AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTAġ K AP. 332.    1
KAPITOLU 332
Emendat:
XXIII. 2000.2.
ATT DWAR AWTORITÀ  DWAR 
IT-TRASPORT TA’ MALTA
Emendat:
XXIII. 2000.3.
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ enti morali li jkun magħruf bħala l-
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta u għall-eżerċizzju minn jew f’isem dik
l-Awtorità  ta’ funzjonijiet dwar it-toroq u t-trasport; biex jipprovdi għat-
twaqqif u l-funzjonijiet ta’ Direttorati u tal-Bord għax-xogħol fit-Trasport
Pubbliku; u biex jipprovdi dwar ħwejjeġ anċillari ma’ dawn jew konnessi
magħhom.
17 ta’ April, 1989;
1 ta’ Settembru, 1990
L-ATT IX ta’ l-1989 u ġie emendat bl-Atti XI ta’ l-1992, XV ta’ l-1995,
XVI ta’ l-1997, XXIII ta’ l-2000 u XXVII ta’ l-2001; u bl-Avviż Legali 280
ta’ l-2002.
PRELIMINARI 
Titolu fil-qosor.
Emendat:
XXIII. 2000.4.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar Awtorità
dwar it-Trasport ta’ Malta.
Tifsir. 
Emendat:
XI.1992.2;
XXIII. 2000.5.
2. F’dan l-Att, sakemm ir-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra -
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta mwaqqfa
bl-artikolu 3;
"il-Bord" tfisser il-Bord għax-Xogħol fit-Trasport Pubbliku
mwaqqaf bl-artikolu 30;
"Chairman" tfisser iċ-Chairman ta’ l-Awtorità  u tinkludi, fiċ-
ċirkostanzi msemmijin fl-artikolu 3(3), id-Deputat Chairman jew
persuna oħra maħtura bħala Chairman:
Iżda, għar-rigward ta’ l-artikolu 29, "Chairman" tfisser iċ-
Chairman ta’ kumitat konsultattiv;
"Chief Executive" tfisser iċ-Chief Executive maħtur taħt l-
artikolu 5;
"Direttorati" tfisser dawk id-direttorati li huma jew li jistgħu jiġu
stabbiliti taħt l-artikolu 5;
"impjegat tat-trasport pubbliku" tfisser persuna mpjegata fil-ġarr
ta’ passiġġieri b’vettura tat-trasport pubbliku bil-liċenza; 
"karrozza self-drive" tfisser kull vettura bil-mutur li jkollha
liċenza u, jew tkun registrata biex tiġi mikrija minn garage ta’
servizz pubbliku għall-iskop li tiġi misjuqa minn min jikriha;
"kumitat esekuttiv u konsultattiv" jew "kumitat" tfisser kumitat
esekuttiv u konsultattiv imwaqqaf skond l-artikolu 11;
"kumitat konsultattiv" jew "kumitat" tfisser kumitat konsultattiv
imwaqqaf skond l-artikolu 29;
"kuntrattur" tfisser persuna li tkun qed taġixxi skond ftehim li
  2      KAP. 332. ħ       AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTA
tkun għamlet  ma’ l-Awtorità  jew Direttorat skond l-artikolu 5(5);
"liċenza" tfisser u tinkludi kull liċenza jew permess li skond dan
l-Att jew xi liġi oħra jkunu meħtieġa mill-Awtorità  jew minn
Direttorat jew li l-Awtorità  jew Direttorat tkun awtorizzata jew
ikollha s-setgħa li tagħti skond dak l-Att jew xi liġi oħra u "persuna
bil-liċenza" għandu jkollha l-istess tifsir skond hekk;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għat-trasport, u
tinkludi kull persuna awtorizzata minn dak il-Ministru għal hekk;
"sena finanzjarja" tfisser kull perijodu ta’ tnax-il xahar li
jintemm fit-30 ta’ Settembru;
"settur tat-trasport pubbliku" għandha t-tifsira mogħtija lilha bl-
artikolu 29(1);
"trasport pubbliku" tfisser il-ġarr b’vettura ta’ passiġġieri
f’Malta bi ħlas, u tinkludi l-kiri ta’ karrozzi self-drive;
"trasport ta’ oġġetti" tfisser it-trasport ta’ oġġetti;
"triq"  tfisser kull triq, triq prinċipali jew binarju u tinkludi "triq
arterja" jew "triq distributorja" kif imfissra fil-Pjan ta’ Struttura
approvat skond id-dispozizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-
Iżvilupp, u tinkludi għar-rigward ta’ xi triq bħal dik -
(a) triq jew triq arterjali jew distributorja diġà  mibnija jew
li tkun fi stadju ta’ ppjanar jew ta’ kostruzzjoni;
(b) il-karreġġata tagħha kif ukoll kull konfini jew spazju
apert pubbliku ieħor adjaċenti u anċillari għaliha,
inklużi marġini laterali, central strips, roundabouts,
traffic islands, mogħdijiet pedonali u bankini;
(ċ) is-sisien, livelli taħt il-wiċċ u l-kisi tal-livell tal-wiċċ
tagħhom;
(d) sottopassaġġi, sovrapassaġġi, junctions u
intersezzjonijiet, sew fuq diversi livelli sew xort’oħra;
(e) xogħlijiet fuq kanali ta’ dranaġġ u l-aċċess għalihom;
(f) gandotti u xogħlijiet ta’ tħaffir ta’ gandotti għal
utilitajiet;
(g) il-mogħdija u t-tqegħid ta’ sistemi ta’ pajpijiet u tubi u
ħwejjeġ simili għad-distribuzzjoni ta’ utilitajiet jew il-
provdiment ta’ servizzi, inkluzi xogħlijiet konnessi
ma’ dan jew anċillari għalihom u tappieri jew mezzi
oħra ta’ aċċess għal dawk l-utilitajiet jew xogħlijiet;
"uffiċjal pubbliku", għar-rigward ta’ l-artikolu 11 ta’ dan l-Att,
għandha l-istess tifsira mogħtija lilha bl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni iżda ma tinkludix imħallef tal-Qrati Superjuri jew
maġistrat tal-Qrati Inferjuri;
"vettura" tinkludi kull karru, karrozzin, karrettun, karozza, motor
car, omnibus, minibus, bicycle, motor-cycle, jew mezz ieħor ta’
trasport bl-art għall-ġarr ta’ persuni jew għat-trasport ta’ oġġetti;
"vettura tat-trasport pubbliku" tfisser kull vettura wżata jew
maħsuba li tintuża għat-trasport pubbliku;
AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTAġ K AP. 332.    3
"vettura bil-mutur" tfisser kull vettura mħaddma b’mutur.
Fejn ma japplikax 
dan l-Att.
Miżjud:
XXIII. 2000.6.
2A. Dan l-Att ma japplikax għat-trasport ta’ persuni jew il-ġarr
ta’ oġġetti bil-baħar kemm fl-ibħra jew barra l-ibħra interni jew
territorjali ta’ Malta.
TWAQQIF, FUNZJONIJIET U TMEXXIJA TAX-XOGĦOL TA’ 
L-AWTORITÀ
Twaqqif u 
komposizzjoni ta’ 
l-Awtorità  dwar it-
Trasport ta’ Malta.
Emendat:
XXIII. 2000.7.
3. (1) Għandu jkun hemm korp, li jkun magħruf bħala
Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta, li jkun magħmul minn
Chairman u mhux inqas minn erba’ u mhux iktar minn sitt membri
oħra.
(2) Il-membri ta’ l-Awtorità  jinħatru mill-Ministru għal żmien
sena jew għal dak iż-żmien itwal li jista’ jiġi speċifikat fid-
dokument li bih huma jkunu ġew maħtura sakemm dan ma jkunx ta’
iktar minn tliet snin, iżda l-membri hekk maħtura jistgħu jerġgħu
jiġu maħtura fi tmiem iż-żmien tal-ħatra tagħhom.
