PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    1
KAPITOLU 334
ATT DWAR IL-PORTIJIET ĦIELSA TA’ MALTA
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ sistema ta’ Portijiet Ħielsa f’Malta u biex jirregola l-
operazzjoni tagħha.
20 ta’ April, 1990
L-ATT XXVI ta’ l-1989, kif emendat bl-Avviż Legali 103 ta’ l-1995, u bl-Atti X ta’ l-1997,
IV ta’ l-2001 u IV ta’ l-2003.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I.  Preliminari  l-2 
Taqsima II.  Portijiet Ħielsa  3-4 
Taqsima III.  Awtorità  dwar Portijiet Ħielsa  5-10 
Taqsima IV.  Kumpanniji b’Liċenza  11-15 
Taqsima V.  Reġim Fiskali  16-24 
Taqsima VI.  Arranġamenti Amministrattivi  25-30 
Taqsima VII.  Reati u pieni  31-35
SKEDA
  2      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
TAQSIMA I
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan huwa l-Att dwar il-Portijiet
Ħielsa ta’ Malta.
Tifsir.
Emendat:
X. 1997.2;
IV. 2001.35.
Kap. 281.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"accountant u uditur pubbliku ċertifikat" tfisser individwu li
għandu warrant biex jaġixxi f’din il-kapaċità , maħruġ taħt l-Att
dwar il-Professjoni ta’ l-Accountancy, jew soċjetà  ta’ individwi
bħal dawk reġistrata taħt l-imsemmi Att;
Kap. 123.
Kap. 372.
"l-Atti dwar it-Taxxi" hija riferenza kollettiva għall-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income u għall-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa;
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  dwar il-Portijiet Ħielsa kostitwita
taħt l-artikolu 5;
Kap. 337. 
"dazju tad-dwana" tfisser id-dazju mitlub jew li għandu jitħallas
taħt l-Att dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni;
"Kontrullur" tfisser il-Kontrullur tad-Dwana u tinkludi kull
persuna oħra li jkollha s-setgħa espressa jew impliċita li tagħmel
flok il-Kontrullur hawn fuq imsemmi fl-esekuzzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"korp ta’ persuni" tfisser kull soċjetà , għaqda, xirka jew
assoċjazzjoni oħra ta’ persuni, sew jekk ikollhom personalità  legali
sew jekk le;
"kumpannija" tfisser -
Kap. 386. (i) soċjetà  kostitwita taħt l-Att dwar il-Kumpanniji,
li tkun soċjetà  en nom collectif, en commandita
jew kumpannija b’responsabbiltà  limitata;
(ii) korp ta’ persuni kostitwit, jew reġistrat barra
minn Malta, u ta’ xorta simili għas-soċjetajiet
hawn aktar qabel imsemmija;
(iii) soċjetà  koperattivadebitament reġistrata bħala
tali taħt il-liġi idonea li f’dak il-waqt tkun isseħħ
f’Malta;
"kumpannija b’liċenza" tfisser kumpannija mogħtija liċenza
mill-Awtorità  biex topera ġewwa Port Ħieles taħt l-artikolu 11;
"liġijiet tas-sisa" tfisser:
l-Att ta’ l-1993 dwar id-Dazju tas-Sisa fuq il-Birra*; u
Kap. 382. l-Att dwar Dazju tas-Sisa;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Portijiet Ħielsa; 
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni;
"Port Ħieles" tfisser kull area f’Malta kompriża f’żona ta’ Port
Ħieles skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 3; 
*Imħassar bl-Att XVI ta’ l-1995 (Kapitolu 382). 
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    3
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmulin taħt dan l-
Att;
Kap. 123.
Kap. 372.
"taxxa fuq l-income" tfisser it-taxxa mitluba jew li għandha
titħallas taħt l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income u l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa.
(2) Kull riferenza f’dan l-Att għal xi liġi jew disposizzjoni
tagħha għandha tiftiehem bħala riferenza għal dik il-liġi jew
disposizzjoni li tkun fis-seħħ minn żmien għal ieħor u għandha
tinkludi riferenza għal kull liġi li tissostitwixxi dik il-liġi jew
disposizzjoni (magħduda l-imposizzjoni ta’ kull taxxi, ikunu xi
jkunu, li jkunu analogi ma’ jew f’sostituzzjoni għal dawk li jinsabu
f’dawk il-liġijiet jew disposizzjonijiet) u għal kull leġislazzjoni
sussidjarja magħmula taħtha.
(3) Kliem u espressjonijiet użati f’dan l-Att b’riferenza għal xi
liġi oħra, għandhom, safejn ikun meħtieġ biex jagħtu effett lil dan
l-Att, u konsistentement mad-disposizzjonijiet tiegħu, ikollhom l-
istess tifsir bħalma għandhom fil-liġi li b’riferenza għaliha huma
wżati f’dan l-Att.
Kap. 276.
(4) Kull riferenza f’dan l-Att għal reat kriminali kommess
barra minn Malta, jew kontra l-liġi ta’ pajjiż ieħor li ma jkunx
Malta, jew għal xi att li jekk ikun magħmul f’Malta jkun reat
kriminali kontra l-liġi ta’ Malta għandha tiftiehem bħala limitata
għal reati li jkunu reati ta’ estradizzjoni għall-finijiet ta’ l-artikolu
5 ta’ l-Att dwar l-Estradizzjoni.
(5) F’dan l-Att, u f’kull regolament magħmul taħtu, jekk ikun
hemm konflitt bejn it-test Ingliż u t-test Malti, għandu jipprevali t-
test Ingliż.
TAQSIMA II 
PORTIJIET ĦIELSA
Dikjarazzjoni ta’ 
Portijiet Ħielsa. 
3. (1) L-arei ta’ Malta kif murija fil-pjanta transunta mis-
Segretarju Ġenerali tal-Gvern ta’ Malta, fl-atti tan-Nutar Prinċipali
tal-Gvern, Dr. Franco Pellegrini, tal-25 ta’ April, 1989, għandhom,
għall-finijiet u skopijiet kollha ta’ dan l-Att u ta’ kull liġi oħra,
jikkostitwixxu żoni ta’ Port Ħieles. L-imsemmija arei huma
indikati fil-pjanta li tinsab fl-Iskeda.
(2) Il-Prim Ministru jista’, b’ordni approvat b’riżoluzzjoni tal-
Kamra tad-Deputati, u ppubblikata fil-Gazzetta, jemenda l-Iskeda li
tinsab ma’ dan l-Att:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27 għandhom
japplikaw bħal kull emenda ta’ l-Iskeda li biha xi area bħal dik jew
parti minnha ma tibqax tkun żona ta’ Port Ħieles:
  4      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
Kap. 88.
Iżda wkoll ebda art ma għandha tiġi nkluża f’Port Ħieles
kemm-il darba dik l-art ma tkunx, minnufih qabel l-inklużjoni
tagħha, miżmuma mill-Gvern taħt titolu ta’ proprjetà  assoluta, jew
tkun għaddejja mill-proċess ta’ akkwist mill-Gvern taħt dak it-
titolu skond l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet
Pubbliċi; u fil-każ ta’ l-aħħar id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32
ta’ l-imsemmija Ordinanza ma għandhomx japplikaw:
Iżda wkoll, meta art tkun ġiet inkluża f’żona ta’ Port Ħieles
kif imsemmi qabel, din għandha tkun vestita fl-Awtorità  bis-saħħa
ta’ dan l-Att mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalità  oħra taħt l-istess
titolu li taħtu kienet miżmuma mill-Gvern, u fejn l-art tkun għadha
fil-proċess ta’ akkwist kif imsemmi qabel, l-akkwist jitkompla
mill-Gvern u ma’ l-akkwist tagħha tiġi nvestita fl-Awtorità  bis-
saħħa ta’ dan l-Att mingħajr il-ħtieġa ta’ xi formalità  oħra.
Eżenzjoni minn 
ċerta leġislazzjoni. 
Kap. 268. 
4. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Trasferiment ta’
Artijiet tal-Gvern ma għandhomx japplikaw għal xi art kif definita
fl-artikolu 2 ta’ l-imsemmi Att meta dik l-art tkun sitwata ġewwa
Port Ħieles.
Kap. 283.  (2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att li Jirregola l-Ġarr ta’
Merkanzija bil-Baħar ma għandhomx japplikaw għal merkanzija
maħtuta jew mgħobbija f’Port Ħieles.
TAQSIMA III 
AWTORITÀ  DWAR PORTIJIET ĦIELSA
Awtorità  dwar 
Portijiet Ħielsa.
Emendat:
X. 1997.3. 
Kap. 168.
5. (1) Il-Malta  Freeport Corporation Limited,  kumpannija
b’responsabbiltà  limitata (Nru. C9353) reġistrata taħt l-Ordinanza
dwar Soċjetajiet Kummerċjali* fil-25 ta’ Jannar, 1988, għandha
titqies li ġiet kostitwita taħt dan l-Att u għandha tikkostitwixxi l-
Awtorità  dwar Portijiet Ħielsa, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-
Att imsejħa "l-Awtorità ".
Kap. 168.
(2) Id-drittijiet u l-obbligi kollha jkunu xi jkunu ta’ l-
imsemmija Malta Freeport Corporation Limited imwaqqfa u
reġistrata taħt l-Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali* kif
imsemmi qabel, u kull ħaġa magħmula mill-imsemmija kumpannija
għandhom, wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu, jitqiesu li huma
drittijiet u obbligi ta’, u ħwejjeġ magħmula minn, l-Awtorità .
