PERSUNIJSIRUSIDDARHOM ġKAP. 328.   1
KAPITOLU 328
ATT BIEX IĦAJJAR PERSUNI JSIRU 
SID DARHOM
Sabiex jipprovdi għall-għoti ta’ ċerti inċentivi sabiex iħajjar persuni
jsiru sid darhom.
(28 ta’ Ottubru, 1988)*
Sar liġi bl-ATT XXVIII ta’ l-1988.
Titolu fil-qosor. 
Darhom.
Tifsir.
xort’oħra - 
Kap. 261. 
"Awtorità tad-Djar" tfisser l-awtorità mwaqqfa bl-artikolu 3 ta’
l-Att dwar l-Awtorità tad-Djar;
"benefiċjarju" tfisser il-persuna li jingħatawlha xi inċentivi
imsemmija fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
Kap. 158. 
"dar ta’ abitazzjoni" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha taħt l-
Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-djar, u tinkludi
kull Segretarju Parlamentari b’responsabbiltà għad-djar; 
Kap.  125. 
dwar id-Djar; u
Kap. 239.
"użufrutt" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 2 ta’
l-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni#.
Inċentivi għall-
akkwist tad-djar. 
3. L-Awtorità tad-Djar jew is-Segretarju tad-Djar jistgħu
jagħmlu regolamenti, bl-approvazzjoni tal-Ministru, li jipprovdu
għal skemi biex f’Malta jħajru persuni jsiru sid darhom, li permezz
tagħhom persuni jiġu mħajra jakkwistaw dar ta’ abitazzjoni biex
jużawha bħala residenza tagħhom infushom billi jingħataw l-
inċentivi kollha jew xi waħda jew iktar minn dawn l-inċentivi li
ġejjin:
Kap. 294. 
fuq Dokumenti+;
Kap. 239. 
tal-Mewt u tad-Donazzjoni#;
Kap. 158. 
(ċ) il-jedd li wieħed jirreġistra d-dar ta’ abitazzjoni bħala
dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll taħt l-
Ordinanza li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar.
Xiehda ta’ l-għoti 
ta’ inċentivi.
4.  (1) L-għoti ta’ xi waħda mill-inċentivi taħt l-artikolu 3 ta’
dan l-Att għandu jsir u jiġi dokumentat b’ċertifikat li jinħareġ mill-
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 716 tat-28 ta’ Ottubru, 1988.
#Imħassar bl-Att XVI ta’ l-1993.
+Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1993.
 2      KAP. 328.ħ      PERSUNIJSIRUSIDDARHOM
Awtorità tad-Djar jew mis-Segretarju tad-Djar, skond il-każ.
(2) Ħlief għall-iskopijiet tal-paragrafu (b) ta’ l-artikolu 5 ta’
dan l-Att, ċertifikat maħruġ taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandu jkollu effett biss jekk jiġi anness ma’ l-att li bih id-dar ta’
abitazzjoni li għalih jirreferi tkun ġiet akkwistata.
(3) Ċertifikat maħruġ taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandu jkun fih il-partikolaritajiet kollha tal-benefiċjarju,
deskrizzjoni sħiħa tad-dar ta’ abitazzjoni li għall-akkwist tagħha
jkunu qegħdin jingħataw l-inċentivi taħt dan l-Att, kif ukoll l-
inċentivi speċifiċi li jkunu qegħdin jingħataw skond l-iskema.
(4) Bla preġudizzju għal kull responsabbiltà taħt xi liġi oħra,
kull persuna li tiffalsifika ċertifikat li jidher li jkun inħareġ taħt is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jew li xjentement tagħmel użu
minn dak id-dokument falsifikat jew minn kopja tiegħu, tkun ħatja
ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ elf lira jew priġunerija
għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
Ħelsien mit-taxxa 
fuq dokumenti. 
Kap. 294. 
