         TRUSTS     1
KAPITOLU 331
ATT DWAR IT-TRUSTS
Biex jagħmel provvediment dwar Trusts u biex jipprovdi għal ħwejjeġ li
huma anċillari jew inċidentali għalihom.
(30 ta’ Ġunju, 1989)*
Sar liġi bl-ATT XXXV ta’ l-1988, kif emendat bl-Atti XIV ta’ l-1989 u
XX ta’ l-1994.
Titolu fil-qosor.
Emendat:
XX. 1994.4.
1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar it-Trusts.
Tifsir.
Emendat: 
XIV. 1989.2; 
XX. 1994.4.
Kap. 330.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"l-Att" tfisser l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’
Malta;
"l-Awtorità  " tfisser  l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’
Malta;
"benefiċjarju" tfisser persuna ntitolata li tibbenefika taħt trust
jew li favur tagħha tista’ tiġi eżerċitata diskrezzjoni biex titqassam
proprjetà  miżmuma fi trust;
"dikjarazzjoni unilaterali ta’ trust" għandha t-tifsira mogħtija
lilha bis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 7 ta’ dan l-Att;
"dokument ta’ trust" tfisser id-dokument li bih tinħoloq it-trust u
tinkludi kull dokument li jbiddel it-termini ta’ trust kif ukoll
dikjarazzjoni unilaterali ta’ trust;
"il-qorti" tfisser is-Sekond’Awla tal-Qorti Ċivili;
Kap. 374.
"il-Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni ta’ l-Ajja dwar il-liġi
applikabbli għal trusts u l-għarfien tagħhom, muri fil-partijiet
materjali fl-Ewwel Skeda ta’ l-Att dwar l-Għarfien ta’ Trusts;
"korp ta’ persuni" tfisser kull kumpannija, għaqda, soċjetà  jew
assoċjazzjoni oħra ta’ persuni, sew jekk ikollha personalità
ġuridika sew jekk le;
"ksur ta’ trust" għandha t-tifsira mogħtija lilha bl-artikolu 4 ta’
dan l-Att;
"kumpannija" tfisser soċjetà  anonima iffurmata u reġistrata kif
imiss taħt xi liġi li tkun fis-seħħ dak iż-żmien f’Malta, u tinkludi
enti morali simili nkorporat jew reġistrat barra minn Malta;
"kumpannija nominee" tfisser kumpannija awtorizzata li taqdi l-
funzjonijiet ta’ kumpannija nominee kif hemm provdut bl-artikolu
47 ta’ dan l-Att u nominee liċenzjat li għandu d-debita liċenza kif
hemm provdut bl-artikolu 51A ta’ l-Att;
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, liema
subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet
Statutarji, u l-Avviż Legali 90 ta’ l-1989.
  2      KAP. 331. ħ         TRUSTS
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għal finanzi;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni;
"persuna kwalifikata" għar-rigward ta’ settlor jew benefiċjarju
ta’ trust tfisser persuna mhux residenti f’Malta, u riferenzi għal
persuna kwalifikata biex tkun settlor jew benefiċjarju għandhom
jiftiehmu f’dak is-sens;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmulin bis-saħħa
ta’ dan l-Att;
"proprjetà " tfisser proprjetà  ta’ kull xorta jew deskrizzjoni, sew
jekk mobbli jew immobbli, persunali jew reali, u kulfejn tinsab, u
f’relazzjoni għal jeddijiet jew interessi kemm jekk vestiti,
kontinġenti, annullabbli jew futuri;
"proprjetà  immobbli sitwata f’Malta" tinkludi azzjonijiet, stock
jew obbligazzjonijiet fi jew ta’ kumpannija li l-attiv tagħha jinkludi
proprjetà  immobbli sitwata f’Malta jew fi, jew ta’ kumpannija, li
ma tkunx kumpannija offshore, reġistrata f’Malta;
"proprjetà  ta’ trust" tfisser il-proprjetà  li tkun għal dak iż-żmien
miżmuma fuq trust;
"reġistru" tinkludi kull xorta ta’ record;
"residenti f’Malta" għandha l-istess tifsira li għandha taħt l-Att; 
"settlor" tfisser il-persuna li tagħmel trust u tinkludi persuna li
tipprovdi proprjetà  ta’ trust jew tagħmel disposizzjoni fuq trust jew
lil trust;
"trust" għandha t-tifsira deskritta fl-artikolu 3 ta’ dan l-Att, u
tinkludi l-proprjetà  ta’ trust, il-jeddijiet, is-setgħat, id-dmirijiet, l-
interessi, ir-relazzjonijiet u l-obbligi taħt trust;
"trust barrani" tfisser trust li l-liġi applikabbli għalih mhix il-liġi
ta’ Malta;
"trustee" għar-rigward ta’ trust, tfisser il-persuna jew il-persuni
maħturin sabiex jaġixxu bħala trustee jew trustees ta’ trust skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Kull riferenza f’dan l-Att għal xi liġi, jew disposizzjoni
tagħha, għandha tiftiehem bħala riferenza għal dik il-liġi jew
disposizzjoni li tkun fis-seħħ minn żmien għal żmien, u għandha
tinkludi riferenza għal kull liġi li tissostitwixxi dik il-liġi jew
disposizzjoni, u għal kull leġislazzjoni sussidjarja magħmula
taħtha.
(3) Kliem u espressjonijiet użati f’dan l-Att b’riferenza għal xi
liġi oħra għandhom, safejn ikun meħtieġ biex jagħtu effett lil dan l-
Att, u konsistentement mad-disposizzjonijiet tiegħu, ikollhom l-
istess tifsir bħalma għandhom fil-liġi li b’riferenza għaliha huma
użati f’dan l-Att.
Kap. 276.
(4) Kull riferenza f’dan l-Att għal reat kriminali kommess barra
minn Malta, jew kontra l-liġi ta’ pajjiż li ma jkunx Malta, jew għal
att li jekk ikun magħmul f’Malta jkun reat kriminali kontra l-liġi ta’
Malta, għandha tiftiehem bħala limitata għal reati li jkunu reati ta’
estradizzjoni għall-finijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att dwar l-
         TRUSTS     3
Estradizzjoni.
(5) F’dan l-Att u f’kull regolament magħmul bis-saħħa tiegħu,
jekk ikun hemm xi konflitt bejn it-test Ingliż u dak Malti, it-test
Ingliż għandu jipprevali.
Emendat:
XX. 1994.4.
TRUSTS
Tifsir ta’ trust. 
jew ikollha vestita fiha proprjetà  taħt l-obbligu li tinnegozja dik il-
proprjetà  għall-benefiċċju ta’ persuni (imsejħa l-benefiċjarji),
kemm jekk ikunu jew ma jkunux għadhom aċċertati jew jeżistu,
jew għal għan li ma jkunx għall-benefiċċju tat-trustee, jew kemm
għal dak il-benefiċċju u dak il-għan imsemmija hawn fuq.
(2) Il-proprjetà  ta’ trust għandha tinżamm mit-trustee bħala
fond separat, distint u separat minn dak tat-trustee.
(3) Il-proprjetà  ta’ trust tinżamm minn jew f’isem jew taħt il-
kontroll tat-trustee li għandu jkollu setgħa sħiħa kif ukoll id-dmir,
li għalih ikun responsabbli, li jamministra, jutilizza jew jiddisponi
mill-proprjetà  ta’ trust skond il-kundizzjonijiet tat-trust u kull dmir
speċjali mpost fuq it-trustee b’xi liġi li tapplika għalih, li jħarrek u
jiġi mħarrek dwar it-trust u li xort’oħra jaġixxi fil-materji kollha li
jikkonċernaw it-trust.
Ksur ta’ trust. 
kundizzjonijiet tat-trust jew bil-liġi proprja tat-trust, u kull att jew
negliġenza min-naħa tat-trustee li ma jkunux awtorizzati jew
skużati b’dan l-Att, jew bil-liġi proprja tat-trust jew bil-
kundizzjonijiet tat-trust, ikunu jfissru u jfissru b’dan l-Att ksur ta’
trust.
Liġi proprja ta’ 
trust. 
Emendat:
XX. 1994.4.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, trust
għandu jkun iggvernat mil-liġi proprja tiegħu u għandu jkun hekk
interpretat u esegwibbli.
(2) Il-liġi applikabbli għal trust għandha tiġi determinata skond
il-Konvenzjoni.
(3) Il-kundizzjonijiet ta’ trust jistgħu jipprovdu għal-liġi
proprja tat-trust li tinbidel mil-liġi ta’ Malta għal dik ta’ liġi ta’
ġurisdizzjoni oħra.
Trusts u l-għarfien 
tagħhom.
Emendat:
XX. 1994.4.
Kap. 374.
6. (1) Meta l-liġi applikabbli għal trust tkun il-liġi ta’ Malta,
il-validità  ta’ trust, l-interpretazzjoni tiegħu, l-effetti tiegħu u l-
amministrazzjoni tiegħu għandhom jiġu regolati b’dan l-Att
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra u trust għandu jiġi
regolat bil-liġi proprja tiegħu kif imfissra fl-Att dwar l-Għarfien ta’
Trusts, fil-każijiet l-oħra kollha.
(2) Trust ikun regolat b’dan l-Att jekk - 
(a) is-settlor ikun persuna kwalifikata, fiż-żmien tal-
ħolqien tat-trust;
  4      KAP. 331. ħ         TRUSTS
(b) il-proprjetà  tat-trust ma tkunx tinkludi xi proprjetà
immobbli sitwata f’Malta;
(ċ) il-benefiċjarji kollha taħt it-trust ikunu persuni
kwalifikati fiż-żmien tal-ħolqien tat-trust u fiż-żmien
li fih xi wieħed jew aktar minnhom xort’oħra jsiru
intitolati li jkunu benefiċjarji:
Iżda jekk fiż-żmien tal-ħolqien tat-trust ebda
wieħed mill-benefiċjarji ma jkun residenti f’Malta u
wieħed biss jew uħud minnhom ikunu residenti
f’Malta fiż-żmien li huma xort’oħra jsiru għall-ewwel
intitolati li jkunu benefiċjarji, it-trust tkompli tkun
trust, bla ħsara għal xi disposizzjonijiet oħra ta’ dan l-
Att:
Iżda wkoll, trust għandha tkun u tibqa’ trust
minkejja li persuna jew persuni residenti f’Malta
jistgħu jibbenefikaw taħtha flimkien ma’ persuni oħra
bħala membri ta’ klassi li huma benefiċjarji ta’ trust
ta’ karità .
Formalitajiet għal 
trusts.
Emendat:
XX. 1994.4.
7. (1) Trust ma tkunx valida kemm-il darba ma tinħoloqx
b’testment jew dokument ieħor bil-miktub:
Iżda dikjarazzjoni unilaterali ta’ trust ikollha l-istess effett
bħal dokument bil-miktub.