(3) L-Awtorità  jkollha d-dmir u l-funzjoni li:
(a) tamministra l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-
Portijiet Ħielsa bil-għan li ġġib ’il quddiem l-iżvilupp
ekonomiku ta’ Malta billi tinkoraġġixxi t-twaqqif ta’
intrapriżi industrijali u ekonomiċi fihom;
(b) li tikkoordina mal-Ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern
kollha kif ukoll mal-korpijiet u awtoritajiet l-oħra
kollha stabbiliti b’liġi fl-applikazzjoni tad-
*Imħassra bl-Att XXV ta’ l-1995 (Kap. 386).
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    5
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6(2);
(ċ) tagħti parir lill-Gvern dwar kull materja li jkollha
x’taqsam ma’ Portijiet Ħielsa;
(d) li tagħmel dawk l-atti l-oħra kollha li jistgħu jkunu
meħtieġa jew li jwasslu għall-ksib ta’ xi wħud minn
jew l-għanijiet kollha msemmija.
(4) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3), il-Ministru jista’ jagħti lill-Awtorità  dawk is-
setgħat ta’ sorveljanza u setgħat esekuttivi, u jista’ jimponi fuq l-
Awtorità  dawk il-kundizzjonijiet, obbligi u restrizzjonijiet skond
kif ikun jidhirlu meħtieġ għat-twaqqif, żvilupp, manutenzjoni,
operazzjoni, direzzjoni, kontroll u konservazzjoni ta’ Portijiet
Ħielsa b’mod sewwa u li jrendi.
Kap. 386. 
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, l-
Awtorità  għandha tkompli tkun regolata mill-memorandum u l-
istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha, u mill-Att dwar il-Kumpanniji,
b’mod iżda illi:
(a) l-Awtorità  ma tiġix xolta jew magħquda b’fużjoni ma’
kumpannija oħra;
(b) l-Awtorità  ma għandhiex tibdel il-memorandum jew l-
istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha, kemm-il darba dak it-
tibdil ma jiġix l-ewwel approvat b’riżoluzzjoni tal-
Kamra tad-Deputati; u
(ċ) ebda azzjoni fl-Awtorità  ma għandha tiġi allokata ħlief
lill-membri preżenti tal-kumpannija, u ebda tibdil fil-
proprjetà  ta’ azzjonijiet fl-Awtorità  li jagħtu d-dritt
għall-votazzjoni f’laqgħa ġenerali jew li xort’oħra
jaħtru diretturi ma għandu jsir kemm-il darba dik l-
allokazzjoni jew dak it-tibdil ma jkunx awtorizzat
b’riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati.
(6) L-Awtorità  għandha kull sena tippubblika fil-Gazzetta u
f’żewġ gazzetti li joħorġu ta’ kuljum f’Malta l-Kont ta’ Qligħ u
Telf u l-Karta tal-Bilanċ, verifikati minn accountant u uditur
pubbliku ċertifikat, flimkien man-noti kollha għalihom, sa mhux
aktar tard minn sitt xhur wara d-data ta’ l-accounting tagħha. Dak
ir-rapport għandu, flimkien ma’ kopja ta’ rapport tal-Bord tad-
Diretturi ta’ l-Awtorità , jitqiegħed mill-Ministru fuq il-Mejda tal-
Kamra tad-Deputati mhux aktar tard minn xahrejn wara li jsiru;
b’dana illi jekk il-Kamra ma tkunx qed tiltaqa’ fiż-żmien meta
jagħlqu dawk x-xahrejn, dawn għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda
tal-Kamra mhux aktar tard minn ġimgħa wara li terġa’ tiltaqa’.
(7) L-Awtorità  għandha tagħti lill-Ministru l-faċilitajiet kollha
biex jikseb informazzjoni dwar il-proprjetà  u l-attivitajiet tagħha, u
għandha tipprovdih bi prospetti, kontijiet u informazzjoni oħra
dwar dik il-proprjetà  u dawk l-attivitajiet, u tagħtih faċilitajiet
għall-verifika ta’ l-informazzjoni hekk fornuta b’dak il-mod u
f’dawk iż-żminijiet li l-Ministru jista’ jitlob.
(8) Il-Ministru jista’ wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità , jagħti
lill-Awtorità  direttivi ta’ karattru ġenerali li ma jkunux
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u l-Awtorità
  6      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
għandha tagħti effett lil kull direttiva bħal dik.
Setgħat ta’ l-
Awtorità .
Emendat:
X. 1997.4.
6. (1) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħat mogħtija lill-
Awtorità  b’dan l-Att, l-Awtorità  tista’ -
(a) tagħmel dawk l-atti kollha li jistgħu jkunu meħtieġa
jew li jistgħu jwasslu għall-ksib ta’ l-għanijiet,
dmirijiet u obbligi ta’ l-Awtorità ;
(b) tidħol fi ftehim ma’ kumpanniji li jkunu qed ifittxu li
tingħatalhom liċenza biex joperaw f’Port Ħieles;
(ċ) talloka arei, spazji, fabbriki, mollijiet, u kull faċilità
jew struttura oħra li jistgħu jkunu disponibbli f’Port
Ħieles b’dawk il-kundizzjonijiet li l-Awtorità
tistabbilixxi bħala xierqa:
Iżda l-Awtorità  ma’ tistax b’titolu ta’ bejgħ jew
b’titolu ieħor simili titrasferixxi xi proprjetà  immobbli
li tkun ġewwa Port Ħieles:
Iżda wkoll, enfitewsi għal żmien għal mhux iżjed
minn ħamsin sena m’għandux jitqies li jkun titolu
simili għal bejgħ;
(d) teżerċita, taqdi u twettaq dawk is-setgħat, dmirijiet u
funzjonijiet kollha li jkunu b’dan l-Att jew taħt dan l-
Att vestiti fl-Awtorità  jew assenjati jew delegati lill-
Awtorità ;
(e) tistabbilixxi l-kera, ħlasijiet, drittijiet u imposti oħra li
għandhom jitħallsu f’Port Ħieles jew f’konnessjoni
ma’ xi aspett ta’ Port Ħieles jew tas-servizzi u
faċilitajiet offruti taħtu;
(f) b’avviż fil-Gazzetta, tagħmel regoli għall-kontroll u d-
direzzjoni ta’ Port Ħieles u l-attivitajiet kollha
mmexxija fih jew li jkollhom x’jaqsmu miegħu;
(g) tagħmel dawk l-atti l-oħra kollha li jkun inċidentali
jew konsegwenzjali għall-eżerċizzju, qadi u twettiq
tas-setgħat, dmirijiet u funzjonijiet tagħha taħt dan l-
Att.
(2) L-Awtorità  għandha, minkejja kull liġi oħra iżda bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tkun iċ-ċentru u l-mezz li fih u
bih il-Ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern kollha u l-korpi jew
awtoritajiet l-oħra kollha stabbiliti b’liġi għandhom jaġixxu fil-
materji kollha għar-rigward tal-Portijiet Ħielsa kollha u l-
attivitajiet kollha konnessi magħhom, u għar-rigward ta’
kumpanniji li jkollhom liċenza, jew li jkunu qed ifittxu li
tinħarġilhom liċenza mill-Awtorità , u bħala ċ-ċentru u l-mezz li bih
kull kumpannija bħal dik għandha tapplika għal u tikseb xi
permess, liċenza jew awtorizzazzjoni oħra, jew kull ħaġa oħra li
tkun teħtieġ, u li bih għandha tikkomunika ma’ kull awtorità  hawn
fuq imsemmija:
Iżda dan is-subartikolu ma għandux jiftiehem li jfisser illi
xi investigazzjoni, spezzjon jew att simili ieħor li xi awtorità  bħal
dik tista’ tqis li jkun meħtieġ li jsir u kull informazzjoni li dik l-
awtorità  tista’ teħtieġ, għall-finijiet ta’ xi waħda mill-funzjonijiet
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    7
taħt il-liġi, għar-rigward ta’ kumpannija b’liċenza, għandha ssir
jew tinkiseb mill-Awtorità :
Iżda wkoll dan is-subartikolu ma għandux jiftiehem li
jnaqqas mis-setgħat u d-dmirijiet ta’ xi Ministeru, dipartiment tal-
Gvern jew ta’ xi korp jew awtorità  oħra stabbilita b’liġi għar-
rigward ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ difiża, ordni
pubbliku u saħħa.
(3) L-Awtorità  jkollha d-dmir li tmexxi l-funzjonijiet mogħtija
lilha bis-subartikolu (2) mingħajr dewmien u b’mod effiċjenti; u
jkun id-dmir partikolari tagħha li tassigura li kull att jew ħaġa li
jkunu jridu jsiru bis-saħħa tas-subartikolu fuq imsemmi jsiru għas-
sodisfazzjon tal-Ministeru, dipartiment, korp jew awtorità  oħra li
għalihom tkun mitluba taġixxi.
Ftehim li tidħol 
fihom l-Awtorità . 
7. Kull ftehim li l-Awtorità  tidħol fih skond l-artikolu 6(1)(b)
għandu jsir bil-miktub, u kull ftehim bħal dak ikun jikkostitwixxi
kuntratt li jorbot għall-finijiet ta’ l-artikolu 27.