(3) Il-Ministru jista’ jinnomina membru ieħor ta’ l-Awtorità
bħala Deputat Chairman, u l-membru hekk nominat ikollu s-setgħat
kollha u jaqdi dawk il-funzjonijiet kollha taċ-Chairman matul in-
nuqqas tiegħu jew meta dan ma jkunx jista’ jagħmilha ta’
Chairman, jew meta jkun bil-vakanzi, jew matul xi żmien li l-
kariga ta’ Chairman tkun battala; u l-Ministru jista’ wkoll, f’kull
waħda mill-imsemmija ċirkostanzi, jaħtar persuna oħra bħala
chairman u f’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ qabel għandhom
japplikaw dwar dik il-persuna.
(4) Persuna ma tkunx kwalifikata li tinħatar membru ta’ l-
Awtorità  jekk -
(a) tkun Ministru, Segretarju Parlamentari jew membru
tal-Kamra, jew
(b) ikun imħallef jew maġistrat tal-qrati tal-ġustizzja;
(ċ) ikollha  interess finanzjarju  jew ieħor f’xi impriza jew
attività  li x’aktarx ma jħallihiex taqdi sewwa l-
funzjonijiet tagħha bħala membru ta’ l-Awtorità :
Iżda l-Ministru jista’ jneħħi l-iskwalifika ta’
persuna taħt dan il-paragrafu jekk dik il-persuna
tiddikjara dak l-interess u dik id-dikjarazzjoni u
tneħħija ta’ skwalifika jiġi pubblikati fil-Gazzetta.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-kariga
ta’ membru ta’ l-Awtorità  għandha ssir vakanti - 
(a) fit-tmiem taż-żmien tal-ħatra tiegħu; jew
(b) jekk jinħolqu xi ċirkostanzi li, kieku ma kienx membru
ta’ l-Awtorità , kienu jġiegħluh ikun skwalifikat għal
ħatra bħala hekk.
(6) Membru ta’ l-Awtorità  jista’ jitneħħa mill-kariga mill-
Ministru jekk, fil-fehma tal-Ministru, dak il-membru ma jkunx
tajjeb biex ikompli fil-kariga jew ma jkunx baqa’ kapaċi biex jaqdi
b’mod xieraq id-dmirijiet tiegħu bħala membru.
(7) Jekk il-kariga ta’ membru ta’ l-Awtorità  tkun vakanti jew
  4      KAP. 332. ħ       AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTA
jekk xi membru għal xi raġuni ma jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet
tal-kariga tiegħu, il-Ministru jista’ jaħtar persuna li tkun
kwalifikata biex tkun maħtura bħala membru biex tkun membru
temporanju ta’ l-Awtorità ; u kull persuna hekk maħtura għandha,
bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (5) u (6), tispiċċa
milli tkun membru bħal dak malli persuna tkun ġiet maħtura biex
timla l-vakanza jew, skond il-każ, malli l-membru li ma setax jaqdi
l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu jirreżumi dawk il-funzjonijiet.
(8) Kull membru ta’ l-Awtorità  li jkollu xi interess dirett jew
indirett f’xi kuntratt magħmul jew li jkun propost mill-Awtorità , li
ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa’
membru, għandu juri x-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel laqgħa
ta’ l-Awtorità  wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti; dak il-fatt
għandu mbagħad jiġi reġistrat fil-minuti ta’ l-Awtorità , u l-membru
li jkollu dak l-interess għandu jirtira minn kull laqgħa li fiha jiġi
diskuss dak il-kuntratt. Dak l-interess għandu jiġi mgħarraf lill-
Ministru mingħajr dewmien. Meta l-interess tal-membru jkun hekk
li jiskwalifikah milli jibqa’ membru, dan għandu minnufih
jirraporta l-fatt lill-Ministru u jagħti r-riżenja tiegħu.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
Emendat:
XXIII. 2000.8;
XXVII. 2001.33.
4. (1) L-Awtorità  jkollha dawn il-funzjonijiet li ġejjin:-
(a) li tippjana jew tipprovdi jew tiżgura jew tmexxi ’l
quddiem sistema ta’ trasport integrat sew, mingħajr
perikolu, ekonomiku u effiċjenti, fuq l-art b’kull mezz
bħalissa eżistenti jew li jista’ jkun jeżisti fil-ġejjieni;
(b) li tokkupa, tibni, tibni mill-ġdid, tamministra, tagħmel
manutenzjoni, issewwi u tirristawra toroq u tipprovdi
jew tiżgura provdiment għal dan kollu kif ukoll li
tipprovdi jew tiżgura provdiment ta’ servizzi għal
dawk l-għanijiet u timmaniġġa u tikkontrolla kull
xogħol meħtieġ, inkluż l-ippjanar u l-ipprogrammar
relattiv u l-ippjanar u l-ipprogrammar għall-bini u l-
iffurmar mill-ġdid tax-xibka ta’ toroq eżistenti,
marġini stradali u arei allokati għall-utilitajiet:
Kap. 363.
Iżda meta l-manutenzjoni ta’ xi triq jew triq
prinċipali tkun taqa’ taħt ir-responsabbiltà  ta’ Kunsill
Lokali skond l-Att dwar Kunsilli Lokali, il-
manutenzjoni ta’ dik it-triq jew triq prinċipali ma
għandhiex tkun, fil-qies ta’ dik ir-responsabbiltà , il-
funzjoni ta’ l-Awtorità :
Iżda wkoll, meta triq tkun se tiġi ffurmata minn xi
persuna skond xi liġi oħra, ma tkunx il-funzjoni ta’ l-
Awtorità  li tifforma dik it-triq jew triq prinċipali;
(ċ) li tistabbilixxi kodiċi ta’ standards u
speċifikazzjonijiet li jkollhom jinżammu u jitħarsu fl-
eżekuzzjoni ta’ kull xogħol marbut ma’ toroq li ma
jkunux arterjali jew distributorji;  u għall-għanijiet ta’
dan il-paragrafu, il-paragrafi (a) sa (g) tat-tifsira ta’
"triq" għandha tkun tapplika għal dawk it-toroq;
(d) li tagħmel dak kollu meħtieġ jew spedjenti għall-
ittestjar, reġistrazzjoni u liċenzjar ta’ vetturi bil-mutur
AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTAġ K AP. 332.    5
u s-sewwieqa tagħhom u car park attendants;
(e) li tagħmel dak kollu li jista’ jkun meħtieġ għar-
regolament, maniġġar, sigurezza u kontroll tat-traffiku
fit-triq u t-trasport ta’ persuni u oġġetti;
(f) li tistabbilixxi l-għanijiet fil-qrib u fil-bogħod għat-
twettiq tal-funzjonijiet imsemmija hawn aktar qabel;
(g) li tiżviluppa l-istrateġija u policies meħtieġa biex
jintlaħqu dawn l-għanijiet;
(h) li tipprovdi jew tiżgura l-provdiment ta’ dawk is-
servizzi u faċilitajiet bħalma jidhru lill-Awtorità  li
jkunu spedjenti fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha,
inkluża s-setgħa li tipprovdi li dawk is-servizzi u
faċilitajiet ikunu aċċessibbli minn kull min jeħtieġhom
irrispettivament minn min dawn ikunu qegħdin jiġu
pprovduti;
(i) li tipprovdi jew tiżgura jew iġġib ’il quddiem il-
provdiment ta’ taħrig għal persuni li jaħdmu jew li
għad ikunu jaħdmu fis-servizzi tat-trasport pubbliku u
li ġġib ’il quddiem l-interessi ta’ dawk il-persuni;
(j) li tiġbor u żżomm statistika aġġornata ta’ dik l-
informazzjoni li tista’ tqis xierqa f’rabta mal-
funzjonijiet tagħha;
(k) bla ħsara għal kull dispożizzjoni oħra tal-liġi, li
tirregola t-tqegħid ta’ kull billboard, poster, strixxa
materjal, sinjal (direzzjonali jew xort’oħra) f’kull triq
jew li jidher minn xi triq f’dak li għandu x’jaqsam
mar-reklamar ta’ xi prodott jew attività  jew għal xi
għan ieħor;
(l) li tmexxi dawk l-attivitajiet kollha li fil-fehma ta’ l-
Awtorità  jkunu meħtieġa, vantaġġuzi jew konvenjenti
li jitmexxew għal jew dwar l-għemil ta’ xi waħda mill-
funzjonijiet l-oħra ta’ l-Awtorità ;
(m) li twettaq kull funzjoni oħra li tingħatalha jew li toħrog
minn dan l-Att jew minn xi liġi oħra;
(n) li tagħti parir lill-Ministru dwar dak kollu li jkollu
x’jaqsam mal-funzjonijiet tagħha.