(2) Dikjarazzjoni unilaterali ta’ trust hija dikjarazzjoni bil-
miktub magħmula minn kumpannija nominee li tgħid li l-
kumpannija tkun it-trustee ta’ trust, tagħti isem it-trust u li jkun
fiha l-kundizzjonijiet kollha tat-trust kif ukoll l-ismijiet jew l-
informazzjoni li biha jkunu jistgħu jiġu identifikati l-benefiċjarji
kollha.
(3) Dikjarazzjoni unilaterali ta’ trust ma għandhiex għalfejn
ikollha l-isem tas-settlor, imma f’każ bħal dak id-dikjarazzjoni
għandu jkun fiha stqarrija mill-kumpannija nominee li s-settlor
ikun persuna kwalifikata fid-data tad-dikjarazzjoni.
Isem ta’ trust. 
Sostitwit:
XX. 1994.4.
8. Id-dokument ta’ trust għandu jinkludi l-isem li bih trust
għandu jkun magħruf u reġistrat, u dan l-isem jista’, bla ħsara
għall-kundizzjonijiet tat-trust jinbidel f’kull żmien.
Benefiċjarji.
Emendat:
XX. 1994.4.
9. (1) Persuna ma tkunx intitolata li tagħmel talba taħt trust
jekk -
(a) ma tkunx identifikabbli bl-isem, jew
(b) ma tkunx aċċertabbli b’riferenza għal klassi jew għal
relazzjoni ma’ xi persuna, sew jekk tkun ħajja jew ma
tkunx fiż-żmien li, taħt il-kundizzjonijiet tat-trust,
ikun iż-żmien li b’riferenza għalih membri ta’ klassi
għandhom jiġu stabbiliti;
u jekk ma jkun ħemm ebda benefiċjarji identifikabbli jew
aċċertabbli kif imsemmi hawn fuq it-trust, kemm-il darba l-għan
tat-trust ma jkunx għan ta’ karità , tkun nulla.
         TRUSTS     5
(2) Settlor ta’ trust jista’ jkun ukoll benefiċjarju taħt it-trust.
(3) Il-kundizzjonijiet tat-trust jistgħu jipprovdu għaż-żieda ta’
persuna bħala benefiċjarju, l-esklużjoni ta’ benefiċjarju mill-
benefiċċju, jew l-impożizzjoni fuq benefiċjarju ta’ obbligu bħala
kundizzjoni għall-benefiċċju.
(4) Benefiċjarju jista’ jirrinunzja l-interess kollu tiegħu; u dik
ir-rinunzja tkun irrevokabbli.
(5) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, benefiċjarju jista’
jirrinunzja parti mill-interess tiegħu, kemm jekk ikun irċieva jew le
xi benefiċċju mill-interess tiegħu; f’kull każ bħal dak, iżda bla
ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust rinunzja tista’, bid-dokument li
bih l-interess jiġi rinunzjat, issir revokabbli, u mbagħad tkun tista’
tiġi revokata b’dak il-mod u taħt dawk iċ-ċirkostanzi msemmija jew
riferiti fih.
(6) L-interess ta’ benefiċjarju taħt trust għandu jikkostitwixxi
proprjetà  mobbli, ukoll jekk il-proprjetà  tat-trust tinkludi proprjetà
immobbli.
(7) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, benefiċjarju jista’,
b’dokument bil-miktub, ibiegħ, jaddebita, jittrasferixxi jew
xort’oħra jinnegozja l-interess tiegħu b’xi mod li jkun.
Proprjetà  
addizzjonali ta’ 
trust. 
Emendat:
XX. 1994.4.
10. Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, it-trustee ta’ trust
jista’ jaċċetta mingħand kull persuna kwalifikata bħala settlor xi
proprjetà  biex tiżdied mal-proprjetà  tat-trust, li ma tkunx proprjetà
immobbli sitwata f’Malta.
Invalidità  ta’ trust.
Emendat:
XX. 1994.4.
11. (1) Trust ma tkunx valida u esegwibbli f’Malta-
(a) jekk titlob, tindika jew tinkoraġġixxi l-egħmil ta’ xi att
li huwa reat kriminali taħt il-liġijiet ta’ Malta jew li
jkun reat tali jekk isir f’Malta;
(b) jekk ikollha income li jakkumula lilha jew li tikseb, li
jkun joriġina minn operazzjoni jew attività  oħra li tkun
reat kriminali taħt il-liġijiet ta’ Malta jew li, jekk issir
f’Malta, tkun offiża tali, jew tinkludi proprjetà  li tkun
irċeviet, saret sid tagħha jew li l-kontroll fuqha jkun
jew kien ikun reat kif imsemmi hawn fuq.
(2) Trust ma tkunx ukoll valida u esegwibbli jekk il-qorti
tiddikjara li l-għan li għalih tkun inħolqot ikun falla jew li l-
kundizzjonijiet tat-trust ikunu tali li l-esekuzzjoni tagħha ma tkunx
possibbli.
(3) Meta trust tinħoloq għal żewġ għanijiet jew aktar, li xi għan
jew aktar jirrenduha invalida u oħrajn le -
(a) jekk l-għanijiet ma jkunux jistgħu jiġu separati sewwa,
it-trust tkun invalida;
(b) jekk l-għanijiet jistgħu jiġu separati sewwa, it-trust
tkun valida għar-rigward ta’ l-għan jew għanijiet li fil-
fatt ma jaffettwawx il-validità  tagħha jekk il-qorti
hekk tistabbilixxi u safejn u taħt il-kundizzjonijiet
indikati mill-qorti.
  6      KAP. 331. ħ         TRUSTS
(4) Meta t-trustee ta’ trust ikun tal-fehma li t-trust tkun jew
tista’ tkun għal kollox jew f’parti invalida huwa għandu jitlob id-
direttivi tal-qorti dwar il-validità  jew le tat-trust u dwar kull ħaġa li
jkollha x’taqsam mal-proprjetà  suġġetta għal dik it-trust u l-obbligi
tiegħu dwarha.
(5) Direttivi kif provduti fis-subartikolu (4)  ta’ dan l-artikolu
jistgħu jintalbu wkoll mis-settlor, jew minn xi wieħed mill-
benefiċjarji.
Żmien ta’ trusts.  12. (1) Trust tista’ tkompli sal-mitt anniversarju mid-data li
fiha tkun bdiet teżisti u, kemm-il darba ma tiġix terminata qabel,
għandha mbagħad tiġi terminata.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma japplikax għal trust
għal għan ta’ karità .
Trust protettiv. 
Sostitwit:
XX.1994.4.
13. Il-kundizzjonijiet ta’ trust jistgħu jagħmlu l-interess ta’
benefiċjarju -
(a) suġġett li jkun terminat; jew
(b) suġġett għal restrizzjoni f’każ ta’ trasferiment jew
trattament; jew
(ċ) suġġett għal tnaqqis jew terminazzjoni kemm-il darba
l-benefiċjarju jkun dikjarat fallut jew insolventi jew xi
proprjetà  tiegħu tiġi suġġetta għal qbid esekuttiv favur
il-kredituri tiegħu. 
Varjazzjoni ta’ 
kundizzjonijiet ta’ 
trust. 
14. Meta l-kundizzjonijiet ta’ trust jipprovdu għall-varjazzjoni
tal-kundizzjonijiet tagħha dik is-setgħa ta’ varjazzjoni għandha
tkun bla ħsara għas-setgħa mogħtija b’dan l-Att lill-qorti għall-
varjazzjonijiet tal-kundizzjonijiet ta’ trust.
Revoka ta’ trust. 15. (1) Meta trust jew setgħa eżerċitabbli taħt trust tkun, bil-
kundizzjonijiet tagħha, espressa li tkun -
(a) revokabbli sew għal kollox jew f’parti; jew 
(b) tista’ tiġi varjata,
ebda revoka jew varjazzjoni bħal dik ma għandha tippreġudika xi
ħaġa magħmula skond il-liġi minn trustee dwar trust qabel ma
jirċievi avviż dwar dik ir-revoka jew varjazzjoni.
(2) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, jekk trust tiġi
revokata, it-trustee għandu jżomm il-proprjetà  tat-trust f’kustodja
għas-settlor b’mod assolut.
(3) Meta trust tiġi revokata f’parti is-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu għandu japplika għall-proprjetà  affettwata mir-revoka. 
Nuqqas jew tmiem 
ta’ interess.
16. (1) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet ta’ trust u għal xi ordni
tal-qorti, meta - 
(a) interess taħt trust jintemm; jew 
(b) trust tiġi terminata; jew
(ċ) ma jkun hemm ebda benefiċjarju u ebda persuna li
tkun tista’ ssir benefiċjarju skond il-kundizzjonijiet
         TRUSTS     7
tat-trust,
l-interessi ta’ proprjetà  affettwati minn dak it-tmiem, terminazzjoni
jew nuqqas ta’ benefiċjarju għandhom jinżammu mit-trustee
f’kustodja għas-settlor b’mod assolut jew, jekk ikun mejjet, għall-
eredi tiegħu.
(2) Meta interess jew proprjetà  tinżamm minn trustee għal għan
ta’ karità  li ma jkunx baqa’ jeżisti jew li ma jkunx aktar
applikabbli, dak l-interess jew proprjetà  għandhom jinżammu għal
dawk l-għanijiet ta’ karità  li l-qorti tista’ tiddikjara li jkunu
konsistenti ma’ l-intenzjoni oriġinali tas-settlor, jew kif il-qorti
tista’ xort’oħra tiddeċiedi.
(3) F’dan l-artikolu "settlor" tfisser il-persuna partikolari li
tkun ipprovdiet l-interess jew proprjetà  affettwati kif imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
(4) Rikors lill-qorti taħt dan l-artikolu jista’ jsir minn kull
persuna minn dawk imsemmija fis-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 37
ta’ dan l-Att.
Terminazzjoni ta’ 
trust.  
Emendat:
XX.1994.4.
17. (1) Mat-terminazzjoni ta’ trust il-proprjetà  tat-trust
għandha titqassam mit-trustee fi żmien raġonevoli skond il-
kundizzjonijiet tat-trust lill-persuni ntitolati għaliha.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu, it-trustee jista’ jitlob li jkun provdut b’sigurtà  xierqa għal
djun, sew jekk eżistenti, futuri, kontinġenti jew xort’oħra qabel ma
jqassam il-proprjetà  tat-trust. 
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u
minkejja l-kundizzjonijiet tat-trust fejn il-benefiċjarji huma kollha
eżistenti u ġew aċċertati u ħadd minnhom ma jkun interdett jew
minorenni, jistgħu jeħtieġu lit-trustee li jittermina t-trust u jqassam
il-proprjetà  tat-trust fosthom.