Provvediment ta’ 
strutturi 
industrijali, eċċ. 
8. (1) Meta l-Awtorità  tkun sodisfatta li fil-każ ta’
kumpannija b’liċenza biex topera f’Port Ħieles hija tkun
konsistenti mal-miri u l-għanijiet tal-policy li taħtha l-Port Ħieles
kien ikun ġie kostitwit, l-Awtorità  tista’ tipprovdi għall-kumpannija
bini industrijali, strutturi u art fil-Port Ħieles magħduda, taħt dawk
il-kundizzjonijiet li jiġu miftiehma, bini industrijali u strutturi
mibnija jew olterati skond il-ħtiġiet tal-kumpannija relattiva:
Iżda proprjetà  immobbli f’Port Ħieles ma għandhiex tiġi
trasferita lil kumpannija b’liċenza taħt xi titolu għal żmien li jkun
itwal miż-żmien tal-liċenza, oriġinali jew imtawla, tal-kumpannija
li lilha tiġi hekk trasferita u li t-titolu li taħtu tiġi trasferita xi
proprjetà  immobbli bħal dik għandu jittermina awtomatikament
mat-terminazzjoni tal-liċenza tal-kumpannija li lilha tkun hekk
trasferita.
(2) Il-bini industrijali u strutturi maħsuba fis-subartikolu (1)
għandhom jinkludu b’mod partikolari fabbriki, imħażen (sew jekk
ikunu refriġerati sew jekk le), arei ta’ magazzinaġġ, tined, tankijiet,
pipelines u dak it-tagħmir kummerċjali u industrijali li jista’ jkun
meħtieġ.
(3) L-Awtorità  għandha wkoll tipprovdi dik il-proprjetà
immobbli f’Port Ħieles taħt dawk il-kundizzjonijiet skond kif ikun
jixraq għall-finijiet ta’ l-artikolu 9.
Provvediment ta’ 
servizzi.
9. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġijiet applikabbli,
jekk ikun hemm, ikun id-dmir ta’ l-Awtorità  li tassigura li kull Port
Ħieles ikun provdut b’dawn is-servizzi li ġejjin, jiġifieri:
(a) provvista ta’ kurrent elettriku; 
(b) ilma tax-xorb u ilma ieħor; 
(ċ) servizzi postali;
(d) telekomunikazzjonijiet;
(e) servizzi bankarji u ta’ assigurazzjoni; 
(f) servizzi tat-tifi tan-nar;
  8      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
(g) arranġamenti għad-disponiment mill-iskart; 
(h) sistemi adegwati ta’ toroq;
(i) mollijiet, bankini u strutturi simili oħra;
(j) trasport għall-merkanzija u għall-passiġġieri għall-, u
mill-Port Ħieles;
(k) sistemi ta’ sigurtà , magħduda dwal pubbliċi adegwati.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha titqies li timpedixxi
lill-Awtorità  milli tipprokura l-provvediment ta’ dawk is-servizzi l-
oħra li jistgħu jkunu meħtieġa għat-tmexxija sewwa ta’ xi Port
Ħieles, jew li teżoneraha mid-dmir tagħha li tipprokura l-
provvediment tagħhom.
Ċertifikati ta’ 
oriġini u ta’ 
assenza ta’ 
manipulazzjoni.
10. (1) L-Awtorità  tista’, wara li tikkunsidra t-trasformazzjoni
sostanzjali li tkun saret fl-identità  ta’ merkanzija jew oġġetti u l-
valur miżjud permezz ta’ xi proċessar jew operazzjoni oħra li ssir
f’Port Ħieles, toħroġ ċertifikat li jindika li Malta tkun il-pajjiż ta’
oriġini ta’ kull merkanzija jew oġġetti bħal dawk.
(2) L-Awtorità  tista’, meta tkun hekk sodisfatta, toħroġ
ċertifikat fis-sens illi xi merkanzija jew oġġetti li jkunu ġew
trasbordati minn ġo Port Ħieles ma jkunux ġew manipulati fil-Port
Ħieles b’mod li tinbidel l-identità  tagħhom.
(3) Ebda persuna ma tkun tista’, kemm-il darba ma tkunx l-
ewwel kisbet ċertifikat mill-Awtorità  skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu, tindika b’xi mod li -
(a) merkanzija jew oġġetti li jkunu ġew mgħoddija minn
xi proċess jew trasformazzjoni oħra tkun li tkun f’Port
Ħieles ikollhom Malta bħala l-oriġini tagħhom;
jew li
(b) xi merkanzija jew oġġetti trasbordati minn ġo Port
Ħieles ma jkunux ġew manipulati fil-Port Ħieles. 
TAQSIMA IV
KUMPANNIJI B’LIĊENZA
Kumpanniji 
b’liċenza.
11. (1) L-Awtorità  tista’ tagħti liċenzi lil kumpanniji biex
f’Port Ħieles imexxu kummerċ jew negozju li prinċipalment ikun: 
(a) it-tikkettjar, l-ipakkjar, l-għażil, id-dħul f’depożt, il-
magazzinaġġ, l-esibizzjoni jew l-immuntar ta’ xi
oġġetti, materjal, merkanzija, tagħmir, impjant jew
makkinarju; jew
(b) kull attività  purament konnessa mat-tmexxija ta’ Port
Ħieles magħduda, iżda mhux limitata għal, ħatt u
tagħbija, xogħol fuq il-moll, tħaddim ta’ terminals u
maniġġ ta’ containers; jew
(ċ) l-għoti ta’ servizzi li jkunu analogi jew komplimentari
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    9
għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu (a), 
u l-istatus bħala kumpannija b’liċenza ikun ippruvat bil-ħruġ ta’
liċenza għal dan il-għan mill-Awtorità .
(2) Ebda kumpannija ma tingħata liċenza maħsuba b’dan l-Att
kemm-il darba l-attivitajiet tagħha ma jkunux, fil-fehma ta’ l-
Awtorità , kollha kemm huma jew fil-biċċa l-kbira tagħhom
immexxija jew eżerċitati ġewwa Port Ħieles.
(3) Għall-fini tas-subartikolu (2), dawn l-attivitajiet li ġejjin,
immexxija jew eżerċitati ’l barra minn Port Ħieles minn
kumpannija b’liċenza, ma għandhomx jitqiesu li jmorru kontra r-
regola fih imniżżla:
(a) id-direzzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kumpannija, il-
kummerċ, in-negozju jew proprjetà  u ż-żamma tagħha; 
(b) l-esekuzzjoni ta’ dokumenti, operazzjonijiet, negozjati
jew ftehim li jkollhom x’jaqsmu mal-kummerċ jew
negozju tal-kumpannija;
(ċ) it-transitu ta’ oġġetti jew merkanzija oħra għal u minn
Port Ħieles.
(4) L-Awtorità  jkollha l-jedd esklussiv li toħroġ liċenzi lil
kumpanniji biex joperaw f’Port Ħieles. Il-liċenzi u l-benefiċċji li
jkunu marbutin magħhom jingħataw biss lil kumpanniji li jmexxu
attivitajiet li jġibu ’l quddiem l-għanijiet ta’ Portijiet Ħielsa.
Kumpannija ma 
tibqax tkun 
kumpannija 
b’liċenza 
minħabba 
f’attivitajiet 
illegali.
12. (1) L-Awtorità  għandha tħassar il-liċenza ta’ kull
kumpannija li tmexxi xi attività , jew ikollha xi income li jkun ġej
lilha jew li taqla’, li jkun jikkonsisti fi jew joriġina minn xi
operazzjoni jew attività  oħra li tkun reat kriminali kontra l-liġi ta’
Malta, jew li tkun reat bħal dak jekk issir f’Malta, jew li tkun
laqgħet għandha jew ikollha fil-pussess jew kontroll tagħha flus
jew proprjetà  oħra li l-fatt li tkun irċeviethom, il-proprjetà
tagħhom, il-pussess jew kontroll tagħhom huwa, jew ikun, reat bħal
dak.
(2) L-income, flus u l-proprjetà  l-oħra kollha kif imsemmija
fis-subartikolu (1) ikunu suġġetti għal qbid u jiġu konfiskati favur
l-Awtorità  u jsiru l-proprjetà  assoluta tagħha:
Kap. 37. 
Iżda kull persuna li tkun tixtieq tikkontesta dak il-qbid jew
dik il-konfiska tista’ tħarrek lill-Awtorità  quddiem il-Prim’Awla tal
Qorti Ċivili u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 73 ta’ l-Ordinanza
tad-Dwana għandhom japplikaw għal dik l-azzjoni, b’dana illi kull
riferenza f’dak l-artikolu għall-Kontrullur u għall-Ordinanza
għandha tinqara u tiftiehem bħala riferenza għall-Awtorità  u għal
dan l-Att, rispettivament.
Oġġetti f’Portijiet 
Ħielsa.
