DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    1
KAPITOLU 337
ATT DWAR ID-DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI 
Biex jipprovdi, minflok l-Att ta’ l-1976 dwar id-Dazji ta’ Importazzjoni,
għal dazji ta’ importazzjoni u għal ħwejjeġ oħra inċidentali għalihom jew
li għandhom x’jaqsmu magħhom.
1 ta’ Jannar, 1990
L-ATT XXXV ta’ l-1989, kif emendat bl-Atti: III u VIII ta’ l-1990; bl-
Avviż Legali 207 ta’ l-1990; bl-Atti: II ta’ l-1991, XV ta’ l-1992 u VIII ta’
l-1993; bl-Avviż Legali 28 ta’ l-1994; bl-Atti: VIII ta’ l-1994, IX u XV ta’
l-1995; bl-Avviż Legali 184 ta’ l-1995; bl-Atti XII ta’ l-1997 u XIX ta’ l-
1999; bl-Avviżi Legali 7, 149 u 259 ta’ l-2000; u bl-Atti VIII u XII ta’ l-
2001, II ta’ l-2002 u II ta’ 2003.
Titolu fil-qosor.
Importazzjoni.
Tifsir. 
Emendat: 
VIII.1993.2;
XV.1995.2;
XIX.1999.2.
2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"dazju ta’ importazzjoni" u "dazju" ifissru kull dazju tad-Dwana
li jitħallas taħt dan l-Att fuq oġġetti mportati;
Kap. 37.
"depożt" dwar oġġetti mportati tfisser kull maħżen tal-Gvern jew
kull post ieħor ta’ kustodja approvati skond l-artikolu 27 jew is-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 34 ta’ l-Ordinanza tad-Dwana; 
"fattura" tfisser dokument maħruġ minn bejjiegħ lil xerrej li juri
l-oġġetti forniti u s-somma ta’ flus li trid titħallas jew li tħallset jew
dokument ieħor minflokha li jkun aċċettabbli għall-Kontrollur;
"Il-Komunità " tfisser il-Komunità  Ewropea mwaqqfa bit-Trattat
li jwaqqaf il-Komunità  Ekonomika Ewropea iffirmat ġewwa Ruma
fil-25 ta’ Marzu, 1957, kif emendat bis-Single European Act, 1986,
u bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea iffirmat gewwa Maastricht fis-
7 ta’ Frar, 1992, u li għandha bħala membri l-Belgju, Danimarka,
Repubblika Federali tal-Ġermanja, Greċja, Spanja, Franza, Irlanda,
Italja, Lussemburgu, Olanda, Awstrija, Portugal, Finlandja, Svezja
u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll stati
oħra li jistgħu jsiru membri ta’ dik il-Komunità  u li għalihom ikun
japplika xi ftehim magħmul bejn il-Komunità  Ewropea u Malta, u
għall-għanijiet ta’ kull ftehim bejn il-Komunità  Ewropea u Malta,
dawk il-pajjizi l-oħra li dak il-ftehim ikun japplika għalihom;
"Kontrullur" tfisser il-Kontrollur tad-Dwana, u tfisser ukoll kull
persuna oħra li jkollha s-setgħa espressa jew impliċita li tagħmel
flok il-Kontrollur hawn fuq imsemmi fl-esekuzzjoni tad-
disposizzjonijiet ta’ dan 1-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-Dwana; 
Kap. 37.
"polza ta’ importazzjoni" u "polza a vista" għandu jkollhom it-
tifsira li jagħtuhom l-artikoli 12 u 13 ta’ l-Ordinanza tad-Dwana;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmula taħt l-
artikolu 35 ta’ dan l-Att;
  2      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
"Tariffa tad-Dwana" tfisser it-Tariffa tad-Dwana murija fl-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) It-Tariffa tad-Dwana li hemm fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’
dan 1-Att għandha tkun fl-ilsien Ingliż biss:
Iżda l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jordna 1-
pubblikazzjoni ta’ 1-imsemmija Tariffa fl-ilsien Malti u f’kull każ
bħal dak, jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ qbil bejn it-test Malti u dak
Ingliż tat-Tariffa, it-test Ingliż għandu jipprevali.
Effetti legali ta’ 
noti u regoli tat-
Tariffa tad-Dwana. 
3. In-noti, ir-regoli u d-disposizzjonijiet l-oħra li jinsabu fit-
Tariffa tad-Dwana jkunu parti sħiħa minnha u l-imsemmija Tariffa
għandha tinqara, tiftiehem u tiġi applikata skond l-imsemmija noti,
regoli u disposizzjonijiet.
Dazji li għandhom 
jintalbu u jinġabru 
mill-Kontrullur 
tad-Dwana. 
Emendat: 
VIII.1993.3. 
Sostitwit: 
XV.1995.3.
Emendat:
XIX.1999.3.
4. (1) Għandhom jiġu mitluba u miġbura mill-Kontrollur tad-
Dwana f’isem il-Gvern id-dazji ta’ importazzjoni murija fil-
kolonna "Import Duty" tat-Tariffa tad-Dwana fuq 1-oġġetti kollha
li għandu jitħallas fuqhom dawk id-dazji u enumerati fl-ewwel
kolonna ta’ dik it-Tariffa, li jkunu mkabbra, prodotti jew
manifatturati f’pajjiżi li ma jkunux dawk tal-Komunità  u li jkunu
importati f’Malta jew maħruġa mid-depożt għall-użu jew konsum
f’Malta.
(2) Id-dazji ta’ importazzjoni murija fil-kolonna "Import Duty"
ma għandhomx japplikaw għall-oġġetti li jkunu mkabbra, prodotti
jew manifatturati fil-Komunita u li jkunu importati f’Malta jew
maħruġa mid-depożt għall-użu jew konsum f’Malta sakemm dawn
1-oġġetti jissodisfaw ir-regoli ta’ 1-oriġini kif fis-seħħ minn żmien
għal żmien skond xi ftehim magħmul bejn il-Gvern ta’ Malta u 1-
Komunità .
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (1) u (2) ta’ dan
l-artikolu, 1-Kontrollur tad-Dwana jista’ bi ftehim ma’ 1-
importatur, japplika rata fissa ta’ dazju ta’ importazzjoni ta’ għaxra
fil-mija fuq oġġetti ta’ xorta mhux kummerċjali li jiġu riċevuti
minn individwi f’konsenji fejn il-valur ta’ dawk l-oġġetti ma jkunx
iktar minn ħamsin lira u fuq oġġetti ta’ xorta mhux kummerċjali
importati minn vjaġġaturi fil-valiġġa tagħhom meta l-valur ta’
dawk l-oġġetti ma jkunx iżjed minn mitt lira, f’kull każ meta l-
oġġetti ma jkunux spiriti, tabakk jew prodotti tat-tabakk.
(4) Fil-kalkolu u fil-ġbir tad-dazju ta’ importazzjoni il-
Kontrollur jista’ jikkalkula ’l fuq jew ’l isfel il-valur ta’ l-oġġetti u
l-ammont ta’ dazju li jitħallas fuqhom, sa l-eqreb lira.
(5) Fejn xi dazji ta’ importazzjoni li jridu jitħallsu fuq oġġetti
taħt dan l-artikolu ma jkunux ġew miġbura, l-ammont li jkun għadu
jrid jitħallas għandu jibqa’ dovut għal perijodu ta’ sitt snin mill-
punt ta’ taxxa kif definit fl-artikolu 12A ta’ dan l-Att u l-Kontrollur
jkollu dritt li jitlob il-ħlas ta’ dak l-ammont matul il-perijodu
msemmi:
Iżda, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu, il-
Kontrollur m’għandux jitlob il-ħlas ta’ dak l-ammont meta huwa
jkun sodisfatt li l-oġġetti ġew spezzjonati sew mill-uffiċjal li
għamel ir-rilaxx u li ġew hekk rilaxxati minnu u li l-valur ta’ dawk
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    3
l-oġġetti kien dikjarat sewwa.
Oġġetti ħielsa 
minn dazju. 
Emendat: 
XV.1992.2.
5. (1) Għandhom ikunu ħielsa mill-ħlas ta’ dazju ta’
importazzjoni l-oġġetti li huma enumerati fit-Tieni Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att, suġġetti meta applikabbli, għar-regoli li jinsabu fiha.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti minn żmien għal żmien
jippreskrivi l-kondizzjonijiet li taħthom u l-limiti li bihom tagħmir
għal użu f’xi stabbiliment jew sengħa jistgħu jkunu ħielsa mill-ħlas
ta’ dazju ta’ importazzjoni.
Tneħħija ta’ 
oġġetti mportati 
meħlusa minn 
dazju.
6. (1) Kull oġġett dazjabbli li jkun importat meħlus mid-
dazju minn xi persuna bis-saħħa ta’ ħelsien mogħti skond l-artikolu
15 ta’ dan l-Att jew skond xi liġi oħra għandu, kemm-il darba l-
Ministru ma jordnax xort’oħra, jitqies, jekk jinbiegħ jew issir it-
tneħħija tiegħu minn dik il-persuna għal użu jew konsum f’Malta, li
jkun ittieħed mid-depożt fiż-żmien ta’ dak il-bejgħ jew tneħħija
għall-użu jew konsum f’Malta, u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4
għandhom jgħoddu għal kull oġġett bħal dak.
(2) F’kull wieħed mill-każijiet imsemmija fis-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu, id-dazju għandu jitħallas mill-persuna li ssir is-
sid ta’ l-oġġett.
Kap. 37. 
(3) Il-persuna responsabbli għall-ħlas ta’ dazju skond is-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu għandha, fi żmien ġimgħa mindu
tkun saret is-sid ta’ l-oġġetti msemmijin fis-subartikolu (1) ta’ dan
l-artikolu, tagħmel dikjarazzjoni sħiħa ta’ dawk l-oġġetti skond l-
Ordinanza tad-Dwana.
Kap. 37. 
(4) Nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3)
ta’ dan l-artikolu jikkostitwixxi reat skond l-artikolu 62 ta’ l-
Ordinanza tad-Dwana u l-artikolu 60 ta’ l-imsemmija Ordinanza
jkun applikabbli għall-oġġetti li dwarhom ma tkunx saret
dikjarazzjoni sħiħa fiż-żmien mogħti fis-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu.
Kap. 325. 
(5) Dan l-artikolu ma għandux jgħodd għal xi oġġetti dazjabbli
importati f’Malta ħielsa minn dazju tad-dwana skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.
Emenda ta’ Skedi.
Sostitwit:
VIII. 1993.4;
XIX.1999.4.
7. Il-Ministru jista’, b’regolamenti ppubblikati fil-Gazzetta,
jemenda, jħassar jew jissostitwixxi l-Iskedi li jinsabu ma’ dan l-
Att, jew xi waħda minnhom, kif ikun meħtieġ minn żmien għal
żmien sabiex jiġi żgurat li t-Tariffa tad-Dwana tkun taqbel mal-
Harmonized Commodity Description and Coding System 1983, kif
adottata u ppubblikata mill-Customs Co-operation Council, u biex
tiġi rijorganizzata t-Tariffa tad-Dwana mingħajr bdil minn dik is-
sistema, jew biex ineħħi jew jagħmel tnaqqis fir-rati tad-dazji li
jridu jitħallsu, jew biex jemenda r-regoli li jinsabu fit-Tielet Skeda
biex ikunu konformi ma’ xi obbligazzjoni internazzjonali li Malta
tkun daħlet għaliha f’dak ir-rispett:
Iżda din l-awtorità  ma tgħoddx għall-każijiet meta l-
applikazzjoni tagħha ġġib xi dazju fuq xi oġġett ġdid jew xi żieda
fir-rata ta’ dazju preskritt dwar xi oġġett.
  4      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
Mod kif jiġi żgurat 
dazju ad valorem. 
Emendat: 
VIII.1993.5; 
XV.1995.4;
XIX.1999.5.
8. (1)  Il-valur għad-Dwana bil-għan li tiġi applikata t-Tariffa
tad-Dwana għandu jkun stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Agreement on Implementation of Article VII of the General
Agreement of Tariffs and Trade 1994 kif japplika għal Malta, skond
ir-regoli li jinsabu fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ dan l-Att u l-Annex
li hemm magħha, liema Skeda u Annex għandhom ikunu fl-ilsien
Ingliż biss.
(2)  Il-Kontrollur jista’ jeħtieġ dik it-turija ta’ awtentiċità ta’
xi fattura kif jidhirlu li jkun xieraq.
Bord għal Appelli 
minn Valutazzjoni 
tad-Dwana.
Emendat:
XIX.1999.6
9. (1) Jekk, qabel ma xi oġġetti mportati jiġu mitluqa mid-
Dwana tinqala’ xi kwistjoni dwar xi valutazzjoni magħmula skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 ta’ dan l-Att, l-importatur jista’
jikseb li dawk l-oġġetti jiġu mitluqa mal-ħlas tad-dazju kalkolat
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att meta jittieħed il-valur muri
fuq il-fattura bħala l-valur ta’ dawk l-oġġetti u mad-depożitu mal-
Kontrullur tad-Dwana ta’ ammont ta’ dazju addizzjonali mitlub
mill-Kontrullur tad-Dwana.
(2) Jekk, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-
oġġetti jkunu ġew irtirati mid-Dwana, l-importatur ma jkunx
għamel talba bil-miktub lill-Kontrullur tad-Dwana biex il-kwistjoni
tintbagħat lill-Bord għal Appelli minn Valutazzjoni tad-Dwana
stabbilit taħt id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta’ dan l-
artikolu (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Bord"), l-
importatur għandu jitqies li jkun aċċetta l-valutazzjoni magħmula
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8 ta’ dan l-Att u l-ammont
depożitat mal-Kontrullur tad-Dwana għandu ma’ dan jiġi
approprjat mill-Kontrullur tad-Dwana bi ħlas tad-dazju mitlub
minnu.
(3) Għandu jkun hemm bord li jissejjaħ "il-Bord għal Appelli
minn Valutazzjoni tad-Dwana" li jkun magħmul minn tliet membri
maħtura mill-Ministru. Iċ-chairman ikun persuna b’esperjenza fil-
qasam legali, miż-żewġ membri l-oħra tal-Bord wieħed irid ikun
persuna li, fil-fehma tal-Ministru tista’ tirrappreżenta l-interessi
tal-Gvern u l-ieħor persuna li fil-fehma tal-Ministru tista’
tirrappreżenta l-interessi ta’ l-importaturi maħtura mill-Ministru
wara konsultazzjoni ma’ rappreżentanti ta’ l-importaturi.
(4) Jekk xi membru tal-Bord ikollu l-interess personali dirett
f’xi kwistjoni dan għandu jiddikjara dak l-interess u jastjeni milli
jisma’ dik l-kwistjoni.
(5) Il-Ministru għandu wkoll jaħtar membri tal-Bord sostituti. 
(6) Il-Bord għandu jikkunsidra b’mod xieraq u malajr kull
kwistjoni dwar il-valutazzjoni ta’ oġġetti mportati mibgħuta lilu
mill-Kontrullur tad-Dwana skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
(7) Il-Bord għandu jirregola il-proċedura tiegħu stess.
(8) L-importatur għandu jiddepożita mal-Kontrullur tad-Dwana
kampjuni ta’ l-oġġetti mportati minnu qabel ma dawk l-oġġetti jiġu
mitluqa.
(9) Il-Bord m’għandux jikkunsidra appelli meta d-dazju fil-
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    5
kwistjoni ma jkunx iktar minn mija u ħamsin lira.
(10) Wara li jikkunsidra l-każ mibgħut lilu, u kull
sottomissjonijiet li jistgħu jsirulu mill-Kontrullur tad-Dwana u
mill-importatur, il-Bord għandu jistabbilixxi jekk il-prinċipji
murija fit-TieIet Skeda li tinsab ma’ dan l-Att ikunux ġew segwiti
mill-Kontrullur tad-Dwana fil-valutazzjoni li jkun għamel.
(11) Meta l-Bord jiddeċiedi li l-prinċipji msemmija fis-
subartikolu (10) ta’ dan l-artikolu jkunu ġew segwiti l-ammont tad-
dazju depożitat mal-Kontrullur tad-Dwana skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi
approprjat mill-Kontrullur tad-Dwana bi ħlas tad-dazju mitlub
minnu; meta l-Bord jiddeċiedi li l-imsemmija prinċipji ma jkunux
ġew segwiti, il-Bord għandu jirrakkomanda lill-Ministru biex
jordna lill-Kontrullur tad-Dwana jagħmel valutazzjoni oħra ta’ l-
oġġetti, liema rakkomandazzjoni għandu jkun fiha l-prinċipji li fil-
fehma tal-Bord ikunu inqabżu mill-Kontrullur. Malli jsir dan il-
Ministru għandu jibgħat il-każ lill-Kontrullur tad-Dwana għal
valutazzjoni oħra, li mbagħad tkun finali.
(12) L-appellant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni ta’ l-appell
u r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni għandhom jingħatawlu bil-
miktub.  Huwa għandu wkoll ikun mgħarraf b’kull jedd iehor
tiegħu għal xi appell ulterjuri.
(13) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha titqies li tolqot xi
jedd għal talba quddiem qorti kompetenti għal ħlas lura ta’ dazju li
jitqies li jkun tħallas żejjed.
Setgħa tal-
Kontrullur tad-
Dwana li jżomm il-
fattura u li jeħtieġ 
il-produzzjoni ta’ 
dokument. 
Emendat: 
VIII. 1990.3;
XIX.1999.7. 
10. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jkun jista’ jżomm għal
skopijiet uffiċjali l-kopja oriġinali tal-fattura jew fatturi ppreżentati
minn importatur mad-dikjarazzjoni lid-Dwana dwar oġġetti
importati jew maħruġa mid-depożt.
(2) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’, f’kull żmien, egħluq sitt
snin wara li jkunu ġew sdazjati oġġetti ta’ kull xorta, jeħtieġ
mingħand l-importatur jew l-aġent tiegħu l-produzzjoni fil-post
tiegħu jew post ieħor ta’ kull ktieb tan-negozju, sew jekk preskritt
b’liġi jew xort’oħra, jew ta’ dokumenti oħra ta’ kull xorta, tkun li
tkun li jirreferixxu għax-xiri, importazzjoni jew bejgħ ta’ dawk l-
oġġetti u jekk l-importatur jew l-aġent tiegħu jonqos milli jħares xi
ħtieġa bħal dik ikun ħati ta’ reat u jeħel, wara li jinsab ħati mill-
Qorti tal-Maġistrati, ad istanza tal-Kontrullur tad-Dwana, multa ta’
mhux anqas minn mitejn lira u mhux iżjed minn elfejn u ħames mitt
lira.
Eżami tad-
dikjarazzjonijiet 
wara r-rilaxx. 
Emendat: 
VIII.1993.6.
Sostitwit:
XIX.199.8.
11. (1) L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu, fuq inizjattiva
tagħhom jew fuq talba tad-dikjarant, jemendaw id-dikjarazzjoni
wara r-rilaxx ta’ l-oġġetti.
(2) L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu wara li jirrilaxxaw l-
oġġetti u biex jissodisfaw ruħhom dwar il-korrettezza tal-
partikolaritajiet li jkun hemm fid-dikjarazzjoni, jispezzjonaw id-
dokumenti u t-tagħrif kummerċjali relatati ma’ l-operazzjonijiet ta’
importazzjoni u esportazzjoni ta’ l-oġġetti konċernati jew ma’
operazzjonijiet kummerċjali sussegwenti li jinvolvu dawk l-oġġetti.
  6      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
Dawk l-ispezzjonijiet jistgħu isiru fil-bini tad-dikjarant, ta’ xi
persuna oħra li tkun direttament jew indirettament imdaħħla f’dawk
l-operazzjonijiet f’kapaċità  ta’ negozju jew ta’ xi persuna oħra li
jkollha fil-pussess tagħha dawk id-dokumenti u tagħrif għal
skopijiet ta’ negozju.  Dawk l-awtoritajiet jistgħu wkoll jeżaminaw
l-oġġetti meta jkun għadu possibbli li dawn jinġiebu għall-eżami.
