AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTAġ K AP. 330.    1
KAPITOLU 330
Sostitwit:
XIII. 1994.2.
Emendat:
XVII. 2002.103.
ATT DWAR AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI 
FINANZJARJI TA’ MALTA
Biex iwaqqaf Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, biex
jirregola dawk l-attivitajiet u biex jipprovdi għal ħwejjeġ li huma anċillari
jew inċidentali għalihom jew li għandhom x’jaqsmu magħhom.
20 ta’ Jannar, 1989;
30 ta’ Ġunju, 1989
L-ATT XXXIV ta’ l-1988, kif emendat bl-Att XV ta’ l-1989; bl-Avviż
Legali 167 ta’ l-1989; bl-Att XXXI ta’ l-l990; bl-Avviżi Legali: 79 u 183 ta’
l-1990; u bl-Atti XIII ta’ l-1994, XXV ta’ l-1995, XVII ta’ l-2002 u IV ta’ l-
2003.
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 
Emendat: 
XIII.1994.2;
XVII. 2002.103.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar l-Awtorità
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
Tifsir.
Emendat: 
XV. 1989.2; 
XXXI.1990.2;
XIII.1994.3.
Sostitwit:
XVII. 2002.105.
Emendat:
IV. 2003.16.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra:
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
mwaqqfa bl-artikolu 3;
"Bord ta’ l-Amministrazzjoni u Riżorsi" tfisser il-Bord imwaqqaf
bl-artikolu 11;
"Bord tal-Gvernaturi" tfisser il-Bord tal-Gvernaturi ta’ l-
Awtorità  mwaqqaf bl-artikolu 6;
"Direttur Ġenerali" tfisser iċ-Chairman tal-Kunsill ta’
Sorveljanza mwaqqaf bl-artikolu 10;
"Kumitat ta’ Kordinazzjoni" tfisser il-Kumitat stabbilit bl-
artikolu 9;
"Kunsill ta’ Sorveljanza" tfisser il-Kunsill imwaqqaf taħt l-
artikolu 10;
 "Manager ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi" tfisser il-persuna
maħtura skond l-artikolu 20;
 "Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Finanzi;
"persuna" tinkludi kull entità  korporata jew mhux korporata li
jista’ jkollha liċenza jew awtorizzazzjoni oħra maħruġa mill-
Awtorità  jew li taqa’ taħt l-awtorità  ta’ sorveljanza jew regolatorja
ta’ l-Awtorità ;
"preskritt" tfisser preskritt taħt dan l-Att;
 "sena finanzjarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jibda fl-1
ta’ Jannar u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena;
"servizzi finanzjarji" tfisser il-kummerċ bankarju, il-kummerċ
  2      KAP. 330. ħ       AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTA
ta’ l-assigurazzjoni u attivitajiet ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni,
il-kummerċ tat-titoli, u l-kummerċ ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u
tinkludi reġistrazzjoni ta’ kumpaniji u tħaris ta’ leġislazzjoni dwar
il-kumpaniji u dawk l-oqsma l-oħra ta’ attivitajiet finanzjarji li
jistgħu jitqiegħdu mill-Ministru taħt l-awtorità  ta’ sorveljanza jew
regolatorja ta’ l-Awtorità ;
"l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Operat" tfisser iċ-Chairman tal-Bord
ta’ l-Amministrazzjoni u r-Riżorsi.
Twaqqif ta’ l-
Awtorità .
Emendat:
XIII.1994.5.
3. (1) Għandu jkun hemm Awtorità , li tissejjaħ l-Awtorità
għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.
(2) L-Awtorità  għandha tkun enti morali li jkollha personalità
ġuridika distinta u tkun tista’ tidħol għal kuntratti, takkwista u
tiddisponi minn proprjetà  ta’ kull xorta għall-finijiet tal-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att jew kull liġi oħra, tħarrek u tiġi
mħarrka u li tagħmel dawk il-ħwejjeġ kollha u tidhol għal dawk l-
operazzjonijiet kollha li huma inċidentali jew li jwasslu għall-
eżerċizzju jew qadi ta’ xi funjonijiet tagħha msemmija hawn fuq.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
Emendat: 
XIII.1994.6.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
4. (1) Bla ħsara għal xi setgħa jew funzjoni oħra mogħtija
lilha b’dan l-Att jew b’xi liġi oħra, tkun il-funzjoni ta’ l-Awtorità :
(a) li tirregola, issegwi u tissorvelja servizzi finanzjarji
f’Malta;
(b) li tippromovi l-interessi ġenerali u l-aspettativi
leġittimi tal-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji, u li
tippromovi prattiċi ta’ kompetizzjoni ġusta u għażla
tal-konsumatur f’servizzi finanzjarji;
(ċ) li ssegwi u tisssorvelja prattiċi ta’ negozju u ta’
kummerċ dwar il-provvista ta’ servizzi finanzjarji lil
persuni privati u oħrajn, u li tipprovdi tagħrif u linji ta’
gwida rilevanti lill-pubbliku;
(d) li ssegwi l-operat u r-rinfurzar tal-liġijiet li direttament
jew indirettament jolqtu lill-konsumatur ta’ servizzi
finanzjarji f’Malta u li tagħmel jew tikkummissjona
dak l-istudju, riċerka jew stħarriġ li jidhirlha xierqa
dwar dan;
(e) li tagħti parir lill-Gvern b’mod ġenerali fuq il-
formulazzjoni ta’ policies fil-qasam tas-servizzi
finanzjarji, u li tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet
lill-Gvern fuq l-azzjoni li fil-fehma ta’ l-Awtorità  tkun
spedjenti dwar ħwejjeġ li jaqgħu taħt il-funzjonijiet
regolatorji jew ta’ sorveljanza ta’ l-Awtorità ;
(f) li tinvestiga allegazzjonijiet ta’ prattika u attivitajiet li
jkunu ta’ ħsara għall-konsumaturi ta’ servizzi
finanzjarji, u b’mod ġenerali iżżomm taħt is-
sorveljanza prattiċi ta’ kummerċ dwar il-provdiment
ta’ servizzi finanzjarji u li tidentifika, u tieħu dawk il-
miżuri biex titwaqqaf jew tiġi evitata kull prattika li
tkun inġusta, danneġġuża jew li xort’oħra tagħmel
ħsara lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji;
(g) li tiżgura l-ogħla livelli ta’ kondotta u amministrazzjoni
AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTAġ K AP. 330.    3
fis-sistema finanzjarja;
(h) li taqdi dawk il-funzjonijiet jew dmirijiet l-oħra li
jistgħu jiġu assenjati lilha taħt dan l-Att jew xi liġi
oħra.