(2) Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att, l-Awtorità
għandha tiżgura li l-policy u l-attivitajiet tagħha jkunu jaqblu ma’ l-
għanijiet u l-iskopijiet ta’ l-ippjanar ekonomiku nazzjonali li jkunu
fis-seħħ minn żmien għal żmien u tagħti konsiderazzjoni xierqa lill-
impatt tat-trasport fuq l-ambjent.
Tmexxija tax-
xogħol ta’ l-
Awtorità . 
Emendat:
XXIII. 2000.9.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, il-
ħidma u l-attività  ta’ l-Awtorità  jkunu r-responsabbiltà  ta’ l-
Awtorità , iżda ħlief kif imsemmi qabel, it-tmexxija esekuttiva ta’ l-
Awtorità , l-amministrazzjoni u l-organizzazzjoni u l-kontroll
amministrattiv ta’ l-uffiċjali u l-impjegati tagħha, ikunu r-
responsabbiltà  taċ-Chief Executive ta’ l-Awtorità , li jkollu wkoll
dawk is-setgħat l-oħra li minn żmien għal żmien jiġu mogħtija lilu
mill-Awtorità .
  6      KAP. 332. ħ       AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTA
(2) Għandhom jitwaqqfu d-Direttorati skond kif elenkati fl-
Iskeda, li jkollhom ir-responsabbiltajiet hemm imfissrin.  Il-
Ministru jista’, wara li jikkonsulta lill-Awtorità , b’Ordni fil-
Gazzetta, jabolixxi lil xi wieħed jew iktar mid-Direttorati
msemmija, jibdel ir-responsabbiltajiet tagħhom, u jwaqqaf dawk
id-Direttorati oħrajn li huwa jista’ minn żmien għal żmien iqis li
jkunu xierqa.
(3) L-Awtorità  għandha tkun vestita fid-Direttorati hekk
stabbiliti kif ukoll, bla ħsara għas-superviżjoni u kontroll fuq
kollox taċ-Chief Executive, dawk il-funzjonijiet tagħha li
jirrigwardaw jew huma anċillari għal dawk l-affarijiet li jkunu
responsabbli għalihom b’mod li dawk id-Direttorati jkunu jistgħu
jagħtu seħħ lill-policies ta’ l-Awtorità  u xort’oħra jwettqu
effettivament u effiċjentement il-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  f’kull
qasam rispettiv ta’ ħidma tagħhom. 
(4) Kull Direttorat hekk stabbilit jitmexxa minn persuna li tkun
jew uffiċjal pubbliku bi dmirijiet ma’ l-Awtorità  jew impjegat ta’ l-
Awtorità  jew persuna assenjata biex taħdem ma’ l-Awtorità  skond
ftehim bejn l-Awtorità  u intrapriża pubblika jew privata, li f’kull
każ ikollha esperjenza jew konoxxenza adegwata fil-qasam
rispettiv ta’ ħidma.
(5) L-Awtorità  u kull wieħed mid-Direttorati jista’ jeżerċita xi
wieħed jew iktar mill-funzjonijiet tagħhom sew direttament sew
permezz xi wieħed jew iktar mill-uffiċjali jew impjegati tagħhom li
jkunu awtorizzati għal dak l-iskop, jew permezz ta’ kuntrattur jew
persuna oħra li miegħu jkun sar ftehim għall-għemil ta’ xi funzjoni
waħda jew iktar minn dawk:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tawtorizza
lill-Awtorità  sabiex tagħti b’kuntratt xi funzjonijiet regolatorji jew
ta’ liċenzjar tagħha.
(6) Meta f’dan l-Att xi ħaġa għandha ssir minn jew kontra jew
dwar l-Awtorità , jew għandu jingħata jew jista’ jingħata xi avviż
lill-Awtorità , dik il-ħaġa jew dak l-avviż jistgħu wkoll jintgħamlu
minn jew kontra jew dwar jew jingħataw lid-Direttorati li l-
kwistjoni tkun taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom minħabba
f’delega ta’ funzjoni lil dak id-Direttorat;  u għall-għanijiet hawn
aktar qabel imsemmija kull riferenza f’dan l-Att għall-Awtorità
tinkludi riferenza għad-Direttorat xieraq.
(7) Iċ-Chief Executive u l-kapijiet tad-Direttorati għandhom
jinħatru mill-Awtorità  wara konsultazzjoni mal-Ministru għal
perijodu ta’ tliet snin u dak il-perijodu jista’ jiġi mtawwal għal
perijodi oħra ta’ tliet snin-il wieħed:
Iżda l-ewwel Chief Executive u l-ewwel kap ta’ kull
Direttorat għandhom jinħatru mill-Ministru.
(8) Iċ-Chief Executive għandu jattendi għal-laqgħat kollha tal-
Bord iżda huwa ma jivvotax f’dawk il-laqgħat:
Iżda l-Awtorità  tista’, jekk jidhrilha li jkun hekk xieraq,
teħtieġ liċ-Chief Executive biex ma jattendix għal xi laqgħat jew
għal xi parti ta’ xi laqgħa.
AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTAġ K AP. 332.    7
(9) Iċ-Chief Executive jkun responsabbli għall-
implementazzjoni ta’ l-iskopijiet ta’ l-Awtorità  fit-twettiq tal-
funzjonijiet tagħha u mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak
imsemmi hawn aktar qabel huwa għandu -
(a) jassumi kull responsabbiltà  għas-superviżjoni u l-
kontroll fuq kollox tad-Direttorati;
(b) jassenja lid-Direttorati dawk id-dmirijiet li huma, bi
jew skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att vestiti
f’dawk id-Direttorati;
(ċ) jikkoordina kull ħidma tad-Direttorati li jaqgħu taħt ir-
responsabbiltà  tiegħu;
(d) jiżviluppa l-istrateġiji meħtieġa għall-
implementazzjoni u tħaddim kontinwu ta’ l-iskopijiet
ta’ l-Awtorità ;
(e) jagħti parir lill-Awtorità  dwar kull ħaġa li din tista’
tirriferilu u dwar kull ħaġa li jqis meħtieġa jew
spedjenti;  u
(f) jesegwixxi kull dmir ieħor li l-Awtorità  tista’
tassenjalu minn żmien għal żmien.
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Awtorità . 
Emendat:
XXIII. 2000.10.
6. (1) Il-Ministru jista’, dwar ħwejjeġ li fil-fehma tiegħu
jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien jagħti lill-
Awtorità  direttivi ta’ xorta ġenerali, li ma jkunux kontra d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dwar il-policy li fuqha għandha
timxi l-Awtorità  fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, u l-
Awtorità  għandha, kemm jista’ jkun malajr, tagħti effett lil dawk
id-direttivi kollha.
(2) L-Awtorità  għandha tagħti lill-Ministru faċilitajiet biex
jikseb tagħrif dwar il-proprjetà  u l-attivitajiet tagħha, u tagħtih
dawk il-prospetti, kontijiet u tagħrif dwarhom, u tagħtih faċilitajiet
għall-verifika ta’ tagħrif mogħti, b’dak il-mod u f’dawk iż-
żminijiet li l-Ministru jkun bir-raġun jeħtieġ.