(4) Il-qorti tista’, mat-terminazzjoni ta’ trust,  jew f’xi żmien
ieħor - 
(a) titlob lit-trustee biex iqassam proprjetà  ta’ trust;
(b) tagħti direttiva lit-trustee biex ma jqassamx il-
proprjetà  ta’ trust; jew
(ċ) tordna mod ieħor skond kif ikun jidhrilha xieraq. 
(5) F’dan l-artikolu "djun" tinkludi djun kontinġenti.
(6) Rikors lill-qorti taħt dan l-artikolu jista’ jsir minn kull
persuna minn dawk imsemmija fis-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 37
ta’ dan l-Att.
TRUSTEES 
Ħatra ta’ trustees. 
Emendat: 
XIV. 1989.3.
18. (1) It-trustees jiġu maħtura mid-, jew kif provdut fid-,
dokument tat-trust u f’dak in-numru li jista’ jkun hekk provdut.
  8      KAP. 331. ħ         TRUSTS
(2) Hija biss kumpannija nominee awtorizzata biex taġixxi
bħala trustee taħt l-artikolu 47 ta’ dan l-Att illi tista’ tkun l-uniku
trustee ta’ trust taħt dan l-Att; u meta t-trustees ikunu iktar minn
wieħed, wieħed minn dawk it-trustees għandu jkun kumpannija
nominee kif imsemmi qabel.
(3) Meta ma jkun hemm ebda trustee jew ikun hemm vakanza
fost it-trustees li ma tkunx tista’ timtela mod ieħor, l-aħħar trustee
ta’ qabel jew xi trustee, jew xi benefiċjarju jew l-Avukat Ġenerali
jistgħu jitolbu lill-qorti għall-ħatra ta’ trustee ġdid.
(4) Il-qorti -
(a) wara li tkun sodisfatta li rikors magħmul minn
benefiċjarju jkun ġie notifikat lill-aħħar trustee ta’
qabel jew mill-anqas lil wieħed mit-trustees l-oħrajn,
jekk ikun hemm; u
(b) wara li tkun semgħet is-sottomissjonijiet magħmula
mill-imsemmi trustee,  jew trustees, jew minn xi
benefiċjarju; u
(ċ) wara li tkun aċċertat li t-trustee indikat għal dak il-
għan fir-rikors jew xort’oħra intenzjonat biex jinħatar
bħala t-trustee ġdid ikollu r-rieda li jaġixxi, 
tista’ tordna l-ħatra ta’ trustee ġdid.
(5) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, trustee maħtur
bħala trustee ġdid taħt dan l-artikolu għandu jkollu l-istess setgħat,
diskrezzjonijiet u dmirijiet daqslikieku huwa kien oriġinarjament
ġie maħtur bħala trustee.
(6) Mal-ħatra ta’ trustee ġdid kull ħaġa meħtieġa biex il-
proprjetà  tat-trust tiġi vestita fi jew taħt il-kontroll tat-trustee għal
dak iż-żmien għandha, u tista’ tkun meħtieġa mit-trustee jew xi
benefiċjarju li ssir.
Aċċettazzjoni ta’ 
trust. 
19. (1) Ħadd ma jkun obbligat li jaċċetta l-ħatra bħala trustee,
iżda jekk kumpannija nominee maħtura bħala trustee tagħmel xi att
jew ħaġa f’relazzjoni mal-proprjetà  tat-trust konsistenti ma’ l-
istatus ta’ trustee ta’ dik il-proprjetà  din titqies li tkun aċċettat il-
ħatra bħala trustee.
(2) Kumpannija nominee li ma tkunx aċċettat u ma tkunx
meqjusa li tkun aċċettat il-ħatra bħala trustee tista’ tirrinunzja dik
il-ħatra f’perijodu raġonevoli ta’ żmien wara li ssir taf biha
permezz ta’ avviż bil-miktub lis-settlor jew lit-trustees l-oħra.
(3) Jekk is-settlor ikun mejjet jew ma jkunx jista’ jinstab u ma
jkun hemm ebda trustees oħra, it-trustee li għalih japplika s-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jista’ jitlob lill-qorti għall-ħelsien
mill-ħatra u l-qorti tista’ tordna kif ikun jidhrilha xieraq.
Riżenja u tneħħija 
ta’ trustees.
Emendat:
XX. 1994.4.
20. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu trustee jista’ jirriżenja mill-kariga b’avviż bil-miktub
ikkonsenjat lill-Awtorità  u lis-settlor jew, fl-assenza tas-settlor, lil
għall-inqas benefiċjarju wieħed; u r-riżenja jkollha seħħ mal-
konsenja ta’ l-avviżi hawn fuq imsemmija.
         TRUSTS     9
(2) Riżenja -
(a) mogħtija biex tiffaċilita ksur ta’ trust; jew
(b) li tkun tirriżulta f’li ma jkun hemm ebda trustee, 
ma jkollha ebda effett:
Iżda trustee jista’ jirriżenja mill-kariga minkejja d-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu, jekk,
qabel ma tibda sseħħ ir-riżenja, isir rikors lill-qorti għall-ħatra ta’
trustee ġdid u trustee ġdid ikun hekk ġie maħtur.
(3) Trustee ma jibqax ikun trustee minnufih -
(a) mat-tneħħija tat-trustee mill-qorti; jew
(b) mal-bidu fis-seħħ ta’ disposizzjoni fil-kundizzjonijiet
ta’ trust li taħtha t-trustee jitneħħa mill-kariga jew
mod ieħor ma jibqax iżomm il-kariga; jew
(ċ) mat-teħid ta’ passi għall-istralċ ta’ kumpannija
nominee li taġixxi bħala trustee.
(4) Trustee li ma jibqax ikun trustee għandu jagħmel ħiltu biex
isiru d-dokumenti kollha meħtieġa biex il-proprjetà  tat-trust tiġi
vestita fi jew taħt il-kontroll tat-trustee l-ġdid u l-esekuzzjoni ta’
dak l-obbligu tal-persuna li ma tibqax iżjed trustee tkun tista’ tiġi
nfurzata mill-qorti.
Dmirijiet ta’ 
trustees.
Emendat:
XX. 1994.4.
21. (1) It-trustees għandhom fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet
tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat u diskrezzjonijiet tagħhom
jaġixxu bil-prudenza, bżulija u attenzjoni ta’ bonus paterfamilias u
josservaw il-bona fede bl-iktar mod.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, it-trustees
għandhom jesegwixxu u jamministraw it-trust skond il-
kundizzjonijiet tagħha; u, bla ħsara għal dak imsemmi hawn fuq, it-
trustees għandhom -
(a) jassiguraw illi l-proprjetà  tat-trust tkun vestita fihom
jew li tkun taħt il-kontroll tagħhom;
(b) safejn ikun raġonevoli jippreservaw u jawmentaw il-
valur tal-proprjetà  tat-trust.
(3) Ħlief kif permess b’dan l-Att jew kif espressament provdut
bil-kundizzjonijiet tat-trust, trustee ma għandux, mingħajr l-
awtorità  tal-qorti -
(a) direttament jew indirettament jipprofitta mit-
trusteeship; jew
(b) jikkaġuna jew iħalli lil xi persuna oħra tipprofitta
direttament jew indirettament mit-trusteeship; jew
(ċ) f’ismu jidħol f’xi operazzjoni li jkollha x’taqsam mal-
proprjetà  tat-trust li tista’ tirriżulta f’dak il-profitt.
(4) It-trustees għandhom iżommu kontijiet u records eżatti tat-
trusteeship tagħhom u għandhom jagħtu kopja ta’ dawn il-kontijiet
fi żmien raġonevoli lil kull benefiċjarju li jitlobhom.
  10      KAP. 331. ħ         TRUSTS
(5) It-trustees għandhom iżommu l-proprjetà  tat-trust distinta u
separata mill-proprjetà  tagħhom infushom kif ukoll minn kull
proprjetà  oħra miżmuma minnhom taħt xi trust jew titolu ieħor, u
separatament identifikabbli minnhom.
Co-trustees.  22. Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust u ħlief kif
xort’oħra hemm provdut fihom, meta t-trustees ikunu aktar minn
wieħed huma - 
(a) għandhom jaġixxu flimkien fil-qadi tad-dmirijiet
tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, għajr
jekk f’każi urġenti ma jkunx possibbli għal xi wieħed
jew aktar minnhom li hekk jaġixxu;
(b) ma għandhomx jeżerċitaw xi setgħa jew diskrezzjoni
kemm-il darba ma jkunx hemm qbil bejn it-trustees
kollha;
u meta l-kundizzjonijiet tat-trust jagħtu s-setgħa lit-trustees li
jaġixxu b’maġġoranza, trustee li ma jkunx jaqbel ma’ deċiżjoni tal-
maġġoranza, għandu jara li l-oġġezzjoni tiegħu tiġi reġistrata bil-
miktub:
Iżda minkejja xi disposizzjoni li jista’ jkun hemm fit-
termini tat-trust, ebda att tat-trustees, u ebda deċiżjoni, poter jew
diskrezzjoni, magħmulin, meħudin jew eżerċitati minnhom ma
għandhom ikunu validi jew ikollhom effett ħlief jekk dawn isiru,
jittieħdu jew jiġu eżerċitati flimkien ma’, jew bi qbil ta’
kumpannija nominee li taġixxi bħala waħda mit-trustees tat-trust.
Imparzjalità  tat-
trustees. 
23. Meta t-trust tipprovdi għal aktar minn benefiċjarju wieħed,
jew għal aktar minn għan wieħed ta’ karità  jew għal mill-inqas
benefiċjarju wieħed u għal mill-inqas għan wieħed ta’ karità , it-
trustees għandhom ikunu imparzjali u ma għandhomx jesegwixxu t-
trust għall-vantaġġ ta’ wieħed u għad-detriment jew a spejjeż ta’
ieħor ħlief safejn huma jkunu hekk awtorizzati jew meħtieġa bil-
kundizzjonijiet tat-trust.
Setgħat tat-
trustees. 
Emendat:
XX. 1994.4.
24. (1) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust u għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, trustee għandu, għar-rigward ta’
proprjetà  ta’ trust, ikollu s-setgħat kollha ta’ persuna naturali li
jkollha d-dritt assolut għal dik il-proprjetà .
(2) Trustee għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu fl-interess tal-
benefiċjarji u skond il-kundizzjonijiet tat-trust.
Protector. 
Miżjud;
XX. 1994.4.
24A. (1) Il-kundizzjonijiet ta’ trust jistgħu jipprovdu għall-
uffiċċju ta’ protector tat-trust.