(2) Għall-qadi aħjar tal-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità  għandha
tikkolabora ma’ korpi oħra lokali u barranin, dipartimenti tal-
Gvern, organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra li
jeżerċitaw setgħat regolatorji ta’ sorveljanza jew ta’ liċenza taħt xi
liġi f’Malta jew barra minn Malta jew li xort’oħra jsegwu jew
jissorveljaw oqsma jew attivitajiet fis-settur tas-servizzi finanzjarji,
u li tagħmel arranġamenti għal skambju reċiproku ta’ informazzjoni
jew għal forom oħra ta’ għajnuna fuq ħwejjeġ regolatorji jew ta’
sorveljanza.
(3) L-Awtorità  jkollha s-setgħa li timponi dawk id-drittijiet kif
jista’ jiġi preskritt, u tiġbor ħlasijiet dwar kull talba, applikazzjoni
jew ħaġa oħra li tiġi sottomessa lilha taħt dan l-Att jew xi liġi oħra
inklużi d-drittijiet u l-ħlasijiet dwar kull permess, liċenza,
awtorizzazzjoni, eżenzjoni jew benefiċċju ieħor, kif ukoll drittijiet
u ħlasijiet dwar il-funzjonijiet regolatorji, ta’ superviżjoni jew
investigattivi taħt dan l-Att jew xi liġi oħra.
Kap. 370.
(4) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet u l-poteri assenjati lilha taħt
dan l-Att jew kull Att ieħor, l-Awtorità  hi marbuta li timxi skond l-
obbligi internazzjonali ta’ Malta. F’dan l-Att, "l-obbligi
internazzjonali ta’ Malta" ikollha t-tifsira mogħtija lilha taħt l-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar is-Servizzi ta’ l-Investiment.
L-Awtorità .
Emendat: 
XV.1989.3;
XIII.1994.8. 
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
Emendat:
IV. 2003.16.
5. (1) L-organi prinċipali ta’ l-Awtorità  huma l-Bord tal-
Gvernaturi, il-Kumitat ta’ Kordinazzjoni, il-Kunsill ta’
Sorveljanza, il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni u r-Riżorsi u l-Uffiċċju
Legali.
(2) Ikun id-dmir ta’ l-organi ta’ l-Awtorità  li jipprovdu lill-
Bord tal-Gvernaturi b’dik l-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa
għall-qadi xieraq tal-funzjonijiet tiegħu u b’mod partikolari biex
jiżgura li l-policies tiegħu jkunu qed jiġu eżegwiti b’mod xieraq.
Il-Bord tal-
Gvernaturi.
Emendat:
XIII. 1994.9.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
Emendat:
IV. 2003.10.
6. (1) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jistabilixxi l-policies li
għandhom jiġu eżegwiti mill-Awtorità . Waqt li jkun qed
jistabbilixxi dawk il-policies il-Bord tal-Gvernaturi għandu jsegwi
l-linji ta’ gwida dwar dik il-policy stabbilita mill-Gvern. Il-Bord
tal-Gvernaturi jkun ukoll responsabbli biex jagħti pariri lill-Gvern
kif provdut fl-artikolu 4.
(2) Il-Bord tal-Gvernaturi jkun magħmul minn dawn li ġejjin:
(a) Chairman, maħtur mill-Prim Ministru;
(b) sitt membri oħra maħtura mill-Prim Ministru minn fost
persuni li jkunu distinti fil-kummerċ, attivitajiet
finanzjarji, il-professjonijiet, is-servizzi pubbliċi jew
fil-ħajja akkademika li fil-fehma tiegħu jkunu jistgħu
jirrappreżentaw il-mod kif jaħsbuha l-industrija u l-
konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji.
(3) Persuna ma tikkwalifikax biex tkun maħtura bħala
  4      KAP. 330. ħ       AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTA
Chairman jew membru tal-Bord tal-Gvernaturi jew ta’ xi organu
ieħor ta’ l-Awtorità , jew li żżomm xi kariga ma’ l-Awtorità , jekk
tkun detentur ta’ liċenza jew awtorizzazzjoni oħra maħruġa mill-
Awtorità  jew xort’oħra taqa’ taħt il-funzjonijiet regolatorji jew ta’
sorveljanza ta’ l-Awtorità , jew tkun direttur, uffiċjal jew impjegat
ta’ dak id-detentur jew persuna oħra.
(4) Meta ċ-Chairman ikun nieqes jew ma jkunx jista’ jeżerċita
l-funzjonijiet u s-setgħat tal-kariga tiegħu u l-Prim Ministru ma
jkunx ħatar persuna oħra biex taġixxi bħala Chairman matul il-
perijodu ta’ nuqqas jew inabbilta’, il-membri l-oħra tal-Bord tal-
Gvernaturi għandhom jagħżlu wieħed mill-membri l-oħra tal-Bord
biex jaqdi l-funzjonijiet taċ-chairman matul kull perijodu.
(5) Iċ-Chairman u l-membri tal-Bord tal-Gvernaturi għandhom
iżommu l-kariga għal dak iż-żmien, li ma jkunx iktar minn ħames
snin, kif jista’ jiġi speċifikat fl-ittra tal-ħatra, u jkunu eliġibbli li
jinħatru mill-ġdid; għandhom jirċievu dik ir-rimunerazzjoni li l-
Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
(6) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3)
persuna ma tkunx eliġibbli li tinħatar jew li żżomm
kariga bħala Chairman jew bħala membru tal-Bord tal-
Gvernaturi jekk -
(i) tkun membru tal-Kamra ta-Deputati; jew
(ii)  tkun legalment inkapaċi jew interdetta; jew
(iii) tkun ġiet dikjarata falluta jew tkun għamlet
kompożizzjoni jew arranġament mal-kredituri
tagħha; jew
(iv) tkun kisret xi dispożizzjoni magħmula minn xi
liġi jew taħtha li jkollha l-iskop li tħares il-
membri tal-pubbliku kontra kull telf finanzjarju
li jiġi kawżat minn diżonesta, inkopetenza jew
għemil ħażin li jkollha x’taqsam ma’ l-għoti ta’
servizzi finanzjarji jew fl-amministrazzjoni ta’
kumpaniji; jew
(v) tkun ħadet sehem f’xi prattika kummerċjali li
tidher lill-Prim Ministru li tkun qarrieqa jew
oppressiva jew mod ieħor mhux xierqa (sew jekk
kontra l-liġi jew le) jew b’mod ieħor tiġbed
fuqha nuqqas ta’ kreditu dwar il-metodu li tuża
biex tmexxi n-negozju jew l-attivitajiet
professjonali tagħha; jew
(vi) tkun ħadet sehem fi jew tkun assoċjata ma’ xi
prattika kummerċjali oħra jew mod ieħor ġabet
ruħha b’dak il-mod li jitfa’ dubju fuq il-
kompetenza u l-maturità  tal-ġudizzju tagħha;
jew
(vii) ikollha xi nteress finanzjarju jew xi nteress ieħor
li jista’ jippreġudikaha fit-twettiq tal-
funzjonijiet tagħha; jew
(viii) tkun mod ieħor mhux idoneja u xierqa li jkollha
dik il-kariga.
AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTAġ K AP. 330.    5
(b) Sabiex jistabbilixxi jekk persuna hijiex idoneja u
xierqa, il-Prim Ministru għandu jqis l-integrità  ta’ dik
il-persuna, kemm hi persuna kompetenti u matura fil-
ġudizzju tagħha biex twettaq ir-responsabbilitajiet ta’
dik il-kariga, id-diliġenza kif tkun twettaq jew x’aktarx
twettaq dawk ir-responsabbilitajiet u jekk l-interessi
ta’ xi persuna oħra humiex, jew x’aktarx ikunu, b’xi
mod mhedda jekk l-ewwel persuna jkollha dik il-
kariga.
(ċ) Kull persuna li l-Prim Ministru jkun ħatar jew
jipproponi li jaħtar bħala membru tal-Bord tal-
Gvernaturi għandha, kull meta l-Prim Ministru hekk
jitlobha, tagħtih dak it-tagħrif li l-Prim Ministru jqis
meħtieġ għat-twettiq ta’ dmirijietu taħt il-paragrafi (a)
u (b).
(d) Membru tal-Bord jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu
mill-Prim Ministru minħabba f’inkapaċità  li jaqdi l-
funzjonijiet tal-kariga, kemm jekk minħabba mard
mentali jew fiżiku, jew għal imġieba ħażina; u għall-
finijiet ta’ dan il-paragrafu nuqqas ta’ attendenza
ripetuta u mhux ġustifikata mil-laqgħat tista’ titqies li
tammonta għal imġieba ħażina.
(e) Kull membru tal-Bord tal-Gvernaturi jista’ jirriżenja
mill-kariga tiegħu bil-mezz ta’ ittra indirizzata lill-
Prim Ministru.
(f) Il-ħatra ta’ kull persuna bħala membru tal-Bord tal-
Gvernaturi u t-tmiem ta’ kariga jew riżenja ta’ persuna
bħal dik, ikunu notifikati fil-Gazzetta.
Laqgħat tal-Bord 
tal-Gvernaturi.
Emendat:
XIII. 1994.10.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
7. (1) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiltaqa’ spiss kemm ikun
meħtieġ jew spedjenti, iżda f’ebda każ inqas minn darba kull tliet
xhur. Il-laqgħat għandhom jissejħu miċ-Chairman jew fuq l-
inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba bil-miktub ta’ tlieta mill-
membri.
(2) Il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jaġixxi minkejja xi vakanza
fost il-membri kemm-il darba jkun hemm preżenti għal-laqgħa
quorum ta’ mhux inqas minn tliet membri.
(3) Il-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi jkunu preseduti miċ-
Chairman, jew fl-assenza tiegħu mill-aġent Chairman, jew minn
membru elett mill-membri preżenti għal dik il-laqgħa partikolari.
(4) Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi jittieħdu
b’maġġoranza tal-voti tal-membri preżenti, u ċ-Chairman jew il-
persuna li tkun qed tippresjedi l-laqgħa, jkollha vot oriġinali u
f’każ ta’ vot indaqs, vot ieħor jew vot deċiżiv.
(5) (a) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħżel wieħed mill-
uffiċjali ta’ l-Awtorità  biex jaġixxi bħala Segretarju
tal-Bord tal-Gvernaturi għal dak iż-żmien li l-Bord tal-
Gvernaturi jidhirlu xieraq.
(b) Ikun id-dmir tas-Segretarju li jagħmel it-tħejjijiet
neċessarji għal-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi u li
  6      KAP. 330. ħ       AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTA
jżomm minuti ta’ dawk il-laqgħat.
(6) Kull parteċipazzjoni fil-proċedimenti tal-Bord tal-
Gvernaturi minn persuna li ma jkollhix dritt li tagħmel hekk, ma
tinvalidax il-proċedimenti.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-
artikolu, il-Bord tal-Gvernaturi jista’ jirregola l-proċedimenti
tiegħu stess.
(8) Il-Bord jista’ jistieden lil kull persuna u jista’ jordna lil
kull uffiċjal jew impjegat ta’ l-Awtorità  biex jattendi għal laqgħa
tal-Bord tal-Gvernaturi u li jieħu sehem fid-diskussjonijiet. 
Rappreżentanza 
legali u ġuridika.
Emendat:
XIII. 1994.11.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
8. Ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-Awtorità  tkun
vestita fiċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi, jew f’dik il-persuna l-
oħra li l-Bord tal-Gvernaturi jista’ jistabbilixxi għal każ speċifiku
jew għal klassi ta’ każijiet:
Iżda l-Bord tal-Gvernaturi jista’ minn żmien għal żmien
jaħtar xi wieħed jew aktar mill-uffiċjali jew impjegati ta’ l-
Awtorità , biex jidher f’isem l-Awtorità  u għaliha f’kull
proċedimenti ġudizzjarji jew f’xi att, kuntratt, strument jew
dokument ieħor ikun li jkun, jew fi klassi jew kategoriji tagħhom.
Il-Kumitat ta’ 
Kordinazzjoni.
Emendat: 
XV. 1989.4;
XIII. 1994.12, 13.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
Emendat:
IV. 2003.16.
9. (1) Il-Kumitat ta’ Kordinazzjoni jkun responsabbli li
jikkordina l-implimentazzjoni tal-policies ta’ l-Awtorità .
(2) Il-Kumitat ta’ Kordinazzjoni jkun magħmul miċ-Chairman
tal-Bord tal-Gvernaturi, li għandu jippresjedi l-Kumitat, mid-
Direttur Ġenerali u mill-uffiċjal Prinċipali ta’ l-Operat ta’ l-
Awtorità .
(3) Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jagħżel wieħed mill-uffiċjali
ta’ l-Uffiċċju Legali biex jagħmilha ta’ Segretarju tal-Kumitat ta’
Kordinazzjoni għal dak il-perijodu u taħt dawk il-kondizzjonijiet li
l-Bord tal-Gvernaturi jidhirlu xieraq.
(4) Ikun id-dmir tas-Segretarju li jagħmel it-tħejjijiet meħtieġa
għal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Kordinazzjoni u li jżomm il-minuti ta’
dawk il-laqgħat.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 għandhom, safejn
applikabbli, japplikaw għal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Kordinazzjoni
kif japplikaw għal-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi.
Il-Kunsill ta’ 
Sorveljanza.
Emendat:
XIII. 1994.12, 14.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
10. (1) Il-Kunsill ta’ Sorveljanza jkun responsabbli għall-
approvazzjoni u l-ħruġ ta’ liċenzi u awtorizzazzjonijiet oħra, għall-
ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal dawk il-liċenzi u
awtorizzazzjonijiet, u biex isegwi u jissorvelja persuni u entitajiet
oħra liċenzjati jew awtorizzati mill-Awtorità  fis-settur ta’ servizzi
finanzjarji.