(3) Jekk l-Awtorità  tonqos milli tħares xi direttivi maħruġa taħt
dan l-artikolu, il-Prim Ministru jista’ jagħmel ordni li bih
jittrasferixxi għal għand il-Ministru għal kollox jew biss f’parti
minnhom x’uħud mill-funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza ta’ 
l-Awtorità .
Emendat:
XXIII. 2000.11.
7. (1) L-Awtorità  tkun enti morali b’personalità  ġuridika
distinta u tkun tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
tagħmel kuntratti, takkwista, iżżomm u tneħħi kull xorta ta’
proprjetà  għall-għanijiet tal-funzjonijiet tagħha, tħarrek, tiġi
mħarrka, u tagħmel kull ħaġa u tidħol f’kull operazzjoni li jkunu
inċidentali jew iwasslu għall-eżerċizzju jew għall-qadi tal-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, magħdud li tislef jew tissellef
flus.
(2) Ir-rappreżentanza ġuridika ta’ l-Awtorità  tkun vestita
solidalment fiċ-Chairman u fiċ-Chief Executive:
Iżda l-Awtorità  tista’ taħtar wieħed jew aktar mill-membri
l-oħra tagħha jew mill-uffiċjali jew mill-impjegati ta’ l-Awtorità
biex jidhru f’isem u għall-Awtorità  f’kull proċedimenti ġudizzjarji
  8      KAP. 332. ħ       AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTA
u f’kull att, kuntratt, kitba jew dokument ieħor ikun li jkun:
Iżda wkoll, għar-rigward ta’ xi ħaġa li tkun taqa’ fi ħdan il-
funzjonijiet vestiti f’xi Direttorat, ir-rappreżentanza legali u
ġuridika ta’ l-Awtorità  għandha wkoll tkun tvesti fil-kap tad-
Direttorat jew f’dak il-membru, uffiċjal jew impjegat ieħor ta’ l-
Awtorità , hekk kif l-Awtorità  tista’ taħtar jew tawtorizza għal dak
l-għan.
(3) Kull dokument li jidher li jkun kitba magħmula jew
maħruġa mill-Awtorità  u li jkun iffirmat miċ-Chairman jew miċ-
Chief Executive jew minn kap ta’ Direttorat dwar kull ħaġa li tiġi
lilu delegata għall-Awtorità  għandu jiġi milqugħ bħala prova u
għandu, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, jitqies li hu kitba
magħmula jew maħruġa mill-Awtorità .
Disposizzjonijiet 
dwar proċedimenti 
ta’ l-Awtorità . 
Emendat:
XXIII. 2000.12.
8. (1) Il-laqgħat ta’ l-Awtorità  jissejħu miċ-Chairman, ta’
kull darba li jkun meħtieġ iżda għallinqas darba fix-xahar, jew
minn jeddu jew fuq it-talba ta’ tnejn mill-membri l-oħra.
(2) Nofs l-għadd ta’ membri li f’dak iż-żmien ikunu
jikkostitwixxu l-Awtorità  jifformaw quorum. Id-deċiżjonijiet
jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-membri preżenti u li
jivvotaw. Iċ-Chairman, jew fin-nuqqas tiegħu d-Deputat Chairman
jew persuna oħra maħtura biex tagħmilha ta’ chairman, ikollu vot
oriġinali u, fil-każ ta’ voti ndaqs, vot deċiżiv. Bla ħsara għall-
ħtiġijiet l-oħra ta’ dan l-Att, ebda deċiżjoni ma tkun valida jekk ma
jkollhiex l-appoġġ ta’ għall-anqas żewġ membri ta’ l-Awtorità .
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-Awtorità
tista’ tirregola l-proċedura tagħha stess.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ebda għemil jew proċediment ta’ l-Awtorità  ma jkun invalidat
minħabba biss il-fatt li jkun hemm vakanza fost il-membri.
(5) Kull ħaġa li ssir minn xi persuna li taġixxi bona fide bħala
membru ta’ l-Awtorità  tkun valida daqslikieku kienet membru
minkejja xi difett li jista’ jiġi mikxuf wara fil-ħatra jew fil-
kwalifika tagħha. Ebda kwistjoni ma tista’ titqajjem dwar xi għemil
jew proċediment ta’ l-Awtorità  minħabba ksur, minn membru, tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3(8).
Ħatriet ta’ 
persunal.
9. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ta’
kull liġi oħra li tapplika għalihom, u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, in-nomina ta’ uffiċjali w
impjegati oħra ta’ l-Awtorità  ssir mill-Awtorità . Il-patti u l-
kundizzjonijiet ta’ l-impieg għandhom jiġu stabbiliti mill-Awtorità
wara li jkun qabel magħhom il-Ministru.
(2) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija
wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi,
twaqqaf skema jew skemi sew b’arranġamenti kontributorji jew
mhux kontributorji jew f’parti minn wieħed u f’parti mill-ieħor,
għall-ħlas lill-uffiċjali u l-impjegati tagħha, jew lid-dipendenti
tagħhom, meta jirtiraw, imutu jew ikorru, ta’ pensjonijiet,
gratifikazzjonijiet u benefiċċji oħra bħal dawn.
AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTAġ K AP. 332.    9
KUMITATI ESEKUTTIVI U KONSULTATTIVI W UFFIĊJALI 
W IMPJEGATI TA’ L-AWTORITÀ
Ħatra u funzjonijiet 
ta’ uffiċjali 
w impjegati ta’ l-
Awtorità .
10. L-Awtorità  għandha taħtar u timpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u fuq dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li tista’
tistabbilixxi skond l-artikolu 9, dawk l-uffiċjali u impjegati l-oħra
ta’ l-Awtorità  li minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa għall-qadi
xieraq u effiċjenti tal-funzjonijiet ta’ l-Awtorità .
Allokazzjoni ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
għal dmirijiet ma’ 
l-Awtorità . 
11. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq it-talba ta’ l-Awtorità ,
minn żmien għal żmien jordna li xi uffiċjal pubbliku jiġi allokat
għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  f’dik il-kariga u b’effett minn dik id-
data li tista’ tiġi speċifikata fid-direttiva tal-Prim Ministru.
(2) Il-perijodu li matulu direttiva kif intqal qabel għandha
tapplika għal xi uffiċjal speċifikat fiha, kemm-il darba l-uffiċjal ma
jirtirax mis-servizz pubbliku, jew xort’oħra ma jkomplix fil-kariga
f’data qabel, jew kemm-il darba perijodu differenti ma jiġix
speċifikat f’dik id-direttiva, għandu jintemm malli tiġri xi waħda
mill-ġrajjiet li ġejjin, jiġifieri:
(a) l-aċċettazzjoni minn dak l-uffiċjal ta’ offerta ta’
trasferiment għas-servizz ta’, u mpieg permanenti ma’,
l-Awtorità  skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13;
jew
(b) ir-revoka ta’ dik id-direttiva mill-Prim Ministru, dwar
dak l-uffiċjal.
(3) Meta direttiva kif intqal qabel tiġi revokata mill-Prim
Ministru dwar xi uffiċjal, il-Prim Ministru jista’, b’direttiva oħra,
jalloka lil dak l-uffiċjal għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  f’dik il-kariga
u b’effett minn dik id-data li tista’ tiġi speċifikata fid-direttiva tal-
Prim Ministru, u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) għandhom
malli jsir dan japplikaw dwar il-perijodu ta’ tul ta’ kull direttiva
oħra bħal dik dwar dak l-uffiċjal.
Stat ta’ uffiċjali 
pubbliċi allokati 
fuq dmirijiet ma’ l-
Awtorità .