5. Ħelsien mit-taxxa taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti*, jista’ jikkonsisti fl-eżenzjonijiet kollha jew f’xi
waħda jew iktar mill-eżenzjonijiet li ġejjin mit-taxxi li huma dovuti
skond dak l-Att, jiġifieri:
(a) eżenzjoni mit-taxxa dovuta taħt it-Titolu III tat-
Taqsima III ta’ dak l-Att, fuq l-att li bih id-dar ta’
abitazzjoni li tkun qiegħda tiġi akkwistata taħt l-
iskema tkun qiegħda tiġi trasferita lill-benefiċjarju;
(b) eżenzjoni mit-taxxa dovuta taħt it-Titolu IV tat-
Taqsima III ta’ dak l-Att, fuq xi stima jew valutazzjoni
tad-dar ta’ abitazzjoni li tkun qiegħda tiġi akkwistata
taħt l-iskema in konnessjoni ma - 
(i) it-trasferiment tagħha lill-benefiċjarju;
(ii) l-għoti ta’ xi self minn xi bank jew minn xi
istituzzjoni oħra lill-benefiċjarju bil-għan li tiġi
akkwistata dik id-dar ta’ abitazzjoni;
(ċ) eżenzjoni mit-taxxa dovuta taħt it-Titolu V tat-
Taqsima III ta’ dak l-Att, fuq l-irċevuta għall-ħlas tal-
prezz jew konsiderazzjoni oħra li għalihom id-dar ta’
abitazzjoni li tkun qiegħda tiġi akkwistata taħt l-
iskema tkun qiegħda tiġi trasferita lill-benefiċjarju;
u meta dik l-eżenzjoni tkun ġiet hekk mogħtija t-taxxi msemmija
qabel ma jkunux, sal-limiti ta’ dik l-eżenzjoni, dovuti.
Ħelsien mit-Taxxa 
tal-Mewt u tad-
Donazzjoni. 
Kap. 239.
6. (1) Meta jingħata ħelsien mit-taxxa taħt l-Att dwar it-
Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni#, mal-mewt tal-benefiċjarju, u
meta l-benefiċjarju jkun miżżewweġ filwaqt ta’ l-akkwist tad-dar
ta’ abitazzjoni, ukoll mal-mewt ta’ żewġ jew mart il-benefiċjarju,
ma għandha titħallas ebda taxxa taħt l-imsemmi Att, minħabba fi
jew għar-rigward tad-dar ta’ abitazzjoni akkwistata taħt l-iskema
*Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1993.
#Imħassar bl-Att XVI ta’ l-1993.
PERSUNIJSIRUSIDDARHOM ġKAP. 328.   3
fil-każijiet li ġejjin:
(a) mat-trasferiment permezz tad-devoluzzjoni b’liġi jew
taħt disposizzjoni testamentarja b’titolu universali jew
partikolari tad-drittijiet tal-benefiċjarju jew ta’ żewġ
jew mart il-benefiċjarju fuq id-dar ta’ abitazzjoni;
(b) mat-trasferiment causa mortis ta’ l-użufrutt tad-dar ta’
abitazzjoni jew tas-sehem fiha, favur il-benefiċjarju
jew l-armla jew l-armel tal-benefiċjarju; u
(ċ) mal-konsolidazzjoni ta’ l-użufrutt imsemmi fil-
paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu man-nuda
proprjetà tad-dar ta’ abitazzjoni, meta jintemm l-
użufrutt.
(2) L-eżenzjoni mogħtija taħt is-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu ma għandhiex tapplika għal xi parti mill-valur ta’ dik id-
dar ta’ abitazzjoni li tkun teċċedi s-sebat elef lira.
Jedd li tiġi 
reġistrata bħala dar 
imneħħija mill-
kontroll.
Kap. 158. 
7. Meta jingħata d-dritt li tiġi reġistrata dar ta’ abitazzjoni
bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll taħt l-Ordinanza li
Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, dik id-dar ta’ abitazzjoni tkun tista’ tiġi
reġistrata bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll bis-saħħa
ta’ u skond il-paragrafu (e) ta’ l-artikolu 3 ta’ l-imsemmija
Ordinanza.
Skemi magħmulin 
qabel il-bidu fis-
seħħ ta’ dan l-Att.
8. L-iskemi ppubblikati permezz ta’ l-Avviżi tal-Gvern numri
127, 128, 129 u 130 fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta’ Frar, 1988,
għandhom jitqiesu li huma magħmula b’regolamenti magħmula bis-
saħħa ta’ u skond l-artikolu 3 ta’ dan l-Att.