(3)  Fejn ir-reviżjoni tad-dikjarazzjoni jew l-eżami ta’ wara r-
rilaxx ikunu jindikaw illi d-disposizzjonijiet li jirregolaw il-
proċedura tad-dwana relattiva kienu ġew applikati fuq bażi ta’
informazzjoni mhux  korretta jew sħiħa, l-awtoritajiet tad-dwana
għandhom, skond il-provvedimenti stabbiliti, jieħdu l-miżuri
meħtieġa biex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni, filwaqt li jqisu dik l-
informazzjoni ġdida li tkun ġiet f’idejhom.
(4) Meta jkun jenħtieġ li uffiċjali minn Dipartimenti oħra tal-
Gvern jieħdu sehem fi spezzjonijiet ta’ wara r-rilaxx, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu jgħoddu wkoll
għal dawk l-uffiċjali.
Stima ta’ valur 
muri f’muniti 
stranġiera.
Sostitwit:
VIII. 1993.7.
12. (1) Meta xi fattura ta’ oġġetti mixtrija f’pajjiż barrani turi
1-valur ta’ dawk 1-oġġetti f’munita stranġiera dak il-valur għandu
jiġi stabbilit mill-Kontrollur bir-rata ta’ kambju tal-munita Maltija
għal dik il-munita stranġiera li tiġi stabbilita mill-Bank Ċentrali ta’
Malta, u l-importatur għandu jħallas id-dazju, meta d-dazju
jitħallas ad valorem, fuq l-ammont ikkalkolat f’munita Maltija kif
intqal qabel.
(2) Ir-rata ta’ kambju tal-ftuħ għal jum tal-Ġimgħa ta’ kull
gimgħa għandha tapplika biex jiġi stabbilit il-valur matul il-
perijodu ta’ sebat ijiem li jibda mit-Tnejn ta’ wara, iżda meta r-rata
ta’ kambju tal-ftuħ għal xi Ġimgħa ma tkunx taqbel ma’ xi rata ta’
warajha bi tlieta fil-mija jew iżjed din l-aħħar rata għandha tapplika
għal bqija ta’ dak il-perijodu:
Iżda meta r-rata ta’ kambju ma tiġix maħruġa mill-Bank
Ċentrali ta’ Malta, il-Kontrollur jista’ jieqaf milli jistabbilixxi 1-
valur ta’ oġġetti sakemm tinħareġ dik ir-rata.
(3) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-proviso li
jinsab mas-subartikolu ta’ qabel dan, meta r-rata ta’ kambju ma
tinħariġx mill-Bank Ċentrali ta’ Malta f’jum tal-Ġimgħa, 1-istimi
tal-valuri għal żmien sebat ijiem li jibdew mit-Tnejn li jiġi
minnufih wara għandhom jiġu stabbiliti bir-rata ta’ kambju li tiġi 1-
ewwel maħruġa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta wara dak il-jum tal-
Ġimgħa, u meta fil-jum tat-Tnejn li jiġi minnufih wara 1-jum tal-
Ġimgħa li fih il-Bank Ċentrali ta’ Malta ma jkunx ħareġ dik ir-rata,
tibqa’ ma tinħariġx rata ta’ kambju, il-Kontrollur jista’ jibqa’
għaddej bl-istima tal-valur ta’ 1-oġġetti skond ir-rata li tkun
applikat matul il-ġimgħa ta’ qabel jew inkella jissospendi l-istima
tal-valur ta’ 1-oġġetti sakemm hekk tinħareġ rata ġdida:
Iżda meta fl-imsemmija rata ta’ kambju jkun hemm differenza ta’
tlieta fil-mija jew iżjed minn rata ta’ kambju sussegwenti, dik ir-
rata sussegwenti għandha tkun tapplika għall-bqija tal-perijodu.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    7
Punt ta’ taxxa.
Miżjud:
VIII. 1993.7.
12A. (1) Id-dazju ta’ importazzjoni għandu jiġi kkalkolat -
(a) fil-ħin li polza perfetta ta’ importazzjoni tiġi reġistrata
direttament fil-computer tad-Dwana minn negozjant
jew aġent tiegħu, jew, meta ma tiġix hekk reġistrata,
mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jmiss wara li
tiġi ppreżentata polza perfetta ta’ importazzjoni lill-
Kontrollur għar-reġistrazzjoni; jew
(b) meta polza bħal dawk ma tkunx perfetta, fil-ħin li dik
il-polza tiġi emendata u aċċettata bħala perfetta għas-
sodisfazzjon tal-Kontrollur;
u, f’kull każ, huwa f’dak il-punt ta’ ħin li l-imsemmija rata ta’
dazju u rata ta’ kambju għandhom japplikaw:
Kap. 62.
Protezzjoni ta’ 1-Erarju għandhom jinġabru dazju jew żieda ta’
dazju mal-ħruġ ta’ proklama kif hemm maħsub f’dak 1-Att, dak id-
dazju ġdid jew żieda ta’ rata fid-dazju għandhom jinġabru fuq l-
oġġetti kollha li dwarhom tkun saret polza ta’ importazzjoni
perfetta iżda li ma jkunux gew rilaxxati, sa dak il-limitu biss hekk
kif jista’ jiġi provdut dwaru fil-proklama msemmija qabel u 1-polza
li dwarha tirreferi.
(2) Minkejja l-provvedimenti tas-subartikolu (1) ta dan 1-
artikolu, il-kalkolu ta’ dazju ta’ importazzjoni għandu jieqaf f’kull
każ meta 1-istima tal-valur tkun ġiet sospiża skond is-subartikoli
(2) u (3) ta’ l-artikolu 12.
Aktar minn polza 
waħda ta’ 
importazzjoni.
Miżjud:
VIII. 1993.7.
12B. Ħadd ma għandu jirreġistra jew jippreżenta polza oħra ta’
importazzjoni għall-istess oġġetti ħlief bil-qbil tal-Kontrollur
sabiex tiġi mibdula jew sostitwita l-polza oriġinali, u f’kull każ
simili t-tieni polza jew il-polza sussegwenti ta’ importazzjoni ma
tkunx valida.
Partijiet ta’ oġġett 
suġġetti għall-
istess dazju bħall-
oġġett. 
13. Il-partijiet integrali ta’ oġġett suġġett għal dazju ad
valorem, jew li jkun ħieles minn dazju, importat għal skopijiet ta’
rimpjazzament jew bħala spare parts, huma suġġetti għall-istess
rata ta’ dazju bħall-oġġett innifsu, jew ħielsa minn dazju, skond il-
każ, kemm-il darba ma jkunux speċifikament esklużi jew provdut
għalihom band’oħra fit-Tariffa.
Setgħa tal-
Kontrullur tad-
Dwana li jieħu l-
oġġetti bil-ħlas tal-
valur iddikjarat jew 
li jitħallas tad-
dazju mill-oġġetti.
14. (1) Fil-każ ta’ oġġetti suġġetti għal dazju ad valorem, il-
Kontrullur tad-Dwana jista’, jekk ikollu raġun jaħseb li l-valur
dikjarat mill-importatur jew mir-rappreżentant tiegħu mhux
biżżejjed, jew jieħu l-oġġetti billi jħallas lill-importatur jew lir-
rappreżentant tiegħu l-ammont tal-valur dikjarat minnu b’żieda ta’
ħamsa fil-mija, dan il-ħlas flimkien mar-radd lura tad-dazju li jkun
tħallas fuq l-oġġetti għandu jsir fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-
dikjarazzjoni, jew jitħallas tad-dazju mill-oġġetti.
(2) L-importatur li kontra tiegħu l-Kontrullur tad-Dwana jkun
bi ħsiebu jeżerċita l-jedd ta’ l-akkwist jista’ jistma l-oġġetti
b’esperti, li jiġu maħtura wieħed mid-dikjarant u l-ieħor mill-
Kontrullur tad-Dwana. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejniethom, l-
esperti jaħtru arbitru u d-deċiżjoni tiegħu tkun finali.
(3) Jekk l-esperti jiddeċiedu li l-valur ta’ l-oġġetti ma jeċċedix
  8      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
b’iżjed minn ħamsa fil-mija l-valur dikjarat mill-importatur, id-
dazju jittieħed fuq l-ammont dikjarat minnu.
(4) Meta l-valur stmat jeċċedi b’iżjed minn ħamsa fil-mija l-
valur dikjarat mill-importatur, il-Kontrullur tad-Dwana għandu, fuq
għażla tiegħu, jiġbor id-dazju fuq l-ammont stabbilit mill-esperti,
jew jeżerċita l-jedd ta’ akkwist, biż-żieda ta’ ħamsa fil-mija
msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, liema żieda
għandha tiġi wkoll mogħtija jekk id-dikjarant jirtira l-applikazzjoni
tiegħu għall-istima:
Iżda fl-ewwel każ, id-dazju jkun jista’ jiġi miżjud b’ħamsin
fil-mija, jekk l-istima ta’ l-esperti teċċedi b’għaxra fil-mija l-valur
dikjarat mill-importatur.
(5) L-ispejjeż ta’ l-istima jħallashom id-dikjarant, jekk il-valur
stabbilit mill-esperti jeċċedi b’iżjed minn ħamsa fil-mija l-valur
dikjarat: jekk xort’oħra, iħallashom il-Gvern.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħti ħelsien 
minn dazju. 
Emendat: 
XV.1995.5.
15. (1) Il-Ministru jista’ jippermetti l-importazzjoni f’Malta
ta’ kull oġġett ħieles minn dazju.
(2) Meta tkun saret talba lill-Ministru sabiex jippermetti l-
importazzjoni f’Malta ta’ xi oġġetti mingħajr ebda ħlas ta’ dazju, l-
importatur jista’ jagħmel depożitu għand il-Kontrullur ta’ somma
ta’ flus li tkun biżżejjed fl-ammont tagħha sabiex tkopri kull dazju
li għandu jitħallas fuq dawk l-oġġetti, jew jagħti lill-Kontrullur dik
il-garanzija bankarja minn bank lokali li l-Kontrullur jidhirlu
xierqa fiċ-ċirkostanzi, u meta jiġri dan l-oġġetti jkunu jistgħu jiġu
rilaxxati mill-Kontrullur lill-importatur bl-istess mod daqslikieku
d-dazju fuqhom kien tħallas.
(3) Kull somma depożitata bis-saħħa tas-subartikolu (2) ta’ dan
l-artikolu dwar xi oġġetti li tkun saret talba dwarhom lill-Ministru
kif imsemmi qabel, għandha tingħadd bħala dħul fil-każ li l-
Ministru ma jilqax it-talba msemmija qabel, u tingħata lura mill-
Kontrullur lill-importatur fil-każ li l-Ministru jilqa’ t-talba.
(4) Il-Ministru jista’ jiddelega s-setgħa mogħtija lilu b’dan l-
artikolu lill-Kontrullur tad-Dwana dwar kull oġġett li fuqu l-
ammont ta’ dazju li għandu jitħallas ma jkunx iżjed minn ħames
liri.
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli li jiġu qabel
f’dan l-artikolu, il-Ministru jista’ jagħti eżenzjoni mid-dazju li jrid
jitħallas taħt dan l-Att, retrospettivament, taħt dawk il-
kundizzjonijiet li huwa jidhirlu li għandu jimponi u f’kull każ, kull
dazju mħallas jista’ jingħata lura mill-Kontrollur skond dik l-
eżenzjoni.
Importazzjoni ta’ 
oġġetti bla ħlas ta’ 
dazju. 
16. Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ wkoll, bl-approvazzjoni tal-
Ministru f’kull każ u għal dak iż-żmien u suġġett għal dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti, jagħti permess lin-
negozjanti biex jimportaw bla ħlas ta’ dazju dawk l-oġġetti li
jistgħu minn żmien għal żmien jiġu preskritti għall-bejgħ lil dik il-
klassi jew lil dawk il-klassijiet ta’ passiġġieri kif jista’ jiġi
preskritt.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    9
Ħelsien ta’ oġġetti 
mportati għal użu 
temporanju.
17. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30 ta’
dan l-Att, kull oġġett jista’, bil-permess tal-Kontrullur tad-Dwana,
jinġieb f’Malta jew jinħareġ mid-depożt bla ħlas ta’ dazju fuqu,
jekk il-Kontrullur tad-Dwana jkun sodisfatt li dawk l-oġġetti jkunu
inġiebu f’Malta jew inħarġu mid-depożt għall-użu temporanju biss.
(2) L-importazzjoni temporanja jew il-ħruġ mid-depożt ta’
oġġetti għall-użu temporanju tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet li
ġejjin:
(a) il-kwantità  kollha ta’ dawk l-oġġetti għandha tkun
esportata minn Malta fi żmien tliet xhur mid-data li
fiha ġew importati jew maħruġa mid-depożt, skond il-
każ, jew fi żmien dak il-perijodu addizzjonali li l-
Kontrullur tad-Dwana jista’ jippermetti dwar xi
oġġetti partikolari;
(b) ebda parti mill-oġġetti ma għandha tiġi mneħħija
f’Malta, ħlief skond il-pattijiet ta’ permess maħruġ
mill-Kontrullur tad-Dwana lill-persuna li tkun
importat l-oġġetti jew ħarġithom mid-depożt, skond il-
każ;
(ċ) il-persuna li timporta l-oġġetti jew toħroġhom mid-
depożt, skond il-każ, għandha tiddepożita f’idejn il-
Kontrullur tad-Dwana l-ammont tad-dazju li jitħallas
fuqhom jew tagħti dik il-garanzija għall-istess skond
ma l-Kontrullur tad-Dwana jista’ jitlob;
(d) (i) jekk il-kwantità  kollha ta’ dawk l-oġġetti ma
tiġix esportata minn Malta fi żmien tliet xhur
mid-data li ġew importati jew maħruġa mid-
depożt, skond il-każ, jew fi żmien dak il-
perijodu addizzjonali li l-Kontrullur tad-
Dwana jista’ jippermetti, f’dak il-każ id-
depożitu jew il-garanzija kollha f’idejn l-
Kontrullur tad-Dwana tiġi konfiskata;
Kap. 37.
(ii) jekk xi oġġetti mportati jew maħruġa mid-depożt
minn xi persuna bis-saħħa ta’ permess
temporanju taħt dan l-artikolu u li jitħallew li
jinżammu fil-pussess ta’ dik il-persuna għal xi
perijodu ta’ żmien espressament stipulat
mingħajr ebda garanzija pekunarja, liema stess
oġġetti jkunu maħsuba bħala garanzija għad-
dazju dovut fuqhom fil-ħin li l-oġġetti jkunu
mportati jew maħruġa mid-depożt, f’dak il-każ
jekk l-oġġetti ma jiġux esportati mill-ġdid fl-
imsemmi żmien, dawn jistgħu, bla ħsara għal xi
obbligu għall-ħlas tad-dazju dovut, ikunu
soġġetti għall-konfiska skond l-artikolu 60 ta’ l-
Ordinanza tad-Dwana u d-disposizzjonijiet
rilevanti ta’ l-Ordinanza tad- Dwana għandhom
japplikaw għalihom.
(e) meta jiġi muri għas-sodisfazzjon tal-Kontrullur tad-
Dwana illi - 
(i) parti mill-oġġetti ġiet mitlufa b’ebda ħtija tal-
  10      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
persuna li mportat l-oġġetti jew li ħarġithom
mid- depożt; jew
(ii) parti mill-oġġetti ġiet imneħħija skond permess
maħruġ taħt il-paragrafu (b) ta’ dan is-
subartikolu; u
(iii) il-bqija ta’ l-oġġetti ġiet esportata kif imiss, 
id-dazju jitħallas biss fuq il-parti mill-oġġetti li ma
tkunx ġiet esportata u tiġi konfiskata biss dik il-parti
tad-depożitu jew tal-garanzija f’idejn il-Kontrullur
tad-Dwana kif tammonta għad-dazju dovut fuq l-
oġġetti li ma jkunux ġew esportati;
(f) meta l-kwantità  kollha ta’ xi oġġetti mportati jew
maħruġa mid-depożt skond dan l-artikolu tiġi esportata
minn Malta, f’dak il-każ id-depożitu jew il-garanzija
f’idejn il-Kontrullur tad-Dwana għandha tingħata lura
lill-persuna li tkun għamlet id-depożitu jew li tkun tat
il-garanzija.
Ebda dazju ma 
jitħallas fuq oġġetti 
fid-depożt jew 
maħruġa għall-
esportazzjoni 
minnufih. 
Emendat: 
VIII.1993.8.
18. (1) Ebda oġġett fid-depożt ma jkun suġġett għal dazju
skond dan l-Att, sakemm jibqa’ fid-depożt, jew meta jiġi maħruġ
mid-depożt għall-esportazzjoni minnufih.
(2) Meta xi oġġett jinħareġ mid-depożt għall-użu jew konsum
f’Malta, id-dazju li għandu jintalab fuq dak 1-oġġett ikun dak li
għandu jitħallas fil-punt ta’ ħin imsemmi fl-artikolu 12A, b’dana
illi jekk 1-oġġett ma jinħariġx mid-depożt fi żmien għaxart ijiem
tax-xogħol wara dak il-ħin, il-polza ta’ importazzjoni ma tibqax
valida, u għal dak l-oġġett tkun tenħtieġ polza ta’ importazzjoni
ġdida.
Reati dwar 
dikjarazzjonijiet ta’ 
importazzjoni.
Miżjud:
VIII. 1993.9.
Emendat:
XIX.1999.9.
18A. (1) Kull min bi ksur ta’ dan l-Att, xjentement jew
b’negliġenza jagħmel jew jagħti, jew ikun kaġun li ssir jew
tingħata, xi dikjarazzjoni, dokument jew informazzjoni lill-
Kontrollur li ma tkunx veru f’xi dettall materjali, ikun, mingħajr
preġudizzju għal kull responsabbiltà  oħra, ħati ta’ reat u jeħel, meta
jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn għaxra fil-mija ta’ l-ammont
ta’ dazju perikolat jew ħamsa u għoxrin lira, skond liema jkun l-
ikbar, iżda mhux aktar minn elf lira.
(2) Kull min xjentement jirreġistra jew jippreżenta għat-tieni
darba jew iżjed polza ta’ importazzjoni għall-istess oġġetti bi ksur
ta’ dan 1-Att ikun ħati ta’ reat u jeħel għal kull reat, meta jinsab
ħati, multa tad-doppju ta’ l-ammont ta’ dazju li kellu jitħallas fuq
dawk 1-oġġetti.
(3) Għall-fini ta’ xi reat taħt dan 1-Att, il-qorti ma għandhiex
tieħu konsiderazzjoni ta’ xi dikjarazzjoni bil-fomm jew bil-miktub
maħsuba biex tikkoreġi f’xi dettall materjali dikjarazzjoni li tkun
saret qabel lid-Dwana u li ssir meta jkun ser jinkixef ir-reat.
(4) Il-proċedimenti kollha għal reati taħt dan 1-artikolu
għandhom isiru mill-Kontrollur tad-Dwana jew f’ismu.
(5) Il-Kontrollur ikun jista’ f’kull każ ta’ reat taħt dan 1-
artikolu jippermetti lil min jagħmel ir-reat li minflok ma jinġieb il-
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    11
qorti, iħallas il-multa preskritta għal dak ir-reat imnaqqsa
b’għoxrin fil-mija, bħala penali ċivili dovuta lid-Dwana.
Ħlas ta’ dazju fuq 
oġġetti bil-ħsara. 
19. (1) Id-dazji ta’ importazzjoni għandhom jinġabru
irrispettivament mill-istat ta’ l-oġġetti u ma huwa permess ebda
tnaqqis ta’ dazju la kollu u la f’parti minħabba l-ħsara fl-oġġetti,
tkun li tkun ir-raġuni ta’ dik il-ħsara.
(2) Iżda s-sid ta’ l-oġġetti bil-ħsara jista’ jagħżel li l-oġġetti
bil-ħsara jiġu meqruda bi spejjeż tiegħu taħt dawk il-
kondizzjonijiet li l-Kontrullur tad-Dwana jista’ jimponi.
(3) Ma għandu jinġabar ebda dazju ta’ importazzjoni fuq
oġġetti meqruda skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’
dan l-artikolu.