13. (1) Fil-ħruġ ta’ liċenzi għal operazzjonijiet f’Port Ħieles,
l-Awtorità  għandha tassigura li Port Ħieles ikun miftuħ għall-
oġġetti kollha, irrispettivament mix-xorta, kwantità , pajjiż ta’
oriġini, konsenja jew destinazzjoni tagħhom; lanqas ma għandu
jkun hemm xi limitu ta’ żmien li matulu l-oġġetti jistgħu jinżammu
f’Port Ħieles.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) - 
  10      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
(a) il-Gvern u l-Awtorità  jkollhom is-setgħa li jimponu
dawk il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet skond kif
ikun jidhrilhom ġustifikat għal raġunijiet ta’ moralità
pubblika, ordni pubbliku jew sigurtà  pubblika, il-
protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, ta’ l-
annimali u tal-pjanti, il-protezzjoni tat-teżori
nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku,
jew il-protezzjoni ta’ proprjetà  industrijali jew
kummerċjali;
(b) l-Awtorità  jkollha s-setgħa li titlob li oġġetti perikolużi
jew li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal oħrajn jew li, għal xi
raġuni tkun xi tkun, ikunu jinħtieġu faċilitajiet
speċjali, jitqiegħdu f’postijiet mgħammra apposta biex
jilqgħu dawk l-oġġetti.
Operazzjonijiet 
riżervati f’Portijiet 
Ħielsa. 
14. (1) L-Awtorità  ma toħroġx liċenza lil xi kumpannija għall-
finijiet ta’ l-artikolu 11 jekk il-kumpannija, fil-fehma ta’ l-
Awtorità , tkun qed teżerċita xi operazzjonijiet konnessi ma’ spirti
alkoħoliċi, prodotti tat-tabakk jew dawk l-oġġetti l-oħra li l-
Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien tistabbilixxi b’avviż fil-
Gazzetta, kemm-il darba l-operazzjonijiet relattivi ma jkunux
immexxija minn manifattur konoxxut ta’ l-oġġetti.
(2) L-Awtorità  ma għandha tippermetti li tiġi utilizzata ebda
parti minn Port Ħieles bħala maħżen ta’ depożt għal skopijiet ta’
dazju tad-dwana dwar oġġetti li jkunu ġew jew li jkunu se jiġu
importati f’Malta iżda ’l barra minn Port Ħieles.
(3) L-Awtorità  ma għandhiex toħroġ liċenza lil xi kumpannija
kemm-il darba ma tkunx sodisfatta li dik il-kumpannija tkun qed
tokkupa, taħt xi titolu validu bil-liġi, jew tkun qed titħalla tuża
mill-Awtorità  proprjetà  immobbli f’Port Ħieles kemm waħedha jew
flimkien ma’ kumpanniji oħra b’liċenza.
(4) L-Awtorità  tista’ tippermetti kull persuna, tkun min tkun, li
tidħol u topera f’Port Ħieles, ukoll jekk dik il-persuna, għal xi
raġuni jew oħra, ma tkunx tista’ tkun kumpannija b’liċenza għall-
finijiet ta’ l-artikolu 11 ta’ dan l-Att jekk, fil-fehma ta’ l-Awtorità  -
(a) ikun utili, meħtieġ jew li jwassal għal żvilupp u
ffunzjonar aħjar ta’ Port Ħieles li dik il-persuna
titħalla tidħol u topera f’dak il-Port Ħieles; jew
(b) permess u dħul kif intqal qabel ikunu meħtieġa skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9.
Certifikati u 
drittijiet.
15. (1) L-Awtorità  tista’ minn żmien għal ieħor toħroġ
ċertifikati skond kif ikun jidhrilha xieraq li juru li l-kumpannija,
jew kumpannija li tkun qiegħda tiġi ffurmata, tkun, jew għad tkun,
kumpannija b’liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u dak
iċ-ċertifikat ikun xiehda konklussiva għall-finijiet ta’ l-artikolu 24
u għall-finijiet kollha ta’ dan l-Att, u għall-materji kollha relatati,
korollarji jew anċillari, illi dik il-kumpannija għandha, jew għad
ikollha, dik il-liċenza.
(2) Ħlief jekk ma jiġix preskritt xort’oħra mill-Ministru fi jew
wara l-ħames anniversarju ta’ din il-liġi, dritt ta’ elf lira għall-ħruġ
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    11
tal-liċenza għandu jitħallas lill-Awtorità  minn kull kumpannija li
lilha tkun inħarġet liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
u minn hemm ’il quddiem jitħallas dritt annwali ta’ l-istess ammont
f’kull anniversarju ta’ l-għoti tal-liċenza lill-kumpannija:
Iżda ebda bdil fid-dritt li jitħallas għal liċenza ma għandu
jkollu effett qabel ma tgħaddi sena mill-pubblikazzjoni ta’ dak il-
bdil fil-Gazzetta.
TAQSIMA V 
REĠIM FISKALI
Eżenzjoni mit- 
taxxa tad-dwana u 
mil-liġijiet tas-sisa.
Emendat:
X. 1997.5.
16. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-oġġetti
kollha mportati f’Port Ħieles minn kumpannija b’liċenza jew mill-
Awtorità  jkunu eżentati mit-taxxa tad-dwana:
Iżda - 
(a) dawk l-oġġetti jiġu mportati esklussivament għall-
kostruzzjoni, bdil, rikostruzzjoni jew estensjoni ta’
bini jew struttura industrijali ġewwa Port Ħieles jew
għal xi estensjoni tiegħu, jew sabiex isiru tiswijiet
f’dak il-bini industrijali jew struttura jew fl-estensjoni
tagħhom, jew ikunu jikkonsistu f’tagħmir, spare parts,
makkinarju jew impjant, li jkunu jinsabu f’dak il-bini
industrijali jew struttura jew f’estensjoni tagħhom, jew
ikunu maħsuba għat-tqegħid ġdid ta’ xi tagħmir,
makkinarju jew impjant f’xi bini industrijali jew
struttura bħal dawk jew f’estensjoni tagħhom, u fil-
każijiet kollha għall-għanijiet ta’ l-Awtorità  jew tal-
kummerċ jew negozju mmexxi jew li jkun maħsub li
jitmexxa mill-kumpannija; jew
(b) dawk l-oġġetti jkunu materja prima, komponenti,
prodotti intermedji, by-products, oġġetti mhux lesti
għal kollox, jew oġġetti oħra mportati għall-għanijiet
li għalihom il-kumpannija tkun ingħatat liċenza mill-
Awtorità  skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Kull kumpannija li timporta f’Port Ħieles xi oġġetti ħielsa
mid-dazju tad-dwana skond is-subartikolu (1), għandha - 
(a) iżżomm records sewwa u suffiċjenti ta’ l-oġġetti li hija
hekk timporta; u
(b) tippermetti lill-Awtorità  li fil-ħinijiet kollha
raġonevoli tispezzjona dawk ir-records u li jkollha
aċċess għal kull post tal-kumpannija sabiex teżamina
dawk l-oġġetti li hija tista’ taħseb li jkunu qegħdin
hemm ġew u sabiex tkun sodisfatta mill-eżattezza ta’
dawk ir-records.
(3) Ebda oġġetti mportati f’Port Ħieles mill-Awtorità  jew minn
kumpannija b’liċenza ħielsa mid-dazju tad-dwana skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhom jinbiegħu,
  12      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
jingħataw jew xort’oħra jitneħħew ħlief lill-Awtorità  jew
kumpannija oħra b’liċenza ħlief -
(a) b’ri-esportazzjoni minn Malta, sew fl-istess stat ta’
meta kienu ġew importati, sew xort’oħra, jew, suġġett
għal dawk ir-restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni li
kienu japplikaw kieku dawk l-oġġetti kienu ġew
importati minn barra minn Malta, bi trasferiment
f’Malta ’l barra minn Port Ħieles wara l-ħlas tad-dazju
tad-dwana skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(6); jew
(b) fil-każ ta’ bini industrijali jew struttura li għall-
kostruzzjoni, bdil, rikostruzzjoni, estensjoni jew
tagħmir tagħhom dak l-oġġett ikun ġie mportat f’Port
Ħieles lill-persuna li għaliha jkun inbena dak il-bini
industrijali jew struttura; jew
(ċ) fil-każ ta’ materjal, komponenti jew aċċessorji
mportati f’Port Ħieles għal xi għan imsemmi fl-
artikolu 11(1) - 
(i) jekk ikunu nkorporati fl-oġġetti jew
kommoditajiet li dwarhom ikunu ġew importati;
jew
(ii) bla ħsara għal dawk ir-restrizzjonijiet dwar l-
importazzjoni li kienu jkunu japplikaw kieku
dawk l-oġġetti kienu ġew importati minn barra
minn Malta, bi trasferiment f’Malta ’l barra
minn Port Ħieles wara l-ħlas ta’ l-ammont ta’
dazju tad-dwana li kien ikun irid jitħallas ma’ l-
importazzjoni ta’ dak il-materjal jew ta’ dawk il-
komponenti ħlief għas-subartikolu (1).
(4) Meta oġġetti mportati f’Port Ħieles mill-Awtorità  jew minn
kumpannija b’liċenza ħielsa mid-dazju tad-dwana jinbiegħu, jiġu
mogħtija jew xort’oħra jitneħħew lill-Awtorità  jew lil kumpannija
b’liċenza skond is-subartikolu (3), dawk l-oġġetti allura għandhom,
għall-finijiet ta’ dan l-Att, jitqiesu li jkunu ġew importati mill-
Awtorità  jew mill-kumpannija li lilha jinbiegħu, jingħataw jew li
xort’oħra jiġu mgħoddija lilha.