(2) Il-Kunsill ta’ Sorveljanza jkun magħmul mid-Direttur
Ġenerali, li għandu jippresjedi l-Kunsill, u minn kull wieħed mid-
Diretturi responsabbli rispettivament fl-Awtorità  għal Kummerċ
Bankarju, Kumpaniji, Assigurazzjoni, Servizzi ta’ Investiment u
għal kull qasam ieħor ta’ servizzi finanzjarji taħt is-sorveljanza
regolatorja ta’ l-Awtorità .
AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTAġ K AP. 330.    7
(3) Il-Kunsill ta’ Sorveljanza għandu jagħżel wieħed mill-
uffiċjali ta’ l-Awtorità  li jkun jaħdem f’xi waħda mill-funzjonijiet
imsemmija fis-subartikolu (1) biex jagħmilha ta’ Segretarju tal-
Kunsill għal dak il-perijodu u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord
tal-Gvernaturi jidhirlu xierqa.
(4) Ikun id-dmir tas-Segretarju li jagħmel it-tħejjijiet meħtieġa
għal-laqgħat tal-Kunsill ta’ Sorveljanza u li jżomm minuti ta’ dawk
il-laqgħat.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 għandhom, safejn huma
applikabbli, japplikaw għal-laqgħat tal-Kunsill ta’ Sorveljanza kif
japplikaw għal-laqgħat tal-Kunsill ta’ Sorveljanza li japplikaw
għal-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi.
Il-Bord ta’ l-
Amministrazzjoni 
u r-Riżorsi.
Emendat: 
XV. 1989.5;
XXXI. 1990.3;
XIII. 1993.12.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
11. (1)  Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni u r-Riżorsi jkun
responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ kuljum u għall-finanzi ta’
l-Awtorità  inklużi l-iżvilupp kummerċjali u servizzi anċillari u
għall-kordinazzjoni ġenerali ta’ l-affarijiet amministrattivi ta’ l-
Awtorità , u jkun magħmul mill-persuni responsabbli għal dawk l-
attivitajiet fl-Awtorità  kif ikunu magħżula mill-Bord tal-
Gvernaturi.
(2) L-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-Operat għandu jippresjedi l-Bord
ta’ l-Amministrazzjoni u Riżorsi.
(3) Il-Bord ta’ l-Amministrazzjoni u r-Riżorsi għandu jagħżel
wieħed mill-uffiċjali ta’ l-Awtorità  li jkun jaħdem f’xi waħda mill-
attivitajiet imsemmija fis-subartikolu (1), biex jagħmilha ta’
Segretarju tal-Bord ta’ l-Amministrazzjoni u r-Riżorsi għal dak il-
perijodu u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord tal-Gvernaturi
jidhirlu xierqa.
(4) Ikun id-dmir tas-Segretarju li jagħmel it-tħejjijiet meħtieġa
għal-laqgħat tal-Bord u li jżomm il-minuti ta’ dawk il-laqgħat.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7 għandhom, safejn huma
applikabbli, japplikaw għall-Bord ta’ l-Amministrazzjoni u r-
Riżorsi kif japplikaw għall-Bord tal-Gvernaturi.
L-Uffiċċju Legali.
Emendat:
XIII. 1994.12, 16.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
12.  L-Uffiċċju Legali għandu jipprovdi dawk il-pariri u
servizzi legali u servizzi oħra kif il-Bord tal-Gvernaturi u organi
oħra ta’ l-Awtorità  jistgħu jeħtieġu fit-twettiq tal-funzjonijiet u
dmirijiet tagħhom.
Uffiċċju u 
impjegati ta’ l-
Awtorità .
Emendat: 
XIII.1994.17.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
Emendat:
IV. 2003.16.
13. (1) L-Awtorità  tista’ taħtar Direttur Ġenerali, Uffiċjal
Prinċipali ta’ l-Operat, Manager ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi u
dawk l-uffiċjali u impjegati oħra li jidhirlha li jkunu meħtieġa biex
twettaq il-funzjonijiet, is-setgħat u d-dmirijiet tagħha taħt dan l-Att
jew taħt xi liġi oħra. Il-ħatra ta’ l-uffiċjali u mpjegati oħra ta’ l-
Awtorità  barra mid-Direttur Ġenerali, l-Uffiċjal Prinċipali ta’ l-
Operat u l-Manager ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi għandhom isiru
mill-Kumitat ta’ Kordinazzjoni taħt dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li l-Bord tal-Gvernaturi jista’ jistabbilixxi.
Kap. 9.
ta’ natura penali taħt xi liġi oħra, il-membri ta’ l-Awtorità , u kull
uffiċjal jew impjegat tagħha, għandhom jitqiesu li huma uffiċjali
  8      KAP. 330. ħ       AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTA
pubbliċi.
Tixrid ta’ 
informazzjoni.
Emendat:
XIII. 1994.18.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
14. (1) L-Awtorità  għandha tagħmel arranġamenti f’dik il-
forma u b’dak il-mod li jidhirlha xieraq għat-tixrid ta’ dik l-
informazzjoni u pariri li jidhirlha li jkunu spedjenti li tagħti lill-
pubbliku dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mat-twettiq tal-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att jew xi liġi oħra.
(2) Fl-arranġamenti għall-publikazzjoni ta’ kull informazzjoni
jew pariri bħal dawk, l-Awtorità  għandha tikkunsidra d-dmir tas-
segretezza professjonali u, kemm ikun prattikabbli għandha żżomm
lura milli tippubblika xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-ħajja privata
ta’ individwu, meta fil-fehma ta’ l-Awtorità  l-pubblikazzjoni ta’
dik il-ħaġa taffettwa jew tista’ taffettwa b’mod serju u bi
preġudizzju l-interessi ta’ dak l-individwu. 
Skemi ta’ 
kumpens.
Emendat:
XIII. 1994.19.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
15. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ liġijiet oħra, il-
Ministru, li jaġixxi fuq il-parir ta’ l-Awtorità , jista’ jagħmel
regolamenti biex jistabbilixxi, jikkordina, jamalgama u xort’oħra
jirregola skemi jew sotto-skemi ta’ kumpens jew arranġamenti
simili oħra fis-settur tas-servizzi finanzjarji:
(a) għall-provediment ta’ kumpens meta detenturi ta’
liċenza jew kategorji tagħhom, ma jkunux jistgħu
jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn depożitanti,
investituri, detenturi ta’ polza jew oħrajn li jagħmlu
talba dwar kull responsabbiltà  li jkunu daħlu għaliha
b’konnessjoni mat-twettiq ta’ xi attività  li dwarhom
ikunu liċenzjati jew xort’ohra awtorizzati, u
(b) għall-provediment ta’ kumpens li jinħoloq minn jew
b’konnessjoni ma’ xi responsabbiltà  oħra kif jista’ jiġi
preskritt, u biex jirregola l-amministrazzjoni u l-
finanzjament ta’ kull skemi jew arranġamenti għal
kumpens bħal dawk u l-kontribuzzjonijiet jew imposti
li għandhom jitħallsu fihom, u dawk ir-regolamenti
jistgħu jagħmlu dispożizzjoni differenti għal klassijiet
differenti ta’ detenturi ta’ liċenza u oħrajn li jagħmlu
talba.