Tnaqqis ta’ dazju 
fuq oġġetti misjuba 
neqsin. 
Emendat: 
XV.1995.6.
20. (1) Ebda dazju ta’ importazzjoni ma għandu jitnaqqas la
għal kollox u lanqas f’parti fuq xi nuqqas ta’ oġġetti sew jekk ikunu
mill-ġewwieni ta’ kollijiet jew f’kollijiet sħaħ, tkun xi tkun ir-
raġuni għal dak in-nuqqas.
(2) Iżda d-dazju ta’ importazzjoni jitnaqqas meta n-nuqqas
ikunu kollijiet sħaħ ta’ oġġetti u sid dawk l-oġġetti jġib provi għas-
sodisfazzjoni tal-Kontrullur tad-Dwana - 
(i) dwar oġġetti li ma jkunux oġġetti mportati
f’containers jew vetturi tat-triq kummerċjali, li
dawk il-kollijiet ma nħattewx mill-bastiment li
jkun qed jimporta; jew
(ii) dwar oġġetti importati f’containers jew f’vetturi
tat-triq kummerċjali, li dawk i1-kollijiet ma
kienux tgħabbew fil-container jew fuq il-vettura
tat-triq kummerċjali:
Iżda f’dawk il-każi jekk minnufih qabel l-eżami mill-
Kontrullur ta’ 1-oġġetti impurtati, is-siġilli barranin u dawk lokali
jinstabu intatti mill-Kontrullur, dan il-fatt jista’ jitqies bħala prova
sodisfaċenti għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu; jew
Kap. 37.
(iii) li dawk il-kollijiet kienu ġew depożitati jew
f’maħżen tal-Gvern jew f’maħżen jew post ieħor
ta’ sigurtà  stabbilit bis-saħħa tad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
27 ta’ l-Ordinanza tad-Dwana iżda li ma ġewx
prodotti fuq talba ta’ l-uffiċjal tad-Dwana.
Kap. 37.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu ta’ qabel dan ma
japplikawx għal oġġetti depożitati f’maħżen jew f’post ta’ sigurtà
stabbilit bis-saħħa tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ l-
artikolu 27 ta’ l-Ordinanza tad-Dwana għad-depożitu esklużiv ta’
oġġetti li jkunu ta’ persuna speċifikata.
(4) Talba għat-tnaqqis ta’ dazju ta’ importazzjoni għandha ssir
bil-miktub lill-Kontrullur tad-Dwana mhux iktar tard minn sentejn
mid-data tal-ħlas ta’ dak id-dazju.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu - 
"container" tfisser oġġett ta’ tagħmir tat-trasport (lift-van,
  12      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
movable tank jew struttura oħra simili):
(i) magħluq għal kollox jew f’parti biex tagħmel
kompartiment maħsub li fih iżomm oġġetti;
(ii) ta’ xorta permanenti u għalhekk b’saħħa
biżżejjed biex ikun jista’ jintuża darba wara l-
oħra;
(iii) magħmul apposta biex jiffaċilita t-trasport ta’
oġġetti b’mezz wieħed jew iktar ta’ trasport
mingħajr ma jerġa’ jitgħabba fi triqtu;
(iv) magħmul għal maniġġ bil-lest, b’mod partikolari
meta jkun trasferit minn mezz ta’ trasport għal
ieħor;
(v) magħmul biex ikun jista’ jimtela u jitbattal
b’mod faċli; u
(vi) li jkollu volum intern ta’ metru kubu jew iktar;
"vettura tat-triq" tfisser vettura tat-triq li titħaddem b’qawwa
mekkanika u kull karrella jew semi-karrella magħmula biex
titqabbad magħha.
Rifużjoni ta’ dazju 
mħallas.
Miżjud:
XII. 2001.14.
Kap. 16.
20A. (1) Minkejja l-provvedimenti ta’ l-artikoli 1012 sa 1028
tal-Kodici Ċivili, għandu jiġi mifhum li d-dazju mħallas skond
dikjarazzjoni ppreżentata lill-Kontrollur mill-importatur jew xi
persuna awtorizzata biex tagħmel dik id-dikjarazzjoni f’isem l-
importatur, ikun ġie mħallas kif imiss u li kien dovut u ma għandu
jkun hemm ebda rifużjoni tiegħu.
(2) Bla ħsara għall-provvedimenti tas-subartikolu (1), persuna
tista’ titlob skond il-liġi r-rifużjoni ta’ dazju li jkun tħallas għall-
importazzjoni ta’ xi prodott, sakemm -
(a) fil-waqt li jsir il-ħlas il-Kontrollur jiġi mgħarraf bil-
miktub li tkun qiegħda tiġi kkontestata l-legalità  ta’
dak il-ħlas; u
(b) it-talba għar-rifużjoni ta’ dak id-dazju tiġi notifikata
lill-Kontrollur mhux aktar tard minn sena wara r-rilaxx
ta’ l-oġġetti importati; u
(ċ) talba għar-rifużjoni tad-dazju ssir permezz ta’ protest
ġudizzjarju jew ta’ ittra uffiċjali li tiġi notifikata lill-
Kontrollur mhux aktar tard minn sentejn mir-rilaxx ta’
l-oġġetti importati; u
(d) meta dik it-talba ghar-rifużjoni tkun ibbażata fuq
pretensjoni li d-dazju mħallas fuq il-prodott ma’ sarx
skond klassifikazzjoni tajba, il-klassifikazzjoni ta’ l-
oġġetti mogħtija mill-Kontrollur tkun waħda żbaljata
b’mod ċar.
(3) L-ebda persuna m’għandu jkollha, jew titqies li qatt kellha,
xi dritt li titlob ir-rifużjoni ta’ xi dazju li, għalkemm dan seta’
tħallas żejjed, ikun ġie, jew wieħed jista’ jissopponi li jkun ġie,
miġbur minn dik il-persuna bħala parti mill-prezz ta’ l-oġġetti li
fuqhom ikun tħallas dak id-dazju, meta dawk l-oġġetti jkunu
nbiegħu lil ħaddieħor.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    13
(4) Għall-fini ta’ dan l-artikolu "dazju" tinkludi kull dazju fuq
l-importazzjoni, sisa, jew kull taxxa oħra li għandha tiġi mħallsa
lil, jew miġbura mill-Kontrollur meta jiġu impurtati xi oġġetti.
(5) Il-provvedimenti tas-subartikolu (3), li jirreferu għal xi
żmien qabel ma’ jkun daħal fis-seħħ dak is-subartikolu, huma
sempliċement dikjaratorji biex jitneħħa kull dubju dwar l-
interpretazzjoni tal-liġi kif kienet qabel ma jkun daħal fis-seħħ dak
is-subartikolu.
Ħlas lura.
Ministru jista’ b’ordni pubblikat fil-Gazzetta jipprovdi illi l-ħlas
lura fuq esportazzjoni jew imbark bħala provvisti, jew fuq it-
tqegħid fid-depożt sakemm issir l-esportazzjoni jew l-imbark bħala
provvisti jkun permess skond dan l-artikolu (sew għal żmien
speċifikat fl-ordni jew mingħajr limiti ta’ żmien) dwar dazji ta’
importazzjoni mħallsa ma’ l-importazzjoni ta’ oġġetti ta’ kull xorta
speċifikata fl-ordni.
Għall-fini ta’ dan l-artikolu "l-oġġetti importati" tfisser l-
oġġetti li dwarhom tħallas id-dazju li għandu jitħallas lura.
(2) Ebda ordni ma għandu jsir skond dan l-artikolu kemm-il
darba l-Ministru ma jkunx sodisfatt illi jgħin il-kummerċ ta’
esportazzjoni ta’ Malta u jkun fl-interess pubbliku, u l-Ministru
għandu jieħu kont ta’ l-interess ta’ dawk li jipproduċu f’Malta
oġġetti paragunabbli mal-ħwejjeġ importati.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jiddikjara kull fond okkupat u
wżat għall-bini, tiswija u egħmil tajjeb mill-ġdid ta’ vapuri li jkunu
tarzna awtorizzata għall-finijiet tas-subartikolu li jaħbat sew sew
wara dan.
(4) Oġġetti miġjuba f’tarzna awtorizzata għandhom jitqiesu
għall-finijiet ta’ dan l-artikolu li jkunu esportati.
(5) Il-permess ta’ ħlas lura skond dan l-artikolu jkun suġġett
għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jidhirlu xieraq li jimponi
għall-protezzjoni tad-dħul ta’ flus u, f’każ meta ħlas lura huwa
permess bis-saħħa tas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu, ikun
suġġett ukoll għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jidhirlu
xieraq li jimponi biex jiżgura li l-oġġetti jiġu wżati fil-bini, tiswija
jew egħmil tajjeb mill-ġdid fit-tarzna ta’ vapuri ta’ xorta li ma
tkunx għal dak iż-żmien taxxabbli b’xi dazju ta’ importazzjoni.
(6) Ħlas lura ta’ dazju jista’ jiġi permess jew - 
(a) skond is-subartikolu (9) ta’ dan l-artikolu fuq l-
esportazzjoni jew imbark bħala provvisti ta’ l-oġġetti
mportati jew ta’ oġġetti li jinkorporaw dawk l-oġġetti;
jew
(b) skond is-subartikolu (10) ta’ dan l-artikolu fuq l-
esportazzjoni jew imbark bħala provvisti ta’ oġġetti
prodotti jew manifatturati mill-oġġetti mportati.
(7) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu kull proċess li bih il-forma
jew in-natura ta’ xi oġġett tkun mibdula għandu jitqies li jipproduċi
oġġetti oħra minnhom.
  14      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
(8) Kull ordni jista’ jipprovdi biex jippermetti ħlas lura salvi
restrizzjonijiet mhux maħsuba għalihom speċifikament f’dan l-
artikolu.
(9) Kull ordni li jipprovdi għall-ħlas lura li jkun permess skond
dan is-subartikolu għandu jittieħed li jipprovdi illi - 
(a) il-ħlas lura għandu jkun ta’ ammont daqs id-dazju muri
li jkun tħallas dwar l-oġġetti mportati;
(b) il-ħlas lura ma jkunx permess fuq esportazzjoni jew
imbark bħala provvisti minn persuna li ma tkunx l-
importatur ta’ l-oġġetti mportati jew xi persuna li tkun
ħadet konsenja ta’ dawk l-oġġetti jew ta’ oġġetti li
jinkorporawhom direttament minn għandha;
(ċ) il-ħlas lura ma jkunx permess jekk minn meta d-dazju
kellu jitħallas fuq l-oġġetti mportati dawk l-oġġetti
jew kull oġġett li għal dak iż-żmien jinkorporawhom
ikunu wżati xorta oħra milli jkunu inkorporati
f’oġġetti oħra jew jekk l-oġġetti mportati ma baqgħux,
b’mod ieħor milli jgħaddu minn xi proċess li ma
jbiddilx il-forma jew in-natura tagħhom, fl-istess stat
li kienu fiż-żmien meta d-dazju sar dovut fuqhom.
(10) Meta ħlas lura għandu jkun permess skond dan is-
subartikolu - 
(a) ir-rata ta’ ħlas lura ma tkunx dik li tidher kalkolata fuq
il-medja biex tirriżulta f’dazju li jitħallas lura li
jammonta għal iżjed mid-dazju mħallas;
(b) bla ħsara għall-paragrafu (a) ta’ dan is-subartikolu, il-
ħlas lura jista’ jiġi permess b’dik ir-rata jew rati li
jidhru xierqa u konvenjenti, iżda hekk illi kull rata ta’
ħlas lura għandha tiġi stabbilita b’riferenza jew għall-
kwantità  ta’ l-oġġetti mportati (jew kull oġġett prodott
jew manifatturat minn dawk l-oġġetti) li jkun hemm
realment fl-oġġetti esportati jew imbarkati bħala
provvisti jew għal dik ta’ l-oġġetti esportati jew
imbarkati bħala provvisti;
(ċ) meta l-ħlas lura għandu jkun permess fil-każ ta’ xi
oġġetti esportati jew imbarkati bħala provvisti f’aktar
minn rata waħda skond id-dazju li jkun tħallas fuq l-
oġġetti importati jew skond il-valur li b’riferenza
għalih id-dazju kien tħallas fuq dawk l-oġġetti, jista’
jsir provvediment biex jistabbilixxi kull kwistjoni
dwar il-kwantità  li għaliha kull rata għandha tgħodd.
(11) Kull ordni għall-ħlas lura li jkun permess skond is-
subartikolu (10) ta’ dan l-artikolu għandu jittieħed, ħlief safejn ma
jipprovdix il-kuntrarju, li jipprovdi illi kull rata ta’ ħlas lura
għandha, dwar oġġetti mportati taxxabbli b’dazju b’rata
preferenzjali, tiġi mnaqqsa sabiex ikollha l-proporzjon għar-rata
sħiħa ta’ ħlas lura li d-dazju mħallas kellu għad-dazju sħiħ.
(12) Kull ordni li jipprovdi għal ħlas lura li jkun permess skond
is-subartikolu (10) ta’ dan l-artikolu għandu jittieħed bħala li
jipprovdi illi l-ħlas lura ma jkunx permess jekk minn meta kellu
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    15
jitħallas id-dazju fuq l-oġġetti mportati dawk l-oġġetti jew kull
oġġett prodott jew manifatturat minnhom ikunu ġew użati xort’oħra
milli għall-produzzjoni jew manifattura ta’ oġġetti oħra minnhom.
Regolamenti dwar 
ħlas lura fuq 
oġġetti oħra.
22. Il-Ministru jista’ b’regolamenti magħmula skond dan l-
artikolu jippreskrivi - 
(a) fuq liema oġġetti, li ma jkunux oġġetti li dwarhom
ikun sar ordni skond l-artikolu 21, għandu jiġi permess
ħlas lura dwar dazji ta’ importazzjoni mħallsin skond
dan l-Att;
(b) il-kondizzjonijiet li bihom għandu jiġi permess ħlas
lura fuq oġġetti hekk preskritti; u
(ċ) l-ammont jew il-mod ta’ kalkolu ta’ dak il-ħlas lura. 
Jista’ jingħata biss 
ħlas lura skond l-
artikoli 21 u 22. 
23. Ħlief kif ikun permess b’ordni magħmul skond l-artikolu
21 jew b’regolamenti magħmula skond l-artikolu 22, ebda dazji ta’
importazzjoni mħallsa bis-saħħa ta’ dan l-Att fuq oġġetti meħlusa
għal użu jew konsum ma għandhom jitħallsu lura fuq l-
esportazzjoni tagħhom.
Disposizzjonijiet 
ġenerali dwar ħlas 
lura. 
Emendat: 
VIII. 1990.3.
24. (1) Kull talba għal ħlas lura għandha ssir lill-Kontrullur
tad-Dwana f’dik il-forma u b’dak il-mod u għandu jkollha dawk il-
partikolaritajiet kif il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jordna.
(2) Meta jkun ġie mitlub ħlas lura fil-każ ta’ xi oġġetti - 
(a) ebda ħlas lura ma għandu jingħata jekk ma jiġix muri
għas-sodisfazzjoni tal-Kontrullur tad-Dwana illi d-
dazju dwar l-oġġetti jew dwar il-ħwejjeġ li jkun fihom
jew li jkunu wżati fil-manifattura jew preparazzjoni
tagħhom li dwarhom tkun saret it-talba jkun ġie
mħallas kif imiss u ma jkunx ġie mħallas lura; u
(b) ebda ħlas lura ma għandu jingħata sakemm il-persuna
li jkollha dritt għalih jew l-aġent tagħha ma jkunx
għamel dikjarazzjoni, f’dik il-forma u b’dak il-mod u
li jkollha dawk il-partikolarijiet kif il-Kontrullur tad-
Dwana jista’ jordna, illi l-kondizzjonijiet li minħabba
fihom il-ħlas lura jkun ser jingħata jkunu ġew
imwettqa; u
(ċ) il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jeħtieġ kull persuna li
kellha x’taqsam f’xi stadju ma’ l-oġġetti jew ħwejjeġ li
tagħti dak it-tagħrif li jista’ jkun raġonevolment
meħtieġ biex il-Kontrullur tad-Dwana jkun jista’
jiddeċiedi jekk id-dazju jkunx ġie mħallas kif imiss u
mhux imħallas lura u biex ikun jista’ jsir kalkolu ta’ l-
ammont ta’ ħlas lura li jkun ser jingħata, u li
tipproduċi kull ktieb ta’ kontijiet jew dokument ieħor
ta’ kull xorta tkun li tkun dwar l-oġġetti jew ħwejjeġ.
(3) Jekk xi persuna tonqos milli tħares xi ħtieġa skond il-
paragrafu (ċ) tas-subartikolu li jaħbat sew sew qabel dan, tkun ħatja
ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati, ad
istanza tal-Kontrullur tad-Dwana, multa ta’ ħamsin lira u penali
oħra ta’ żewġ liri għal kull ġurnata ta’ nuqqas wara d-data tad-
  16      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
dikjarazzjoni ta’ ħtija tagħha.
Limiti ta’ żmien 
dwar għoti ta’ ħlas 
lura. 
25. Ebda ħlas ma għandu jsir dwar xi ħlas lura kemm-il darba
t-talba għal hekk ma tkunx magħmula lill-Kontrullur tad-Dwana
qabel egħluq sentejn mid-data ta’ l-okkażjoni li bil-ġrajja tagħha
jkun sar dovut il-ħlas lura.
Reati dwar talbiet 
għal ħlas lura. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
26. (1) Kull persuna li tikseb jew tipprova tikseb, jew tagħmel
xi ħaġa li biha jista’ jiġi miksub minn xi persuna, xi somma bi ħlas
lura ta’ xi dazju li ma għandhiex legalment tiġi mħallsa jew
permessa jew li tkun akbar mis-somma li għandha titħallas jew tkun
permessa, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja mill-Qorti
tal-Maġistrati, ad istanza tal-Kuntrullur tad-Dwana - 
(a) jekk ir-reat kien magħmul bi skop ta’ frodi kontra l-
Gvern, multa daqs tliet darbiet il-valur ta’ l-oġġetti
jew mitejn lira, liema jkun l-akbar;
(b) f’kull każ ieħor, multa daqs tliet darbiet l-ammont
miksub jew permess b’mod mhux xieraq jew li seta’
jkun miksub jew permess b’mod mhux xieraq jew mitt
lira, liema jkun l-akbar.
Kap. 9.
(2) Il-pieni maħsuba skond is-subartikolu li jaħbat l-aħħar
qabel dan ikunu bla ħsara għal kull piena akbar li wieħed jista’
jeħel skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali jew ta’ xi liġi
oħra.
(3) Kull oġġett li dwaru jkun sar reat skond is-subartikolu (1)
ta’ dan l-artikolu jkun jista’ jiġi konfiskat:
Iżda, fil-każ ta’ talba għal ħlas lura, il-Kontrullur tad-
Dwana jista’, jekk jidhirlu xieraq, minflok ma jaqbad l-oġġetti, jew
jiċħad li jippermetti xi ħlas lura fuqhom jew jippermetti biss dak il-
ħlas lura li jidhirlu xieraq.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
jekk, fil-każ ta’ xi oġġetti li dwarhom tkun saret talba għal ħlas
lura, jinsab li -
(a) dawk l-oġġetti, jekk mibjugħa, ma jikkorrispondux
ma’ xi dikjarazzjoni magħmula dwarhom għal dik it-
talba; jew
(b) l-oġġetti, jekk mibjugħa għal użu lokali, kienu jġibu
anqas mill-ammont mitlub,
l-oġġetti jistgħu jiġu konfiskati u kull persuna li minnha tkun saret
xi dikjarazzjoni jew talba bħal dik tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta
tinsab ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati, ad istanza tal-Kontrullur tad-
Dwana, multa daqs tliet darbiet l-ammont mitlub jew mitt lira,
liema jkun l-akbar:
Iżda l-paragrafu (b) ta’ dan is-subartikolu ma għandux
igħodd għal dawk l-oġġetti jew ħwejjeġ li jkun hemm fihom jew
ikunu wżati fil-manifattura jew preparazzjoni ta’ oġġetti skond ma
jkun speċifikat mill-Ministru b’ordni pubblikat fil-Gazzetta.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    17
Stampar mill-ġdid 
tat-Tariffa tad-
Dwana.