(2) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust il-protector għandu
jkollu dawn il-poteri li ġejjin:
(a) li jaħtar trustee ġdid jew addizzjonali;
(b) li jneħħi trustee;
(ċ) li jirrikjedi li t-trustee jikseb il-kunsens tiegħu qabel
jeżerċita setgħa jew diskrezzjoni.
         TRUSTS     11
(3) Fit-twettiq tal-kariga tiegħu, il-protector ma jitqiesx li jkun
trustee.
Delega mit-
trustees.
25. (1) Trustee ma jistax jiddelega s-setgħat tiegħu kemm-il
darba ma jkunx hekk imħolli jagħmel b’dan l-Att, jew bil-
kundizzjonijiet tat-trust, jew mill-qorti.
(2) Ħlief fejn il-kundizzjonijiet tat-trust speċifikament
jipprovdu għall-kuntrarju, trustee - 
(a) jista’ jiddelega l-maniġġ ta’ proprjetà  ta’ trust lil u
jimpjega investment managers li t-trustee
raġonevolment jikkunsidra li jkunu kompetenti u
kwalifikati biex jimmaniġġaw l-investiment ta’
proprjetà  ta’ trust;
(b) jista’ jimpjega accountants, avukati, prokuraturi,
bankiera, sensala, kustodji, konsulenti ta’ l-
investimenti, nominees, aġenti tal-proprjetà ,
prokuraturi legali u aġenti jew persuni professjonali
oħra biex jaġixxu dwar kull ħaġa tat-trust jew biex
iżommu xi proprjetà  tat-trust.
(3) Trustee li b’bona  fede u mingħajr negliġenza jagħmel
delega jew ħatra skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, ma
jkunx responsabbli għal xi telf li t-trust iġġarrab b’konsegwenza ta’
hekk.
(4) Trustee jista’ jawtorizza persuna msemmija fis-subartikolu
(2) ta’ dan l-artikolu biex iżżomm xi kummissjoni jew ħlas ieħor li
normalment jitħallas f’konnessjoni ma’ xi operazzjoni.
Akkumulazzjoni, 
avvanz jew 
approprjazzjoni ta’ 
proprjetà  ta’ trust.
26. (1) Meta l-kundizzjonijiet tat-trust jippreskrivu jew
jawtorizzaw l-akkumulazzjoni għal perijodu ta’ l-income kollu tat-
trust jew ta’ parti minnu, it-trustee għandu jqassam id-dħul tat-trust
li ma jkunx akkumulat kif meħtieġ jew awtorizzat mill-
kundizzjonijiet tat-trust.
(2) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, u bla ħsara għal xi
interess jew spejjeż ta’ qabel li jolqtu l-proprjetà  tat-trust, meta
benefiċjarju jkun minuri u sew jekk l-interess tiegħu jkun jew ma
jkunx interess vestit jew interess li jsir vestit meta jilħaq l-età
maġġuri jew età  wara jew mal-ġrajja ta’ xi avveniment, it-trustee
jista’ - 
(a) jakkumula income attribwibbli għall-interess ta’ dak
il-benefiċjarju sa ma tintlaħaq l-età  maġġuri jew dik l-
età  wara jew il-ġrajja ta’ dak l-avveniment; jew
(b) japplika dak l-income jew parti minnu lil jew għall-
manteniment, edukazzjoni jew benefiċċju ieħor ta’ dak
il-benefiċjarju; jew
(ċ) javvanza jew japproprja lil jew għall-benefiċċju ta’ xi
benefiċjarju tali dak l-interess jew parti ta’ dak l-
interess.
(3) Ir-riċevuta mogħtija minn ġenitur jew it-tutur leġittimu ta’
benefiċjarju li jkun minuri għandha tkun irċevuta suffiċjenti lit-
trustee għall-ħlas magħmul taħt is-subartikolu (2) ta’ dan l-
  12      KAP. 331. ħ         TRUSTS
artikolu.
(4) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, u bla ħsara għal xi
interess jew spejjeż ta’ qabel li jolqtu l-proprjetà  tat-trust, it-trustee
jista’ javvanza jew japplika għall-benefiċċju ta’ benefiċjarju parti
mill-proprjetà  tat-trust qabel id-data tal-ġrajja ta’ l-avveniment li
mal-ġrajja tiegħu l-benefiċjarju jsir intitolat assolutament għaliha.
(5) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, trustee jista’
japproprja proprjetà  ta’ trust fl-interess jew għas-sodisfazzjon ta’ l-
interess ta’ benefiċjarju b’tali mod u skond dik il-valutazzjoni li t-
trustee jikkunsidra xierqa.
(6) Kull parti tal-proprjetà  tat-trust li tiġi avvanzata, applikata
jew approprjata kif intqal qabel għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni
meta jkun qed jiġi stabbilit minn żmien għal żmien is-sehem tal-
benefiċjarju fil-proprjetà  tat-trust.
(7) Ebda parti tal-proprjetà  tat-trust li tiġi avvanzata, applikata
jew approprjata kif provdut f’dan l-artikolu ma għandha tkun akbar
mis-sehem preżunt, kontinġenti jew vestit tal-benefiċjarju fil-
proprjetà  tat-trust.
Attribuzzjoni jew 
ċessjoni ta’ 
proprjetà  ta’ trust.
27. Meta l-kundizzjonijiet tat-trust jagħtu lit-trustee jew lil xi
persuna oħra s-setgħa li jattribwixxi jew iċedi l-proprjetà  kollha
tat-trust jew xi parti minnha jew xi interess fil-proprjetà  tat-trust lil
xi persuna, jew lil trustees għall-benefiċċju ta’ xi persuna, dik is-
setgħa għandha, bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust, ikollha
seħħ sew jekk dik il-persuna kienet jew ma kenitx benefiċjarju tat-
trust minnufih qabel dik l-attribuzzjoni jew ċessjoni.
Rimunerazzjoni u 
spejjeż ta’ trustee.
28. (1) Kemm-il darba ma jkunx awtorizzat bil-
kundizzjonijiet tat-trust, jew bil-kunsens bil-miktub tal-benefiċjarji
kollha jew b’xi ordni tal-qorti, trustee ma jkunx intitolat għal
rimunerazzjoni għas-servizz magħmul.
(2) Trustee jista’ jirrifondi lilu nnifsu jew iħallas mit-trust l-
ispejjeż kollha leġittimament magħmula minnu f’konnessjoni mat-
trust.
Konfidenzjalità  
dwar it-trusts.
29. (1) Bla ħsara għall-kundizzjonijiet tat-trust u għal xi ordni
tal-qorti, mogħtija għal xi raġunijiet speċjali, trustee jew xi persuna
oħra, ma jkunx meħtieġ li jiżvela lil xi persuna xi dokument jew
informazzjoni li -
(a) tiżvela d-deliberazzjonijiet tat-trustee dwar il-mod li
bih setgħa jew diskrezzjoni tkun ġiet eżerċitata, jew li
bih ikun ġie moqdi dmir mogħti jew impost bil-liġi jew
bil-kundizzjonijiet tat-trust;
(b) tiżvela r-raġuni għal xi eżerċizzju partikolari ta’ dik is-
setgħa jew diskrezzjoni jew qadi ta’ dmir jew il-
materja li fuqha tkun jew setgħet kienet ibbażata dik
ir-raġuni;
(ċ) jkollha x’taqsam ma’ l-eżerċizzju jew eżerċizzju
propost ta’ dik is-setgħa jew diskrezzjoni jew il-qadi
jew qadi propost ta’ dak id-dmir;
         TRUSTS     13
(d) jkollha x’taqsam ma’ u tifforma parti mill-kontijiet tat-
trust:
Iżda meta t-talba tkun għall-kxif ta’ xi dokument
jew informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ jew li tkun
tifforma parti mill-kontijiet tat-trust u ssir minn
benefiċjarju taħt it-trust jew, fil-każ ta’ karità , b’karità
riferita b’isimha fid-dokument tat-trust bħala
benefiċjarju taħt it-trust, it-trustee jkun obbligat li
jiżvela d-dokument jew informazzjoni oħra mitluba.
(2) Ħlief kif meħtieġ, permess jew xort’oħra provdut b’dan l-
Att, jew bil-kundizzjonijiet tat-trust jew skond kif ikun meħtieġ
għall-għanijiet tat-trust, u minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi liġi
oħra - 
(a) kull trustee u kull persuna oħra għandhom dejjem iqisu
u jittrattaw id-dokumenti u l-informazzjoni kollha
dwar trust bħala sigrieti u konfidenzjali;
(b) ebda trustee jew persuna oħra ma jkunu f’xi żmien
meħtieġa li juru lil jew quddiem xi qorti, tribunal,
Bord, kumitat ta’ inkjesta jew xi awtorità  oħra jew li
jiżvelaw lil xi awtorità  tali xi materja jew ħaġa li jsiru
jafu biha jew li tkun fil-pussess tagħhom għal xi raġuni
tkun xi tkun, meta dik il-materja jew ħaġa jkollha
x’taqsam ma’ trust.
(3) Kull trustee,  jew persuna oħra li, ħlief kif inhu meħtieġ,
permess jew xort’oħra provdut b’dan l-Att, jew bil-kundizzjonijiet
tat-trust, f’xi ħin tikkomunika jew tattenta tikkomunika xi materja
jew ħaġa dwar trust lil xi persuna tkun min tkun - 
(a) tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’
mhux anqas minn elf u mhux iżjed minn ħamest elef
lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
sentejn, jew dik il-multa u priġunerija flimkien; u
(b) tħallas fit-trust piena ta’ mhux anqas minn tliet mitt
lira u ta’ mhux iżjed minn għaxart elef lira, jew dak l-
ammont ogħla jekk id-danni mġarrba jkunu akbar
minn dik is-somma, skond kif il-qorti li tikkundanna
dik il-persuna kif imsemmi hawn fuq tista’ tiffissa u
tordna; liema somma tinġabar bħala dejn ċivili u l-
ordni tal-qorti tkun titolu esekuttiv bis-saħħa ta’ dan
is-subartikolu għall-finijiet ta’ dak il-ġbir.
Responsabbiltà  
għal ksur ta’ trust. 
Emendat:  
XX.1994.4.
30. (1) Trustee li jikkommetti jew jieħu sehem fi ksur ta’ trust
ikun, bla ħsara għal xi responsabbiltà  oħra, responsabbli- 
(a) għat-telf minn deprezzament fil-valur tal-proprjetà  tat-
trust bħala riżultat tal-ksur;
(b) għall-profitt, jekk kien ikun hemm, li t-trust kienet
tagħmel kieku ma kienx hemm dak il-ksur.
(2) Trustee ma jistax ipatti bi qligħ minn ksur ta’ trust għal telf
mill-istess jew ksur ieħor ta’ trust.