(5) Bla ħsara għal dawk il-kundizzjonijiet u l-għoti ta’ dik il-
garanzija li huwa jista’ jistabbilixxi, il-Kontrullur għandu - 
(a) jippermetti li l-oġġetti kollha ddestinati għal Port
Ħieles jiġu żbarkati f’Malta ħielsa mid-dazju tad-
dwana:
Iżda fil-każi kollha, dawk l-oġġetti għandhom
(kemm-il darba ma jkunx permess xort’oħra mill-
Kontrullur) jiġu trasferiti ġewwa l-Port Ħieles fi żmien
sebat ijiem tax-xogħol minn meta jkunu ġew żbarkati;
(b) jippermetti t-transitu ta’ l-oġġetti kollha ddestinati
għall-esportazzjoni minn Port Ħieles għal xi port jew
ajruport f’Malta mingħajr il-ħlas tad-dazju tad-dwana
fuqhom:
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    13
Iżda l-imsemmija oġġetti għandhom (kemm-il
darba ma jkunx permess xort’oħra mill-Kontrullur)
jiġu mgħobbija fuq bastiment jew inġenju ta’ l-ajru fi
żmien sebat ijiem tax-xogħol minn meta jkunu ħarġu
minn Port Ħieles.
Kap. 337. 
(6) Kull meta xi oġġetti li jkunu daħlu f’Port Ħieles ħielsa mid-
dazju tad-dwana skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jiġu
trasferiti minn ġo Port Ħieles u jibqgħu f’Malta xort’oħra milli
għall-għan maħsub fis-subartikolu (5)(b) jew, jekk ikunu proprjetà
ta’ l-Awtorità , biex jintużaw mill-Awtorità  skond id-dmirijiet jew
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att ’il barra minn Port Ħieles, dawk l-
oġġetti għandhom, minnufih malli jiġu hekk trasferiti, jitqiesu li
jkunu ġew importati f’Malta u jkunu suġġetti għall-ħlas tad-dazju
tad-dwana skond id-disposizzjonijiet relattivi ta’ l-Att dwar id-
Dazji ta’ Importazzjoni fejn ikun japplika:
Iżda fil-każ ta’ xi oġġetti li jkunu ġew proċessati f’Port
Ħieles u li jkunu jikkwalifikaw għal ċertifikar bħala li jkunu ġew
magħmula f’Malta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10, ix-
xorta ta’ l-oġġetti, il-valur u l-kwantità  li jkunu jridu jitqiesu fl-
iffissar tad-dazju tad-dwana għandhom, fuq it-talba tal-persuna li
għandha tħallas id-dazju, ikunu dawk li kienu jittieħdu
f’konsiderazzjoni kieku l-oġġetti ma kienux ġew proċessati kif
intqal qabel.
(7) Meta d-dazju tad-dwana jkun tħallas dwar xi oġġetti ma’ l-
importazzjoni tagħhom f’Malta, ebda talba għal ħlas lura ta’ dak
id-dazju ma għandha ssir minħabba biss li dawk l-oġġetti jiġu aktar
tard trasferiti ġewwa Port Ħieles.
(8) Il-liġijiet dwar is-sisa ma għandhomx japplikaw għal xi
oġġetti prodotti f’Port Ħieles kemm-il darba dawk l-oġġetti ma
jkunux ġew imdaħħla biex jiġu kkunsmati f’Malta ’l barra minn
Port Ħieles.
Protezzjoni għad-
dazji tad-dwana u 
tas-sisa.
17. (1) L-Awtorità  għandha - 
(a) tassigura illi kull Port Ħieles ikun mgħammar
b’sistemi adegwati ta’ kontroll biex ma titħalliex issir
evażjoni mid-dazji tad-dwana u tas-sisa li jkunu jridu
jitħallsu lill-Gvern ħlief għad-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att;
(b) tassigura li kull area dikjarata bħala Port Ħieles skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tkun magħluqa kif
għandu jkun; u
(ċ) tistabbilixxi l-punti ta’ dħul u ħruġ tiegħu,
u f’kull materja bħal dik l-Awtorità  għandha tikkonforma mal-
ħtiġiet kollha tal-Kontrullur dwarhom, kemm-il darba l-Prim
Ministru ma jordnax xort’oħra.
(2) Il-persuni kollha li jidħlu f’Port Ħieles minn kull post
f’Malta ’l barra minn żona ta’ Port Ħieles jew iħallu Port Ħieles
ħlief għal destinazzjoni barra minn Malta b’xi oġġetti għandhom
iwieġbu dawk il-mistoqsijiet li l-Kontrullur jista’ jagħmlilhom
għar-rigward ta’ l-oġġetti msemmija u għandhom, jekk ikunu
  14      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
mitluba mill-Kontrullur, jippreżentaw dawk l-oġġetti biex jiġu
eżaminati f’dak il-post li l-Kontrullur jista’ jordna.
(3) Fil-ħin li vettura tkun dieħla jew ħierġa minn Port Ħieles,
il-Kontrullur jista’ jitla’ fuq il-vettura u jagħmel tfittxija f’kull
parti tagħha.
(4) L-Awtorità  ma għandha tħalli lil ħadd jirrisjedi ġewwa Port
Ħieles.
(5) L-Awtorità  tista’ tiċħad dħul għal Port Ħieles lil kull
persuna li ma tipprovdix dawk il-garanziji li jkun jidhrilha
meħtieġa dwar l-applikazzjoni kif imiss ta’ xi regoli, regolamenti
jew ordnijiet dwaru.
(6) Kull kumpannija b’liċenza għandha tagħmel disponibbli
lill-Awtorità  dawk ir-records bil-miktub li jkollhom x’jaqsmu ma’
l-oġġetti li tkun qed timporta jew li tkun sejra timporta f’Port
Ħieles skond kif ikun meħtieġ għall-identifikazzjoni tax-xorta,
kwantità  u pajjiż ta’ oriġini, konsenja u destinazzjoni tagħhom,
liema records għandhom ikunu disponibbli biex jiġu spezzjonati
mill-Kontrullur.
(7) Il-Ministru jista’, bil-parir ta’ l-Awtorità , b’regolamenti
ppubblikati fil-Gazzetta, jagħmel provvedimenti għar-rigward tad-
dħul ta’ oġġetti fi u l-ġarr ta’ oġġetti minn Port Ħieles, u ż-żamma,
protezzjoni u t-trattament ta’ oġġetti li jkunu ġewwa Port Ħieles.
(8) Bla ħsara għall-ġeneralità  tas-subartikolu (7), ir-
regolamenti li jsiru taħtu jistgħu jagħmlu disposizzjonijiet - 
(a) biex titħalla ssir id-distruzzjoni ta’ oġġetti f’Port
Ħieles mingħajr il-ħlas ta’ dazji tad-dwana u tas-sisa,
f’dawk iċ-ċirkostanzi u suġġett għal dawk il-
kundizzjonijiet li l-Awtorità  tista’ tistabbilixxi;
(b) li jitlob li operazzjonijiet speċifikati ġewwa Port
Ħieles għandhom isiru b’dak il-mod u suġġett għal
dawk ir-restrizzjonijiet li jistgħu jiġu mposti bi jew
taħt ir-regolamenti;
(ċ) li jistabbilixxi l-piena li tista’ tingħata minn xi qorti
f’każ ta’ nuqqas ta’ tħaris ta’ xi kundizzjonijiet jew
restrizzjonijiet imposti bis-saħħa tal-paragrafu (b):
Iżda dik il-piena ma għandhiex tkun iżjed minn
multa ta’ ħamest elef lira flimkien mal-konfiska ta’ l-
oġġetti li għalihom jirriferi r-reat;
(d) li jispeċifika l-informazzjoni li għandha tingħata lill-
Awtorità  dwar oġġetti mportati f’Port Ħieles u l-forma
li fiha, il-persuni li minnhom, u ż-żmien li fih,
għandha tingħata dik l-informazzjoni.
Eżenzjoni mit- 
taxxa fuq l-income.
Emendat:
X. 1997.6.
18. (1) Kumpannija b’liċenza tkun eżentata mill-ħlas tat-taxxa
fuq l-income fuq il-qligħ jew profitti li hija tikseb minn kummerċ
jew negozju mmexxija f’Port Ħieles skond id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 11.
(2) Għall-finijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi, l-income jew parti
minnu ta’ xi kumpannija għal xi sena ta’ stima li dwaru topera l-
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    15
eżenzjoni mit-taxxa fuq l-income taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu jiġi kkalkulat b’dak il-mod li hemm muri fl-imsemmija
Atti u skond id-disposizzjonijiet tagħhom:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxi jinqabżu
jew jiġu sostitwiti kif ikun meħtieġ bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
(3) Imgħax u royalties imħallsa minn kumpannija b’liċenza
għar-rigward ta’ jew f’konnessjoni ma’ operazzjonijiet eżentati
mit-taxxa fuq l-income taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1)
ikunu wkoll eżentati mit-taxxa fuq l-income:
Iżda dik l-eżenzjoni ma tkunx tapplika meta imgħax jew
royalties jitħallsu lil persuna li tkun ordinarjament residenti jew
domiċiljata f’Malta.
Dividendi ħielsa 
mit-taxxa. 
19. (1) Id-dividendi kollha (jew parti minnhom) imqassmin
minn kumpannija b’liċenza mill-qligħ jew profitti, jew parti
minnhom, li, taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikunu ġew
meħlusa mill-ħlas tat-taxxa fuq l-income, ikunu eżentati mit-taxxa
fuq l-income f’idejn il-membri tal-kumpannija li jirċievu dik il-
kontribuzzjoni:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma
għandhomx japplikaw għal dividend imqassam lil persuna li tkun
ordinarjament residenti jew domiċiljata f’Malta.