Kap. 180.
27. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Istampar mill-Ġdid ta’ Liġijiet Eżistenti, il-Ministru jista’ jordna
minn żmien għal żmien l-istampar mill-ġdid tat-Tariffa tad-Dwana,
b’kull żieda, ommissjoni, emenda jew sostituzzjoni ordnati li jsiru
minn xi liġijiet futuri u t-Tariffa hekk stampata għandha tkun,
mingħajr ebda kwistjoni tkun li tkun fil-qrati kollha tal-ġustizzja u
għall-finijiet kollha jkunu li jkunu, test awtentiku tat-Tariffa tad-
Dwana:
Iżda f’kull każ bħal dak għandu jiġi stampat memorandum
taħt il-firma tal-Ministru fuq it-Tariffa tad-Dwana stampata mill-
ġdid li jgħid li ġiet stampata mill-ġdid taħt l-awtorità  ta’ dan l-
artikolu u kif emendata sa data speċifikata.
Riserva dwar 
liġijiet oħra dwar 
id-Dwana. 
28. Ebda ħaġa li hemm f’dan l-Att ma għandħa titqies li
tolqot- 
(a) xi setgħa ta’ l-awtoritajiet leġittimi skond xi liġi jew
regolament fis-seħħ dwar id-Dwana li jitolbu xi
dokument fuq dikjarazzjoni ta’ oġġetti, jew illi tiġi
eżerċitata xi setgħa mogħtija minn dik il-liġi jew
regolament;
(b) xi obbligu jew responsabbilità  stabbilita minn xi liġi
jew regolament li jkunu jseħħu dwar id-Dwana;
(ċ) xi penali, konfiska jew piena għal kull reat kontra xi
liġi jew regolament li jkunu jseħħu dwar id-Dwana; 
(d) xi proċeduri dwar xi setgħa, obbligu, responsabbiltà ,
penali, konfiska jew piena bħal dawk kif intqal qabel. 
Kampjuni.
sdazjati xi oġġetti jieħu kampjuni ta’ dawk l-oġġetti f’dawk il-
kwantitajiet raġonevoli li jidhru meħtieġa sabiex jiġi aċċertat l-
ammont ta’ dazju li għandu jiġi impost, u dawk il-kampjuni jiġu
mneħħija u mogħti kont tagħhom b’dak il-mod li l-Kontrullur tad-
Dwana jista’ jordna.
(2) Ebda kumpens ma jitħallas mill-Kontrullur tad-Dwana dwar
xi kampjun meħud skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
Disposizzjonijiet 
speċjali għal 
importazzjoni 
temporanja ta’ 
ħwejjeġ maħsuba 
għal proċessar 
industrijali.
30. (1) Il-Ministru jkun jista’ jawtorizza b’ordni l-
importazzjoni jew il-ħruġ mid-depożt ta’ kull oġġetti jew materjali
bla ħlas ta’ dazju dwarhom ma’ dikjarazzjoni li ssir mill-importatur
jew mis-sid li huma kollha maħsuba għall-esportazzjoni mill-ġdid
wara proċessar industrijali jew inkorporazzjoni f’oġġetti
manifatturati.
(2) Kull oġġett jew materjal bħal dawn ma għandhomx
jitneħħew f’Malta mingħajr permess bil-miktub maħruġ mill-
Kontrullur tad-Dwana.
(3) L-importazzjoni temporanja ta’ kull oġġett jew materjal kif
intqal qabel tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-kwantità  sħiħa ta’ l-oġġetti jew materjali għandha
tiġi esportata minn Malta f’dak iż-żmien li jkun
stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana;
  18      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
(b) il-persuna msemmija fl-ordni għandha tagħti lil-
Kontrullur tad-Dwana garanzija jew obbligazzjoni
għas-sodisfazzjon ta’ dan imsemmi l-aħħar;
(ċ) il-persuna msemmija fl-ordni għandha - 
(i) iżżomm kontijiet xierqa ta’ stock li juru f’kull
żmien u b’kull dettal il-kwantitajiet ta’ oġġetti
jew materjali mportati jew maħruġa mid-depożt
wara mportazzjoni temporanja u t-tneħħija
tagħhom;
(ii) tagħti lill-Kontrullur tad-Dwana, meta hekk
jitlob, kopji veri u awtentikati ta’ dawk il-
kontijiet kull xahar jew kull tant żmien kif huwa
jistabbilixxi;
(iii) tippermetti lill-Kontrullur tad-Dwana jew xi
persuna awtorizzata minnu għal hekk f’kull ħin
raġonevoli li jispezzjona l-kontijiet imsemmija
fis-sub-paragrafu (i) ta’ dan il-paragrafu u kull
stock ta’ oġġetti jew materjali miżmuma fil-post
tagħha mill-persuna msemmija fl-ordni għall-
iskop ta’ żgurar li l-kondizzjonijiet kollha dwar
l-importazzjoni temporanja ta’ dawk l-istocks
ikunu qed jiġu mwettqa.
(4) Meta f’oġġetti jew materjali miżmuma fuq importazzjoni
temporanja skond dan l-artikolu jsir xi ħala normali fil-proċess ta’
produzzjoni, kull materjal ta’ ħala għandu jiġi mneħħi kif
jippermetti l-Kontrullur tad-Dwana, sew bi ħlas ta’ dazju qabel il-
bejgħ jew ħielsa minn dazju wara li jiġu meqruda taħt sorveljanza
tad-Dwana.
(5)Meta xi oġġetti jew materjali miżmuma fuq importazzjoni
temporanja skond dan l-artikolu - 
(i) jiġu mneħħija f’Malta sew fl-istat tagħhom
oriġinali jew wara inkorporazzjoni f’oġġetti lesti
skond permess bil-miktub maħruġ mill-
Kontrullur tad-Dwana kif ingħad qabel; jew
(ii) huma murija għas-sodisfazzjon tal-Kontrullur
tad-Dwana li jkunu ġew mitlufa inevitabbilment
minħabba ċirkostanzi li fuqhom ma kellhiex
kontroll il-persuna msemmija fl-ordni fuq
imsemmi,
f’dak il-każ, f’kull każ bħal dan għandu jitħallas id-dazju fuq dawk
l-oġġetti u materjali biss li ma jkunux ġew esportati, ħlief għal dak
il-ħala li jista’ jiġi permess li jkun meqrud skond is-subartikolu (4)
ta’ dan l-artikolu.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32 jekk il-
Kontrullur tad-Dwana jkun sodisfatt li xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu tkun ġiet miksura jew ma tkunx
ġiet imħarsa, il-Ministru jkun jista’ jħassar l-ordni magħmul minnu
skond dan l-artikolu u l-importatur jew sid milqut b’dak it-tħassir
għandu minnufih iħallas id-dazju sħiħ fuq dawk l-oġġetti jew
materjali miżmuma fuq importazzjoni temporanja li ma jistax
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    19
jingħata kont tagħhom għas-sodisfazzjon tal-Kontrullur tad-Dwana.
Disposizzjonijiet 
speċjali għal 
importazzjoni ta’ 
oġġetti maħsubin 
għal fieri, eċċ. 
31. Il-Ministru jista’, b’regolamenti taħt dan l-Att, jagħmel
provvedimenti biex iqiegħed fis-seħħ xi fteħim jew konvenzjoni
internazzjonali li tagħhom il-Gvern ta’ Malta jista’ jkun parti,
sabiex oġġetti għall-wiri jew għall-użu f’esibizzjonijiet, fieri,
laqgħat jew avvenimenti simili jkunu jistgħu jiġu mportati f’Malta,
mingħajr il-ħlas ta’ dazju taħt dan l-Att, liema regolamenti jistgħu
partikolarment jippreskrivu l-formuli, il-proċeduri u l-garanziji, li
għandhom jintużaw, jiġu adottati jew mogħtija in konnessjoni
magħhom.
Reati dwar 
importazzjoni 
temporanja skond 
l-artikolu 30. 
Emendat: 
VIII.1990.3. 
32. Meta xi importatur jew sid li jkun sar favur tiegħu ordni
skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 30 ineħħi f’Malta xi oġġetti
jew materjali msemmija f’dak l-ordni mingħajr il-permess bil-
miktub tal-Kontrullur tad-Dwana jew ma jkunx jista’
sodisfaċentement jagħti kont dwar xi oġġetti jew materjali bħal
dawk dak l-importatur jew sid ikun ħati ta’ reat u jeħel, wara li jiġi
misjub ħati mill-Qorti tal-Maġistrati, ad istanza tal-Kontrullur tad-
Dwana, multa daqs tliet darbiet il-valur ta’ l-oġġetti jew tal-
materjali jew ħamsin lira, liema minnhom tkun l-aktar, jew
priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sentejn, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
Oġġetti jew 
materjali importati 
għal produzzjoni 
ndustrijali.
33. Meta t-Tariffa tad-Dwana tipprovdi li oġġetti li xort’oħra
huma suġġetti għal dazju jistgħu jiġu mportati ħielsa minn dazju
jew suġġetti għal ħlas ta’ rata iktar baxxa ta’ dazju għax ikunu
dikjarati li huma maħsuba "għal produzzjoni ndustrijali" jew "għal
użu agrikolu" jew "għal użu tas-sajd", dik l-importazzjoni ħielsa
minn dazju jew suġġetta għal ħlas ta’ rata iktar baxxa ta’ dazju tkun
permessa salv it-twettiq ta’ kull kondizzjonijiet bħal dawk kif
jistgħu jiġu preskritti sabiex l-oġġetti jew materjali jistgħu jiġu
meqjusa bħala li ġew importati għal xi wieħed mill-imsemmija
għanijiet u salv is-sodisfazzjon tal-Kontrullur tad-Dwana li l-
oġġetti jew materjali jkunu hekk ġew importati u li kull
kondizzjonijiet imsemmija kif intqal qabel ikunu ġew imwettqa.
Reati minn korp ta’ 
persuni.
34. Meta reat kontra d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti jew ordni magħmula bis-saħħa tiegħu jsir minn għaqda
jew korp ta’ persuni, kull persuna li, fil-ħin ta’ l-egħmil tar-reat,
kienet direttur, manager, segretarju jew uffiċjal ieħor simili ta’ dik
l-għaqda jew korp ta’ persuni, jew kienet tidher li qed taġixxi f’xi
kariga bħal dik, tkun ħatja ta’ dak ir-reat kemm-il darba ma
tippruvax li dak ir-reat kien sar mingħajr it-tagħrif tagħha u li tkun
eżerċitat id-diliġenza kollha xierqa biex ma tħallix li jsir ir-reat.
Kif japplikaw l-
artikoli ta’ l-
Ordinanza tad-
Dwana.
Miżjud:
VIII. 1993.10.
Cap. 37.
34A. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 87 u 88 ta’ l-Ordinanza
tad-Dwana għandhom mutatis mutandis japplikaw għal kull reat
taħt dan 1-Att jew taħt xi regolamenti magħmula taħt dan 1-Att.
Setgħa tal-Ministru 
li jagħmel 
regolamenti. 
Emendat: 
VIII. 1990.3;
VIII. 2001.3.
35. Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jagħmel
regolamenti - 
(a) dwar il-ġbir ta’ dazji ta’ importazzjoni taħt ir-rati
ġenerali u r-rati tal-Kommunità  Ekonomika Ewropea
  20      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
murija fil-kolonni rispettivi tat-Tariffa tad-Dwana;
(b) biex jippreskrivi d-dewmien u l-kondizzjonijiet tal-
permessi maħruġa skond l-artikolu 16 ta’ dan l-Att, il-
gruppi ta’ oġġetti li għalihom igħodd dak l-artikolu, il-
proċedura li għandha tkun imħarsa biex jiġi protett l-
erarju u biex jiġi żgurat kontroll xieraq tal-bejgħ ta’
dawk l-oġġetti;
(ċ) biex jipprovdu li kull persuna li tikser jew tonqos milli
tħares xi regolamenti magħmula skond dan l-Att tkun
ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja mill-Qorti tal-
Maġistrati, ad istanza tal-Kontrullur tad-Dwana jew
xort’oħra, pieni li ma jeċċedux multa ta’ mhux iżjed
minn mitejn lira jew ammont daqs tliet darbiet id-
dazju ta’ importazzjoni li għandu jitħallas fuq kull
oġġett li dwaru jkun sar ir-reat, liema jkun l-akbar, jew
priġunerija għal mhux iżjed minn tliet xhur jew dik il-
multa u dik il-priġunerija flimkien;
(d) biex jippreskrivi kull ħaġa li tista’ tkun preskritta; 
(e) bicx ikunu stabbiliti proċeduri tad-Dwana dwar is-
sospensjoni jew it-teħid lura ta’ dazji jew drittijiet
oħra jew dwar restrizzjonijiet fuq importazzjoni
konnessa ma l-ipproċessar jew l-ipproċessar ulterjuri
f’Malta ta’ oġġetti jew materjal importati f’Malta u
biex isiru arranġamenti li jipprovdu għall-ħlas ta’ dazji
fuq oġġetti manifatturati minn dawk l-oġġetti jew
materjal hekk importati, skond il-klassifika li taħta l-
oġġetti ipproċessati jew ipproċessati ulterjorment
ikunu jaqgħu, u biex jipprovdu d-dazju fuq oġġetti
esportati temporanjament minn Malta, u li jerġgħu jiġu
importati wara xi ipproċessar jew ipproċessar ulterjuri
barra minn Malta, id-dazju jitħallas biss fuq il-valur
magħdud fuq dawk l-oġġetti b’dak l-ipproċessar jew
ipproċessar ulterjuri; u dawk il-proċeduri jistgħu
jipprovdu għall-ħlas ta’ interessi fuq dazju jew
drittijiet oħra sospiżi skond dawk il-proċeduri; u
(f) b’mod ġenerali għal kull għan ieħor li għandu
x’jaqsam mat-tħaddim tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
Qorti kompetenti 
f’ċerti każijiet. 
Emendat:
VIII.1990.3. 
36. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, kull azzjoni
għall-ġbir ta’ xi dazju ta’ importazzjoni, jew ta’ xi differenza fid-
dazju ta’ importazzjoni, li jinġabar jew li għandu jinġabar taħt dan
l-Att għandha ssir, skond il-każ, quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti
Ċivili jew quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) fil-ġurisdizzjoni
ċivili tagħha jew quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ukoll
fil-ġurisdizzjoni ċivili tagħha.
Kodiċi tad-Dwana.
Miżjud:
II. 2002.30.
36A. (1) Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dwana li hemm
fir-Raba’ Skeda għandhom japplikaw għal dak kollu li jinsab fiha
minkejja kull ħaga kuntrarja li hemm fl-Att jew f’xi liġi oħra.
(2) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jagħmel disposizzjonijiet
biex jimplimenta d-disposizzjonijiet tal-Kodiċi tad-Dwana.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    21
Riżerva. 
Kap. 249.
37.* Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12 ta’ l-Att
dwar l-Interpretazzjoni, ir-regolamenti, l-ordnijiet u l-atti l-oħra
kollha li kienu miżmuma fis-seħħ bl-Att ta’ l-1976 dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni#, u kull regolamenti, ordnijiet u atti oħra
magħmula taħt l-imsemmi Att barra minn xi stampar mill-ġdid tat-
Tariffa tad-Dwana magħmul taħt l-artikolu 26 ta’ dak l-Att li
għandu jiġi mħassar, għandhom jekk u kif kienu fis-seħħ minnufih
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att jitqiesu li saru taħt dan l-Att u
għandhom jibqgħu fis-seħħ u jistgħu jiġu emendati, mibdula,
mħassra jew xort’oħra jsir dwarhom skond hekk.
*Is-subartikoli (1) u (3) oriġinali ta’ dan l-artikolu ġew mħollija barra taħt l-Att
ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
#Imħassar b’dan l-Att.
  22      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
S K E D I 
Emendata:
XV.1992.3.
Sostitwita:
VIII.1993.11.
Emendata:
A.L. 28 ta’ l-1994;
VIII.1994.2;
IX.1995.2.
Sostitwita:
XV.1995.7;
A.L. 184 ta’ l-
1995.
Sostitwita:
A.L. 7 ta’ l-2000.
Emendata:
A.L. 259 ta’ l-
2000.
Sostitwita:
VIII. 2001.3.
Emendata:
II. 2002.32:
II. 2003.30.
L-EWWEL SKEDA
(Artikoli 2, 3 u 4)
TARIFFA TAD-DWANA
(pubblikata bl-ilsien ingliż biss u riprodotta fit-test ingliż 
tal-Kapitolu 337).
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    23
I. Oġġetti ri-importati
(a) Oġġetti li jiġu ri-importati mhux alterati
(b) Kampjuni li jkunu ġew esportati temporanjament
II. Oġġetti ta’ deskrizzjoni speċifikata jew oġġetti mportati jew użati
f’ċirkostanzi speċifiċi
(a) Oġġetti li huma murija għas-sodisfazzjon tal-Kontrollur tad-Dwana li
jkunu ġew mogħtija barra minn Malta lil xi persuna għal distinzjoni fl-
arti, letteratura, xjenza jew sport, jew għal servizz pubbliku, jew
xort’oħra bħala xiehda ta’ għemil jew kondotta meritevoli, u importati
minn jew f’isem dik il-persuna.
(b) (i) Idejn, dirgħajn, riġlejn u saqajn artifiċjali u oġġetti kirurġiċi oħra
ta’ xorta simili, magħduda spare parts u aċċessorji, għas-serħan
ta’ inkapaċità  permanenti tal-persuna, iżda illi, fil-każ ta’ spare
parts u aċċessorji, il-Kontrollur tad-Dwana jkun sodisfatt li jkunu
importati sabiex isiru lokalment idejn, dirgħajn, riġlejn u saqajn
artifiċjali jew oġġetti oħra simili u siġġijiet ta’ l-invalidi li l-
Kontrollur tad-Dwana jkun sodisfatt li jkunu għall-użu esklużiv
ta’ persuna li tkun tbati minn xi difett fiżiku jew inkapaċità
permanenti.
(ii) Oġġetti li jkunu speċifikament maħsuba għall-edukazzioni, l-
impieg jew l-avvanz soċjali ta’ persuna li tbati minn xi inkapaċità
fiżika jew mentali permanenti, b’dan illi l-Kontrollur tad-Dwana
jkun sodisfatt li l-imsemmija oġġetti jkunu importati għall-użu
esklużiv ta’ l-imsemmija pcrsuna.
(ċ) Rigali bona fide ta’ xorta mhux kummerċjali li kull tant jiġu riċevuti
minn persuna mingħand oħra li tirrisjedi barra minn Malta u li jkunu
maħsuba għall-użu personali ta’ min jirċevihom jew għall-familja
tiegħu, kemm-il darba dawk ir-rigali ma jkunux jikkonsistu f’xorb
alkoholiku u lanqas f’tabakk jew prodotti tat-tabakk u l-valur totali CIF
tar-rigali kull darba ma jkunx ta’ iżjed minn ħamsin lira.
(d) Braille, u kull oġġett ieħor għall-użu mill-għomja importat minn istitut
rikonoxxut, jekk il-Kontrollur tad-Dwana jkun sodisfatt li dawk l-
oġġetti jkunu ġew importati għall-użu esklużiv ta’ persuna għamja.
(e) Ikel u xorb maħsuba għall-użu minn ordnijict reliġjużi mendikanti u
istituzzjonijiet privati tal-karità  li jkollhom dak l-għarfien mill-
Ministru.
(f) Apparat li jgħin fis-smigħ maħsub għall-użu mit-torox u partijiet tiegħu
identifikabbli.
IT-TIENI SKEDA 
(Artikolu 5)
ĦELSIEN MINN DAZJU
Emendata:
XV.1992.4;
VIII.1994.3;
XV.1995.8.
Sostitwita:
XII.1997.77.
Emendata:
A.L. 149 ta’ l-2000.