  14      KAP. 331. ħ         TRUSTS
(3) Trustee ma jkunx responsabbli għal ksur ta’ trust li jkun sar
qabel il-ħatra tiegħu jekk dak il-ksur ta’ trust ikun sar minn xi
persuna oħra. Ikun madankollu d-dmir tat-trustee, malli jsir jaf bih,
li jieħu l-passi raġonevoli kollha biex dak il-ksur jiġi rimedjat.
(4) Trustee ma jkunx responsabbli għal ksur ta’ trust magħmul
minn co-trustee għajr jekk huwa -
(a) isir jaf jew kien ikun imissu jsir jaf bl-egħmil ta’ dak
il-ksur jew bil-ħsieb tal-co-trustee li jikkommetti ksur
ta’ trust; u
(b) jaħbi b’mod attiv dak il-ksur jew dak il-ħsieb jew
jonqos fi żmien raġonevoli li jieħu l-passi xierqa biex
jipproteġi jew iqiegħed lura f’postha l-proprjetà  tat-
trust jew biex ma jitħalliex isir dak il-ksur.
(5) Ebda ħaġa fid-disposizzjonijiet ta’ trust ma tista’ tnaqqas,
teħles jew teżonera trustee mir-responsabbiltà  tiegħu għal ksur ta’
trust kawżat minnu permezz ta’ frodi, imġieba xjentement ħażina
jew traskuraġni gravi.
(6) Meta żewġ trustees jew aktar ikunu responsabbli dwar ksur
ta’ trust, ir-responsabbiltà  tagħhom tkun in solidum.
(7) Benefiċjarju jista’, dwar responsabbiltà  tiegħu għal ksur ta’
trust li jkun digà  sar, jeħles trustee minn, jew jindennizzah kontra,
dik ir-responsabbiltà , iżda biss jekk il-benefiċjarju -
(a) ikollu l-kapaċità  legali; u
(b) għandu t-tagħrif kollu tal-fatti materjali kollha; u
(ċ) ma jkunx ġie mġiegħel b’mod skorrett mit-trustee biex
jagħti dak il-ħelsien jew indennizz.
(8) Il-qorti tista’ teħles lit-trustee jew għal kollox jew f’parti
mir-responsabbiltà  għal ksur ta’ trust meta hija tkun sodisfatta li t-
trustee jkun aġixxa onestament u raġonevolment u jkun jistħoqqlu
fis-sewwa kollu li jiġi skużat fiċ-ċirkostanzi.
Trustees li jaġixxu 
dwar aktar minn 
trust waħda.
31. (1) Trustee li jaġixxi għall-għanijiet ta’ aktar minn trust
waħda ma għandux, jekk m’hemmx frodi, jintlaqat b’avviż ta’ xi
dokument, suġġett, fatt jew ħaġa dwar xi trust partikolari jekk it-
trustee jkun kiseb avviż dwarha għax ikun qed jaġixxi jew ikun
aġixxa għall-għanijiet ta’ trust oħra.
(2) Trustee ta’ trust għandu jiżvela lil xi co-trustee kull interess
li huwa jkollu bħala trustee ta’ trust oħra jekk xi operazzjoni li
għandha x’taqsam magħha l-ewwel trust fuq imsemmija se ssir mit-
trustee tat-trust l-oħra.
Trattament ma’ 
terzi.
Emendat:  
XX.1994.4.
32. (1) Meta f’xi operazzjoni jew materja li tolqot trust,
trustee jgħarraf lil terza persuna li huwa jkun qed jaġixxi bħala
trustee, talba minn dik it-terza persuna dwarha għandha testendi
biss għall-proprjetà  tat-trust.
(2) Meta f’xi operazzjoni jew materja bħal dik trustee jonqos li
jgħarraf lil terza persuna li huwa jkun qed jaġixxi bħala trustee, u
dik it-terza persuna ma tkunx taf li qiegħed jaġixxi f’dik il-
kapaċità , it-trustee - 
         TRUSTS     15
(a) ikun persunalment responsabbli lejn dik it-terza
persuna għall-aġir tiegħu; u
(b) ikollu dritt li jirrikorri għall-proprjetà  tat-trust
permezz ta’ indennizz kontra dik ir-responsabbiltà ,
kemm-il darba t-trustee ma jkunx aġixxa bi ksur ta’
trust.
(3) F’dan l-artikolu "terza persuna" tfisser xi persuna li ma
tkunx settlor, trustee jew benefiċjarju tat-trust.
Trustees 
kostruttivi. 
33. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu, meta persuna (f’dan l-artikolu msejħa "trustee
kostruttiv") tagħmel jew tirċievi xi profitt, qligħ jew vantaġġ minn
ksur ta’ trust hija titqies li tkun trustee ta’ dak il-profitt, qligħ jew
vantaġġ; u l-benefiċjarju ta’ dik it-trust jitqies li jkun it-trust, jew
il-benefiċjarju, jew persuna oħra, għad-detriment ta’ min jew a
spejjeż ta’ min ikun sar il-profitt, il-qligħ jew vantaġġ.
(2) Is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu ma għandux japplika
għal persuna li takkwista proprjetà  taħt titolu oneruż f’bona fede.
(3) Persuna li tkun jew issir trustee kostruttiv għandha tgħaddi
l-proprjetà  lil jew a favur il-benefiċjarji tagħha.
Pożizzjoni ta’ 
trustees li jitilqu.  
Emendat:  
XX.1994.4.
34. (1) Trustee li jirriżenja jew li jitneħħa mill-kariga jew
xort’oħra jieqaf milli jkun trustee għandu kif imiss iċedi l-proprjetà
tat-trust li tkun fil-pussess jew taħt il-kontroll tiegħu.
(2) Trustee li jirriżenja jew li jitneħħa mill-kariga jew
xort’oħra jieqaf milli jkun trustee u jkun ħares il-ħtiġiet tas-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu għandu jinħeles mir-
responsabbiltà  lejn xi benefiċjarju, trustee jew persuna interessata
taħt it-trust għal xi att jew ommissjoni dwar il-proprjetà  tat-trust
jew id-dmir tiegħu bħala trustee, ħlief għar-rigward ta’ azzjonijiet
li jirriżultaw minn ksur ta’ trust li fih dak it-trustee kien kompliċi
jew li kien jaf bih u ħeba.
(3) Trustee li jirriżenja jew li jitneħħa mill-kariga jew
xort’oħra jieqaf milli jkun trustee jkompli jkun responsabbli lejn xi
benefiċjarju, trustee jew persuna interessata taħt it-trust għall-ġbir
lura minn tali trustee tal-proprjetà  tat-trust jew id-dħul mill-
proprjetà  tat-trust li jkun fil-pussess tat-trustee jew li jkun ġie
konvertit għall-użu tat-trustee nnifsu jew li ma jkunx ġie ċedut kif
meħtieġ bis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
DISPOSIZZJONIJIET MIXXELLANJI DWAR TRUSTS
Interess ta’ klassi.
ġejjin għandhom japplikaw meta trust, jew interess taħt trust, tkun
a favur ta’ klassi ta’ persuni:
(a) klassi tagħlaq meta ma jkunx aktar possibbli għal xi
persuna oħra li ssir membru ta’ klassi;
(b) mara ta’ età  ’l fuq minn ħamsa u ħamsin sena titqies li
  16      KAP. 331. ħ         TRUSTS
ma tkunx aktar kapaċi tnissel ulied;
(ċ) meta xi interess ta’ klassi jkun dwar income u għal xi
perijodu ma jkun jeżisti ebda membru tal-klassi,
income għandu jiġi akkumulat u, bla ħsara għall-
artikolu 12 ta’ dan l-Att, għandu jinżamm sakemm
ikun jeżisti membru tal-klassi jew il-klassi tagħlaq.
(2) F’dan l-artikolu "interess ta’ klassi" tfisser trust jew
interess taħt trust li tkun jew ikun a favur ta’ klassi ta’ persuni.
Varjazzjoni tal-
kundizzjonijiet ta’ 
trust mill-qorti u 
approvazzjoni ta’ 
operazzjonijiet 
partikolari.
36. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu, il-qorti tista’, jekk ikun jidhrilha xieraq, b’ordni
tapprova f’isem - 
(a) xi persuna inabilitata bil-liġi li jkollha direttament jew
indirettament, interess, sew vestit jew kontinġenti, taħt
trust; jew
(b) xi persuna, sew aċċertata sew jekk le, li tista’ ssir
intitolata, direttament jew indirettament, għal interess
taħt it-trust bħala li tkun f’data futura jew mal-ġrajja
ta’ avveniment futur persuna ta’ xi deskrizzjoni
speċifikata jew membru ta’ xi klassi speċifikata ta’
persuni; jew
(ċ) xi persuna mhix imwielda; jew
(d) xi persuna għar-rigward ta’ xi interess tagħha li jista’
jirriżultalha minħabba f’xi setgħa diskrezzjonarja
mogħtija lil xi ħadd man-nuqqas jew tmiem ta’ xi
interess eżistenti li ma jkunx naqas jew intemm,
kull arranġament, propost minn min ikun u kemm jekk ikun hemm
jew ma jkunx hemm xi persuna oħra interessata bħala benefiċjarja
li tkun kompetenti li tapprova, li tvarja jew tirrevoka l-
kundizzjonijiet kollha jew xi kundizzjonijiet tat-trust jew li jkabbar
is-setgħat tat-trustees biex imexxu u jamministraw xi proprjetà  tat-
trust.
(2) Il-qorti ma għandhiex tapprova arranġament f’isem xi
persuna li taqa’ taħt il-paragrafi (a), (b) jew (ċ) tas-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu ħlief jekk tkun sodisfatta li t-twettiq ta’ dak l-
arranġament ikun jidher li jkun għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna.
(3) Meta fit-tmexxija jew amministrazzjoni ta’ trust, xi bejgħ,
kiri, pleġġ, ipoteka, ċessjoni, riħi jew disponiment ieħor, jew xi
xiri, investiment, akkwist, infiq jew operazzjoni oħra tkun, fil-
fehma tal-qorti, spedjenti iżda l-istess operazzjoni ma tkunx tista’
titqiegħed fis-seħħ minħabba l-mankanza ta’ xi setgħa għal dak l-
għan vestita fit-trustee bil-kundizzjonijiet tat-trust jew b’liġi, il-
qorti tista’ tagħti lit-trustee, jew b’mod ġenerali jew f’xi
ċirkostanza partikolari, setgħa għal dak il-għan b’dawk il-patti u
bla ħsara għal dawk id-disposizzjonijiet u kundizzjonijiet, jekk
ikun hemm, li tqis xierqa, u tista’ tordna b’liema mod u mill-liema
proprjetà  xi flus awtorizzati għall-infiq u l-ispejjeż ta’ xi
operazzjoni għandhom jitħallsu.
(4) Rikors lill-qorti taħt dan l-artikolu jista’ jsir mit-trustee jew
minn xi benefiċjarju.
