcidiocesi di Malta, tramite la "Foundation for Theological Studies",
contribuirà al finanziamento della Facoltà di Teologia nella misura ritenuta
necessaria, oltre i fondi destinati dal Governo nel Budget dell’Università, ad
assicurare che la stessa Facoltà possa svolgere le proprie funzioni in modo
rispondente a quanto stabilito negli art. 3 e 4 dell’Accordo sopra citato tra la Santa
Sede e il Governo di Malta. Tale contributo potrà raggiungere, al massimo, quello
assegnato dal Governo.
3. I competenti organi amministrativi dell’Università comunicheranno
sollecitamente alla "Foundation for Theological Studies" l’ammontare del contributo
stabilito dal Governo per il finanziamento della Facoltà e 1’ammontare della spesa
prevista dalla stessa Facoltà per il suo conveniente funzionamento.
4. La "Foundation for Theological Studies", entro 30 giorni dalla data della
comunicazione di cui al punto 3 della presente Intesa, esaminerà la previsione di
spesa della Facoltà e, tenendo conto del contributo disposto dal Governo,
  62      KAP. 327. ħ          EDUKAZZJONI
comunicherà al Decano della Facoltà l’ammontare del proprio contributo, che
verserà in rate trimestrali.
5. La parte del contributo della "Foundation for Theo1ogical Studies" che
risulterà non essere stata spesa al termine dell’esercizio finanziario annuale per il
quale lo stesso contributo era stato predisposto, sarà restituita alla stessa
"Foundation".
6. Qualora sorgessero difficoltà di interpretazione o di applicazione delle
precedenti disposizioni, il Governo della Repubblica di Malta e l’Arcidiocesi di
Malta affideranno la ricerca di un’amichevole soluzione ad una commissione
paritetica che sarà composta, per parte del Governo Maltese, dal Ministro
dell’Educazione e dal Segretario Generale del Ministero dell’Educazione, o da loro
delegati, per parte dell’Arcidiocesi di Malta, dal Presidente della "Foundation for
Theological Studies" e dal Direttore della "Foundation for Theological Studies", o da
loro delegati, e da un Presidente che sarà eletto dagli altri membri.
26 settembre 1988
(firmato )    (firmato ))
Ugo Mifsud Bonnici +Giuseppe Mercieca
Per il Governo di Malta  Per l’Arcidiocesi di Malta
  (firmato)
+Pier Luigi Celata
PROTOCOLLO AGGIUNTIVO ALL’ACCORDO TRA LA SANTA SEDE E IL 
GOVERNO DELLA REPUBBLICA DI MALTA SULL’INCORPORAZIONE 
DELLA 
FACOLTÀ DI TEOLOGIA NELL’UNIVERSITÀ DI MALTA
La Santa Sede e il Governo di Malta, facendo seguito alla proposta avanzata dallo
stesso Governo ed alle successive discussioni, stabiliscono di comune intesa di
emendare 1’Articolo Sei dell’Accordo sull’incorporazione della Facoltà di Teologia
nell’Università di Malta, firmato il 26 settembre 1988, come segue:
    "Un rappresentante del Presidente della “Foundation for Theological
Studies”, nominato dallo stesso Presidente, farà parte del Consiglio
dell’Università. Due rappresentanti della "Foundation for Theological
Studies", da questa nominati, faranno parte del Consiglio della Facoltà
di Teologia".
Il presente Protocollo aggiuntivo è parte integrale dell’Accordo firmato dalle due
Parti il 26 settembre 1988.
Fatto alla Valletta, Malta, il 26 del mese di gennaio millenovecentonovantacinque,
in due testi originali, ciascuno in italiano e in inglese, ambedue facenti ugualmente
fede.
Per la Santa Sede   Per il Governo di Malta
(firmato) (firmato)
+Pier Luigi Celata Michael Falzon
Arcivescovo tit. di Doclea Ministro dell’Educazione e Risorse Umane.
Nunzio Apostolico