Sostitwita:
VIII. 2001.3.
  24      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
(g) Oġġetti tad-dar u oġġetti personali, għamara u oġġetti domestiċi oħra,
(minbarra armi tan-nar u armi ta’ kull xorta), li fl-opinjoni tal-
Kontrollur tad-Dwana jkunu ġew użati fid-dar tal-persuna li qed
timporta jew tal-familja tagħha, u li jkunu importati minn dik il-persuna
meta ġġorr il-mobbli tad-dar tagħha minn pajjiż ieħor għal Malta, iżda
dawn l-oġġetti għandhom jiġu importati fi żmien sitt xhur mid-data tal-
wasla f’Malta, jew f’dak iż-żmicn ieħor li l-Kontrollur tad-Dwana jista’
jippermetti.
(h) Vettura bil-mutur privata waħda li tiġi importata minn persuna (ir-raġel
u l-mara jgħoddu bħala persuna waħda għall-għanijiet ta’ din il-partita)
li tiġi biex toqgħod f’Malta b’dan illi dik il-persuna tissodisfa lill-
Kontrullur tad-Dwana illi -
(i) ikollha fil-pussess tagħha pcrmess tar-residenza maħruġ lilha
mill-Gvern skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 7 ta’ l-Att dwar
l-Immigrazzjoni (Kap. 217); u
(ii) il-vettura bil-mutur kicnet fil-pussess tagħha għal żmien kontinwu
ta’ mill-inqas sitt xhur li jiġi minnufih qabel il-ħruġ ta’ l-
imsemmi permess, sakemm ħlasijiet ta’ dwana u/jew ħlasijiet
fiskali li għalihom tkun normalment suġġetta dik il-vettura jkunu
tħallsu jew fil-pajjiż ta’ l-oriġini jew fil-pajjiż tat-tluq u bil-
kondizzjoni li dik il-vettura bil-mutur tiġi importata fi żmien sitt
xhur mid-data ta’ l-imsemmi permess jew mid-data tal-wasla ta’
dik il-persuna f’Malta, skond liema data tiġi l-iktar tard:
Iżda meta vettura bil-mutur bħal dik tiġi importata eżenti mid-
dazju tinbiegħ jew tiġi trasferita minn dik il-persuna għall-użu f’Malta,
dik il-vettura bil-mutur titqies li nħarġet mid-depożt fil-waqt ta’ dak il-
bejgħ jew trasferiment tagħha u d-dazju għandu jitħallas fuqha mill-
persuna li ssir is-sid tagħha skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 ta’
dan l-Att.
(i) Vettura bil-mumr privata waħda li tiġi importata minn emigrant Malti
(ir-raġel u l-mara jgħoddu bħala persuna waħda għall-għanijiet ta’ din
il-partita) ti tiġi lura biex toqgħod f’Malta b’dan illi dak l-emigrant
jissodisfa lill-Kontrollur tad-Dwana illi -
(i) kien ilu joqgħod barra minn Malta ghal żmien li b’kollox iġib l-
għaxar snin matul il-perijodu ta’ ħmistax-il sena li jiġi minnufih
qabel il-wasla tiegħu biex joqgħod għal kollox f’Malta; u
(ii) il-vettura bil-mutur kienet fil-pussess tagħha għal żmien kontinwu
ta’ mill-inqas sitt xhur li jiġi minnufih qabel il-wasla tiegħu biex
joqghod għal kollox f’Malta, sakemm ħlasijiet ta’ dwana u/jew
ħlasijiet fiskali li għalihom hija normalment suġġetta dik il-
vettura jkunu tħallsu jew fil-pajjiż ta’ l-oriġini jew fil-pajjiż tat-
tluq u bil-kondizzjoni li dik il-vettura bil-mutur tiġi importata fi
żmien sitt xhur mid-data tal-wasla ta’ dak l-emigrant biex
joqgħod għal kollox f’Malta:
Iżda, meta xi vettura bil-mutur bħal dik tiġi importata eżenti mid-
dazju tinbiegħ jew tiġi traferita minn dik il-persuna għall-użu f’Malta,
dik il-vettura bil-mutur titqies li nħarġet mid-depożt fil-waqt ta’ dak il-
bejgħ jew trasferiment tagħha u d-dazju għandu jitħallas fuqha mill-
persuna li ssir is-sid tagħha skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 ta’
dan l-Att.
(j) Bagalji tal-vjaġġatur magħduda:
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    25
(i) Ilbies u ħwejjeġ personali wżati, li l-Kontrollur tad-Dwana jkun
sodisfatt li jkunu maħsuba għall-użu personali tal-vjaġġatur, iżda
esklużi armi tan-nar u armi ta’ kull xorta.
(ii) (a) 200 sigarett JEW 100 cigarillos JEW 50 sigarru JEW 250
gramma ta’ tabakk tat-tipjip.
(b) 1 litru spirti JEW 2 litri ta’ prodotti intermedji u
nbidspumanti.
(ċ) 2 litri nbid.
(d) 50 gramma profumerija u 0.25 litru toilet water:
Iżda l-konċessjoni fuq il-prodotti tat-tabakk u xorb alkoholiku
skond (a), (b) u (ċ) hawn fuq m’għandhiex tingħata lill-persuni
taħt is-sbatax-il sena jew li kienu barra minn Malta għal inqas
minn erbgħa u għoxrin siegħa.
(iii) Dawk l-oġġetti mixtrija għall-użu tal-vjaġġatur innifsu jew bħala
rigali bona fide, li ma jkunux l-oġġetti msemmija fil-paragrafi (i)
u (ii) ta’ din il-partita sa valur ta’ ħamsin lira, b’dan illi meta l-
valur totali ta’ dawn l-oġġetti jkun jaqbeż il-ħamsin lira, din id-
disposizzjoni ma tkunx tgħodd u t-taxxa li titħallas fuq dawk l-
oġġetti għandha titnaqqas b’ħames liri.
(k) Kampjuni ta’ ebda valur kummerċjali.
(l) Strumenti jew apparat xjentifiku, maħsub speċifikament għal skopijiet
ta’ edukazzjoni jew għal riċerka purament xjentifika, b’dan illi -
(i) dawk l-istrumenti jew apparat xjentifiku jiġu konsenjati lil
istituzzjoni xjentifika jew edukattiva pubblika jew privata li tkun
approvata mill-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni għall-
finijiet ta’ din id-disposizzjoni u jkunu wżati taħt il-kontroll u r-
responsabbiltà  ta’ dik l-istituzzjoni; u
(ii) strumenti u apparat ta’ l-istess valur xjentifiku ma jkunux qed jiġu
fabbrikati f’Malta.
(m) Reġistrazzjonijiet tal-ħoss u tal-video ta’ karattru edukattiv, xjentifiku
jew kulturali magħmula mill-Ġnus Maqgħuda jew xi waħda mill-
aġenziji speċjalizzati tagħha.
  26      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
Sostitwita:IT-TIELET SKEDA 
XIX.1999.10.  (Artikolu 8)
(pubblikata bl-ilsien ingliż biss u riprodotta fit-test ingliż 
tal-Kapitolu 337).
Miżjuda:
VIII. 2001.4.
Sostitwita:
II. 2002.31.
IR-RABA’ SKEDA
KODIĊI TAD-DWANA
(Artikolu 36A)
KODIĊI TAD-DWANA Artikoli 
tal-
Kodiċi
TITOLU  I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI 1-19
KAPITOLU 1 SKOP U DEFINIZZJONIJIET BAŻIĊI 1-4
KAPITOLU 2 DISPOSIZZJONIJIET VARJI ĠENERALI LI
GĦANDHOM X'JAQSMU PARTIKOLARMENT MAD-
DRITTIJIET U L-OBBLIGI TA' PERSUNI RIGWARD L-
ARTIKOLI TAD-DWANA
5-19
Taqsima 1 Id-dritt ta' rappreżentazzjoni 5
Taqsima 2 Deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-applikazzjoni ta' l-
Artikoli tad-Dwana
6-10
Taqsima 3 Tagħrif 11-19
TITOLU II FATTURI LI A BAŻI TAGĦHOM JIĠU APPLIKATI
DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI JEW DAZJI FUQ L-
ESPORTAZZJONI U MIŻURI OĦRA STABBILITI
DWAR IL-KUMMERĊ TA' L-OĠĠETTI
20-36
KAPITOLU 1 TARIFFI TAD-DWANA U L-KLASSIFIKA TAT-TARIFFI
FUQ L-OĠĠETTI
20-21
KAPITOLU 2 ORIĠINI TA' L-OĠĠETTI 22-27
Taqsima 1 Oriġini mhux preferenzjali 22-26
Taqsima 2 Oriġini preferenzjali ta' l-oġġetti 27
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    27
KAPITOLU 3 IL-VALUR TA' L-OĠĠETTI GĦALL-GĦANIJIET TAD-
DWANA
28-36
TITOLU III DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-OĠĠETTI
MDAĦĦLA F'MALTA SAKEMM IKUNU ASSENJATI
TRATTAMENT JEW UŻU KIF APPROVATI MID-
DWANA
37-57
KAPITOLU 1 ID-DĦUL TA' L-OĠĠETTI F'MALTA 37-39
KAPITOLU 2  PREŻENTAZZJONI TA' L-OĠĠETTI  LID-DWANA 40-42
KAPITOLU 3 ID-DIKJARAZZJONI QASIRA U L-ĦATT TA' L-
OĠĠETTI PPREŻENTATI LID-DWANA
43-47
KAPITOLU 4 L-OBBLIGU LI L-OĠĠETTI PPREŻENTATI LID-
DWANA JIĠU ASSENJATI T-TRATTAMENT JEW L-
UŻU KIF APPROVATI MID-DWANA
48-49
KAPITOLU 5 MAGAZINAĠĠ TEMPORANJU TA' L-OĠĠETTI 50-53
KAPITOLU 6 DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GHAL OĠĠETTI
MHUX MALTIN LI JKUNU TAHT PROĊEDURA TA'
TRANSITU
54-55
KAPITOLU 7  DISPOSIZZJONIJIET OĦRA 56-57
TITOLU IV TRATTAMENT JEW UŻU KIF APPROVATI MID-
DWANA
58-182
KAPITOLU 1 ĠENERALI 58
KAPITOLU 2 PROĊEDURI TAD-DWANA 59-165
Taqsima 1 It-tqegħid ta' l-oġġetti taht proċedura tad-Dwana 59-78
A. Dikjarazzjonijiet bil-miktub 62-76
     I.   Proċedura normali 62-75
     II. Proċeduri simplifikati 76
B. Dikjarazzjonijiet Oħra 77
C. L-eżami tad-dikjarazzjonijiet wara l-iżdoganar 78
Taqsima 2 Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa 79-83
Taqsima 3 ARRANĠAMENTI TA' SOSPENSJONI U PROĊEDURI
TAD-DWANA B'IMPATT EKONOMIKU
84-160
A. Disposizzjonijiet komuni għal numru ta' proċeduri 84-90
B. Transitu estern 91-97
  28      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
 I.   Disposizzjonijiet ġenerali 91-92
II.  Disposizzjonijiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mat-
transitu   għall-estern
93-97
C.  Imħażen tad-Dwana 98-113
D.  Ipproċessar intern 114-129
      I.     Ġenerali 114-115
      II.   Il-għoti ta' awtorizzazzjoni 116-117
      III.  Tħaddim tal-proċedura 118-122
      IV.  Operati ta' proċessar barra minn Malta 123
 V.   Disposizzjonijiet speċjali għas-sistema tar-rifużjoni. 124-128
      VI. Disposizzjonijiet oħra 129
E.  Proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana 130-136
F. Importazzjoni temporanja 137-144
G. Proċessar għall-estern 145-160
     I.    Ġenerali 145-146
     II.  Il-konċessjoni ta' l-awtorizzazzjoni 147-148
     III. Tħaddim tal-proċedura 149-153
 IV Proċessar għall-estern bl-użu tas-sistema ta' skambju
standard 
154-159
     V.  Disposizzjoni oħra 160
Taqsima 4 Esportazzjoni 161-162
Taqsima  5 Transitu intern 163-165
KAPITOLU 3 TIPI OĦRA TA' TRATTAMENT JEW UŻU KIF
APPROVATI MID-DWANA
166-182
Taqsima 1 Żoni ħielsa u mħażen ħielsa 166-181
A. Ġenerali 166-
168A
B. It-tqegħid ta' l-oġġetti f'żoni ħielsa jew imħażen ħielsa 169-170
C. It-tħaddim ta' żoni ħielsa u mħażen ħielsa 171-176
D. Tneħħija ta' l-oġġetti minn żoni ħielsa jew imħażen ħielsa 177-181
Taqsima 2 Esportazzjoni mill-ġdid, qerda u abbandun 182
TITOLU V L-OĠĠETTI ĦERĠIEN MINN MALTA 183
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    29
TITOLU I 
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU 1
SKOP U DEFINIZZJONIJIET BAŻIĊI
Artikolu 1
Ir-regoli tad-Dwana għandhom jikkonsistu f’dan il-Kodiċi u d-disposizzjonijiet
tar-regolamenti magħmula taħt l-artikolu 36A(2) tal-Att dwar Dazji ta’ l-Importazzjoni
sabiex jimplimentawhom. Il-Kodiċi għandu japplika, mingħajr preġudizzju għal
disposizzjonijiet speċjali preskritti f’oqsma oħra tal-kummerċ bejn Malta u pajjiżi oħra.
Artikolu 2 
Ir-regoli tad-Dwana għandhom japplikaw uniformement fit-territorju kollu tad-
Dwana ta’ Malta.
TITOLU VI TĦADDIM PRIVILEĠĠJAT 184-188
KAPITOLU 1 SOLLIEVI MID-DAZJI TAD-DWANA 184
KAPITOLU 2 OĠĠETTI MIĠJUBA LURA 185-187
KAPITOLU 3 PRODOTTI TAS-SAJD MILL-BAĦAR U PRODOTTI
OĦRA MEĦUDA MILL-BAĦAR
188
TITOLU VII DEJN TAD-DWANA 189-242
KAPITOLU 1 GARANZIJI BIEX IKOPRU D-DEJN TAD-DWANA 189-200
KAPITOLU 2 IL-ĠARR TA' DEJN TAD-DWANA 201-216
KAPITOLU 3 L-IRKUPRU TA' L-AMMONT TAD-DEJN TAD-DWANA 217-232
Taqsima 1 Dħul fir-reġistri tal-kontijiet u l-komunikazzjoni ta' l-
ammont lid-debitur.
217-221
Taqsima 2 Il-limiti taż-żmien u l-proċeduri għall-ħlas ta' l-ammont tad-
dazju
222-232
KAPITOLU 4 ESTINZJONI TAD-DEJN TAD-DWANA 233-234
KAPITOLU 5 ĦLAS LURA U REMISSJONI TAD-DAZJU 235-242
TITOLU VIII APPELLI 243-246
  30      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
 Artikolu 3 
It-terminu "Malta" u t-terminu "territorju tad-Dwana ta’ Malta" għandhom
jinkludu l-art territorjali ta’ Malta, l-ibħra territorjali tagħha u l-ispazju ta’ l-ajru ta’
fuqha. 
Artikolu 4 
Għall-għanijiet ta’ dan il-Kodiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li
ġejjin:
(1) "Persuna" tfisser:
- persuna naturali,
- persuna legali,
- fejn teżisti il-possibiltà  fl-Artikoli fis-seħħ, għaqda ta’ persuni magħrufa li
għandha l-kapaċità  li twettaq atti legali imma nieqsa mill-istat ta’ persuna legali.
 (2) "Persuni stabbiliti f’Malta" tfisser:
- fil-każ ta’ persuna naturali, kull persuna normalment residenti hawn,
- fil-każ ta’ persuna legali jew għaqda ta’ persuni, kull persuna li għandha l-
uffiċċju reġistrat, il-kwartieri ċentrali jew l-istabbiliment permanenti tal-kummerċ
tagħha f’Malta.
(3) "Awtoritajiet tad-Dwana" tfisser l-awtoritajiet responsabbli inter alia li
japplikaw ir-regoli tad-Dwana.
 (4) "Uffiċċju tad-Dwana" ifisser kull uffiċċju li fih għandhom jiġu mitmuma l-
formalitajiet kollha jew parti minnhom preskritti mir-regoli tad-Dwana.
(5) "Deċiżjoni" tfisser kull azzjoni uffiċjali mill-awtoritajiet tad-Dwana
rilevanti għar-regoli tad-Dwana li tagħti deċiżjoni fuq każ partikolari, liema l-azzjoni
jkollha effetti legali fuq persuna waħda jew iktar speċifiċi jew identifikabbli; dan it-
terminu jkopri inter alia t-tagħrif li jorbot fit-tifsira ta’ l-Artikolu 12.
 (6) "Status tad-Dwana" tfisser l-istatus tal-oġġetti bħala Maltin jew oġġetti
mhux Maltin.
 (7) "Oġġetti Maltin" tfisser oġġetti:
- miksuba għal kollox f’Malta skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-
Artikolu 23 u li ma jinkludux oġġetti importati minn pajjiżi jew territorji li ma
jagħmlux parti mit-territorju tad-Dwana ta’ Malta,
- importati minn pajjiżi jew territorji li ma jagħmlux parti mit-territorju tad-
Dwana ta’ Malta li ġew rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa,
- miksuba jew prodotti fit-territorju tad-Dwana ta’ Malta, jew mill-oġġetti
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    31
riferiti fit-tieni subinċiż waħdu jew minn oġġetti msemmija fl-ewwel u t-tieni
subinċiż.
 (8) "Oġġetti mhux Maltin" tfisser oġġetti għajr dawk imsemmija fis-
subparagrafu 7.
 Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 163 u 164, l-oġġetti Maltin jitilfu dan l-
istatus tagħhom meta jiġu attwalment maħruġa ’l barra mit-territorju tad-Dwana ta’
Malta.
 (9) "Dejn tad-Dwana" tfisser l-obbligu fuq persuna li tħallas l-ammont ta’
dazji ta’ l-importazzjoni (dejn tad-Dwana fuq l-importazzjoni) jew dazji ta’ l-
esportazzjoni (dejn tad-Dwana fuq l-esportazzjoni) li japplikaw għal oġġetti speċifiċi
skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ f’Malta.
(10) "Dazji fuq l-importazzjoni" tfisser id-dazji u ħlasijiet dovuti lid-Dwana li
jkollhom effett ekwivalenti għad-dazji tad-Dwana li jridu jitħallsu fuq l-importazzjoni
ta’ oġġetti,
(11) "Dazju fuq l-esportazzjoni" tfisser:
- dazji u ħlasijiet dovuti lid-Dwana li jkollhom effett ekwivalenti għad-dazji
tad-Dwana li jridu jitħallsu fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti.
(12) "Debitur" tfisser kull persuna responsabbli li tħallas dejn tad-Dwana.
(13) "Sorveljanza mill-awtoritajiet tad-Dwana" tfisser l-azzjoni meħuda b’mod
ġenerali minn dawn l-awtoritajiet bil-ħsieb li jiżguraw illi jiġu osservati d-
disposizzjonijiet tad-Dwana u, fejn hu xieraq, id-disposizzjonijiet l-oħra applikabbli
għall-oġġetti bla ħsara għas-sorveljanza tad-Dwana.
(14) "Kontroll mill-awtoritajiet tad-Dwana" tfisser il-qadi ta’ azzjonijiet
speċifiċi bħalma huma l-eżami ta’ l-oġġetti, il-verifika ta’ l-eżistenza u l-awtentiċità
tad-dokumenti, l-eżami tal-kontijiet u tal-impriża u ta’ reġistri oħrajn, l-ispezzjon tal-
mezzi tal-ġarr, l-ispezzjon tal-bagalji u ta’ oġġetti oħra mmexxija minn jew fuq persuni
u t-twettiq ta’ investigazzjonijiet uffiċjali u azzjonijiet simili, bil-ħsieb li jiġu osservati
id-disposizzjonijiet tad-Dwana u, fejn hu xieraq, id-disposizzjonijiet l-oħra applikabbli
għall-oġġetti bla ħsara għas-sorveljanza tad-Dwana.