Setgħat ta’ l-
Awtorità .
Sostitwit:
XIII. 1994.20;
XVII. 2002.106.
Emendat:
IV. 2003.11.
16. (1) Bla ħsara għal kull funzjoni jew setgħa oħra mogħtija
taħt dan l-Att jew xi liġi oħra, fit-twettiq tal-funzjonijiet u setgħat
tagħha taħt dan l-Att, l-Awtorità  jkollha d-dritt li titlob aċċess u
dħul raġonevoli għall-post tan-negozju, uffiċċji, dokumentazzjoni u
nformazzjoni oħra dwar l-attivitajiet liċenzjati jew awtorizzati mill-
Awtorità  jew li xort’oħra jaqgħu taħt il-funzjonijiet ta’ sorveljanza
jew regolatorji tagħha. Id-diretturi u managers, ikunu x’ikunu
msejħa, jew kull persuni oħra li huma jew li kienu inkarigati mill-
operat jew l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-funzjonijiet ta’ sorveljanza
jew regolatorji ta’ l-Awtorità  għandhom jgħinu u jikkollaboraw
ma’ l-Awtorità  sabiex tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha, u
għandhom jiġbru u jibgħatu mingħajr telf ta’ żmien dik l-
informazzjoni u dokumentazzjoni li l-Awtorità  tista’ titlob b’mod
raġonevoli minn żmien għal żmien.
(2) L-Awtorità  tista’ toħroġ direttivi u linji ta’ gwida li
AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTAġ K AP. 330.    9
jirregolaw il-proċeduri u d-dmirijiet ta’ persuni liċenzjati jew
awtorizzati minnha jew li jaqgħu taħt il-funzjonijiet regolatorji jew
ta’ sorveljanza tagħha u dawk id-direttivi u linji ta’ gwida jistgħu:
(a) jipprovdu għal prospetti, dikjarazzjonijiet u avvizi li
għandhom isiru għal kull raġunijiet li dwarhom l-
Awtorità  teżerċita funzjonijiet ta’ sorveljanza jew
regolatorji taħt dan l-Att jew xi liġi oħra, u l-forma u l-
kontenut tagħhom; u
(b) jippreskrivu l-informazzjoni li dawk il-persuni
għandhom jissottomettu lill-Awtorità ;
(ċ) teħtieġ lid-detentur tal-liċenza jew awtorizzazzjoni
oħra, u, jew lil kull uffiċjal tiegħu, biex iwettaq jew
ma jwettaqx xi għemil, magħduda dawk il-
projbizzjonijiet, restrizzjonijiet u kondizzjonijiet li
jistgħu jkunu speċifikati fl-avviż; u kull direttiva bħal
dik tista’ tinħareġ dwar każijiet speċifiċi jew klassijiet
ta’ każijiet; kull detentur ta’ liċenza jew
awtorizzazzjoni oħra u, jew l-uffiċjal li lilu jkun
indirizzat l-avviż għandu jobdi u jħares u jagħti effett
lil kull direttiva bħal dik fiż-żmien u bil-mod li jingħad
fid-direttiva.
Kap. 370.
(3) Meta detentur ta’ liċenza jew manager, segretarju, direttur
jew persuna oħra responsabbli għal detentur ta’ liċenza tikser jew
tonqos li tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet imposti f’liċenzi
maħruġa mill-Awtorità  skond l-artikolu 4 jew xi direttivi jew linji
ta’ gwida maħruġa skond dan l-artikolu, l-Awtorità  tista’ b’avviż
bil-miktub timponi fuq persuni liċenzjati jew awtorizzati minnha,
jew li jaqgħu taħt il-funzjonijiet regolatorji jew superviżorji
tagħha, magħduda managers, segretarji, diretturi, u, jew persuni
oħra, skond il-każ, penali amministrattiva u d-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 6(9) u (11) ta’ l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment
għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Tibdil ta’ 
informazzjoni.
Emendat:
XIII. 1994.21.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
Emendat:
IV. 2003.12.
17. (1) Ħlief għall-qadi xieraq tad-dmirijiet jew tal-
funzjonijiet tagħhom taħt dan l-Att jew xi liġi oħra, il-membri tal-
Bord tal-Gvernaturi jew ta’ xi organu ieħor ta’ l-Awtorità , u l-
uffiċjali u l-impjegati ta’ l-Awtorità  għandhom jittrattaw kull
informazzjoni li tinkiseb waqt il-qadi ta’ dmirijiethom bħala
konfidenzjali u m’għandhom, la direttament u lanqas indirettament,
jikxfu dik l-informazzjoni lil ebda persuna oħra, ħlief bil-kunsens
tal-persuna li tkun ħarġet l-informazzjoni.
(2)  Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ qabel dan
l-artikolu, l-Awtorità  tista’, meta ssirilha talba bil-miktub
għaldaqshekk, tiżvela informazzjoni:
(a) lil awtorità  jew korp kompetenti barrani li jkun
qiegħed iwettaq funzjonijiet simili jew ekwivalenti
sabiex tassistih fi ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mar-
regolamentazzjoni u sorveljanza ta’ servizzi
finanzjarji;
(b) lil kull korp jew awtorità  oħra ffurmata jew stabbilita
taħt xi liġi Maltija fuq ħwejjeġ li dwarhom dak il-korp
  10      KAP. 330. ħ       AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ 
jew dik l-awtorità  jista’ jkollha funzjoni regolatorja,
ta’ sorveljanza, ġudizzjarja jew ta’ liċenzjar skond il-
liġi:
Iżda l-Awtorità  għandha tiżvela l-informazzjoni meta hija
tkun meħtieġa jew tiġi mitluba li tagħmel dan skond ma jesiġu l-
obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta, jew meta jkun hekk
meħtieġ fil-parametri tar-rabtiet ta’ qbil li jiġu assunti f’pattijiet ta’
ftehim bilaterali jew multilaterali għall-iskambju ta’ informazzjoni
u forom oħra ta’ kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji oħra
barranin inkluża talba li toriġina taħt memorandum of
understanding li jsir ma’ l-awtorità  kompetenti.
Komunikazzjo-
nijiet mal-Bank 
Ċentrali ta’ Malta.
Emendat: 
XIII.1994.21.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
Kap. 204.
18. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Awtorità  għandhom fuq talba
jibdlu l-informazzjoni fil-pussess tagħhom li tkun meħtieġa għall-
qadi mill-Bank Ċentrali tad-dmirijiet tiegħu taħt l-Att dwar il-Bank
Ċentrali ta’ Malta, u mill-Awtorità  taħt dan l-Att jew xi liġi oħra.
Konsiderazzjoni 
ta’ ilmenti.
Emendat:
XIII. 1994.21.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
19. (1) L-Awtorità  tista’ tinvestiga kull ħaġa li:-
(a) għandha x’taqsam mal-funzjonijiet li jitwettqu mill-
Awtorità  taħt dan l-Att jew xi liġi oħra; u
(b) tkun is-suġġett ta’ dikjarazzjonijiet (barra minn dik li
tidher lill-Awtorità  li tkun frivola) magħmula lill-
Awtorità  minn jew f’isem persuna li tkun tidher lill-
Awtorità  li jkollha nteress fil-ħaġa.
(2) Meta l-Awtorità  tkun investigat xi ħaġa taħt dan l-artikolu,
għandha tħejji rapport fuq dik il-ħaġa u (suġġetta għal kull obbligu
dwar is-segretezza professjonali) tibgħat kopja ta’ kull rapport bħal
dak, lil dawk minn dawn il-persuni li ġejjin, kif jidhirlha xieraq,
jiġifieri:
(a) lil kull persuna li għaliha jirreferi r-rapport jew li jkun
jidher lill-Awtorità  li jkollha nteress fil-ħaġa li għaliha
jirreferi r-rapport;
(b) lil kull persuna li l-funzjonijiet tagħha taħt xi liġi
jidhru lill-Awtorità  li jkun eżerċitabbli dwar dik il-
ħaġa;
(ċ) lil kull persuna li tidher lill-Awtorità  li tkun persuna li
għandha tikkonsidra r-rapport biex tistabbilixxi kif
taġixxi dwar dik il-ħaġa.
Ħatra ta’ Manager 
ta’ l-Ilmenti tal-
Konsumaturi.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
20. (1) l-Awtorità  għandha taħtar Manager ta’ l-Ilmenti tal-
Konsumaturi.
(2) Tkun il-funzjoni tal-Manager ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi
li jinvestiga l-ilmenti mingħand konsumaturi privati li jinqalgħu
minn jew b’konnessjoni ma’ xi operazjoni ta’ servizzi finanzjarji, u
li jibgħat dawk il-każijiet skond kif ikun meħtieġ jew xieraq lill-
Kunsill ta’ Sorveljanza għall-konsiderazzjoni tiegħu; iżda ebda
ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tiftiehem li tagħti lil
konsumatur dritt speċifiku li jeħtieġ lill-Manager ta’ l-Ilmenti tal-
Konsumaturi li jagħtih parir fuq xi ħaġa partikolari jew li jaġixxi
AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTAġ K AP. 330.    11
f’ismu f’xi kwistjoni ma’ persuna liċenzjata quddiem xi qorti jew
tribunal, ħlief sal-limitu, jekk il-każ, kif provdut għalih b’dan l-Att
jew xi liġi oħra.
(3) Il-Manager ta’ l-Ilmenti tal-Konsumaturi jew kull uffiċjal
ieħor ta’ l-Awtorità  awtorizzat kif imiss jista’ jikkomunika lill-
konsumatur, li l-ilment tiegħu setgħa ġie investigat mill-Awtorità ,
informazzjoni dwar kull ħaġa li setgħa sar jaf biha waqt l-
investigazzjoni jew bħala riżultat tagħha.
Arranġamenti ta’ 
bejgħ remot.
Miżjud:
IV. 2003.13.
20A. Il-Ministru jista’, filwaqt li jaġixxi fuq il-parir ta’ l-
Awtorità , jagħmel regolamenti li jirregolaw arranġamenti ta’ bejgħ
remot għar-rigward ta’ servizzi finanzjarji u l-għemil ta’ kull
ftehim meta l-konsumatur u xerrejja oħra u min ikun qed jipprovdi
s-servizz ikunu jinsabu ’l bogħod minn xulxin, u għal dan l-għan
biex jistipulaw il-forma u l-proċedura biex ikun jista’ jsir kull
ftehim ta’ bejgħ remot bħal dawk, li jkunu jipprovdu biex jiddaħħlu
jew jitħallew barra xi pattijiet u kondizzjonijiet partikolari, biex
jistabbilixxu żmien ta’ kanċellament għall-konsumatur, biex
jistabbilixxu livelli u eżenzjonijiet, u biex jistabbilixxu drittijiet
minimi għall-konsumaturi, u biex jintroduċu miżuri li jagħmlu l-
offerti għal xi ftehim bħal dawk aktar trasparenti u informattivi, u
biex jirregolaw kull aspett ieħor ta’ bejgħ remot.
Tribunal dwar 
Servizzi 
Finanzjarji.
Emendat:
XIII. 1994.21.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
Emendat:
IV. 2003.14.
21. (1) Għandu jkun hemm Tribunal li jissejjaħ "it-Tribunal
dwar Servizzi Finanzjarji", f’dan l-Att ukoll imsejjaħ "Tribunal", li
għandu jeżerċita u jaqdi l-funzjonijiet u s-setgħat mogħtija lilu bil-
liġi.
(2) It-Tribunal ikun magħmul miċ-Chairman u żewg membri
oħra maħtura mill-Ministru.
(3) Iċ-Chairman ikun avukat li għal perijodu ta’ jew perijodi li
fit-total jammontaw għal, mhux inqas minn tnax-il sena jkun serva
bħala avukat f’Malta jew serva bħala maġistrat f’Malta, jew parti
hekk ipprattika u parti hekk serva.
(4) Bla ħsara għal kull disposizzjoni oħra ta’ xi liġi dwar il-
kompożizzjoni tat-Tribunal jew il-kwalifiki tal-membri tiegħu, iż-
żewġ membri l-oħra msemmija tat-Tribunal għandhom ikunu
persuni li fil-fehma tal-Ministru jkollhom il-kapaċità  u l-esperjenza
meħtieġa fil-kummerċ jew regolamentazzjoni ta’ servizzi
finanzjarji, jew finanzi.
(5) Iċ-Chairman u l-membri l-oħra tat-Tribunal għandhom
iżommu l-kariga għal perijodu ta’ tliet snin, ikunu eliġibbli li
jerġgħu jinħatru u ma jistgħux jitneħħew matul il-perijodu tal-ħatra
tagħhom ħlief minħabba inkapaċità  li jaqdu l-funzjonijiet tal-kariga
tagħhom sew jekk tkun ġejja minn inkapaċità  fiżika jew mentali
jew xi raġuni oħra, jew minħabba mġieba ħażina ppruvata.