12. (1) Meta xi uffiċjal jiġi allokat fuq dmirijiet ma’ l-
Awtorità  skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 ta’
dan l-Att, dak l-uffiċjal għandu, matul dak iż-żmien li fih dik id-
direttiva tkun isseħħ dwaru, ikun taħt l-awtorità  amministrattiva u
l-kontroll ta’ l-Awtorità , iżda dan għandu għall-finijiet u effetti
kollha jibqa’ u jitqies u jiġi trattat bħala uffiċjal pubbliku.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal, uffiċjal allokat
fuq dmirijiet kif intqal qabel - 
(a) m’għandux matul iż-żmien li dwaru jkun hekk
allokat-
(i) ikun imċaħħad milli japplika għal trasferiment
f’dipartiment tal-Gvern skond il-patti u l-
kundizzjonijiet tas-servizz marbuta mal-ħatra
mal-Gvern li hu jkollu fid-data li fiha jiġi hekk
allokat fuq dmirijiet; jew
(ii) ikun hekk impjegat illi r-rimunerazzjoni tiegħu u
l-kundizzjonijiet tas-servizz ikunu inqas
  10      KAP. 332. ħ       AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTA
favorevoli minn dawk marbuta mal-ħatra mal-
Gvern li hu jkollu fid-data fuq imsemmija, jew li
kienu jkunu marbuta ma’ ħatra bħal dik, matul
il-perijodi msemmija, kieku dak l-uffiċjal ma
kienx imqabbad fuq dmirijiet ma’ l-Awtorità ; u
Kap. 93. 
Kap. 58.
(b) ikollu l-jedd li s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  jkun
meqjus bħala servizz mal-Gvern għall-finijiet ta’ xi
pensjoni, gratifikazzjoni, jew benefiċċju taħt l-
Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-
Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema u għal kull
jedd jew privileġġ ieħor li kien ikollu dritt għalih, u
jkun suġġett għal kull responsabbiltà  li kien ikun
responsabbli għaliha, kieku ma kienx il-fatt li hu ġie
allokat għal dmirijiet ma’ l-Awtorità .
(3) Meta ssir applikazzjoni kif provdut fis-subartikolu (2)(a)(i)
din għandha tiġi kkunsidrata daqslikieku l-applikant ma ġiex
allokat għal servizz ma’ l-Awtorità .
(4) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa minħabba l-
pensjonijiet u l-gratifikazzjonijiet dovuti lil uffiċjal allokat għal
dmirijiet ma’ l-Awtorità  kif intqal qabel matul iż-żmien li fih ikun
hekk allokat.
Offerta ta’ impieg 
permanenti ma’ l-
Awtorità  lil 
uffiċjali pubbliċi 
allokati għal 
dmirijiet ma’ l-
Awtorità . 
13. (1) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil kull uffiċjal allokat għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  skond xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 impieg permanenti
ma’ l-Awtorità  b’rimunerazzjoni u fuq dawk il-patti u l-
kundizzjonijiet mhux anqas favorevoli minn dawk li jkollu dak l-
uffiċjal fid-data ta’ dik l-offerta.
(2) Il-patti u l-kundizzjonijiet kompriżi f’xi offerta magħmula
kif intqal qabel m’għandhomx jitqiesu li jkunu anqas favorevoli
minħabba biss li ma jkunux fid-dettalji kollha bħal jew ogħla minn
dawk li jkollu dak l-uffiċjal fid-data ta’ dik l-offerta, jekk dawk il-
patti u l-kundizzjonijiet, meħuda flimkien, fil-fehma tal-Prim
Ministru joffru b’mod sostanzjali benefiċċji li jkunu ndaqs jew
akbar.
Kap. 93. 
Kap. 58.
(3) Kull uffiċjal li jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità
offert lilu skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandu,
għall-finijiet kollha ħlief dawk ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet
u ta’ l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema, u bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26 ta’ dan l-Att, jitqies li
temm milli jkun fis-servizz tal-Gvern u li daħal fis-servizz ta’ l-
Awtorità  fid-data ta’ l-aċċettazzjoni tiegħu, u għall-finijiet ta’ l-
imsemmija Ordinanza u ta’ l-imsemmi Att, safejn japplikaw għalih,
servizz ma’ l-Awtorità  għandu jitqies li hu servizz mal-Gvern fit-
tifsiriet li hemm fihom rispettivament.
Kap. 58. 
(4) Kull uffiċjal bħal dak kif intqal qabel li, minnufih qabel ma
jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità  kellu dritt jibbenefika
taħt l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema, għandu
jibqa’ hekk ikompli jkollu d-dritt jibbenefika taħtu għall-finijiet
AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTAġ K AP. 332.    11
kollha bħallikieku s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  kien servizz
mal-Gvern.
(5) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa għall-
pensjonijiet u gratifikazzjonijiet dovuti lil uffiċjal li jkun aċċetta
impieg permanenti ma’ l-Awtorità  kif intqal qabel matul il-perijodu
li jibda fid-data ta’ l-aċċettazzjoni ta’ dak l-uffiċjal.
Ħatra u funzjonijiet 
ta’ kumitati 
esekuttivi u 
konsultattivi.
Emendat: 
XI.1992.3.
14. (1) B’effett minn dik il-ġurnata jew minn dawk il-ġranet li
l-Ministru jista’ b’ordni jistabbilixxi, għandu jkun hemm dwar kull
wieħed minn dawk is-setturi li jipprovdu servizzi ta’ trasport
pubbliku li l-Ministru f’xi ordni bħal dak jispeċifika (hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa "settur tat-trasport pubbliku") kumitat
esekuttiv u konsultattiv li għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att u għad-direttivi ta’ l-Awtorità  - 
(a) jagħti parir lill-Awtorità  dwar kull ħaġa li għandha
x’taqsam jew li tkun konnessa mas-settur tat-trasport
pubbliku li dwaru jkun twaqqaf magħdudin proposti
għall-iżvilupp u rijorganizzazzjoni ta’ dak is-settur;
(b) jagħti parir lill-Awtorità  dwar il-patti u kundizzjonijiet
ta’ servizz ta’ l-impjegati f’dak is-settur;
(ċ) ikun responsabbli biex jissorvelja l-esekuzzjoni malajr
tal-policy u d-deċiżjonijiet l-oħra ta’ l-Awtorità  dwar
dak is-settur.
Kull kumitat esekuttiv u konsultattiv ikollu wkoll dawk il-
funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu mogħtija jew delegati lilu mill-
Awtorità  jew minn xi liġi.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), il-
membri tal-kumitat esekuttiv u konsultattiv għandhom jinħatru
mill-Awtorità  u għandhom jibqgħu fil-kariga tagħhom għal dak iż-
żmien u b’dawk il-patti u kundizzjonijiet kif l-Awtorità  tista’ tqis
xierqa.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4)(a), u tas-subartikoli
(5) u (8) ta’ l-artikolu 3 għandhom igħoddu mutatis mutandis għall-
membri tal-kumitati esekuttivi u konsultattivi iżda kull riferenza
għall-Ministru fis-subartikolu (8) ta’ dak l-artikolu għandha, għall-
iskop ta’ dan l-artikolu, tiftiehem bħala riferenza għall-Awtorità .
(4) Kull kumitat esekuttiv u konsultattiv għandu jkun kompost
minn dawn il-membri:
(a) membru wieħed li jkun jirrappreżenta l-Awtorità , li
jkun Chairman;
(b) membru wieħed maħtur wara li l-Awtorità  tkun talbet
l-opinjoni ta’ rappreżentanti ta’ sidien ta’ vetturi tat-
trasport pubbliku u ta’ prinċipali fis-settur tat-trasport
pubbliku konċernat;
(ċ) membru wieħed maħtur wara li l-Awtorità  tkun talbet
l-opinjoni ta’ rappreżentanti ta’ mpjegati f’dak is-
settur;
  12      KAP. 332. ħ       AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTA
(d) membru wieħed li jirrappeżenta l-pubbliku in ġenerali; 
(e) membru wieħed maħtur mill-Awtorità  li taġixxi skond
il-parir tal-Ministru.
(5) Kull kumitat esekuttiv u konsultattiv għandu jżomm minuti
tal-laqgħat kollha tiegħu u għandu jibgħat kopji ta’ dawk il-minuti
lill-Awtorità . Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 għandhom
jgħoddu mutatis  mutandis għall-kumitat u l-egħmil jew
proċedimenti tiegħu.