(15) "Trattament jew użu ta’ oġġetti kif approvati mid-Dwana" tfisser:
(a) it-tqegħid ta’ oġġetti taħt proċedura tad-Dwana;
(b) id-dħul tagħhom f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles;
(ċ) l-esportazzjoni tagħhom mill-ġdid minn Malta;
(d) il-qerda tagħhom;
(e) it-telqaċabbandun tagħhom f’idejn il-Gvern.
(16) "Proċedura tad-Dwana" tfisser: 
  32      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
(a) ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa;
(b) it-transitu;
(ċ) iż-żamma f’maħżen tad-Dwana;
(d) proċessar intern;
(e) proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana;
(f) dħul temporanju;
(g) proċessar għall-estern;
(h) l-esportazzjoni.
(17) "Dikjarazzjoni tad-Dwana" tfisser l-azzjoni li biha persuna tindika bil-
forma u l-manjiera preskritti ix-xewqa li tqiegħed oġġetti taħt proċedura speċifika tad-
Dwana.
(18) "Dikjarant" tfisser il-persuna li tagħmel id-dikjarazzjoni tad-Dwana
f’isimha jew il-persuna li f’isimha ssir dikjarazzjoni tad-Dwana.
(19) "Preżentazzjoni ta’ l-oġġetti lid-Dwana" tfisser in-notifika lill-awtoritajiet
tad-Dwana, bil-manjiera stabbilita, tal-wasla ta’ l-oġġetti fl-uffiċċju tad-Dwana jew
f’kull post ieħor nominat jew approvat mill-awtoritajiet tad-Dwana.
(20) "Rilaxx ta’ l-oġġetti" tfisser l-azzjoni li biha l-awtoritajiet tad-Dwana
jagħmlu l-oġġetti disponibbli għall-għanijiet stipulati mill-proċedura tad-Dwana li
taħtha jiġu mqiegħda.
(21) "Possessur tal-proċedura" tfisser il-persuna li għan-nom tagħha tkun ġiet
magħmula dikjarazzjoni tad-Dwana jew il-persuna li lilha jkunu ġew trasferiti d-
drittijiet u l-obbligi tal-persuna msemmija hawn fuq dwar proċedura tad-Dwana.
(22) "Possessur ta’ awtorizzazzjoni" tfisser il persuna li lilha tkun ġiet konċessa
awtorizzazzjoni.
(23) "Disposizzjonijiet fis-seħħ" tfisser id-disposizzjonijiet applikabbli f’Malta.
(24) "Kontrollur" tfisser il-Kontrollur tad-Dwana, u tinkludi kull persuna li
jkollha l-awtorità  espliċità  jew impliċità  li taġixxi għall-Kontrollur imsemmi fit-twettiq
tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi.
(25) "il-Komunità " tfisser il-Komunità  Ewropea mwaqqfa bit-Trattat li waqqaf
il-Komunità  Ekonomika Ewropea magħmul f’Ruma fil-25 ta’ Marzu, 1957, kif
emendat bl-Att ta’ Ewropea Waħdiena ta’ l-1986 u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
magħmul f’Maastricht fis-7 ta’ Frar, 1992 u t-Trattat ta’ Amsterdam magħmul
f’Amsterdam fis-16 u s-17 ta’ Ġunju, 1997, u li l-membri tagħha huma l-Belġju, id-
Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-
Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja u r-
Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta’ Fuq, u l-Istati l-oħra li jistgħu jsiru membri
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    33
tagħha u li għalihom japplika ftehim bejn il-Komunità  Ewropea u Malta, u għall-
għanijiet ta’ kull ftehim bejn il-Komunità  Ewropea u Malta, dawk il-pajjiżi li għalihom
japplika dan il-ftehim.
(26) "Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-Dwana.
KAPITOLU 2 
DISPOSIZZJONIJIET VARJI ĠENERALI LI GĦANDHOM X’JAQSMU 
PARTIKLARMENT MAD-DRITTIJIET U L-OBBLIGI TA’ PERSUNI RIGWARD L-
ARTIKOLI TAD-DWANA 
Taqsima 1 
Id-dritt ta’ rappreżentazzjoni
Artikolu 5*
1.  Skond il-kundizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 64 (2) u bla ħsara għad-
disposizzjonijiet adottati fil-qafas ta’ l-Artikolu 243(2)(b), kull persuna tista’ taħtar
rappreżentant fin-negozju tagħha ma’ l-awtoritajiet tad-Dwana sabiex tesegwixxi l-
azzjonijiet u l-formalitajiet preskritti fl-Artikoli tad-Dwana. 
2. Din ir-rappreżentanza tista’ tkun: 
- diretta, f’liema każ ir-rappreżentat għandu jaġixxi f’isem jew fl-interess ta’
persuna oħra, jew 
- indiretta, f’liema każ ir-rappreżentant għandu jaġixxu f’ismu iżda għan-
nom ta’ persuna oħra.
Il-Kontrollur jista’ jirrestrinġi d-dritt li jsiru dikjarazzjonijiet tad-Dwana: 
- b’rappreżentanza diretta, jew 
- b’rappreżentanza indiretta,
hekk li r-rappreżentant ikollu jkun aġent tad-dwana li jwettaq in-negozju tiegħu
f’Malta. 
3. Għajr fil-każi riferiti għalihom fl-Artikolu 64(2)(b) u (3), ir-rappreżentant
irid ikun stabbilit f’Malta. 
4. Rappreżentant irid jiddikjara li huwa qiegħed jaġixxi għan-nom tal-
persuna rappreżentata, jispeċifika jekk ir-rappreżentanza hix diretta jew indiretta u li
jkun ġie mogħti l-poter li jaġixxi bħala rappreżentant. Persuna li tonqos milli tiddikjara
li qiegħda taġixxi f’isem jew għan-nom ta’ persuna oħra jew li tiddikjara li qiegħda
taġixxi f’isem jew għan-nom ta’ persuna oħra mingħar ma tkun ġiet mogħtija l-poter li
tagħmel hekk għandha titqies li qiegħda taħdem f’isimha stess u għan-nom tagħha stess. 
*Għadu mhux fis-seħħ.
  34      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
5. Il-Kontrollur jista’ jeħtieġ lil kull persuna li tiddikjara li qiegħda taġixxi
f’isem jew għan-nom ta’ persuna oħra sabiex tipproduċi xhieda tal-poteri tagħha sabiex
taġixxi ta’ rappreżentant. 
 Taqsima 2 
Deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli tad-Dwana
Artikolu 6 
1.  Fejn persuna titlob lill-awtoritajiet tad-Dwana sabiex jieħdu deċiżjoni li
għandha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli tad-Dwana din il-persuna għandha
tforni t-tagħrif u d-dokumenti kollha meħtieġa minn dawn l-awtoritajiet sabiex tittieħed
deċiżjoni. 
 2. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed u tiġi notifikata lill-applikant mill-iktar
fis. Fejn it-talba għal-deċiżjoni ssir bil-miktub, id-deċiżjoni għandha tittieħed
f’perijodu ta’ żmien preskritt bi qbil mad-disposizzjonijiet eżistenti, u li jibda mid-data
li fiha l-Kontrollur jirċievi t-talba msemmija. Din id-deċiżjoni trid tiġi notifikata bil-
miktub lill-applikant. 
Iżda, dan il-perijodu ta’ żmien jista’ jinqabeż meta ma jkunx possibli għall-
Kontrollur li jikkonforma miegħu. F’dan il-każ, il-Kontrollur imsemmi għandu jgħarraf
b’dan lill-applikant qabel ma jagħlaq il-perijodu taż-żmien imsemmi hawn fuq, filwaqt
li jinfurmah bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eċċess taż-żmien u jindikalu l-perijodu ta’
żmien itwal li jikkunsidra meħtieġ sabiex jagħti deċiżjoni fuq it-talba. 
3. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kontrollur bil-miktub li jew ma jaċċettawx
talbiet jew ikunu ta’ detriment għall-persuni li lilhom inkunu indirizzati għandhom
jiddikjaraw il-bażi li fuqhom ikunu msejsa. Għandhom jirreferu għad-dritt ta’ l-appell
provvdut fl-Artikolu 243. 
4. Tista’ ssir disposizzjoni għall-ewwel sentenza tal-paragrafu 3, sabiex
tapplika b’mod simili għal deċiżjonijiet oħra. 
Artikolu 7 
Għajr għall-każi provduti fit-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 244, id-
deċiżjonijiet adotti għandhom jiġu infurzati immedjatament mill-Kontrollur. 
 Artikolu 8 
1. Deċiżjoni favorevoli għall-persuna konċernata għandha tiġi annullata jekk
kienet maħruġa fuq il-bażi ta’ tagħrif mhux korrett jew inkomplet u:
- l-applikant kien jaf jew kellu raġjonevolment ikun jaf li t-tagħrif kien
inkorrett jew inkomplet, u
- din id-deċiżjoni ma setgħetx tiġi meħuda fuq il-bażi ta’ tagħrif korrett jew
komplet. 
2. Il-persuni li lilhom kienet indirizzata d-deċiżjoni għandhom jiġu notofikati
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    35
bl-annullament tagħha. 
3. L-annullament għandu jibda jseħħ mid-data li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni
annullata. 
Artikolu 9
1. Deċiżjoni favorevoli għall-persuna konċernata, għandha tiġi revokata jew
emendata fejn, fil-każijiet għajr dawk riferiti fl-Artikolu 8, waħda mill-kundizzjonijiet
jew iktar preskritti għall-ħruġ tagħha ma kinux jew ma jibqgħux iktar imwettqa. 
2. Deċiżjoni favorevoli għall-persuna konċernata tista’ tiġi revokata billi l-
persuna li lilha tkun indirizzata tonqos milli twettaq obbligu impost fuqha b’din id-
deċiżjoni. 
3. Il-persuna li lilha tkun idirizzata d-deċiżjoni għandha tiġi notifikata bir-
revoka jew l-emenda tagħha. 
4. Ir-revoka jew l-emenda tad-deċizjoni għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data
tan-notifika. Iżda, f’każi eċċezzjonali fejn l-interessi leġittimi tal-persuna li lilha tkun
indirizzata d-deċiżjoni hekk jeħtieġu, il-Kontrollur jista’ jħalli għal iktar tard id-data ta’
meta r-revoka jew l-emenda jidħlu fis-seħħ. 
Artikolu 10 
L-Artikoli 8 u 9 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li
jistipulaw illi d-deċiżjonijiet huma invalidi jew saru nulli u battala għal raġunijiet li
mhumiex konnessi mal-liġijiet tad-Dwana.
 Taqsima 3
Tagħrif
Artikolu 11 
1. Kull persuna tista’ titlob tagħrif dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tad-
Dwana mingħand l-awtoritajiet tad-Dwana. Din it-talba tista’ tiġi rifjutata fejn ma
jkollhiex x’taqsam ma’ operati ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni attwalment
previsti. 
2.  It-tagħrif għandu jingħata lill-applikant mingħajr ħlas. 
3.  Iżda, fejn ikunu ntefqu spejjeż speċjali mill-awtoritajiet tad-Dwana,
partiklarment bħala riżultat ta’ analiżijiet jew rapporti ta’ l-esperti dwar oġġetti, jew l-
għoti lura ta’ l-oġġetti lill-applikant, dan jista’ jiġi ordnat iħallas l-ammont rilevanti. 
Artikolu 12 
1. Il-Kontrollur tad-Dwana għandu joħroġ Tagħrif Li Jorbot dwar it-Tariffa
jew Tagħrif li Jorbot dwar l-Oriġini fuq talba bil-miktub magħmula mill-applikant fuq
il-formola apposta. Għandha tintuża formola ta’ l-applikazzjoni separata għal kull
prodott li għalih jintalab it-Tagħrif li Jorbot dwar it-Tariffa jew it-Tagħrif li Jorbot dwar
  36      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
l-Oriġini.
2. It-tagħrif għandu jiġi mogħti lill-applikant bil-miktub u malajr kemm jista’
jkun, iżda mhux iktar tard minn tliet xhur mid-data ta’ l-applikazzjoni.
3. It-Tagħrif li Jorbot dwar it-Tariffa jew it-Tagħrif li Jorbot dwar l-Oriġini
għandhom jorbtu lill-awtoritajiet tad-Dwana rigward il-possessur tat-tagħrif biss dwar
il-klassifika tat-tariffa jew id-deċiżjoni dwar l-oriġini ta’ l-oġġetti.
4. It-Tagħrif li Jorbot dwar it-Tariffa jew it-Tagħrif li Jorbot dwar l-Oriġini
għandhom jorbtu lill-awtoritajiet tad-Dwana biss għall-oġġetti li għalihom ikunu
tlestew minn kollox il-formalitajiet tad-Dwana wara d-data li fiha ikun ingħata t-tagħrif
minnhom. F’materji ta’ oriġini, il-formalitajiet imsemmija għandhom ikunu dawk li
għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 22 sa 27. It-tagħrif hekk mogħti
ma jimponi l-ebda obbligi fuq l-awtoritajiet tad-Dwana dwar il-formalitajiet tad-Dwana
li jkunu tlestew minn kollox qabel id-data msemmija.
5.  Il-possessur ta’ dan it-tagħrif irid jipprovdi illi:
- għall-għanijiet tat-tariffa l-oġġetti importati jikkorrespondu f’kull rispett
ma’ dawk deskritti fit-Tagħrif li Jorbot dwar it-Tariffa.
- għall-għanijiet ta’ l-oriġini l-oġġetti konċernati u ċ-ċirkostanzi li
jiddeterminaw l-akkwist ta’ oriġini jikkorrespondu f’kull rispett ma’ l-oġġetti u ċ-
ċirkostanzi deskritti fit-Tagħrif li Jorbot dwar l-Oriġini.
6. It-Tagħrif li Jorbot għandu jkun validu għal perijodu ta’ sitt snin mid-data
tal-ħruġ tad-deċiżjoni fil-każ ta’ tariffi u tliet snin mid-data tal-ħruġ tad-deċiżjoni fil-
każ ta’ l-oriġini. Bħala deroga mill-Artikolu 8, għandha tiġi annullata fejn tkun bażata
fuq tagħrif mhuż eżatt jew inkomplet mill-applikant.
7.  It-Tagħrif li Jorbot ma jibqax validu:
- fil-każ ta’ tagħrif dwar it-tariffa:
(a) fejn jiġi adottat regolament u t-tagħrif ma jikkonformax iktar mal-
liġi hekk preskritta;
(b) fejn ma jibqax iktar kompatibbli ma’ l-interpretazzjoni tas-Sistema
Armonizzata tad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (SA) jew
minħabba opinjoni dwar il-klassifika jew l-emenda għan-Noti ta’ Spjegazzjoni
għas-SA adottati mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwani mwaqqfa fl-1952 bl-
isem ta’ ’il-Kunsill ta’ Koperazzjoni bejn id-Dwani’.
Fil-każi (a) u (b) id-data li fiha t-Tagħrif li Jorbot dwar il-Klassifika tat-Tariffa
ma tibqax iktar valida għandha tkun id-data tal-pubblikazzjoni tal-miżuri msemmija;
(ċ) fejn il-possessur jiġi notifikat bl-irtirar, ir-revoka jew l-emenda
tiegħu minħabba li kienu miksuba iktar dettalji li jaffettwaw dan it-Tagħrif li
Jorbot dwar il-Klassifika ta’ Qabel id-Dħul.
- fil-każ tat-tagħrif dwar l-oriġini:
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    37
(a) fejn jiġi adottat regolament jew mitmum ftehim minn Malta u t-
tagħrif ma jibqax jikkonforma mal-liġi hekk stabbilita;
(b)  fejn ma jibqax iktar kompatibbi mal-Ftehim dwar ir-Regoli ta’ l-
Oriġini stabbilit fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) jew man-noti
ta’ spjegazzjoni jew opinjoni dwar l-oriġini adottati għall-interpretazzjoni ta’
dan il-Ftehim.
Fil-każi (a) u (b) id-data li fiha t-Tagħrif li Jorbot dwar l-Oriġini ma tibqax iktar
valida għandha tkun id-data tal-pubblikazzjoni tal-miżuri msemmija.
(ċ) fejn tkun revokata jew emendata bi qbil ma’ l-Artikolu 9, basta illi
l-possessur ikun ġie mgħarraf minn qabel.
8. Il-possessur tat-Tagħrif li Jorbot dwar it-Tariffa li ma jibqax iktar validu
b’mod konformi mal-paragrafu 7, (a) u (b) jista’ juża dan it-tagħrif sa sitt xhur mid-data
tal-pubblikazzjoni jew tan-notifika basta illi jkun ikkonkluda kuntratt li jorbot għax-xiri
ta’ l-oġġetti imsemmija, fuq il-bażi tat-Tagħrif li Jorbot dwar it-Tariffa li jkun ħareġ
qabel ma tkun ġiet adottata din il-miżura ta’ klassifika tat-tariffi. L-awtoritajiet tad-
Dwana jistgħu jtawlu l-perijodu ta’ sitt xhur kull meta jinħass illi huwa neċessarju u
ġust li l-possessur jiġi megħjun li jlesti minn kollox l-kuntratti li fuq il-bażi tat-Tagħrif
li Jorbot jorbtuh li jkun daħal għalihom.
9. Il-klassifika jew id-deċiżjoni dwar l-oriġini f’tagħrif li Jorbot jistgħu jiġu
applikati, fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 8, għall-għan biss li jitlestew id-
dokumenti ta’ l-importazzjoni jew ta’ l-esportazzjoni.
10. It-Tagħrif li Jorbot jiġi mogħti mingħajr ħlas. Iżda, fejn isiru spejjeż mid-
Dipartiment tad-Dwana fl-analiżi jew il-kisba ta’ l-opinjoni ta’ esperti, dawn l-ispejjeż
għandhom jiġu mħallsa mill-applikant.
Artikolu 13 
Bi qbil mal-kundizzjonijiet stabbiliti mid-disposizzjonijiet fis-seħħ, il-Kontrollur
jista’ jwettaq il-kontrolli kollha li jidhirlu li huma meħtieġa sabiex jiżgura illi l-liġijiet
tad-Dwana jiġu applikati korrettement. 
Artikolu 14 
Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tal-liġijiet tad-Dwana, kull persuna
direttament jew indirettament imdaħħla fl-operati msemmija għall-għanijiet ta’
kummerċ tal-oġġetti għandha tipprovdi lill-Kontrollur bid-dokumenti kollha meħtieġa u
t-tagħrif kollu meħtieġ irrispettivament mill-mezzi wżati, u dik l-għajnuna meħtieġa
minnu u sa kull limitu ta’ żmien stabbilit. 
Artikolu 15 
It-tagħrif kollu li min-natura tiegħu huwa konfidenzjali jew li jiġi mogħti fuq
bażi ta’ konfidenzjalità  għandu jiġi kopert bl-obbligi tas-segretezza professjonali. Ma
għandux jiġi żvelat mill-Kontrollur mingħajr il-permess speċifiku tal-persuna jew l-
awtorità  li jagħtuhulu; il-għoti tat-tagħrif għandu jkun permess fejn il-Kontrollur jista’
  38      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
jiġi obbligat jew awtorizzat li jagħmel hekk b’mod konformi mad-disposizzjonijiet fis-
seħħ, partiklarment fejn jidħol il-protezzjoni ta’ ’data’ dwar il-protezzjoni ta’ fatti
magħrufa (’data’), jew b’konnessjoni ma’ proċedimenti legali. 