         TRUSTS     17
Setgħat oħra tal-
qorti.
Emendat: 
XIV. 1989.6. 
37. (1) Trustee jista’ jitlob lill-qorti direttivi dwar il-mod li
huwa jista’ jew għandu jaġixxi f’konnessjoni ma’ xi materja li
jkollha x’taqsam mat-trust; u l-qorti tista’ tagħmel dak l-ordni, jekk
ikun hemm, skond kif ikun jidhrilha xieraq.
(2) Il-qorti tista’ wkoll, jekk ikun jidhrilha xieraq -
(a) tagħmel ordni dwar - 
(i) l-esekuzzjoni jew l-amministrazzjoni ta’ xi trust;
jew
(ii) it-trustee ta’ xi trust, inkluż ordni dwar l-
eżerċizzju ta’ xi setgħa, diskrezzjoni jew dmir
tat-trustee, il-ħatra jew tneħħija mill-kariga ta’
trustee, ir-rimunerazzjoni ta’ trustee, rendikonti,
l-imġieba tat-trustee u kull ħlas fil-qorti; jew
(iii) xi benefiċjarju jew xi persuna li jkollha xi
konnessjoni mat-trust;
(b) tagħmel dikjarazzjoni dwar il-validità  jew
esegwibbiltà  ta’ trust;
(ċ) tħassar jew tvarja xi ordni jew dikjarazzjoni magħmula
taħt dan l-Att, jew tagħmel xi ordni jew dikjarazzjoni
ġdida jew oħra.
(3) Rikors lill-qorti għal ordni jew dikjarazzjoni taħt is-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu jista’ jsir mit-trustee jew minn xi
benefiċjarju jew mill-Avukat Ġenerali.
(4) Meta l-qorti tagħmel ordni għall-ħatra ta’ trustee tista’
timponi dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilha li jkunu xierqa,
magħduda kundizzjonijiet dwar il-konferiment ta’ proprjetà  ta’
trust.
(5) Bla ħsara għal xi ordni tal-qorti, trustee maħtur mill-qorti
taħt dan l-artikolu jkollu l-istess setgħat, diskrezzjonijiet u
dmirijiet daqslikieku kien ġie oriġinarjament maħtur trustee.
Setgħat tal-qorti 
għall-esekuzzjoni 
ta’ l-ordnijiet 
tagħha u tad-
dokumenti ordnati 
minnha. 
Emendat: 
XIV. 1989.7.
38. (1) Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att il-
qorti jkollha s-setgħat kollha tal-Qorti Ċivili, Prim’Awla, u, bla
ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, kull ordni jew direttiva
tal-qorti tista’ tiġi esegwita bħallikieku kienet deċiżjoni ta’ l-
imsemmija Prim’Awla u ma tkunx tista’ tiġi mwarrba mill-
imsemmija Prim’Awla iżda jkun jista’ jsir appell minnha
bħallikieku kienet deċiżjoni ta’ dik l-Awla.
(2) Bla ħsara għal xi setgħa oħra mogħtija lill-qorti bis-saħħa
tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu jew ta’ xi liġi oħra,
meta trustee jittraskura jew jirrifjuta li jaqdi xi dmir jew li jħares xi
ordni tal-qorti, il-qorti tista’, b’dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet
li tista’ tqis xierqa, tordna li l-passi meħtieġa jittieħdu u jsiru minn
dik il-persuna li l-qorti tista’ taħtar għal dak il-għan, a spejjeż tat-
trustee li jkun naqas, jew xort’oħra skond kif il-qorti tista’ tordna;
u kull ħaġa hekk esegwita jew magħmula għandha topera u jkollha
seħħ għall-finijiet kollha daqslikieku kienet ġiet esegwita jew
magħmula mit-trustee.
  18      KAP. 331. ħ         TRUSTS
Ħlas ta’ l-ispejjeż. 39. L-ispejjeż ta’ u li jkollhom x’jaqsmu ma’ rikors lill-qorti
taħt dan l-Att għandhom jitħallsu mill-proprjetà  tat-trust jew
jiġġarrbu u jitħallsu b’dak il-mod jew minn dik il-persuna oħra
skond kif il-qorti tista’ tordna.
Protezzjoni ta’ 
persuni li jkollhom 
x’jaqsmu mat-
trustees.
40. (1) Persuna li takkwista proprjetà  ta’ trust mingħand
trustee f’bona fede u taħt titolu oneruż takkwista titolu tajjeb
għaliha daqslikieku kienet akkwistatha mingħand il-persuna li
jkollha t-titolu assolut għaliha u ma tintlaqatx mit-trusts li
minnhom tinżamm l-imsemmija proprjetà .
(2) Ebda persuna li tħallas jew tavvanza flus lil trustee ma
għandha tkun konċernata li tara li dawk il-flus ikunu meħtieġa
għall-għanijiet tat-trust, jew li ma jinġabarx aktar milli jkun
meħtieġ, jew inkella dwar il-korrettezza ta’ l-operazzjoni jew l-
applikazzjoni tal-flus.
Segwiment ta’ 
proprjetà  ta’ trust 
u l-falliment ta’ 
trustee. 
Miżjud:
XX. 1994.4.
40A. (1) Bla ħsara għar-responsabbiltà  ta’ trustee, proprjetà  ta’
trust li tkun ġiet trasferita jew negozjata bi ksur ta’ trust, jew il-
proprjetà  li fiha tkun ġiet konvertita, tista’ tiġi segwita u rkuprata
kemm-il darba ma tkunx f’idejn xerrej bona fede li jkun ħallas
għaliha u ma kienx jaf li jeżisti ksur ta’ trust.
(2) Meta trustee jiġi dikjarat fallut, jew insolventi, jew meta l-
proprjetà  tiegħu ssir suġġetta għall-qbid jew xi proċediment legali
simili, il-kredituri tiegħu ma jkollhom ebda dritt jew pretensjoni
fuq il-proprjetà  tat-trust, ħlief sal-limitu sa fejn it-trustee nnifsu
jkollu pretensjoni kontra t-trust.
(3) Il-qorti tista’ tagħmel ordni jew tagħti direttiva, kif ikun
jidhrilha xieraq fiċ-cirkostanzi tal-każ wara li jsir rikors bis-saħħa
ta’ dan l-artikolu minn xi benefiċjarju jew kreditur skond il-każ.
Limitazzjoni ta’ 
azzjoni.
41. (1) Azzjoni li tittieħed kontra trustee - 
(a) għar-rigward ta’ xi frodi li fiha kien kompliċi jew li
kien jaf bih u żamm sigriet; jew
(b) għall-ġbir lura mingħand it-trustee tal-proprjetà  tat-
trust fil-pussess jew taħt il-kontroll tiegħu jew li t-
trustee ikun irċieva qabel u jkun ikkonverta għall-użu
tiegħu,
ma għandhiex taqa’ bi preskrizzjoni ħlief bl-egħluq ta’ tletin sena. 
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu, ebda azzjoni ma tista’ tittieħed kontra trustee minn
benefiċjarju għal ksur ta’ trust wara l-egħluq ta’ tliet snin - 
(a) li jibdew mid-data tal-konsenja tal-kontijiet finali tat-
trust lill-benefiċjarju; jew
(b) li jibdew mid-data li fiha l-benefiċjarju jkun għall-
ewwel sar jaf bil-ksur tat-trust,
skond liema data tiġi l-ewwel.
(3) Meta l-benefiċjarju jkun minuri l-perijodi msemmijin f’dan
l-artikolu ma jibdewx għaddejjin qabel il-ġurnata li fiha l-
benefiċjarju ma jibqax minuri.
         TRUSTS     19
(4) Il-perijodi msemmijin f’dan l-artikolu jiġu nterrotti jekk att
jew talba ġudizzjarja jiġu preżentati fil-qorti kompetenti u
notifikati lit-trustee qabel egħluq l-imsemmi perijodu.
Dmirijiet dwar 
ċerti attivitajiet 
illegali.
Emendat:
XX. 1994.4.
42. (1) Meta xi persuna, li tkun direttur, uffiċjal jew membru
ta’ kumpannija nominee, li tkun qiegħda dak iż-żmien taġixxi bħala
trustee ta’ trust, ikollha raġuni taħseb li l-imsemmija trust ikollha
proprjetà  jew ikollha income li jakkumula lilha jew miksub minnha
li joriġinaw minn operazzjoni jew attività  oħra li tkun reat
kriminali taħt il-liġijiet ta’ Malta jew li, kieku tkun saret f’Malta,
kienet tkun reat tali, jew tkun irċeviet jew tkun tinkludi jew ikollha
fil-pussess jew kontroll tagħha flus jew proprjetà  oħra li r-
riċeviment, pussess jew kontroll tagħha jkunu jew kienu jkunu reat
tali kif imsemmi hawn fuq, għandu jkun id-dmir ta’ dik il-persuna
li tgħarraf lill-Awtorità  b’dik il-materja.
(2) Kull persuna li mingħajr raġuni xierqa tonqos li tħares il-
ħtiġiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn elfejn u mhux
iżjed minn għaxart elef lira jew perijodu ta’ priġunerija ta’ mhux
aktar minn ħames snin, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(3) Persuna misjuba hatja ta’ reat taħt dan l-artikolu tiġi
skwalifikata permanentement milli tkun uffiċjal jew membru ta’
kumpannija nominee.
(4) Il-flejjes jew proprjetà  kollha mfissra fis-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu jiġu konfiskati a favur tal-Gvern u jsiru l-proprjetà
assoluta tiegħu.
REĠISTRAZZJONI TA’ TRUSTS
Reġistrazzjoni ta’ 
trusts u 
attestazzjoni ta’ 
trustees.
Emendat:
XX. 1994.4.
43. (1) Kull trust għandu jiġi reġistrat ma’ l-Awtorità .
(2) Tkun ir-responsabbiltà  tat-trustee li jaċċerta li trust ikun
reġistrat taħt dan l-Att.
(3) Ir-reġistrazzjoni ssir billi tiġi preżentata lill-Awtorità : 
(a) kopja ċertifikata tad-dokument tat-trust;
(b) dikjarazzjoni mill-kumpannija nominee li taġixxi
bħala trustee tat-trust li tgħid li t-trust tissodisfa l-
kundizzjonijiet ta’ dan l-Att sabiex tista’ tkun trust.
(4) L-Awtorità , malli tkun sodisfatta illi dak rikjest fil-
paragrafi (a) u (b) tas-subartikolu (3) jkunu attwati u li jkun tħallas
id-dritt xieraq, għandha tirreġistra t-trust u toħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni f’dak is-sens.