(2) Meta dividend li għalih japplika s-subartikolu (1) jitqassam
lil membru li jkun ukoll kumpannija (f’dan is-subartikolu
msemmija bħala "it-tieni kumpannija"), l-imsemmi dividend ikun
xorta waħda jista’ jitqassam mit-tieni kumpannija lill-membri
tagħha stess f’għamla ta’ dividendi eżentati mit-taxxa fuq l-income
f’idejn min jirċevihom, u meta membru tat-tieni kumpannija jkun
ukoll kumpannija, id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan is-
subartikolu jkunu japplikaw mutatis mutandis daqs li kieku
riferenzi għall-ewwel kumpannija kienu riferenzi għal dak il-
membru, u l-prinċipju msemmi f’dan is-subartikolu għandu
jkompli jiġi applikat għal dak iż-żmien kollu li l-qligħ u l-profitti
jew parti minnhom li għalihom japplika dan l-artikolu jiġu
mqassma bħala dividendi:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu ma jibqgħux
japplikaw meta dividend jitqassam lil persuna li tkun ordinarjament
residenti jew domiċiljata f’Malta.
Eżenzjoni mit- 
taxxa tal-boll.
Emendat:
X. 1997.7. 
Kap. 364.
20. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti u Trasferimenti, ebda taxxa ma titħallas taħthom għar-
rigward ta’:
(a) l-allokazzjoni ta’ xi azzjonijiet jew stock maħruġa
ġodda ta’ kumpannija b’liċenza;
(b) ix-xiri, trasferiment, assenjazzjoni jew in-negozjar ta’
xi azzjoni jew stock ta’ dik il-kumpannija;
(ċ) ix-xiri, bejgħ jew trasferiment ieħor ta’ xi attiv minn
kumpannija b’liċenza jew mill-Awtorità , li ma jkunx
bejgħ jew trasferiment ieħor lil persuna domiċiljata
  16      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
jew ordinarjament residenti f’Malta kemm-il darba dik
il-persuna ma tkunx l-Awtorità  jew kumpannija oħra
b’liċenza;
(d) it-trasferiment ta’ xi ipoteka, mortgage, jew piż ieħor
fuq xi attiv ta’ kumpannija b’liċenza jew ta’ l-
Awtorità ; 
(e) valutazzjonijiet magħmula għal kumpannija b’liċenza
jew għall-Awtorità ;
(f) riċevuti mogħtija minn kumpannija b’liċenza jew mill-
Awtorità ;
(g) xi applikazzjoni li tiġi preżentata minn kumpannija
b’liċenza jew mill-Awtorità ;
(h) poloz ta’ l-assigurazzjoni maħruġa favur kumpannija
b’liċenza jew favur l-Awtorità .
Disposizzjonijiet 
transitorji dwar l-
artikoli 18, 19 u 20.
Miżjud:
IV. 2001.35.
Emendat:
IV. 2003.18.
20A. (1) B’seħħ minn dik id-data* li tista’ tiġi stabbilita mill-
Ministru b’Ordni fil-Gazzetta d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 18,
19 u 20 għandhom ikunu biss japplikaw għal kumpanniji li kellhom
liċenza taħt dan l-Att fil-jum li jiġi minnufih qabel dik id-data, u
dawk l-artikoli għandhom jibqgħu japplikaw għal dawn il-
kumpanniji sa u inkluża s-sena ta’ stima 2021.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), b’seħħ
mis-sena ta’ stima 2004, ebda persuna ma jkollha jedd għall-
benefiċċji provduti bl-artikoli 18 u 19, u b’seħħ mill-ewwel jum ta’
Jannar 2003 ebda persuna ma jkollha jedd għall-benefiċċji provduti
bl-artikolu 20:
Kap. 325.
Iżda persuna tista’ tikkwalifika għal dawk il-benefiċċji li
jistgħu jkunu applikabbli għaliha taħt l-Att dwar il-Promozzjoni
tan- Negozju.
Eżenzjoni mill-
kontroll fuq il-
kambju. 
Kap. 233.
21. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
kumpanniji b’liċenza jkunu eżentati mid-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar il-Kontroll fuq il-Kambju, sal-grad li dik l-eżenzjoni
tassigura:
(a) trasferimenti liberi u bla restrizzjoni ta’ kambju
barrani minn kumpanniji b’liċenza;
(b) li ma jiġu ffissati ebda limiti dwar iż-żamma ta’
azzjonijiet f’kumpanniji b’liċenza minn persuni mhux
residenti f’Malta;
(ċ) ripatrijazzjoni bla restrizzjoni ta’ dividendi mħallsin
minn kumpanniji b’liċenza meta d-dividendi jkunu
eżenti mit-taxxa fuq l-income skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 19;
(d) trasferimenti liberi ta’ azzjonijiet f’kumpanniji
b’liċenza;
(e) ripatrijazzjoni bla restrizzjoni tad-dħul mil-
likwidazzjoni ta’ kumpanniji b’liċenza;
*Ara l-Avviżi Legali 134  u 243 ta’ l-2001.
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    17
(f) dritt għal amministrazzjoni libera minn kumpanniji
b’liċenza tal-flus barranin tagħhom; u
(g) ir-ripatrijazzjoni bla restrizzjoni ta’ xi somma dovuta
bħala pagi jew salarji lil impjegati barranin imsemmija
fl-artikolu 22:
Iżda dawk l-eżenzjonijiet ma għandhomx japplikaw (ħlief
għal operazzjonijiet bankarji normali) għar-rigward ta’
operazzjonijiet magħmula ma’ persuni residenti f’Malta.
(2) L-eżenzjonijiet mogħtija bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jkunu
biss dovuti lil kumpanniji b’liċenza li fihom ċittadini Maltin
(inklużi kumpanniji) ikunu ntitolati għal anqas minn erbgħin fil-
mija tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ, eskluża kull
parti tiegħu li, la f’dawk li huma dividendi u lanqas f’dak li huwa
kapital, ikollha xi dritt għal parteċipazzjoni f’xi tqassim ta’ profitti
li jkunu akbar minn ammont speċifikat.
Impjegati barranin.
Emendat:
IV. 2001.35. 
Kap. 217. 
22. (1) L-Awtorità  tista’ tiċċertifika li individwu li ma jkunx
persuna eżentat taħt l-Att dwar l-Immigrazzjoni jikkontribwixxi,
jekk jingħata liċenza taħt l-imsemmi Att biex jimpjega ruħu ma’
kumpannija b’liċenza jew ma’ l-Awtorità , permezz tal-ħila u l-
esperjenza teknika jew amministrattiva tiegħu, għat-twaqqif,
żvilupp, manutenzjoni, operazzjoni, direzzjoni, kontroll u
konservazzjoni kif imiss u b’mod li jirrendi ta’ Port Ħieles jew ta’
l-Awtorità , u ta’ l-operazzjonijiet tagħhom.
Kap. 217. 
Kap. 123. 
(2) Meta, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Immigrazzjoni, individwu li ma jkunx domiċiljat f’Malta jew li,
jekk hekk domiċiljat, ma jkunx ordinarjament residenti f’Malta,
ikun impjegat ma’ kumpannija b’liċenza jew ma’ l-Awtorità , it-
taxxa fuq l-income fuq l-income taxxabbli ta’ dak l-individwu tkun
dovuta bir-rati maħsuba bl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, hekk
illi kull rata ta’ taxxa ta’ aktar minn 30 ċenteżmu fuq kull lira tiġi
mnaqqsa għal 30 ċenteżmu.
Kap. 318. 
(3) Individwi msemmija fis-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu li
jkunu mpjegati ma’ kumpannija b’liċenza jew ma’ l-Awtorità , u dik
il-kumpannija b’liċenza u l-Awtorità  għar-rigward ta’ dawk l-
individwi, ikunu ntitolati għal eżenzjoni mid-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali u ta’ xi liġi li tissostitwixxi dik il-liġi.
(4) L-oġġetti persunali wżati, inkluża motor car waħda adattata
għall-użu tal-familja, ta’ xi individwu msemmi fis-subartikolu (2)
ta’ dan l-artikolu, importati f’Malta mhux aktar tard minn sitt xhur
wara li jkun beda jirrisjedi f’Malta, jistgħu jiġu hekk importati
ħielsa mid-dazju tad-dwana:
Iżda dak id-dazju jkun irid jitħallas fuq kull ħaġa mportata
ħielsa mid-dazju taħt dan is-subartikolu jekk u meta dik il-ħaġa
tinbiegħ, tiġi assenjata jew xort’oħra trasferita lil persuna residenti
f’Malta:
Iżda wkoll b’seħħ minn dik id-data li tista’ tiġi stabbilita mill-
Ministru b’Ordni fil-Gazzetta, d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
għandhom ikunu biss japplikaw dwar importazzjonijiet li jkunu saru
qabel dik id-data.
  18      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
(5) B’seħħ minn dik is-sena ta’ stima* hekk kif tista’ tiġi stabbilita
mill-Ministru b’Ordni fil-Gazzetta, d-disposizzjonijiet tas-subartikoli
(2) u (3) għandhom ikunu biss japplikaw dwar rimunerazzjoni mħallsa
fis-sena li tiġi qabel dik is-sena ta’ stima u fl-erba’ snin ta’ stima li jiġu
wara, sakemm dik ir-rimunerazzjoni titħallas lil individwi li dwarhom
dan l-artikolu kien japplika fis-sena li tiġi qabel is-sena ta’ stima
stabbilita mill-Ministru kif imsemmi hawn aktar qabel.