Artikolu 16
Il-persuni konċernati għandhom iżommu d-dokumenti riferiti fl-Artikolu 14
għall-għanijiet ta’ kontroll mill-Kontrollur, għall-perijodu taż-żmien stipulat fid-
disposizzjonijiet fis-seħħ u għal mill-inqas sitt snin kalendarji, irrispettivament mill-
mezz użat. Dan il-perjodu ta’ żmien għandu jibda jseħħ mill-aħħar tas-sena li fiha: 
(a) fil-każ ta’ oġġetti rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa f’ċirkostanzi
għajr dawk riferiti fil-(b) jew oġġetti dikjarati għall-esportazzjoni, mill-aħħar
tas-sena li fiha jiġu aċċettati d-dikjarazzjonijiet għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni
ħielsa jew għall-esportazzjoni; 
(b) fil-każ ta’ oġġetti rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b’rata ta’
dazju fuq l-importazzjoni mnaqqsa jew ta’ zero minħabba l-użu aħħari tagħhom,
mill-aħħar tas-sena li fiha ma jibqgħux iktar taħt is-sorveljanza tad-Dwana;
(ċ) fil-każ ta’ oġġetti mqiegħda taħt proċedura oħra tat-Dwana, mill-
aħħar tas-sena li fiha titlesta minn kollox il-proċedura tad-Dwana konċernata; 
(d) fil-każ ta’ oġġetti mqiegħda f’żona ħielsa jew maħżen ħieles, mill-
aħħar tas-sena li fiha joħorġu mill-impriża konċernata. Mingħajr preġudizzju
għad-disposizzjonijiet tat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 221(3), fejn ikun twettaq
stħarriġċċkontroll mill-awtoritajiet tad-Dwana dwar dejn mad-Dwana li juri li d-
dħul rilevanti fir-reġistri tal-kontijiet ikollu jiġi korrett, id-dokumenti għandhom
jinżammu iktar fit-tul mil-limitu taż-żmien stipulat fl-ewwel paragrafu u għal
perijodu ta’ żmien twil biżżejjed sabiex jippermetti li ssir u tkun iċċekkjata l-
korrezzjoni. 
Artikolu 17 
Fejn huma preskritti perijodu ta’ żmien, data jew limitu taż-żmien b’mod
konformi mal-liġijiet tad-Dwana bil-għan li jiġu applikati l-liġijiet, dan il-perijodu ta’
żmien ma għandux jiġġedded u din id-data jew dan il-limitu ta’ żmien ma għandhomx
jiġu diferiti jekk kemm-il darba ma ssirx disposizzjoni speċifika fil-liġijiet konċernati. 
Artikolu 18 
Il-valur tal-Lira Maltija li jrid jiġi applikat fil-qafas tal-liġijiet tad-Dwana
għandu jkun bir-rata tal-ftuħ tal-kambju fil-jum tal-Ġimgħa ta’ kull ġimgħa. Din ir-rata
għandha tapplika matul il-perijodu kontinwu ta’ sebat ijiem li jibda fil-jum tat-Tnejn ta’
wara li jmiss, iżda meta r-rata tal-ftuħ tal-kambju fil-jum tal-Ġimgħa tkun differenti
minn dik ir-rata li tiġi warajha bi tlieta fil-mija jew iktar għandha tapplika l-aħħar rata
għall-bqija ta’ dak il-perjodu taż-żmien:
B’dan illi jekk f’xi waqt il-Bank Ċentrali ma joħroġx ir-rata tal-kambju f’xi jum
li fih din ir-rata tiġi s-soltu maħruġa, il-Kontrollur jista’ jissospendi l-istima tal-valur
ta’ l-oġġetti sakemm hekk tinħareġ din ir-rata.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    39
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-klawsola tas-sub-Artikolu ta’
qabel, meta r-rata tal-kambju ma tinħariġx mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fil-jum tal-
Ġimgħa, l-istima tal-valuri għall-perjodu tas-sebat ijiem li jibdew mill-jum tat-Tnejn ta’
wara għandha tiġI determinata skond ir-rata tal-kambju stabbilita l-ewwel mill-Bank
Ċentrali wara dak il-jum tal-Ġimgħa, u meta fil-jum tat-Tnejn li jiġi immedjatament
wara l-jum tal-Ġimgħa li fih il-Bank Ċentrali ma jkunx ħareġ din ir-rata, xorta ma
tkunx għadha ħarġet rata tal-kambju, il-Kontrollur jista’ jissokta jagħmel stima tal-
valur ta’ l-oġġetti skond ir-rata applikabbli l-ġimgħa ta’ qabel jew jissospendi l-istima
tal-valur ta’ l-oġġetti sakemm toħroġ rata.
B’dan iżda illi meta r-rata tal-kambju msemmija tkun differenti minn rata
sussegwenti bi tlieta fil-mija jew iżjed, ir-rata ta’ l-iktar tard għandha tapplika għall-
bqija tal-perijodu taż-żmien.
Artikolu 19
Il-Ministru għandu jistabbilixxi f’liema każi u b’liema kundizzjonijiet tista’ tiġi
simplifikata l-applikazzjoni tal-liġijiet tad-Dwana. 
TITOLU II
FATTURI LI A BAŻI TAGĦHOM JIĠU APPLIKATI DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI 
JEW DAZJI FUQ L-ESPORTAZZJONI U MIŻURI OĦRA STABBILITI DWAR IL-
KUMMERĊ TA’ L-OĠĠETTI KAPITOLU 1 TARIFFI TAD-DWANA U L-
KLASSIFIKA TAT-TARIFFI FUQ L-OĠĠETTI
Artikolu 20 
1.  Id-dazji dovuti legalment fejn ikun dovut dejn tad-Dwana għandhom
ikunu msejsa fuq it-Tariffa tad-Dwana ta’ Malta li tikkomprendi:
a. is-sistema armonizzata tan-nomenklatura;
b.  is-sotto-diviżjonijiet nazzjonali ta’ din in-nomenklatura;
ċ.  in-noti, l-Artikoli u disposizzjonijiet oħra li jkunu jinsabu fit-
Tariffa tad-Dwana ta’ Malta.
2.  Il-miżuri l-oħra stabbiliti bid-disposizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw
oqsma speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-kummuerċ fl-oġġetti għandhom, fejn ikun
xieraq, jiġu applikati skond il-klassifika tat-tariffa ta’ dawn l-oġġetti.
3.  In-noti, l-Artikoli u d-disposizzjonijiet l-oħra li jkunu jinsabu fit-Tariffa
tad-Dwana għandhom jiffurmaw parti integrali minnha, u t-Tariffa msemmija għandha
tinqara, tiġi mibnija u applikata bi qbil man-noti, l-Artikoli u d-disposizzjonijiet
imsemmija iktar ’il fuq.
4.  Għandhom ikunu ntaxxati u miġbura mill-Kontrollur tad-Dwana f’isem il-
Gvern id-dazji fuq l-importazzjoni murija fil-Kolonna "Dazju fuq l-Importazzjoni" tat-
Tariffa tad-Dwana fuq l-oġġetti kollha li għalihom irid isir il-ħlas ta’ dawn id-dazji u
enumerati fl-ewwel kolonna tat-Tariffa msemmija, li jkunu ġew imkabbra, prodotti jew
  40      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
manifatturati f’pajjiżi, għajr dawk fil-Komunità  u li għandhom jiġu importati f’Malta
jew maħruġa mid-depożti għall-użu jew il-konsum f’Malta.
5.  Id-dazji fuq l-importazzjoni murija fil-Kolonna "Dazju fuq l-
Importazzjoni" ma għandhomx japplikaw għall-oġġetti mkabbra, prodotti jew
manifatturati fil-Komunità  u li għandhom jiġu importati f’Malta jew maħruġa mid-
depożti għall-użu jew għall-konsum f’Malta basta iżda illi dawn l-oġġetti jissodisfaw l-
Artikoli dwar l-oriġini kif ikunu fis-seħħ minn żmien għal żmien bi qbil ma’ kull ftehim
bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Komunità ;
6.  Minkejja dak kollu li jkun jinsab fis-subartikoli (4) u (5) ta’ dan l-Artikolu,
il-Kontrollur tad-Dwana jista’, bi ftehim ma l-importatur, japplika rata komuni ta’
għaxra fil-mija bħala dazju fuq l-importazzjoni fuq oġġetti ta’ natura mhux
kummerċjali riċevuti minn persuni individwali f’kunsinji fejn il-valur ta’ dawn l-oġġetti
ma jaqbiżx il-ħamsin Lira Maltin, u fuq oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali importati
mill-vjaġġaturi fil-bagalji tagħhom fejn il-valur ta’ dawn l-oġġetti ma jaqbiżx il-mitt
Lira Maltin, iżda fiż-żewġ każi jkunu oġġetti oħra għajr spirti, tabakk jew prodotti tat-
tabakk.
7.  Fil-kalkolu u l-ġbir tad-dazju fuq l-importazzjoni, il-Kontrollur jista’
jikkalkola ’l-fuq jew ’l-isfel il-valur ta’ l-oġġetti u l-ammont ta’ dazju li jrid jitħallas
fuqhom sa l-eqreb Lira Maltija.
Artikolu 21
1. It-trattament favorevoli tat-tariffa li minnu jistgħu igawdu ċerti oġġetti
minħabba n-natura jew l-użu aħħari tagħhom għandhom ikunu bla ħsara għall-
kundizzjonijiet stipulati mill-Ministru. Fejn tinħtieġ awtorizazzjoni għandhom
japplikaw l-Artikolu 86 u 87.
2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-espressjoni "trattament favorevoli ta’
tariffa" tfisser it-tnaqqis jew is-sospensjoni tad-dazju fuq l-importazzjoni kif imsemmi
fl-Artikolu 4(10), anke ġewwa l-qafas ta’ kwota tat-tariffa. 
KAPITOLU 2 
ORIĠINI TA’ L-OĠĠETTI
Taqsima 1 
Oriġini mhux preferenzjali
Artikolu 22
L-Artikoli 23 sa 26 jiddefinixxu l-oriġini mhux preferenzjali ta’ l-oġġetti għall-
għanijiet ta’: 
(a) l-applikazzjoni tat-Tariffa tad-Dwana ta’ Malta bl-eċċezzjoni tal-
miżuri msemmija fl-Artikolu 20 (5); 
(b) l-applikazzjoni ta’ miżuri oħra għajr il-miżuri tat-tariffa stabbiliti
bid-disposizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw oqsma speċifiċi li għandhom
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    41
x’jaqsmu mal-kummerċ ta’ l-oġġetti; 
(ċ) it-tħejjija u l-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini. 
Artikolu 23 
1.  L-oġġetti li joriġinaw f’pajjiż għandhom ikunu dawk miksuba jew prodotti
għal kollox f’dak il-pajjiż. 
2. L-espressjoni ’oġġetti miksuba għal kollox f’pajjiż’ tfisser: 
(a) prodotti minerali estratti ġewwa dan il-pajjiż; 
(b) prodotti veġetali maħsuda ġewwa fih; 
(ċ) annimali ħajjin mitwielda u mrobbija ġewwa fih; 
(d) prodotti li ġejjin minn annimali ħajjin imrobbija fih; 
(e) prodotti tal-kaċċa jew is-sajd imwettqa fih; 
(f) prodotti tas-sajd bil-baħar u prodotti oħra miksuba mill-baħar ’il
barra mill-ibħra territorjali ta’ pajjiż minn bastimenti reġistrati jew imniżżla fir-
reġistri tal-pajjiż konċernat u li jtajru l-bandiera tiegħu; 
(g) l-oġġetti miksuba jew prodotti abbord bastimenti-fabbriki mill-
prodotti riferiti fis-sotto-paragrafu (f) u li joriġinaw f’dan il-pajjiż, iżda jekk
dawn il-bastimenti-fabbriki jkunu reġistrati jew imniżżla fir-reġistri ta’ dan il-
pajjiż u jtajru l-bandiera tiegħu; 
(h) il-prodotti miksuba minn qiegħ il-baħar jew mill-art ta’ taħt qiegħ
il-baħar ’il barra mill-baħar territorjali basta iżda illi dak il-pajjiż ikollu d-
drittijiet esklussivi sabiex jisfrutta l-qiegħ tal-baħar jew l-art ta’ taħt dak il-qiegħ
tal-baħar;
(i) prodotti mill-iskart jew l-iscrap derivati minn xogħlijiet tal-
manifattura u oġġetti wżati, jekk ikunu miġbura ġewwa fihom u jkunu siewja
biss għall-irkupru ta’ materji primi;
(j) oġġetti prodotti ġewwa fihom esklussivament mill-oġġetti
msemmija fis-subparagrafi (a) sa (i) jew mid-derivati tagħhom, f’kull stadju tal-
produzzjoni. 
3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 2, l-espressjoni "pajjiż" tkopri l-ibħra
territorjali tal-pajjiż konċernat. 
Artikolu 24 
Oġġetti li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi iktar minn pajjiż wieħed għandhom
jitqiesu li joriġinaw fil-pajjiż fejn ikunu għaddew mill-aħħar proċess jew ħidma
sostanzjali, ekonomikament ġustifikata f’impriża imgħammra għal-dan il-għan u li
jirriżultaw fil-manifattura ta’ prodott ġdid jew li jirrappreżenta stadju importanti fil-
  42      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
manifattura. 
Artikolu 25 
Kull proċessar jew xogħol li minnhom jiġi stabbilit, jew li minnhom il-fatti kif
aċċertati jiġġustifikaw il-presenużjoni, illi l-iskop waħdieni tagħhom kien li jaħarbu
mid-disposizzjonijiet applikabbli għal oġġetti ġejjin minn pajjiżi speċifiċi ma
għandhom taħt l-ebda ċirkustanza jitqiesu li jagħtu lil dawn l-oġġetti hekk prodotti l-
oriġini tal-pajjiż fejn ikun twettaq fit-tifsira ta’ l-Artikolu 24. 
Artikolu 26 
1.  Il-liġijiet tad-Dwana u l-liġijiet l-oħra nazzjonali li jirregolaw oqsma
speċifiċi jistgħu jordnaw illi jeħtieġ li jiġi provvdut dokument bħala xhieda ta’ l-oriġini
ta’ l-oġġetti. 
2. Minkejja l-wirja ta’ dan id-dokument, il-Kontrollur jista’, f’każ ta’ dubju
serju, jitlob kull xhieda oħra sabiex jiżgura illi l-indikazzjoni ta’ l-oriġini tikkonforma
tassew ma’ l-Artikoli stipulati mil-leġiżlazzjoni rilevanti. 
Taqsima 2 
Oriġini preferenzjali ta’ l-oġġetti 
Artikolu 27 
L-Artikoli dwar l-oriġini preferenzjali għandhom jistipulaw l-kundizzjonijiet li
jirregolaw l-akkwist ta’ l-oriġini li l-oġġetti jridu bil-fors jissodisfaw sabiex igawdu
mill-miżuri msemmija fl-Artikolu 20(5). Dawn l-Artikoli għandhom jiġu stabbiliti
f’dawn il-ftehim jew bi qbil mal-proċedura nazzjonali.
 KAPITOLU 3 
IL-VALUR TA’ L-OĠĠETTI GĦALL-GĦANIJIET TAD-DWANA
Artikolu 28
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom jistabbilixxu l-valur dognali
bl-iskop li jiġu applikati t-Tariffa tad-Dwana ta’ Malta u l-miżuri li ma jikkonċernawx
it-tariffi stipulati mid-disposizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw oqsma speċifiċi li
għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti.
Artikolu 29 
1. Il-valur doganali għall-oġġetti importati għandu jkun il-valur tat-
transazzjoni, jiġifieri l-prezz attwalment imħallas jew li jrid jiġi mħallas għall-oġġetti
meta jkunu mibjugħa għall-esportazzjoni lejn Malta aġġustat skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Artikoli 32 u 33, iżda b’dan illi:
(a) ma jkun hemm l-ebda restrizzjonijiet dwar id-disposizzjoni jew l-
użu ta’ l-oġġetti mix-xerrej għajr ir-restrizzjonijiet li:
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    43
(i) jiġu imposti jew huma meħtieġa bil-liġi jew mill-
awtoritajiet pubbliċi f’Malta;
(ii) jillimitaw l-erja ġjografika li fiha l-oġġetti jistgħu jiġu
mibjugħa mill-ġdid;
jew
(iii) ma jaffettwawx sostanzjalment il-valur ta’ l-oġġetti;
(b) il-bejgħ jew il-prezz ma jkunux suġġetti għal xi kundizzjonijiet
jew konsiderazzjonijiet li minħabba fihom ma jistax jiġi stabbilit valur għall-
oġġetti li jkunu qegħdin jiġu valutati;
(ċ) l-ebda parti mill-qligħ ta’ kull bejgħ mill-ġdid, trasferiment jew
użu sossegwenti ta’ l-oġġetti mix-xerrej ma jmorru direttament jew indirettament
għand il-bejjiegħ; jekk kemm-il darba ma jistax jsir xi aggustament xieraq skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 32; u
(d) ix-xerrej u l-bejjiegħ ma jiġux minn xulxin, jew fejn ix-xerrej u l-
bejjiegħ jiġu minn xulxin, il-valur tat-transazzjoni huwa aċċettabbli għall-
għanijiet tad-Dwana skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 
2. (a)  Huwa u jistabbilixxi jekk il-valur ta’ transazzjoni huwiex
aċċettabbli għall-għanijiet tal-paragrafu 1, il-fatt li x-xerrej u l-bejjiegħ huma relatati
mhux fih innfisu raġuni sabiex il-valur tat-transazzjoni jitqies bħala inaċċettabli. F’dan
il-każ għandhom jiġu eżaminati ċ-ċirkostanzi li fihom isir il-bejgħ u l-valur tat-
transazzjoni għandu jiġi aċċettat basta iżda li din ir-relazzjoni bejniethom ma tkunx
affettwat il-prezz. Jekk, fid-dawl tat-tagħrif provdut mill importatur jew xorta oħra, l-
amministrazzjoni tad-Dwana jkollha raġunijiet sabiex tqis illi r-relazzjoni affettwat il-
prezz, għandha tikkomunika r-raġunijiet tagħha lill-importatur u dan għandu jiġi
mogħti opportunità  raġonevoli li jwieġeb. Jekk l-importatur jitlob dan, il-
komunikazzjoni tar-raġunijiet għandha ssir bil-miktub.
(b) F’bejgħ bejn persuni relatati bejniethom, il-valur tat-transazzjoni
għandu jiġi aċċettat u l-oġġetti jiġu valutati bi qbil mad-disposizjonijiet tal-paragrafu 1
ta’ dan l-Artikolu kull meta l-importatur juri illi dan il-valur jersaq qrib wieħed minn
dawn li ġejjin li jaħbtu fl-istess żmien jew għall-ħabta ta’ l-istess żmien:
(i) il-valur tat-transazzjoni fil-bejgħ ta’ oġġetti identiċi jew simili
għall-esportazzjoni lejn Malta lil xerrejja li mhumiex relatati jiġux mall-
bejjiegħa;
(ii) il-valur tad-Dwana ta’ oġġetti identiċi jew simili kif
stabbiliti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 30(2)(ċ);
(iii)  il-valur tad-Dwana ta’ oġġetti identiċi jew simili kif
stabbiliti skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 30(2)(d);
Fl-applikazzjoni ta’ dawn it-testijiet imsemmija, għandu jingħata każ xieraq tad-
differenzi li jidhru fil-livelli kummerċjali, il-livelli tal-kwantita, l-elementi enumerati
  44      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
fl-Artikolu 32 u l-ispejjeż minfuqa mil-bejjiegħ f’bejgħ li fih il-bejjiegħ u x-xerrej
mhumiex relatati bejniethom u li ma jkunux intefqu mill-bejjiegħ f’bejgħ fejn hu u x-
xerrej ikunu relatati bejniethom.
(ċ) It-testijiet stabbiliti fil-paragrafu 2(b) ta’ dan l-Artikolu għandhom
jiġu wżati fuq l-inizjattiva ta’ l-importatur u għal għanijiet ta’ paragun biss. Valuri
sostituti ma jistgħux jiġu stabbiliti skond id-disposizzzjonijiet tal-paragrafu 2(b) ta’ dan
l-Artikolu.
3.  (a)  Il-prezz attwalment imħallas jew li jrid jiġi mħallas huwa l-ħlas
totali imħallas jew li jrid jiġi mħallas mix-xerrej lill-bejjiegħ jew għall-benefiċċju tal-
bejjiegħ fuq l-oġġetti importati u jinkludi l-ħlasijiet kollha magħmula jew li jridu jiġu
magħmula bħala kundizzjoni tal-bejgħ ta’ l-oġġetti importati mix-xerrej lill-bejjiegħ
jew mix-xerrej lil terza persuna sabiex jissodisfa obbligu tal-bejjiegħ. Il-ħlas mhux
neċessarjament li jkun fil-forma ta’ trasferiment tal-flus. Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’
ittri ta’ kreditu jew strument negozjabbli u jista’ jsir direttament jew indirettament.