(5) Kull bidla sussegwenti fid-dokument tat-trust għandha
xorta waħda tiġi reġistrata ma’ lAwtorità  u ma jkollhiex effett
f’Malta sakemm tiġi hekk reġistrata. Kull bidla tali għandha tiġi
reġistrata mit-trustee, irrispettivament mill-oriġini ta’, jew il-
persuna li tagħmel il-bidla.
  20      KAP. 331. ħ         TRUSTS
(6) Trustee għandu xorta waħda jinnotifika lill-Awtorità  dwar
it-terminazzjoni tat-trust, irrispettivament mill-kawża jew raġuni
ta’ dik it-terminazzjoni.
(7) Fuq it-talba tat-trustee ta’ trust,  u fuq prova biżżejjed li
tingħata għas-sodisfazzjon ta’l-Awtorità , l-Awtorità  tista’ toħroġ
ċertifikat fejn tgħid li, mill-aħjar tagħrif li għandha, fid-data taċ-
ċertifikat, l-applikant kien it-trustee tat-trust. Ċertifikat taħt dan is-
subartikolu jinħareġ mal-ħlas ta’ dritt ta’ ħmistax-il lira jew dak l-
ammont ogħla skond kif l-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien
tistabbilixxi.
(8) LAwtorità  għandha żżomm reġistru tat-trusts kollha
reġistrati magħha taħt dan l-artikolu u għandha ddaħħal fih kull
bidla dwarhom li tiġi notifikata lilha u dawk il-materji l-oħra li
jkun jidhrilha xieraq li tirreġistra.
(9) Id-dritt li jitħallas għar-reġistrazzjoni ta’ trust ikun ta’
mitejn lira.
(10) Trust ma tibqax intitolata għall-eżenzjonijiet, benefiċċji u
privileġġi oħra ta’ trust jekk it-taxxa dovuta kull sena taħt l-
artikolu 44 ma titħallasx fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkun
dovut.
Reġistrazzjoni 
fakultattiva ta’ 
trust barrani.
Miżjud:  
XX.1994.4.
43A. (1) Trust barrani li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-
artikolu 6(2) jista’ jiġi rreġistrat ma’ l-Awtorità .
(2) Ir-reġistrazzjoni ssir billi tiġi ippreżentata lill-Awtorità :
(a) kopja awtentikata ta’ l-istrument tat-trust; u 
(b) dikjarazzjoni minn nominee liċenzjat li jkun qed
jaġixxi bħala trustee tat-trust barrani illi t-trust
jissodisfa l-kundizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 6 ta’ dan l-Att.
(3) Hekk kif li dak kollu rikjest fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu
6 ta’ dan l-Att ikun sodisfatt, u li jkun tħallas id-dritt xieraq, l-
Awtorità  għandha tirreġistra t-trust barrani u toħroġ ċertifikat ta’
reġistrazzjoni f’dak is-sens.
(4) Kull bdil sussegwenti fl-istrument tat-trust għandu bl-istess
mod jiġi reġistrat mill-Awtorità . 
(5) It-trustee li jkun nominee liċenzjat għandu bl-istess mod
jagħti avviż lill-Awtorità  tat-terminazzjoni tat-trust, tkun xi tkun ir-
raġuni ta’ dik it-terminazzjoni. 
(6) Fuq talba ta’ trustee (li jkun nominee liċenzjat) ta’ trust
barrani reġistrat taħt dan l-artikolu, u wara li tiġi mogħtija prova
sodisfaċenti lill-Awtorità , l-Awtorità  tista’ toħroġ ċertifikat li
jgħid, li mill-aħjar tagħrif li għandha, fid-data taċ-ċertifikat, l-
applikant kien trustee tat-trust. Ċertifikat taħt dan s-subartikolu
jinħareġ wara l-ħlas ta’ dritt ta’ ħamsa w għoxrin lira jew dik is-
somma akbar li l-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien
tiddetermina.
(7) L-Awtorità  għandha żżomm reġistru tat-trusts barranin
kollha reġistrati taħt dan l-artikolu u għandha ddaħħal fih kull tibdil
         TRUSTS     21
relattiv għalihom notifikat lilha u dawk il-ħwejjeġ l-oħra li jista’
jidhrilha xieraq li ddaħħal fir-reġistru.
(8) Id-dritt li jitħallas għar-reġistrazzjoni jkun ta’ mitejn lira.
(9) Trustee (li jkun nominee liċenzjat) ta’ trust barrani jista’
b’avviż bil-miktub lil-Awtorità  jitlob lill-Awtorità  biex tħassar ir-
reġistrazzjoni tat-trust taħt dan l-artikolu u malli tirċievi dik it-
talba, l-Awtorità  għandha tħassar dik ir-reġistrazzjoni.
Kap. 374.
(10) Xejn f’dan l-Att ma għandu jagħmilha bħala kundizzjoni li
trust barrani irid ikun reġistrat taħt dan l-Att sabiex ikun magħruf
taħt l-Att dwar l-Għarfien ta’ Trusts.
(11) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, "nominee liċenzjat" tfisser
kumpannija nominee liċenzjata mwaqqfa skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 51A ta’ l-Att.
EŻENZJONIJIET FISKALI U OĦRAJN
Eżenzjoni mit-
tassazzjoni. 
Emendat: 
XIV. 1989.8; 
XX. 1994.4.
Kap. 123. 
44. (1) It-taxxa li titħallas taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income, jew taħt xi liġi oħra li tissostitwixxi dik il-liġi, fuq l-
income ta’ trust u fuq xi income ta’ benefiċjarju li jirriżulta minn
dik it-trust, għandha tkun għar-rigward ta’ dak l-income kollu,
mitejn lira għal kull sena ta’ stima, u għandha titħallas mit-trust l-l-
Awtorità  għan-nom tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni mhux iżjed
tard mill-aħħar ta’ Jannar ta’ kull sena li tiġi wara dik tar-
reġistrazzjoni tat-trust.
Kap. 239. 
tad-Donazzjoni*, jew taħt xi liġi li tissostitwixxi dik il-liġi -
(a) dwar xi attiv miżmum taħt trust;
(b) minn xi persuna dwar l-interess tagħha bħala
benefiċjarju taħt trust.
Kap. 294. 
Dokumenti#, jew taħt xi liġi li tissostitwixxi dik il-liġi, rigward xi
dokument dwar trust.
(4) Kull proprjetà  miżmuma taħt trust tkun eżentata mid-dazju
tad-dwana meta tiġi mportata f’Malta:
Iżda dak id-dazju għandu jitħallas fuq kull proprjetà
importata bla ħlas ta’ dazju taħt dan is-subartikolu jekk u meta dik
il-proprjetà  tinbiegħ, tiġi assenjata jew b’mod ieħor trasferita lil xi
persuna residenti f’Malta.
Eżenzjoni mill-
kontroll fuq il-
kambju. 
Emendat:
XX. 1994.4.
Kap. 233.
45. L-Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju, u kull liġi oħra li
tissostitwixxi dik il-liġi, ma għandux japplika għal xi operazzjoni li
jkollha x’taqsam ma xi trusts jew għal xi proprjetà  miżmuma
taħthom:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq ta’ dan l-artikolu ma
*Imħassar bl-Att XVI ta’ l-1993.
#Imħassar bl-Att XVII ta’ l-1993.
  22      KAP. 331. ħ         TRUSTS
japplikawx għal operazzjonijiet magħmula minn persuni residenti
f’Malta.
Dikjarazzjoni 
minflok prospett 
ta’ taxxi. 
Emendat:
XIV. 1989.9. 
Kap. 123. 
46. (1) Meta dikjarazzjoni fuq il-formola murija fl-Iskeda li
tinsab ma’ dan l-Att tkun ġiet sottomessa lill-Kummissarju tat-
Taxxi Interni minn kumpannija nominee dwar it-trust li tagħha tkun
trustee, la t-trust u lanqas trustee u lanqas xi persuna oħra li jkollha
interess fit-trust ma jkunu meħtieġa jagħmlu jew jissottomettu xi
prospett, informazzjoni jew dettalji oħra li setgħu jkunu dovuti jew
xort’oħra meħtieġa bil-liġi li jsiru jew jiġu sottomessi għal xi fini
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, dwar dik it-trust.
Kap. 239. 
(2) Meta proprjetà  tkun b’dan l-Att eżentata mit-taxxa li
titħallas taħt l-Att dwar it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni*, ebda
prospett ta’ l-imsemmija proprjetà  ma jkun meħtieġ li jsir taħt l-
imsemmi Att u lanqas tat-trasferiment taxxabbli relattiv, jekk it-
trasferiment ma jinkludi ebda proprjetà  oħra; u meta t-trasferiment
ikun jinkludi proprjetà  oħra l-prospett jista’ jkun limitat għall-
proprjetà  suġġetta għal-taxxa.
Applikabbilità   
għal trusts 
barranin.
Miżjud:  
XX.1994.4.
46A. Trust barrani reġistrat skond l-artikolu 43A  jista’, billi
jwettaq il-formalitajiet preskritti fl-artikolu 46, jikkwalifika għall-
eżenzjonijiet fiskali u oħrajn mogħtija bl-artikoli 44 u 45 u l-
garanzija mogħtija mill-artikolu 50 daqs li kieku kien trust
validament maħluq taħt dan l-Att.
KUMPANNIJI NOMINEE
Kumpanniji 
nominee u 
kundizzjonijiet 
għall-formazzjoni 
tagħhom. 
Emendat: 
XIV.1989.10;
XX. 1994.4.
47. (1) Kumpannija ffurmata għall-għan li taġixxi bħala
trustee ta’ trusts jew għal dak il-għan u għall-għan li taqdi l-
funzjonijiet ta’ kumpannija nominee għar-rigward ta’ kumpanniji
offshore kif provdut fl-Att, u li tissodisfa, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (3) u (4) ta’ dan l-artikolu, il-
kundizzjonijiet kollha mniżżlin fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 42
ta’ l-Att u altrimenti kwalifikata biex tingħata warrant biex
tiffunzjona bħala kumpannija nominee taħt l-artikolu 43 ta’ l-Att,
tikkwalifika wkoll biex tkun kumpannija nominee għall-finijiet ta’
dan l-Att u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att għall-għoti ta’ warrant lil
kumpannija nominee għandhom japplikaw għal dik il-kumpannija
bħalma huma japplikaw għal kumpannija nominee taħt l-Att.
(2) Kumpannija nominee ma tistax tiffunzjona bħala trustee, u
ma għandhiex tiġi trattata bħala tali għall-finijiet ta’ dan l-Att,
kemm-il darba ma tkunx tippossjedi warrant maħruġ mill-
Awtorità , u fis-seħħ dak iż-żmien, li jawtorizzaha biex tiffunzjona
bħala tali għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(3) Id-disposizzjonijiet kollha ta’ l-Att li għandhom x’jaqsmu
ma’ kumpanniji nominee għandhom japplikaw għal kumpannija li
tingħata warrant biex tiffunzjona bħala kumpannija nominee għall-
finijiet ta’ dan l-Att, jew għall-finijiet ta’ dan l-Att u ta’ l-Att,
*Imħassar bl-Att XVI ta’ l-1993.