Eżenzjoni mit-
taxxa tal-mewt u 
tad-donazzjoni. 
Kap. 239.
23. (1) Minkejja kull ħaġa li tinsab fl-Att dwar it-Taxxa tal-
Mewt u tad-Donazzjoni#, ebda taxxa ma titħallas taħt dak l-Att
dwar xi interess f’kumpannija b’liċenza li persuna tkun tippossjedi
meta- 
(a) dak l-interess ikun kompriż fi trasmissjoni taxxabbli
taħt l-imsemmi Att, u
(b) is-sid ta’ qabel ta’ dak l-interess qabel il-ġrajja tat-
trasmissjoni taxxabbli u s-sid il-ġdid wara l-ġrajja tat-
trasmissjoni jkunu t-tnejn persuni mhux domiċiljati
f’Malta, u
(ċ) l-interess ikun interess li għalih japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu japplikaw għal
interess f’kumpannija b’liċenza li jkun - 
(a) xi azzjoni fi jew obbligazzjoni ta’ dik il-kumpannija;
(b) xi dividend imqassam jew dovut li jitqassam mill-
imsemmija kumpannija;
(ċ) xi flus mislufa jew avvanzati lill-kumpannija u kull
kreditu ieħor ikun li jkun, irrispettivament mill-mod li
bih is-self jew l-avvanz ikun sar jew irriżulta, u l-
garanzija mogħtija għal hekk;
(d) xi imgħax fuq flus jew income ieħor imħallas jew
dovut li jitħallas mill-kumpannija qabel il-ġrajja tat-
trasmissjoni taxxabbli.
Regola ġenerali 
dwar l-
eżenzjonijiet. 
24. L-eżenzjonijiet maħsuba b’din it-Taqsima għandhom
japplikaw biss għal operazzjonijiet li jkunu rilevanti għall-għanijiet
li għalihom l-Awtorità  ġiet maħtura skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 5(1), jew li għalihom kumpannija tkun jew għad tkun
mogħtija liċenza skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(4).
*Ara l-Avviż Legali 134 ta’ l-2001.
#Imħassar Bl-Att XVI ta’ l-1993.
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    19
TAQSIMA VI 
ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI
Records u 
ċertifikar.
Emendat:
X. 1997.8. 
25. (1) Ebda eżenzjoni jew benefiċċju ieħor li jistgħu
jingħataw jew jinkisbu taħt dan l-Att ma jistgħu hekk jingħataw
jew jinkisbu u ebda jedd għalihom ma jkun jeżisti minkejja kull
ħaġa li tinsab f’dan l-Att ħlief jekk - 
(a) records u kontijiet sewwa u suffiċjenti, magħduda
dokumentazzjoni xierqa li ssaħħaħ l-istess ikunu ġew
miżmuma għall-perijodu relattiv, mill-kumpannija
b’liċenza li jkollha x’taqsam;
(b) ikunu nżammu kontijiet separati kif ikun meħtieġ biex
tiġi identifikata u kwantifikata l-eżenzjoni jew
benefiċċju;
(ċ) dawk il-kalkoli, prospetti, dikjarazzjonijiet,
partikolaritajiet jew dokumenti skond kif ikun meħtieġ
biex jiġi stabbilit b’mod ċar id-dritt għal eżenzjoni jew
benefiċċju jiġu preżentati kif imiss magħduda l-
preżentazzjoni tagħhom lill-Awtorità .
Kap. 386.
(2) Ebda talba, dikjarazzjoni, kont jew dokument, ikunu xi
jkunu, li b’xi mod ikunu konnessi mad-dritt jew dritt preżunt għal
xi eżenzjoni jew benefiċċju maħsub taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att ma jiġu kkunsidrati jew jittieħdu f’kunsiderazzjoni kemm-il
darba ma jkunux ġew ċertifikati minn accountant u uditur pubbliku
ċertifikat l-istess bħalma l-karta tal-bilanċ u l-kont ta’ qligħ u telf
ta’ kumpannija għandhom jiġu ċċertifikati skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Kumpanniji, u għall-finijiet ta’
dan is-subartikolu għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 179 u 181 ta’ l-imsemmi Att.
Informazzjoni 
meħtieġa mill-
Awtorità .
26. Kull kumpannija b’liċenza jew persuna oħra li turi jew li
tkun qed tfittex li tikseb jew tgawdi xi eżenzjoni jew benefiċċju
ieħor taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew li tkun kisbet dik l-
eżenzjoni jew benefiċċju ieħor, għandha - 
(a) tagħti lill-Awtorità  u lil kull awtorità  oħra dik l-
informazzjoni, dawk il-kontijiet, dikjarazzjonijiet u
dokumenti oħra li l-Awtorità  jew dik l-awtorità  oħra
jistgħu jqisu meħtieġa għall-finijiet ta’ dan l-Att;
(b) tattendi jew tibgħat rappreżentant biex jattendi
quddiem l-Awtorità  jew awtorità  oħra u twieġeb għal
kull mistoqsija legalment magħmula f’dik il-
konnessjoni;
(ċ) tipprovdi lill-Awtorità  jew awtorità  oħra b’aċċess
raġonevoli għall-fondi, postijiet, kotba u dokumenti
oħra kollha, u tħalli li jsiru kopji tagħhom.
Garanzija ta’ 
eżenzjonijiet u 
benefiċċji.
27. (1) Meta kumpannija b’liċenza jew l-uffiċjali jew
impjegati tagħha jingħataw jew isiru ntitolati għal eżenzjoni jew
benefiċċju ieħor skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandu
jitqies li jkun tnissel kuntratt bejn il-kumpannija jew l-uffiċjali jew
  20      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
impjegati tagħha u l-Gvern, jew l-Awtorità , skond il-każ, li
jiggarantixxi għal żmien ħmistax-il sena mill-għoti tal-liċenza
relattiva, l-għoti u t-tgawdija ta’ l-eżenzjoni relattiva jew
benefiċċju ieħor skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Meta xi eżenzjoni jew benefiċċju ieħor ma jkunux dovuti
bħala dritt taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att lil xi benefiċjarju,
iżda jkunu jiddependu mill-użu ta’ diskrezzjoni vestita f’xi persuna
jew awtorità , l-użu minn dik il-persuna jew awtorità  tad-
diskrezzjoni hekk vestita fiha favur benefiċjarju għandu
jikkostitwixxi kuntratt bejn il-benefiċjarju u l-Gvern, jew l-
Awtorità , skond il-każ, li jiggarantixxi għal żmien ħmistax-il sena
mill-użu ta’ dik id-diskrezzjoni, l-għoti u t-tgawdija ta’ l-eżenzjoni
jew benefiċċju ieħor skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Il-garanziji mogħtija b’dan l-artikolu għandhom japplikaw
ukoll kontra azzjoni retrospettiva, sew jekk b’leġislazzjoni jew
xort’oħra, li tista’ tannulla xi jeddijiet, eżenzjonijiet jew privileġġi
hekk garantiti.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu
mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ kontroll u
regolatorji stipulati f’dan l-Att.
(5) Kumpannija b’liċenza jew benefiċjarju ieħor jistgħu, f’kull
żmien, b’avviż bil-miktub, jagħżlu li ma jingħatawx jew li ma
jieħdux xi inċentiv jew benefiċċju li altrimenti jkun dovut lilha jew
lilu taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att. Dak l-avviż għandu
jispeċifika d-data li minnha tibda taħdem l-għażla, liema data
invarjabbilment tkun l-ewwel jum ta’ sena, jew ta’ sena ta’ stima
jew ta’ xi perijodu ieħor finanzjarju, u jkun irrevokabbli u indefinit
għar-rigward tal-materji li dwarhom ikun sar.
Tħassir minħabba 
f’nuqqas ta’ tħaris.
28. (1) Meta kumpannija b’liċenza tonqos li tħares jew tara li
tiġi mħarsa xi waħda mill-kundizzjonijiet marbuta ma’ l-għoti ta’ xi
eżenzjoni jew benefiċċju ieħor taħt dan l-Att jew tmexxi attivitajiet
li jkunu inkonsistenti ma’ l-għanijiet ta’ Port Ħieles, l-Awtorità
tista’ jew tħassar l-għoti ta’ l-eżenzjoni jew benefiċċju ieħor jew
b’avviż bil-miktub titlob lil dik il-kumpannija fi żmien tletin
ġurnata minn dak l-avviż- 
(a) li tħares jew tara li jiġu mħarsa dawk il-
kundizzjonijiet, jew li ttemm kull attività  li ma tkunx
konsistenti ma’ Port Ħieles; jew
(b) li turi għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  li n-nuqqas
tagħha li tħares jew li tara li jiġu mħarsa dawk il-
kundizzjonijiet kien dovut għal xi raġuni mhux fil-
kontroll tagħha u li hemm prospetti attwali li tħares
jew li tara li jiġu mħarsa dawk il-kundizzjonijiet, f’dak
iż-żmien li l-Awtorità  jidhrilha xieraq.