IL-BORD GĦAX-XOGĦOL FIT-TRASPORT PUBBLIKU
Għamla u 
funzjonijiet tal-
Bord għax-Xogħol 
fit-Trasport 
Pubbliku. 
15. (1) Għandu jkun hemm Bord li jkun magħruf bħala l-Bord
għax-Xogħol fit-Trasport Pubbliku li jkun magħmul minn
Chairman u żewġ membri oħrajn.
(2) Iċ-Chairman ta’ l-Awtorità  għandu jkun iċ-Chairman tal-
Bord. Wieħed mill-membri l-oħra tal-Bord jinħatar mill-Awtorità
wara li tkun talbet l-opinjoni ta’ rappreżentanti ta’ prinċipali fis-
servizz tat-trasport pubbliku u l-membru l-ieħor jinħatar mill-
Awtorità  wara li tkun talbet l-opinjoni ta’ rappreżentanti ta’
impjegati fis-servizz tat-trasport pubbliku; u l-imsemmija żewġ
membri l-oħra tal-Bord għandhom jintgħażlu hekk li
jirrappreżentaw b’mod ugwali, fil-fehma ta’ l-Awtorità , l-interessi
tal-prinċipali u ta’ l-impjegati.
(3) Il-membri tal-Bord, barra ċ-Chairman, għandhom jibqgħu
fil-kariga tagħhom għal dak iż-żmien u b’dawk il-patti u
kundizzjonijiet kif l-Awtorità  tista’ tqis xieraq.
(4) Il-Bord għandu jkollu dawk il-funzjonijiet li jistgħu
jingħatawlu b’xi liġi u għandu jwettaq dawk il-funzjonijiet skond
id-disposizzjonijiet ta’ xi liġi bħal dik.
(5) L-ispejjeż tal-Bord għandhom jitħallsu mill-fondi ta’ l-
Awtorità .
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI
Setgħa ta’ self jew 
ġbir ta’ kapital.
16. Biex taqdi kull funzjoni tagħha skond dan l-Att, l-Awtorità
tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru mogħtija wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, tissellef
jew tiġbor flus b’dak il-mod, mingħand dik il-persuna, korp jew
awtorità , u taħt dawk il-patti u kundizzjonijiet li l-Ministru, wara
konsultazzjoni kif intqal qabel, jista’ japprova bil-miktub.
Avvanzi mill-
Gvern.
17. Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jagħmel avvanzi lill-Awtorità  ta’
dawk is-somom li hu jaqbel li jkunu meħtieġa mill-Awtorità  biex
taqdi kull funzjoni tagħha skond dan l-Att, u jista’ jagħmel dawk l-
avvanzi fuq dawk il-patti u kundizzjonijiet li, wara l-imsemmija
konsultazzjoni, jidhirlu xierqa. Kull avvanzi bħal dawk jistgħu jsiru
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi mill-Fond Konsolidat, u
mingħajr approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, b’warrant iffirmat
minnu li jawtorizza lill-Accountant General biex jagħmel dawk l-
avvanzi.
AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTAġ K AP. 332.    13
Estimi ta’ l-
Awtorità . 
Emendat: 
XI.1992.4.
18. (1) L-Awtorità  għandha tieħu ħsieb tħejji f’kull sena
finanzjarja, u għandha mhux iktar tard minn sitt ġimgħat wara li
tgħaddi kull sena bħal dik tadotta, estimi tad-dħul u nfiq ta’ l-
Awtorità  għas-sena finanzjarja li taħbat minnufih wara:
Iżda l-estimi għall-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità
għandhom jitħejjew u jiġu adottati sa dak iż-żmien li l-Ministru
jista’ b’avviż bil-miktub lill-Awtorità  jispeċifika.
(2) Fit-tħejjija ta’ dawk l-estimi l-Awtorità  għandha
tikkunsidra kull fondi u flejjes oħra li jkollhom jitħallsu lilha mill-
Fond Konsolidat matul is-sena finanzjarja rilevanti, sew bis-saħħa
ta’ dan l-Att jew b’att ta’ approprjazzjoni jew b’xi liġi oħra; u l-
Awtorità  għandha wkoll tħejji l-imsemmija estimi hekk li tiżgura li
d-dħul totali ta’ l-Awtorità  jkun għall-anqas biżżejjed biex jitħallsu
s-somom kollha li għandhom jitħallsu mill-kont tad-dħul tagħha,
magħdud, iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dik it-tifsira,
deprezzament.
(3) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandu jkun
fihom dak it-tagħrif u dawk il-paraguni mas-snin ta’ qabel kif jista’
jordna l-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(4) Kopja ta’ l-estimi għandha, malli jiġu adottati mill-
Awtorità , tintbagħat minnufih mill-Awtorità  lill-Ministru u lill-
Ministru responsabbli għall-finanzi.
(5) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità , u mhux iktar
tard minn sitt ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi
mingħand l-Awtorità  (jew, jekk f’xi żmien matul dak il-perijodu il-
Kamra ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien sitt ġimgħat mill-bidu tas-
sessjoni li tiġi minnufih wara), jieħu ħsieb li dawk l-estimi
jitqiegħdu quddiem il-Kamra flimkien ma’ mozzjoni li l-Kamra
tapprova l-imsemmija estimi. Għandha tingħata mhux aktar minn
seduta waħda biex il-Kamra tiddiskuti dik il-mozzjoni; u kemm dik
il-mozzjoni kif ukoll l-approvazzjoni ta’ l-estimi mill-Kamra
jistgħu jkunu b’emendi għall-estimi jew mingħajr emendi.
L-infiq ikun skond 
l-estimi approvati.
19. (1) Ma jista’ jsir ebda nfiq mill-Awtorità  kemm-il darba
ma jkunx approvat mill-Kamra kif provdut fl-artikolu 18.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu - 
(a) sakemm igħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja, jew sakemm ikun hemm l-approvazzjoni
ta’ l-estimi għal dik is-sena mill-Kamra, skond liema
tkun l-ewwel data, l-Awtorità  tista’ tagħmel infiq biex
taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att ta’ mhux
iktar b’kollox minn nofs l-ammont approvat mill-
Kamra għas-sena finanzjarja ta’ qabel;
(b) infiq approvat dwar kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, isir dwar kap jew sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) dwar l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità  tista’
tagħmel infiq sakemm jiġu approvati l-estimi għal dik
  14      KAP. 332. ħ       AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTA
is-sena mill-Kamra ta’ mhux iżjed b’kollox mill-
ammonti li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’,
wara konsultazzjoni mal-Ministru, jippermetti;
(d) jekk dwar xi sena finanzjarja jinsab li l-ammont
approvat mill-Kamra ma jkunx biżżejjed jew tinqala’
l-ħtieġa għal infiq li ma jkunx provdut għalih fl-estimi,
l-Awtorità  tista’ tadotta estimi supplimentari għall-
approvazzjoni tal-Kamra u, sakemm tingħata dik l-
approvazzjoni iżda bil-kundizzjoni li din tingħata, l-
Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru
responsabbli għall-finanzi mogħtija wara
konsultazzjoni mal-Ministru, tagħmel l-infiq relattiv
jew dik il-parti minnu li l-Ministru imsemmi jista’
hekk japprova; u f’kull każ bħal dak id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att applikabbli għall-estimi
għandhom japplikaw kemm jista’ jkun prattikabbli
għal estimi supplimentari.
Pubblikazzjoni ta’ 
estimi approvati. 
20. L-estimi u l-estimi supplimentari kollha ta’ l-Awtorità
approvati mill-Kamra għandhom, malajr kemm jista’ jkun, jiġu
pubblikati fil-Gazzetta.
Kontijiet u 
verifika. 
Emendat:
XVI.1997.8.