(6) Iċ-Chairman u l-membri l-oħra tat-Tribunal għandhom
jirċievu dik ir-rimunerazzjoni stabbilita fid-dokument tal-ħatra
tagħhom.
(7) Ir-rimunerazzjoni msemmija fis-subartikolu (6) ma
għandhix tinbidel matul il-perijodu tal-ħatra ta’ membru li jkun qed
jirċeviha, ħlief għal dak it-tibdil li jista’ jkun meħtieġ minn żmien
  12      KAP. 330. ħ       AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ 
għal żmien, biex f’kull żmien matul il-ħatra jinżamm il-proporzjon
tar-rimunerazzjoni mas-salarju ta’ mħallef tal-qrati superjuri, kif
kien fid-data tal-ħatra.
(8) Fis-smigħ ta’ appell li jsir lilu taħt xi liġi, it-Tribunal ikollu
s-setgħa -
(a) li jikkonferma, jaqleb jew ivarja d-deċiżjoni ta’ l-
awtorità  kompetenti taħt il-liġi rilevanti u li jagħti
direzzjonijiet li jkunu fis-setgħa tiegħu taħt dan l-Att
jew xi liġi oħra lill-imsemmija awtorità  kompetenti
biex timplimenta d-deċiżjoni tat-Tribunal;
(b) li jeħtieġ il-produzzjoni ta’ kull dokument jew
informazzjoni oħra;
(ċ) li jordna l-ħlas ta’ l-ispejjeż minn xi parti fl-appell.
(9) It-talba għad-deċiżjoni tat-Tribunal għandha tkun, għar-
raġunijiet miġjuba mill-appellant -
(a) jekk l-awtorità  kompetenti tkunx, fid-deċiżjoni tagħha,
applikat ħażin xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att; jew
(b) jekk id-deċiżjoni ta’ l-awtorità  kompetenti tikkostitwix
abbuż ta’ diskrezzjoni jew tkunx inġusta
manifestament:
Iżda d-diskrezzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti ma tistax,
sakemm tkun ġiet eżerċitata b’mod xieraq, tkun mistoqsija mit-
Tribunal:
Iżda wkoll, ma għandu jkun hemm ebda appell minn
deċiżjoni li tkun timponi piena li ma teċċedix mitt lira.
(10) It-Tribunal ikollu s-setgħa li jħarrek xhieda u li jagħtihom
il-ġurament, u li jaħtar kull espert jew esperti li jidhirlu meħtieġa
biex jiddeċiedi l-każ quddiemu.
(11) Appell lit-Tribunal għandu jsir bil-miktub fejn jiġi spjegat
ċar il-motiv għal dak l-appell sa mhux iktar tard minn tletin jum
mid-data li d-deċiżjoni jew l-azzjoni fil-kwistjoni tkun ġiet
notifikata lill-persuna aggravata, u t-Tribunal għandu jittratta kull
kwistjoni quddiemu bl-akbar urġenza u għandu jagħti d-deċiżjoni
tiegħu mingħajr dewmien.
(12) It-Tribunal għandu jżomm is-seduti tiegħu fil-pubbliku
sakemm meta jikkunsidra n-natura tal-kwistjoni quddiemu, it-
Tribunal ma jidhirlux sewwa u xieraq li jmexxi l-proċedimenti jew
xi parti minnhom bil-magħluq; f’kull każ bħal dak id-deċiżjoni tat-
Tribunal għandha dejjem tingħata fil-pubbliku.
(13) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti li jirregolaw il-
proċeduri sabiex isiru u jitmexxew appelli quddiem it-Tribunal,
iżda fin-nuqqas ta’ dawk ir-regolamenti u bla ħsara għar-regoli ta’
ġustizzja naturali, it-Tribunal għandu jirregola l-proċedura tiegħu
stess.
(14) Appell fuq kwistjoni ta’ liġi biss mid-deċiżjoni tat-Tribunal
jista’ jsir lill-Qorti ta’ l-Appell. Fid-deċiżjoni ta’ appell bħal dak,
il-Qorti ta’ l-Appell ikollha s-setgħa kollha tat-Tribunal għall-
AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTAġ K AP. 330.    13
ghemil ta’ ordnijiet.
(15) Il-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja jista’
b’regolamenti magħmula taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-
drittijiet li għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti dwar il-
preżentata ta’ atti ġudizzjarji li għandhom x’jaqsmu ma’ appelli
lill-Qorti ta’ Appell taħt dan l-artikolu:
Kap. 12.
Iżda sakemm dawk id-drittijiet jiġu hekk stabbiliti mill-
Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li jinsabu fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(16) Appell magħmul taħt dan l-artikolu ma jissospendix l-
operat ta’ xi deċiżjoni jew direttiva li minnha jsir l-appell:
Iżda deċiżjoni biex tkun kanċellata liċenza ma tibdix isseħħ
sakemm jgħaddi ż-żmien li fih jista’ jsir appell taħt dan l-artikolu
u, jekk isir appell f’dak iż-żmien, id-deċiżjoni għandha tibda sseħħ
fid-data tad-deċiżjoni tat-Tribunal biex jiċħad l-appell jew fid-data
li fiha l-appell ikun abbandunat.
(17) F’dan l-artikolu "awtorità  kompetenti" tirreferi għall-
awtorità  kompetenti maħtura taħt xi liġi dwar servizzi finanzjarji.
Disposizzjonijiet 
finanzjarji.
Emendat: 
XV. 1989.6;
XXXI. 1990.4;
XIII. 1994.21, 22.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
22. Id-dħul ta’ l-Awtorità  jkun magħmul minn:
(a) dħul li jinkiseb dwar liċenzi, awtorizzazzjonijiet u
reġistrazzjonijiet u drittijiet jew ħlasijiet oħra li
jitħallsu taħt dan l-Att jew xi liġi oħra li bis-setgħa
tagħha l-Awtorità  twettaq funzjonijiet ta’
reġistrazzjoni, ta’ sorveljanza, regolatorji jew
funzjonijiet simili;
(b) kirja, mgħax u profitti li jinqalgħu minn proprjetà ,
depożiti u assi oħra ta’ l-Awtorità ;
(ċ) kull flejjes oħra riċevuti jew li għandhom jiġu riċevuti
mill- Awtorità .
Estimi u nfiq.
Emendat: 
XV. 1989.7;
XXXI. 1990.5;
XIII. 1994.23.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
Emendat:
IV. 2003.16.
23. (1) Il-Kumitat ta’ Kordinazzjoni għandu jara li jiġu
mħejjija dwar kull sena finanzjarja u mhux iktar tard minn sitt
ġimgħat wara tmiem is-sena finanzjarja ta’ qabel biex jiġu adottati
mill-Bord tal-Gvernaturi, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jiġu
preżentati b’emendi jew mingħajrhom, estimi tad-dħul u nfiq ta’ l-
Awtorità  għal dik is-sena finanzjarja.