         TRUSTS     23
skond il-każ, bla ħsara għal dawk il-modifikazzjonijiet u
adattamenti skond kif ikun meħtieġ biex jiġu applikati d-
disposizzjonijiet hawn fuq imsemmija ta’ l-Att għal kumpanniji
nominee li jaġixxu bħala trustees ta’ trusts; u partikolarment, iżda
bla ħsara għall-ġeneralità  għal dak li ntqal qabel, riferenzi fl-Att
għall-Att innifsu għandhom jiftiehmu bħala riferenzi għal dan l-
Att, riferenzi għal kumpanniji offshore għandhom jiftiehmu bħala
riferenzi għal trust u riferenzi għal diretturi jew segretarji ta’
kumpanniji offshore jew għad-dmirijiet tagħhom għandhom
jiftiehmu bħala riferenzi għal trustees jew għad-dmirijiet tagħhom.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu msemmija fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu huma:
(a) il-paragrafu (b) tas-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 42 ta’
l-Att għandu jiftiehem bħala li jirrikjedi li l-għanijiet
tal-kumpannija jkunu limitati espressament għall-qadi
tal-funzjonijiet ta’ trustee ta’ trusts,  u għal ħwejjeġ
anċillari jew inċidentali għalihom, jew għal dawk il-
funzjonijiet u l-funzjonijiet ta’ kumpannija nominee
għar-rigward ta’ kumpanniji offshore;
(b) fil-każ ta’ kumpannija ffurmata esklussivament biex
taġixxi bħala trustee ta’ trusts -
(i) il-perċentaġġ imsemmi fil-paragrafu (e) tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 42 ta’ l-Att għandu
jkun sittin; u
(ii) l-Awtorità  tista’, f’każijiet eċċezzjonali u għal
raġunijiet speċjali, tippermetti persuna mhux
residenti f’Malta li tippossjedi jew iżżomm l-
azzjonijiet kollha fil-kumpannija.
Trusts jiġu 
reġistrati permezz 
tal-kumpannija 
nominee. 
Emendat:
XIV. 1989.11;
XX. 1994.4. 
48. Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 47 ta’ dan l-Att, ebda trust ma għandha
tiġi reġistrata mill-Awtorità  ħlief permezz ta’ l-aġenzija ta’
kumpannija nominee awtorizzata li taġixxi bħala trustee ta’ trusts u
trust għandha f’kull żmien ikollha kumpannija nominee bħala
wieħed mit-trustees tagħha.
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Setgħa biex isiru 
regolamenti jew 
regoli.
Emendat:
XX. 1994.4.
49. (1) Il-Ministru jista’, fuq parir ta’ l-Awtorità , jagħmel
regolamenti jew regoli għall-esekuzzjoni aħjar ta’ xi
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u jista’ partikolarment, iżda bla
ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, b’xi regolamenti jew
regoli bħal dawk -
(a) jipprovdi biex il-prospetti, dikjarazzjonijiet, u avviżi
jsiru jew jingħataw għal xi fini ta’ dan l-Att, u l-forma
u l-kontenut tagħhom;
(b) jirregola d-direzzjoni, dmirijiet u obbligi oħra ta’
kumpanniji nominee inklużi l-prospetti,
dikjarazzjonijiet u informazzjoni oħra li huma
  24      KAP. 331. ħ         TRUSTS
għandhom jissottomettu lill-Awtorità , u jistabbilixxi l-
ammont massimu li, minkejja xi disposizzjoni ta’ dan
l-Att, jista’ jintalab bħala drittijiet minn dawk il-
kumpanniji;
(ċ) ibiddel xi drittijiet stabbiliti b’xi disposizzjoni ta’ dan
l-Att, u jemenda xi disposizzjoni tali f’dak is-sens biex
jiġi rifless tibdil fl-għoli tal-ħajja jew fil-valur ta’ flus,
u jistabbilixxi dawk id-drittijiet oħra skond kif jitqies
xieraq dwar kull materja li għaliha ma hemmx provdut
dritt b’dan l-Att:
Iżda ebda bidla ta’ xi drittijiet ma għandu jkollha
seħħ qabel ma tkun għaddiet sena mill-pubblikazzjoni
ta’ dik il-bidla fil-Gazzetta;
Kap. 12. 
(d) jagħmel regoli tal-qrati għal xi fini ta’ dan l-Att u tal-
proċedimenti taħtu, biex b’dawk ir-regoli jipprovdi
għal xi ħwejjeġ imsemmija fl-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;
(e) jippreskrivi xi materja li tista’ jew tkun trid tiġi
preskritta.
(2) Regolamenti u regoli magħmula taħt xi disposizzjoni ta’
dan l-Att, jistgħu isiru bl-ilsien Ingliż biss.
Garanzija ta’ 
eżenzjonijiet. 
Emendat:
XX. 1994.4.
50. (1) Ir-reġistrazzjoni ta’ trust taħt dan l-Att għandha
tikkostitwixxi kuntratt bejn il-Gvern u t-trust li jiggarantixxi il-
jeddijiet u eżenzjonijiet u privileġġi oħra dovuti kif provdut b’dan
l-Att, suġġett biss għall-osservanza li għandha tingħata lid-
disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att.
(2) Il-garanzija mogħtija bis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandha tapplika wkoll kontra azzjoni retrospettiva, sew jekk
b’leġislazzjoni jew xort’oħra, li tista’ tannulla xi jeddijiet,
eżenzjonijiet jew privileġġi hekk garantiti.
(3) Il-garanzija mogħtija bis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
għandha sseħħ għal perijodu ta’ għaxar snin mir-reġistrazzjoni tat-
trust.
Proċedimenti 
kriminali. 
51. (1) Ebda proċedimenti għal reat taħt dan l-Att ma
għandhom jinbdew mingħajr l-awtorizzazzjoni ta’ l-Avukat
Ġenerali.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandhomx jolqtu xi
proċedimenti kriminali li jistgħu jkunu kompetenti taħt xi liġi oħra. 
(3) Meta dwar xi reat kontra xi disposizzjoni ta’ dan l-Att, l-att
jew nuqqas li jikkostitwixxi r-reat ikun jista’ jiġi attribwit
direttament lil persuna jew persuni li jkunu identifikabbli biċ-ċar, u
dik il-persuna, jew dawk il-persuni jinsabu ħatja ta’ dak ir-reat, il-
qorti ma tkunx meħtieġa tikkundanna wkoll xi persuna oħra jekk
tkun sodisfatta illi dik il-persuna ma kellha ebda sehem fir-reat u li
minħabba fl-imġieba tagħha jew ċirkostanzi oħra ma jkunx
jistħoqqilha li tiġi kkundannata.
         TRUSTS     25
Applikazzjoni ta’ 
ċerti 
disposizzjonijiet 
ta’ l-Att.
Emendat:
XX. 1994.4.
52. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
Awtorità  u partikolarment iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li
ntqal qabel, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 4, 5, 10, 11 u 12 ta’ l-
Att, għandhom japplikaw għal u dwar trusts, u xort’oħra għall-
finijiet ta’ dan l-Att, bħalma japplikaw għal u dwar kumpanniji
offshore u xort’oħra għall-finijiet ta’ l-Att, u għandhom hekk
japplikaw suġġett għal dawk il-modifikazzjonijiet u adattamenti li
jistgħu jkunu meħtieġa għall-finijiet imsemmija qabel.
Offshore trusts 
eżistenti.
Miżjud:
XX.1994.4.
Kap. 374.
53. Kull offshore trust li l-liġi applikabbli għalih m’hix il-liġi
ta’ Malta, u li jkun jeżisti fid-data ta’ d-dħul fis-seħħ ta’ l-Att dwar
Għarfien ta’ Trusts, jiġi minn dik id-data awtomatikament ri-
reġistrat ma’  l-Awtorità  bħala trust barrani taħt l-artikolu 43A u
minn dik id-data dak it-trust jiġi regolat bl-artikolu 43A u mhux l-
artikolu 43 ħlief illi l-garanzija mogħtija bl-artikolu 50 għandha
tkompli għaddejja mid-data tar-reġistrazzjoni tat-trust taħt l-
artikolu 43.
  26      KAP. 331. ħ         TRUSTS
Emendata: 
XIV. 1989.13.
XX. 1994.4. 
SKEDA 
(Artikolu 46)
DIKJARAZZJONI MINFLOK PROSPETT TA’ TAXXA DWAR 
TRUST
Kap. 123.
Dikjarazzjoni mit-Trustee ta’ Trust minflok Prospett ta’ Taxxa u
Attiv Kapitali taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income 
Sena ta’ Stima ............................................................................
Aħna .......................................................... u ............................
tnejn mid-diretturi ta’ .................................................................
il-kumpannija nominee li qiegħda taġixxi bħala t-trustee ta’
...................................................................................................
Kap. 331. ta’ trust reġistrata taħt l-Att dwar it-Trusts (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "l-Att") solennement u sinċerament niddikjaraw
li aħna assigurajna mill-aħjar li stajna li l-imsemmija trust
tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa bl-Att sabiex tkun
tista’ tibqa’ trust u jkollha l-income imsemmi fis-subartikolu (1) ta’
l-artikolu 44 ta’ l-Att taxxabbli kif hemm provdut f’dak l-artikolu u
li konsegwentement:
(a) l-income ta’ l-imsemmija trust u dak tal-benefiċjarji
tagħha li jirriżulta mill-imsemmija trust, huma
suġġetti għal-taxxa fuq l-income għas-sena ta’ stima
.......... kif provdut fl-artikolu msemmi qabel;
(b) is-settlor u l-benefiċjarji tat-trust huma kwalifikati
biex ikunu s-settlor u benefiċjarji, rispettivament,
skond l-Att u l-proprjetà  tat-trust ma tinkludi ebda
proprjetà  immobbli sitwata f’Malta;
(ċ) it-trust li tagħha l-imsemmija kumpannija nominee
hija t-trustee mhix f’qagħda li titlef xi dritt, eżenzjoni
jew privileġġ ieħor mogħti bl-Att għal xi raġuni tkun
xi tkun.
Aħna qegħdin nagħmlu din id-dikjarazzjoni b’konoxxenza sħiħa
tal-pieni stabbiliti bl-Att għal dikjarazzjonijiet foloz jew inkorretti. 
Firma .........................................................................................
Isem sħiħ ....................................................................................
Nru. tal-Karta ta’ Identità  ...........................................................
Professjoni .................................................................................
Indirizzi .....................................................................................
Datat ..........................................................................................