21. (1) L-Awtorità  għandha tieħu ħsieb li żżomm kontijiet
xierqa u records oħra dwar ix-xogħol tagħha, u għandha tieħu ħsieb
li tħejji dikjarazzjoni ta’ kontijiet dwar kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu verifikati minn
uditur jew udituri nominati mill-Awtorità  u approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, wara
konsultazzjoni mal-Ministru, jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet ta’ l-
Awtorità  jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali li għal
dan il-għan ikollu s-setgħa li jagħmel kull verifika fiżika u l-
verifiki l-oħra li jidhirlu meħtieġa.
(3) Wara li tispiċċa kull sena finanzjarja, u mhux aktar tard
mid-data li fiha l-estimi ta’ l-Awtorità  jintbagħtu lill-Ministru
skond l-artikolu 18, l-Awtorità  għandha tieħu ħsieb li kopja tad-
dikjarazzjoni tal-kontijiet verifikata kif imiss tintbagħat lill-
Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi flimkien ma’
kopja ta’ kull rapport magħmul mill-udituri fuq dak il-prospett jew
il-kontijiet ta’ l-Awtorità .
(4) Il-Ministru għandu jieħu ħsieb li kopja ta’ kull
dikjarazzjoni u rapport bħal dawk jitqiegħdu quddiem il-Kamra
flimkien mal-mozzjoni mqiegħda quddiem il-Kamra skond l-
artikolu 18.
Depożitu ta’ dħul u 
ħlasijiet mill-
Awtorità . 
22. (1) Il-flejjes kollha miġbura mill-Awtorità , għandhom
jitqiegħdu f’bank jew f’banek maħtura bħala bankiera ta’ l-
Awtorità  b’riżoluzzjoni ta’ l-Awtorità . Dawk il-flejjes għandhom,
safejn dan jista’ jsir, jitħallsu f’dak il-bank minn ġurnata għall-
oħra, ħlief dik is-somma li l-Awtorità  tista’ tawtorizza li tinżamm
biex jitħallsu spejjeż żgħar u ħlasijiet ta’ flus li jsiru fil-pront.
(2) Il-ħlasijiet kollha mill-fondi ta’ l-Awtorità , barra minn
AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTAġ K AP. 332.    15
spejjeż żgħar li ma jkunux aktar minn somma stabbilita mill-
Awtorità , għandhom isiru minn dak l-uffiċjal jew minn dawk l-
uffiċjali ta’ l-Awtorità  li l-Awtorità  tista’ taħtar jew issemmi għal
hekk.
(3) Ċekkijiet kontra w irtirar minn kull kont tal-bank ta’ l-
Awtorità  għandhom ikunu ffirmati minn dak l-uffiċjal ta’ l-
Awtorità  li jista’ jiġi maħtur jew imsemmi għal hekk mill-Awtorità
u għandhom ikunu kontro ffirmati miċ-Chairman jew minn dak il-
membru jew uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità  kif jista’ jiġi awtorizzat
mill-Awtorità  għal hekk.
(4) L-Awtorità  għandha wkoll tipprovdi dwar -
(a) il-mod li bih u l-uffiċjal jew l-uffiċjali li minnhom
għandhom jiġu awtorizzati jew approvati l-ħlasijiet; 
(b) l-isem ta’ kull kont miżmum mal-bank jew banek li
fihom il-flus ta’ l-Awtorità  għandhom jitħallsu, u t-
trasferiment ta’ fondi minn kont għal ieħor;
(ċ) il-metodu li għandu jintuża fil-ħlasijiet mill-fondi ta’
l-Awtorità ,
u b’mod ġenerali dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mat-tiżmim u
l-kontroll xieraq ta’ kontijiet u kotba, u l-kontroll tal-finanzi, ta’ l-
Awtorità .
Kuntratti għall-
provvista ta’ 
xogħlijiet. 
23. Bla ħsara għal kull direttivi mogħtija mill-Ministru skond
l-artikolu 6(1), l-Awtorità  m’għandhiex, ħlief bl-approvazzjoni tal-
Ministru mogħtija għal raġunijiet speċjali u wara konsultazzjoni
mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, tagħti jew tidħol f’xi
kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew materjal jew għall-
esekuzzjoni ta’ xogħlijiet, jew għall-prestazzjoni ta’ servizzi, għall-
Awtorità  jew għall-vantaġġ tagħha, li jkunu stmati mill-Awtorità  li
jkunu jiswew aktar minn tlett elef liri ħlief wara li jkun ġie
pubblikat avviż tal-ħsieb ta’ l-Awtorità  li tidħol fil-kuntratt u wara
li jkunu ħarġu offerti.
Rapport annwali.
wara li tispiċċa kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-
Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi, rapport li
b’mod ġenerali jittratta dwar l-attivita jiet ta’ l-Awtorità  matul dik
is-sena finanzjarja u li jkun fih dak it-tagħrif dwar it-tmexxija u l-
policy ta’ l-Awtorità  kif kull wieħed mill-Ministri msemmija jista’
jeħtieġ minn żmien għal żmien. Il-Ministru għandu jara li kopja ta’
kull rapport bħal dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra malajr
kemm jista’ jkun.
Eżenzjoni mit-
taxxa.
Sostitwit: 
XV.1995.9.
25. L-Awtorità  tkun ħielsa minn kull obbligu għall-ħlas ta’
taxxa fuq l-income u taxxa tal-boll skond xi liġi li tkun għaż-żmien
fis-seħħ.
MIXXELLANJI 
Persuni meqjusa 
uffiċjali pubbliċi. 
Kap. 9.
26. Il-membri ta’ l-Awtorità , il-membri tal-kumitati esekuttivi
u konsultattivi u l-uffiċjali u l-impjegati kollha ta’ l-Awtorità
għandhom jitqiesu li huma uffiċjali w impjegati pubbliċi skond it-
tifsira tal-Kodiċi Kriminali.
  16      KAP. 332. ħ       AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTA
Setgħa li tagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
XI.1992.5;
XXIII. 2000.28.
27. (1) Il-Ministru jista’ wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità  u
bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ xi liġi li tirregola t-traffiku ta’
vetturi, jagħmel regolamenti dwar kull waħda mill-funzjonijiet li
għandha l-Awtorità .