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi l-Awtorità  għandha tagħmel
mill-aħjar biex tassigura li d-dħul totali ta’ l-Awtorità  jkun mill-
inqas biżżejjed biex ikopri s-somom kollha li b’mod xieraq
jinħarġu mill-kont tad-dħul u nfiq, inklużi, iżda bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dik l-espressjoni, deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandu jkun
fihom dik l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma’ snin ta’ qabel
skond kif jordna l-Bord tal-Gvernaturi.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), jekk dwar
xi sena finanzjarja jinstab illi l-ammont approvat mill-Bord tal-
Gvernaturi ma jkunx biżżejjed, jew tkun inqalgħet il-ħtieġa ta’ nfiq
għal skop li ma jkunx hemm maħsub għalih fl-estimi, il-Kumitat ta’
  14      KAP. 330. ħ       AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ 
Kordinament jista’ jadotta estimi supplementari għall-
approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi u, f’kull każ bħal dan id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li japplikaw għall-estimi għandhom
kemm jista’ jkun japplikaw għall estimi supplementari.
Setgħat oħra ta’ l-
Awtorità .
Emendat: 
XXXI. 1990.6;
XIII. 1994.21, 24.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
24. (1)  L-Awtorità  tista’:
(a) iżżomm kontijiet ma’ xi bank;
(b)  tinvesti xi attiv likwidu tiegħu f’titoli ta’ l-ewwel
klassi ta’ perjodi qosra u medji skond kif ikun ġie
approvat mill-Bord tal-Gvernaturi;
(ċ) takkwista, tixtri, tikri jew tiddisponi minn xi proprjetà
mobbli jew immobbli kif ikun meħtieġ għall-
attivitajiet tagħha jew għal xi skopijiet anċillari jew
inċidentali għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan
l-Att.
(2)  Għall-fini tal-qadi ta’ xi funzjoni tagħha taħt dan l-Att, l-
Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru, tissellef
jew tiġbor flus b’dak il-mod, mingħand dik il-persuna, korp jew
awtorità , u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ japprova
bil-miktub.
Avvanzi mill-
Gvern. 
Sositiwit:
XIII.1994.20.
Emendat:
XVII. 2002.106;
IV. 2003.16.
25. Il-Ministru jista’ javvanza lill-Awtorità  dawk is-somom li
jista’ jaqbel li jkunu meħtieġa mill-Awtorità  għall-qadi ta’ kull
funzjoni tagħha taħt dan l-Att, u jista’ jagħmel dawk l-avvanzi taħt
dawk il-patti u l-kondizzjonijiet li jista’ jqis li jkunu xierqa. Kull
avvanz bħal dak jista’ jsir mill-Ministru mill-Fond Konsolidat, u
mingħajr aktar approprjazzjoni barra dan l-Att, b’warrant li jġib il-
firma tiegħu u li jawtorizza lill-Accountant General biex jagħmel
dawk l-avvanzi.
Iffissar u 
allokazzjoni ta’ 
profitti. 
Emendat: 
XIII.1994.21;
XVII. 2002.106;
IV. 2003.15, 16.
26. (1) L-Awtorità  tista’ twaqqaf Fond ta’ Riżerva li għalih ir-
residwu ta’ fondi li tidderiva mill-Kont ta’ Dħul u Nfiq tagħha iżda
dak il-fond ma għandu f’ebda żmien ikun akbar mill-kapital inizjali
ta’ l-Awtorità .
(2) Ir-residwu ta’ fondi ta’ l-Awtorità  għal kull sena finanzjarja
għandu jiġi stabbilit wara li l-Awtorità  tkun issodisfat l-infiq
kurrenti kollu għal dik is-sena u wara li tkun għamlet dawk il-
provvedimenti, magħduda provvedimenti għal kontinġenzi, kif ikun
jidhrilha xieraq, u l-approprjazzjoni msemmija fis-subartikolu (1).
(3) Wara li jkunu saru l-allokazzjonijiet imsemmija fis-
subartikoli (1) u (2) ta’ dan l-artikolu, dak li jibqa’ mir-residwu ta’
fondi għandu jitħallas lill-Gvern.
Kontijiet u 
verifika.
Emendat: 
XV.1989.10;
XIII.1994.21, 27.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
27. (1) L-Awtorità  għandha tieħu ħsieb li jinżammu kotba tal-
kontijiet xierqa u records oħra dwar l-operat tagħha u għandha
tieħu ħsieb li ssir dikjarazzjoni tal-kontijiet dwar kull sena
finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  jkunu verifikati minn awdituri
maħtura mill-Bord tal-Gvernaturi minn fost persuni li jkunu
kwalifikati biex jinħatru awdituri ta’ kumpannija.
AWTORITÀ  GĦAS-SERVIZZI FINANZJARJI TA’ MALTAġ K AP. 330.    15
Dmir ta’ l-Awtorità  
li tirrapporta lill-
Kamra.
Emendat: 
XV. 1989.11;
XXXI. 1990.8;
XIII. 1994.21.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
28. L-Awtorità  għandha, kmieni kemm jista’ jkun iżda mhux
aktar tard minn tliet xhur wara l-egħluq ta’ kull sena finanzjarja,
tgħaddi lill-Kamra permezz tal-Ministru, kopja tal-kontijiet
annwali tagħha ċertifikata mill-awdituri flimkien ma’ rapport dwar
il-ħidmiet tagħha matul is-sena ta’ qabel.
Eżenzjoni minn 
responsabbilità .
Emendat:
XXXI. 1990.9;
XIII. 1994.21.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
Emendat:
IV. 2003.16.
29. L-Awtorità , il-Bord tal-Gvernaturi, il-Kumitat ta’
Kordinazzjoni, il-Kunsill ta’ Sorveljanza, il-Bord ta’ l-
Amministrazzjoni u r-Riżorsi, l-Uffiċċju Legali u l-uffiċjali u
impjegati ta’ l-Awtorità  ma jkunux suġġetti għad-danni għal xi
ħaġa li tkun saret jew li naqset milli ssir fil-qadi jew f’dak li jidher
li kien il-qadi ta’ xi funzjoni taħt dan l-Att, kemm-il darba l-egħmil
jew in-nuqqas jintwera li ma jkunx sar jew li naqas milli jsir, skond
il-każ, f’mala fede.
Eżenzjoni mit-
taxxi.
Emendat:
XV. 1989.13;
XIII. 1994.28.
Sostitwit:
XVII. 2002.106.
30. L-Awtorità  tkun eżentata minn kull responsabbiltà  għall-
ħlas tat-taxxa fuq l-income, taxxa fuq trasferimenti u dokumenti, u
dazju tad-dwana u tas-sisa taħt xi liġi li tkun fis-seħħ dak iż-żmien.