(2) Meta kumpannija turi għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  li n-
nuqqas tagħha ta’ tħaris jew li tara li tiġi mħarsa xi kundizzjoni
marbuta ma’ l-għoti ta’ xi inċentiv jew benefiċċju taħt dan l-Att
kien dovut għal xi raġuni mhux fil-kontroll tagħha, u li hemm
prospetti attwali li tħares jew li tara li tiġi mħarsa dik il-
kundizzjoni fi żmien raġonevoli, l-Awtorità  tista’ tawtorizza
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    21
proroga raġonevoli għall-finijiet ta’ tħaris ta’ dik il-kundizzjoni, kif
jidhrilha xieraq.
(3) Meta kumpannija b’liċenza:
(a) tkun ġiet mitluba biex tagħmel hekk b’avviż taħt is-
subartikolu (1), tonqos li turi għas-sodisfazzjon ta’ l-
Awtorità  li n-nuqqas tagħha li tħares jew li tara li tiġi
mħarsa xi kundizzjoni marbuta ma’ l-għoti ta’ xi
eżenzjoni jew benefiċċju ieħor kien dovut għal xi
raġuni mhux fil-kontroll tagħha u li hemm prospetti
attwali li tħares jew li tara li tiġi mħarsa dik il-
kundizzjoni fi żmien raġonevoli; jew
(b) tkun ġiet mogħtija proroga skond is-subartikolu (2),
tonqos fi żmien il-perijodu ta’ dik il-proroga li tħares
jew li tara li tiġi mħarsa dik il-kundizzjoni,
l-Awtorità  tista’ tħassar kull eżenzjoni jew benefiċċju ieħor
mogħtija lill-kumpannija skond dan l-Att, u dak it-tħassir jibda
jgħodd minn dik id-data li tiġi stabbilita mill-Awtorità .
(4) Meta l-għoti ta’ xi eżenzjoni jew benefiċċju ieħor lil
kumpannija b’liċenza taħt dan l-Att jiġi mħassar skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, dik il-kumpannija għandha
tħallas lill-Gvern jew lill-Awtorità , skond il-każ, kull somma li kien
ikollha tħallas lill-Gvern jew lill-Awtorità  kieku ma kienx għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Proċedura dwar 
kwistjonijiet.
29. (1) L-Awtorità  ma għandhiex -
(a) tħassar xi liċenza mogħtija taħt l-artikolu 11 ta’ dan l-
Att; jew
(b) tħassar xi għoti jew eżenzjoni jew benefiċċju ieħor taħt
dan l-Att,
ħlief jekk il-kumpannija kkonċernata - 
(a) tkun ġiet avżata bil-miktub dwar l-azzjoni li l-Awtorità
jkun fi ħsiebha tieħu; u
(b) tkun ingħatat l-opportunità  għal smigħ quddiem l-
Awtorità .
Kap. 325.
(2) Kull kwistjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-interpretazzjoni
tad-disposizzjonijiet ta’ xi ftehim taħt dan l-Att jew id-drittijiet ta’
xi parti taħt dan l-Att jew l-eżerċizzju mill-Awtorità  ta’ xi setgħa
vestita fiha b’dan l-Att (ħlief għall-materji maħsubin fl-artikoli 8,
9, 10, 11 u 14) għandha, kemm-il darba l-partijiet ma jiftiehmux
xort’oħra, tiġi riferita għal arbitraġġ u deċiżjoni lill-Bord ta’
Appelli mwaqqaf taħt l-artikolu 28 ta’ l-Att dwar l-Iżvilupp
Industrijali:
Iżda ebda appell ma jista’ jsir minn xi deċiżjoni magħmula
mill-imsemmi Bord:
Iżda wkoll il-proċedimenti quddiem il-Bord għandhom
ikunu regolati, mutatis mutandis, daqslikieku riferenza taħt dan l-
artikolu kienet appell ippreżentat lill-Bord taħt l-imsemmi Att.
  22      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
Kap. 12. 
(3) Ħlief għall-fini jew fl-esekuzzjoni ta’ sentenza mogħtija in
segwitu ta’ xi proċess imsemmi fis-subartikolu (5), ebda proprjetà
ta’ kull għamla li tkun tappartjeni lil kumpannija b’liċenza ma
għandha tkun suġġetta għal xi att prekawzjonarju jew esekuttiv jew
mandat kif hemm imsemmi fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
(4) Ebda direttur jew uffiċjal ieħor ta’ xi kumpannija b’liċenza,
u ebda persuna li tkun membru ta’, jew li jkollha interess f’dik il-
kumpannija, ma jkunu suġġetti għal xi att prekawzjonarju jew
esekuttiv jew mandat kif imsemmi hawn fuq dwar xi obbligu jew
responsabbiltà  oħra tal-kumpannija.
(5) Il-proċess imsemmi fis-subartikolu (3) huwa jew - 
(a) proċess biex jiġi nfurzat obbligu jew responsabbiltà
oħra tal-kumpannija; jew
(b) proċess biex tiġi meħuda lura xi proprjetà  akkwistata
jew miżmuma mill-kumpannija, jew li mod ieħor tkun
fil-pussess jew taħt il-kontroll tagħha, u li toriġina
minn xi operazzjoni jew attività  msemmija fl-artikolu
12(2).
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
ebda mandat jew att ieħor ma għandu jinħareġ mill-qorti kemm-il
darba l-applikant ma jkunx l-ewwel issodisfa lill-qorti illi l-mandat
jew att ieħor jistgħu jinħarġu taħt dan l-artikolu.
Setgħa biex isiru 
regolamenti.
30. (1) Il-Ministru jista’ minn żmien għal ieħor jagħmel
regolamenti b’mod ġenerali sabiex jitmexxew u jitqiegħdu fis-seħħ
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u jista’, b’mod speċjali, b’dawk ir-
regolamenti jippreskrivi għal kull materja li b’dan l-Att hija
awtorizzata li tiġi preskritta.
(2) Ir-regolamenti li jsiru mill-Ministru jew ir-regoli li jsiru
mill-Awtorità , skond il-każ, taħt xi disposizzjoni ta’ dan l-Att
jistgħu jsiru fl-ilsien Ingliż biss.
TAQSIMA VII
REATI U PIENI
Piena għal 
dikjarazzjonijiet, 
eċċ., mhux korretti.
31. Kull persuna li mingħajr raġuni xierqa tagħmel xi
dikjarazzjoni mhux korretta jew tagħti xi informazzjoni mhux
korretta dwar xi materja jew ħaġa li taqa’ taħt dan l-Att, tkun ħatja
ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħames
mitt lira u mhux iżjed minn ħamest elef lira.
Disposizzjonijiet 
dwar frodi, eċċ. 
32. Kull persuna li xjentement u bil-ħsieb li tikseb xi inċentiv
jew benefiċċju taħt dan l-Att jew li tgħin lil xi persuna oħra biex
tagħmel dan - 
(a) tħalli barra minn prospett jew minn xi dokument jew
dikjarazzjoni oħra, magħmulin, ippreparati jew
preżentati għall-finijiet ta’, jew taħt, dan l-Att, xi
PORTIJIETĦIELSATA’MALTA ġ K AP. 334.    23
dettall li kellu jidħol fihom; jew
(b) tagħmel xi dikjarazzjoni falza jew inseriment falz f’xi
prospett jew dokument jew dikjarazzjoni oħra,
magħmulin, ippreparati jew preżentati għall-finijiet
ta’, jew taħt, dan l-Att; jew
(ċ) tagħti xi tweġiba falza, sew verbalment jew bil-
miktub, għal xi mistoqsija jew talba għal tagħrif li
jsirulha skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; jew
(d) tipprepara jew iżżomm jew tawtorizza l-preparazzjoni
jew iż-żamma ta’ xi kotba tal-kontijiet foloz jew ta’
records oħra foloz jew tawtorizza l-falsifikazzjoni ta’
xi kotba tal-kontijiet jew records; jew
(e) tagħmel użu minn xi frodi, tidwir jew mezz ieħor ta’
qerq li jkun, jew tawtorizza l-użu ta’ xi frodi, tidwir
jew mezz ieħor ta’ qerq bħal dak,
tkun ħatja ta’ reat, u għal kull reat teħel, meta tinsab ħatja, multa
ta’ mhux anqas minn elf lira u mhux iżjed minn għaxart elef lira
jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Piena ġenerali. 
l-Att jew ta’ xi regolament li jsir taħtu, li dwaru ma ġiet stabbilita
ebda piena speċjali, dik il-persuna tkun ħatja ta’ reat u għal kull
reat bħal dak teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux anqas minn
mitt lira u mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Disposizzjoni dwar 
reati.
34. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jistabbilixxu reati u
pieni dwaru ma jolqtux it-tħaddim ta’ xi liġi oħra li tistabbilixxi
reati u pieni dwar l-istess atti jew omissjonijiet u ma għandhomx,
b’mod partikolari, jolqtu l-applikazzjoni ta’ xi piena akbar taħt xi
liġi oħra.
Preskrizzjoni għal 
proċedimenti.
35. Proċedimenti għal reat taħt dan l-Att jistgħu jinbdew f’kull
żmien sa ħames snin mid-data tat-twettiq tar-reat.
  24      KAP. 334. ħ       PORTIJIETĦIELSATA’MALTA
Sostitwita:
A.L. 103 ta’ l-
1995.
SKEDA
(ARTIKOLU 3)