(2) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħa hawn qabel
imsemmija, regolamenti bħal dawn jistgħu, b’mod partikolari,
jipprovdu -
(a) għar-reġistrazzjoni ta’ karrozzi jew vetturi bil-mutur
oħra u l-għoti, tiġdid, trasferiment, sospensjoni u
tħassir ta’ liċenzi dwar karrozzi jew vetturi bil-mutur
oħra, is-sewwieqa tagħhom, il-kundutturi ta’ motor
buses, garaxxijiet tal-kiri ta’ karozzi, u għal dawk il-
liċenzi l-oħra dwar karrozzi jew vetturi bil-mutur oħra
u min jużahom kif jista’ jinħtieġ;
(b) biex jipprovdu għal kif għandha ssir talba għall-għoti,
tiġdid jew trasferiment ta’ liċenzi jew ta’ xi klassi
minnhom, jew iżjed minn klassi waħda; għal dak li
għandu jkun hemm fit-talba; għal kif dawk il-liċenzi
għandhom jingħataw, jiġġeddu jew jiġu trasferiti; il-
għamla li biha dawn il-liċenzi għandhom jinħarġu,
x’għandu jkun fihom, u kif it-tiġdid jew it-trasferiment
għandhom jintwerew;
(ċ) biex jistabbilixxu kemm għandhom idumu jiswew il-
liċenzi jew xi klassi minnhom jew iżjed minn klassi
waħda;
(d) biex jipprovdu sabiex ikun żgurat illi liċenzi jew xi
klassi minnhom jew iżjed minn klassi waħda jagħlqu
f’jum jew jiem imsemmijin;
(e) biex jordnaw illi xi klassi min-nies bil-liċenza jew
iżjed minn klassi waħda għandhom ikollhom fuqhom
badges li jissemmew u jintgħarfu sewwa, biex
jistabbilixxu kemm għandu jitħallas għal dawk il-
badges, u biex jaħsbu għal ħwejjeġ oħra dwar hekk;
(f) biex jippreskrivu s-servizzi li għandhom jingħataw
minn vettura tat-trasport pubbliku, il-ħin, il-mod u l-
kundizzjonijiet li fihom jew taħthom dawk is-servizzi
għandhom jingħataw u l-post minn fejn ordnijiet,
ftehim jew arranġamenti oħra għal dawk is-servizzi
għandhom jingħataw jew isiru, u biex jeħtieġu t-
tqassim fost is-sidien ta’ vetturi tat-trasport pubbliku,
jew ta’ dik il-parti minnhom kif jista’ jiġi preskritt fir-
regolamenti, ta’ kull nollijiet, drittijiet u riċevuti oħra
miġbura minnhom, bil-mod, bil-patti u bil-
kundizzjonijiet preskritti fir-regolamenti;
(g) dwar il-bini, tagħmir, stat u manutenzjoni ta’ karrozzi
jew vetturi bil-mutur oħra u dwar l-eżami kull tant
żmien tagħhom minn esperti uffiċjali;
(h) dwar il-klassifikazzjoni ta’ karrozzi jew vetturi bil-
mutur oħra skond l-użu tagħhom kif approvat mill-
Awtorità ;
AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTAġ K AP. 332.    17
(i) biex jiġi ordnat il-wiri ta’ xi tagħrif fil-parti ta’ ġewwa
ta’ karrozzi jew vetturi bil-mutur oħra;
(j) biex jiġu stabbiliti r-reġistri li għandhom jinżammu
minn persuni b’liċenzi ta’ vetturi tat-trasport pubbliku,
u t-tagħrif li għandu jingħata minn dawn il-persuni;
(k) biex jikkontrollaw , jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-
passaġġ jew il-waqfien ta’ karrozzi jew vetturi bil-
mutur oħra minn jew fuq xi triq prinċipali, triq, sqaq,
pjazza jew post ieħor ta’ mogħdija pubblika;
(l) dwar pedestrian crossings u għar-restrizzjoni jew il-
kontroll tal-moviment ta’ pedestrians fi, matul jew
min-naħa għall-oħra ta’ xi triq prinċipali, triq jew
imkien ieħor ta’ mogħdija pubblika;
(m) b’mod ġenerali għall-kontroll jew l-użu ta’ karrozzi
jew vetturi bil-mutur oħra fit-triq u għar-regolament
tat-traffiku ta’ karrozzi jew vetturi bil-mutur oħra;
(n) dwar l-amministrazzjoni u s-superviżjoni ta’ servizzi
tat-trasport pubbliku u għaż-żamma u twettiq ta’
dixxiplina fuq dawk is-servizzi;
(o) biex jiġu preskritti dawk il-kundizzjonijiet ta’ xogħol
fis-servizzi tat-trasport pubbliku għall-ħarsien ta’ l-
interessi ta’ mpjegati tat-trasport pubbliku;
(p) biex jistabbilixxu liema drittijiet għandhom jinġabru
dwar l-għoti, tiġdid jew trasferiment ta’ liċenzi jew ta’
xi klassi minnhom jew ta’ iżjed minn klassi waħda,
sew billi jgħidu minn l-ewwel kemm għandu jitħallas
jew billi jgħidu kif l-għadd tal-ħlas għandu jinħadem;
u biex jaħsbu għal drittijiet li għandhom jinġabru dwar
perijodi maqtugħin:
Iżda regolamenti minn dawk maħsubin f’dan il-
paragrafu jistgħu jistabbilixxu l-inqas u l-ogħla dritt li
għandu jinġabar dwar liċenzi jew xi klassi minnhom
jew iżjed minn klassi waħda, u meta jsir hekk l-għadd
tad-dritt li għandu jinġabar f’kull każ għalih għandu
jkun iffissat mill-Awtorità  fid-diskrezzjoni tagħha;
(q) biex jipprovdu dwar ir-radd lura ta’ drittijiet, jew ta’ xi
sehem minnhom, imħallsin bis-saħħa tad-disposiz-
zjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti li jsiru
taħtu;
(r) biex jippreskrivi tariffa ta’ nollijiet dwar vetturi u
servizzi tat-trasport pubbliku;
(s) biex jistabbilixxu d-drittijiet għall-provdiment ta’ xi
servizz jew il-maniġġar ta’ servizz mill-Awtorità  jew
minn xi persuna f’isimha jew taħt l-awtorità  tagħha,
inkluz, mingħajr pregudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak
kollu hawn aktar qabel imsemmi, kull dritt jew
ħlasijiet oħra għal xi servizz li jkollu x’jaqsam mar-
regolament ta’ xi attività  mill-Awtorità ;
(t) għall-għemil ta’ xi depożitu jew l-għoti ta’ xi garanzija
  18      KAP. 332. ħ       AWTORITÀ DWARIT-TRASPORTTA’ MALTA
sabiex jiġi żgurat it-twettiq ta’ xi obbligazzjoni li xi
persuna jista’ jkollha imposta fuqha bħala kondizzjoni
ta’ xi permess, awtorizzazzjoni jew liċenza taħt dan l-
Att;
(u) għar-regolament tat-trasport pubbliku u t-trasport ta’
oġġetti b’mod ġenerali, inkluż l-għemil ta’ kodiċijiet
ta’ prattika li għandhom jiġi osservati dwar xi ħaġa
minn persuni involuti f’dawk l-attivitajiet;
(v) għall-implimentazzjoni aħjar ta’ xi waħda mill-
funzjonijiet ta’ l-Awtorità  skond id-dispożizzjonijiet
ta’ dan l-Att;
(w) biex jistabbilixxu l-pieni li jista’ jeħel kull min jikser
xi regolamenti magħmulin taħt dan l-Att:
Iżda ebda piena bħal dik ma għandha tkun iżjed
minn multa ta’ ħamest elef lira jew priġunerija għal
perijodu ta’ sitt xhur jew dik il-multa u l-priġunerija
flimkien.
Emendata:
A.L. 280 ta’ l-
2002.
SKEDA 
ġ Artikolu 5(2) 
Direttorati
Bla ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Ministru taħt l-artikolu 5(2),
għandu jkun hemm dawn id-Direttorati li ġejjin -
1. Direttorat għal Liċenzi u Testijiet  -  li jkollu r-
responsabbiltà  li jagħmel kull ma jkun meħtieġ u spedjenti għall-
ittestjar, reġistrazzjoni u liċenzjar ta’ vetturi bil-mutur u s-
sewwieqa tagħhom.
2. Direttorat għat-Toroq  -  li jkollu r-responsabbiltaà  għall-
okkupazzjoni, bini u manutenzjoni ta’ toroq u li jistabbilixxi
standards u speċifikazzjonijiet dwar xogħlijiet konnessi mat-toroq.
3. Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku  -  li jkollu r-
responsabbiltà  li jkabbar kemm jista’ l-effiċjenza u s-sigurezza tat-
traffiku fit-triq.
4. Direttorat għat-Trasport Pubbliku  -  li jkollu r-
responsabbiltà  li jipprovdi, jiżgura u jġib ’il quddiem il-provdiment
ta’ sistema tat-trasport pubbliku integrata sew, fis-sigur,
ekonomika u effiċjenti.
5. Direttorat għas-Servizzi Korporattivi - li jkollu r-
responsabbiltà  li jipprovdi riżorsi legali, finanzjari, umani komuni
u servizzi amministrattivi li jkunu meħtieġa għall-funzjonament kif
imiss ta’ l-Awtorità .
6. Direttorat għal Strateġija fit-Trasport - li jkollu r-
responsabbiltà  għall-integrazzjoni tar-riċerka dwar it-trasport u l-
ippjanar dwar l-infrastruttura, l-iżvilupp u l-koordinament tal-
politka dwar it-trasport, u l-aspetti edukattivi tat-trasport fuq l-art fi
ħdan l-Awtorità .