(b) L-attivitajiet, inklużi l-attivitajiet tas-suq, li jidħol għalihom
f’ismu, għajr dawk li għalihom huwa provvdut aġġustament fl-Artikolu 32,
m’għandhomx jitqiesu bħala ħlas indirett lill-bejjiegħ, anke jekk jistgħu jiġu meqjusa
bħala ta’ benefiċċju għall-bejjiegħ jew li jsiru bi ftehim mal-bejjiegħ, u l-ispiża fuqhom
ma għandhiex tiġi miżjuda mal-prezz attwalment imħallas jew li għad irid jiġi mħallas
sabiex jiġi stabbilit il-valur tad-Dwana ta’ l-oġġetti importati. 
 Artikolu 30 
1.  Fejn il-valur tad-Dwana ma jistax jiġi stabbilit skond l-Artikolu 29,
għandu jiġi stabbilit billi jkunu segwiti wieħed wara l-ieħor tas-sub-paragrafi (a), (b),
(ċ) u (d) tal-paragrafu 2 sa l-ewwel sub-paragrafu li fuqu jista’ jiġi stabbilit; meta huwa
biss dan il-valur ma jistax jiġi stabbilit taħt sub-paragrafu partiklari illi jistgħu jiġu
applikati d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu li jkun imiss fis-sekwenza stabbilita bis-
saħħa ta’ dan il-paragrafu. 
2. Il-valur għall-fini tad-Dwana kif stabbilit skond dan l-Artikolu għandu
jkun: 
(a) il-valur tat-transazzjoni ta’ oġġetti identiċi mibjugħa għall-
esportazzjoni lejn Malta u esportati fl-istess żmien jew bejn wieħed u ieħor fl-
istess żmien bħall-oġġetti li jkunu qegħdin jiġu valutati; 
(b)  il-valur tat-transazzjoni ta’ oġġetti simili mibjugħa għall-
esportazzjoni lejn Malta u esportati fl-istess żmien jew bejn wieħed u ieħor fl-
istess żmien bħall-oġġetti li jkunu qegħdin jiġu valutati; 
(ċ) il-valur bażat fuq il-prezz ta’ kull ’unit’ li bih oġġetti mpurtati li
huma identiċI jew simili jinbiegħu f’Malta lil persuni li ma humiex relatati mal-
bejjiegħa, fl-ikbar kwantità  aggregata; 
(d) il-valur komputat, li jikkonsisti fis-somma ta’:
- l-ispiża jew il-valur tal-materjali u tal-manifattura jew xi proċessar ieħor
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    45
użati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti importati,
- ammont imħolli għall-qligħ u spejjeż ġenerali daqs dak li s-soltu jkun
rifless fil-bejgħ ta’ oġġetti ta’ l-istess klassi jew għamla ta’ l-oġġetti li jkunu
qegħdin jiġu valutati u li jsiru mill-produtturi fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni għall-
esportazzjoni lejn Malta, 
- l-ispiża jew il-valur tal-partiti msemmija fl-Artikolu 32 (2). 
3. Kull kundizzjoni u regola oħra għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’
hawn fuq għandhom jiġu stabbiliti mill-Ministru. 
Artikolu 31 
1. Fejn il-valur għal fini tad-Dwana fuq l-oġġetti importati ma jistax jiġi
stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 29 sa 30 inklużi, il-valur tad-Dwana
għandu jiġi stabbilit bl-użu ta’ mezzi raġjonevoli konsistenti mal-prinċipji u d-
disposizzjonijiet ġenerali tal-Ftehim dwar il-Valutazzjoni tad-Dwana u ta’ l-Artikolu
VII tal-GATT 1994 u a bażi ta’ data disponibbli f’Malta.
2. L-ebda valur tad-Dwana ma għandu jiġi stabbilit fuq id-dipożizzjonijiet ta’
dan l-Artikolu fuq il-bażi ta’:
(a) il-prezz tal-bejgħ f’Malta ta’ oġġetti prodotti f’Malta;
(b) sistema li tipprovdi għall-aċċettazzjoni għall-għanijiet tad-Dwana
ta’ l-ogħla wieħed bejn żewġ valuri alternattivi;
(ċ) il-prezz ta’ l-oġġetti fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ l-
esportazzjoni;
(d) l-ispiża tal-produzzjoni għajr il-valuri komputati li jkunu ġew
stabbiliti għal oġġetti identiċi jew simili skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu
30 (2) (d);
(e)  il-prezz ta’ l-oġġetti għall-esportazzjoni lejn pajjiż ieħor għajr
Malta;
(f)  valuri arbitrarji jew fittizji.
Artikolu 32 
1. Sabiex jiġi stabbilit il-valur tad-Dwana skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Artikolu 29, għandhom jiġu miżjuda mal-prezz attwalment imħallas jew li għad irid jiġi
mħallas għall-oġġetti importati:
(a)  dan li ġej, safejn u sakemm ikunu ntefqu mix-xerrej imma ma
jkunux inklużi fil-prezz attwalment imħallas jew li għad irid jiġi mħallas fuq l-
oġġetti:
(i) il-kummissjonijiet jew is-senseriji, għajr il-
kummissjonijiet fuq il-bejgħ;
  46      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
(ii) l-ispiża tal-’containers’ li jiġu meqjusa bħala ħaġa waħda ma’
l-oġġetti imsemmija għall-għanijiet tad-Dwana;
(iii) l-ispiża tal-ippakjar kemm għax-xogħol kif ukoll għal-
materjal;
(b) il-valur, imqassam kif xieraq, ta’ l-oġġetti u s-servizzi li ġejjin fejn
ikunu forniti direttament jew indirettament mix-xerrej mingħajr ħlas jew bi spiża
mnaqqsa għall-użu konness mal-produzzjoni u mal-bejgħ għall-esportazzjoni ta’
l-oġġetti importati, safejn u sakemm dan il-valur ma jkunx ġie inkluż fil-prezz
attwalment imħallas jew li għad irid jiġi mħallas:
(i)  il-materjali, il-komponenti, il-partijiet jew oġġetti simili
inkorporati fl-oġġetti importati;
(ii)  il-għodda, forom imnaqqxa għall-istampar ta’ disinji w
medalji, il-forom u oġġetti simili wżati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti
importati;
(iii)  il-materjali konsumati fil-produzzjoni ta’ l-oġġetti
importati;
(iv)  l-inġinerija, l-iżvilupp, ix-xogħol artistiku, ix-xogħol ta’
disinn, u l-pjanti u l-iskizzi li jidħlu għalihom f’postijiet oħra għajr f’Malta
u meħtieġa għall-produzzjoni ta’ l-oġġetti importati;
(ċ) id-drittijiet ta’ l-awtur u l-ħlas ta’ liċenzji li għandhom x’jaqsmu
ma’ l-oġġetti li jkunu qegħdin jiġu valutati illi x-xerrej ikollu jħallas, jew
direttament jew indirettament, bħala kundizzjoni tal-bejgħ ta’ l-oġġetti li jkunu
qegħdin jiġu valutati, safejn u sakemm dawn id-drittijiet ta’ l-awtur u l-ħlasijiet
ma jkunux inklużi fil-prezz attwalment imħallas jew li għad irid jiġi mħallas;
(d) il-valur ta’ kull parti mid-dħul fuq kull bejgħ mill-ġdid,
trasferiment jew l-użu ta’ l-oġġetti importati li jrid jmur direttament jew
indirettament għand il-bejjiegħ.
2. Dawn li ġejjin għandhom ukoll jiġu inklużi fil-valur tad-Dwana:
(a) l-ispejjeż tal-ġarr ta’ l-oġġetti importati lejn il-port jew il-post ta’ l-
importazzjoni;
(b) il-ħlasijiet dovuti għat-tagħbija, il-ħatt u mmaniġġjar assoċjati
mat-trasport ta’ l-oġġetti importati lejn il-port jew il-post ta’ l-importazzjoni; u
(ċ) l-ispejjeż ta’ l-assikurazzjoni.
3.  Iż-żidiet mal-prezz attwalment imħallas jew li għad irid jiġi mħallas
għandhom isiru biss skond dan l-Artikolu fuq il-bażi ta’ ’data’ oġġettiva u
kwantifikabbli.
4.  L-ebda żidiet ma għandhom isiru mal-prezz attwalment imħallas jew li
għad irid jiġi mħallas meta jkun qiegħed jiġi stabbilit il-valur għall-fini tad-Dwana
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    47
għajr kif provdut f’dan l-Artikolu.
5.  F’dan il-Kapitolu, it-terminu ’kummissjonijiet fuq il-bejgħ’ ifisser l-
ispejjeż imħallsa minn importatur lill-aġent tiegħu għas-servizz li jirrappreżentah fix-
xiri ta’ l-oġġetti li jkunu qegħdin jiġu valutati. 
6.  Minkejja l-paragrafu 1 (ċ): 
(a) il-ħlasijiet dovuti għad-dritt tar-riproduzzjoni ta’ l-oġġetti
importati f’Malta ma għandhomx jiġu miżjuda mal-prezz attwalment imħallas
jew li għad irid jiġi mħallas għall-oġġetti importati sabiex jiġi stabbilit il-valur
għall-fini tad-Dwana; u 
(b) il-ħlasijiet kollha magħmula mix-xerrej għad-dritt li jqassam jew
ibigħ mill-ġdid l-oġġetti importati ma għandux jiġi miżjud mal-prezz attwalment
imħallas jew li għad irid jiġi mħallas fuq l-oġġetti mportati jekk dawn il-ħlasijiet
ma humiex kundizzjoni tal-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ l-oġġetti lejn Malta. 
Artikolu 33 
1.  Dawn li ġejjin m’għandhomx jiġu inklużi fil-valur għall-fini tad-Dwana
basta iżda illi jiġu murija separatament mill-prezz attwalment imħallas jew li għad irid
jiġi mħallas:
(a) il-ħlasijiet dovuti għall-ġarr ta’ l-oġġetti wara l-wasla tagħhom fil-
post tad-dħul f’Malta; 
(b) il-ħlasijiet dovuti għall-bini, it-twaqqif, it-tagħqid flimkien, il-
manutenzjoni jew il-għajnuna teknika, li jidħlu għalihom wara l-importazzjoni
ta’ l-oġġetti importati bħalma huma impjanti industrijali, makkinarju jew
tagħmir; 
(ċ) il-ħlasijiet dovuti għall-imgħax f’arranġementi finanzjarji li jidħol
għalihom ix-xerrej u li għandhm x’jaqsmu max-xiri ta’ l-oġġeti importati,
irrispettivament jekk il-finanzi jiġu provvduti mill-bejjiegħ jew minn persuna
oħra, basta iżda illi l-arranġament finanzjarju jkun sar bil-miktub u, fejn meħtieġ,
ix-xerrej jista’ juri illi: 
- dawn l-oġġetti huma fil-fatt mibjugħa bil-prezz dikjarat
bħala l-prezz attwalment imħallas jew li għad irid jiġi mħallas, u 
- ir-rata ta’ mgħax pretiża ma taqbiżx il-livell li jipprevali
għal dawn it-transazzjonijiet fil-pajjiż fejn, u fiż-żmien meta ġie provdut
il-finanzjament;
(d) il-ħlasijiet dovuti għad-dritt li l-oġġetti importati jiġu riprodotti
f’Malta;
(e)  il-kummissjonijiet fuq il-bejgħ;
(f)  id-dazji fuq l-importazzjoni u ħlasijiet oħra dovuti pagabbli
f’Malta minħabba l-importazzjoni jew il-bejgħ ta’ l-oġġetti. 
  48      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
Artikolu 34 
Il-Kontrollur jista’ jistipula regoli speċifiċi sabiex jistabbilixxi l-valur għall-fini
tad-Dwana fuq mezzi tal-ġarr għall-użu fit-tagħmir tal-proċessar ta’ ’data’ u li jkun
iġorr ’data’ jew l-istruzzjonijiet.
Artikolu 35 
Fejn il-qlib għal unità  korrenti huwa meħtieġ sabiex jiġi stabbilit il-valur tad-
Dwana, ir-rata tal-kambju li tkun sejra tiġi wżata għandha tkun dik stabbilita mill-Bank
Ċentrali ta’ Malta bi qbil ma’ l-Artikolu 18.
Artikolu 36 
1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu mingħajr
preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw kif jiġI stabbilit il-valur għall-
għanijiet tad-Dwana fuq oġġetti rilaxxjati għal ċirkolazzjoni ħielsa wara li jkunu ġew
assenjati trattament jew użu differenti kif approvati mid-Dwana. 
2. Bħala deroga mill-Artikoli 29, 30 u 31, il-valur għall-fini tad-Dwana fuq l-
oġġetti li jiddeterjoraw u li s-soltu jkunu mogħtija mal-kunsinja, fuq it-talba tad-
dikjarant, jista’ jiġi stabbilit skond ir-regoli simplifikati mfassla mill-Kontrollur. 
TITOLU III 
DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-OĠĠETTI MDAĦĦLA F’MALTA 
SAKEMM IKUNU ASSENJATI TRATTAMENT JEW UŻU KIF APPROVATI MID-
DWANA
KAPITOLU 1
ID-DĦUL TA’ L-OĠĠETTI F’MALTA
Artikolu 37
1. L-oġġetti miġjuba f’Malta għandhom, mill-waqt tad-dħul tagħhom, ikunu
soġġetti għas-sorveljanza tad-Dwana. Jistgħu jkunu soġġetti għall-kontroll mill-
awtorità  tad-Dwana bi qbil mad-disposizzjonijiet fis-seħħ. 2. Għandhom jibqgħu taħt
din is-sorveljanza sakemm ikun meħtieġ li jiġi stabbilit l-istatus tagħhom għall-fini tad-
Dwana, jekk ikun il-każ, u fil-każ ta’ l-oġġetti mhux Maltin u mingħajr preġudizzjoni
għall-Artikolu 82(1), sakemm jinbidel l-istatus tagħhom tad-Dwana, għall-fini tad-
Dwana, jidħlu f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles jew jerġgħu jiġu esportati jew
meqruda skond l-Artikolu 182. 
Artikolu 38
1. L-oġġetti miġjuba f’Malta għandhom jittieħdu mill-persuna li ddaħħalhom
f’Malta mingħajr dewmien, skond ir-rotta speċifikata mill-Kontrollur u skond l-
ordnijiet tiegħu, jekk ikun il-każ:
(a) lejn l-uffiċċju tad-Dwana magħżul mill-Kontrollur jew lejn xi post
ieħor magħżul jew approvat minnu; jew,
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    49
(b) lejn żona ħielsa, jekk l-oġġetti jkunu jridu jiddaħħlu direttament
f’din iż-żona ħielsa.
2. Kull persuna li tidħol għar-responsabbilta tal-ġarr ta’ l-oġġetti wara li
jkunu nġabu f’Malta, fost ħwejjeġ oħra bħala riżultat ta’ trasbord, tkun responsabbli li
twettaq l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1. 
3. L-oġġetti li, għalkemm ikunu għadhom barra minn Malta, jistgħu jkunu
soġġetti għall-kontroll mill-awtoritajiet tad-Dwana skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ,
bħala riżultat, fost ħwejjeġ oħra, ta’ xi ftehim iffirmat bejn Malta u pajjiż ieħor,
għandhom jiġu trattati fl-istess manjiera bħall-oġġetti li ddaħħlu f’Malta.
4. Il-paragrafu 1(a) ma għandux iwaqqaf l-implimentazzjoni ta’ xi
disposizzjoni fis-seħħ dwar it-traffiku turistiku, it-traffiku fuq il-fruntiera, it-traffiku
postali jew it-traffiku ta’ importanza ekonomika, negliġibbli, bil-kundizzjoni li
b’daqshekk ma tkunx perikolata l-possibilità  tas-sorveljanza u l-kontroll tad-Dwana. 
5  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-oġġetti abbord bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru huma u jaqsmu l-ibħra territorjali jew l-ispazju ta’ l-ajru ta’ Malta
mingħajr ma jkunu destinati għal xi port jew ajruport f’Malta. 
Artikolu 39
1. Fejn, minħabba ċirkostanzi imprevisti jew forza maġġuri, l-obbligu
stipulat fl-Artikolu 38 (1) ma jistax jitwettaq, il-persuna marbuta b’dan l-obbligu jew
persuna oħra li tkun qiegħda taġixxi minnflokha għandhom jinformaw lill-Kontrollur
bis-sitwazzjoni mingħajr dewmien. Fejn iċ-ċirkostanzi imprevisti jew il-forza maġġuri
ma jirriżultawx fit-telf totali tal-oġġetti, il-Kontrollur għandu wkoll jiġi mgħarraf bil-
post preċiż fejn ikunu qegħdin.
2. Fejn, minħabba ċirkostanzi imprevisti jew forza maġġuri, bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru li jkunu jaqgħu taħt l-Artikolu 38(5) ikollhom jidħlu bilfors f’Malta
temporanjament u l-obbligu stipulat fl-Artikolu 38(1) ma jkunx jista’ jitwettaq, il-
persuna li ġġib il-bastiment jew l-inġenji tal-ajru f’Malta jew kull persuna oħra li
taġixxi minnflokha għandhom jgħarrfu lill-Kontrollur mingħajr dewmien bis-
sitwazzjoni.
3. Il-Kontrollur għandu jistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex
jippermetti s-sorveljanza tad-Dwana ta’ l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll
dawk abbord il-bastiment jew l-inġenju ta’ l-ajru li jsibu ruħhom fiċ-ċirkustanzi
speċifikati fil-paragrafu 2, u sabiex jiżgura, jejn meħtieġ, illi sossegwentement jittieħdu
lejn uffiċċju tad-Dwana jew lejn post ieħor magħżul jew approvat mill-Kontrollur. 
KAPITOLU 2
PREŻENTAZZJONI TA’ L-OĠĠETTI LID-DWANA
Artikolu 40
L-oġġetti li, skond l-Artikolu 38(1)(a), jaslu fl-uffiċċju tad-Dwana jew f’post
ieħor assenjat jew approvat mill-Kontrollur għandhom jiġu preżentati lid-Dwana mill-
  50      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
persuna li tkun daħħlet l-oġġetti f’Malta jew, jekk hekk jixraq, mill-persuna
responsabbli għall-ġarr ta’ l-oġġetti wara dan id-dħul. 
Artikolu 41
L-Artikolu 40 ma għandux iwaqqaf l-implimenmtazzjoni ta’ l-Artikoli li jkunu
fis-seħħ u li għandhom x’jaqsmu ma’ oġġetti: 
(a) li jinġarru minn vjaġġaturi;
(b) imqiegħda taħt proċedura tad-Dwana imma mhux preżentati lid-
Dwana. 
Artikolu 42
L-oġġetti jistgħu, ġaladarba jkunu preżentati lid-Dwana, u bil-permess tal-
Kontrollur, jiġu eżaminati jew jittieħed kampjun minnhom, sabiex jiġu assenjati t-
trattament jew l-użu approvat mid-Dwana. Dan il-permess jekk mitlub, għandu jiġi
mogħti, lill persuna awtorizzata li tagħti dan it-trattament jew użu lill-oġġetti.
KAPITOLU 3
ID-DIKJARAZZJONI QASIRA U L-ĦATT TA’ L-OĠĠETTI PPREŻENTATI 
QUDDIEM LID-DWANA
Artikolu 43
Bla ħsara għal dak li jipprovdi l-Artikolu 45, l-oġġetti ppreżentati lid-Dwana ai
termini l-Artikolu 40 għandhom ikunu koperti b’dikjarazzjoni qasira. Id-dikjarazzjoni
qasira għandha tiġI ppreżentata wara li l-oġġetti jkunu preżentati lid-Dwana. Iżda l-
Kontrollur jista’ jagħti permess li d-dikjarazzjoni qasira tkun ippreżentata f’perjodu
itwal, liema perjodu m’għandux jitwal iktar mill-ewwel jum tax-xogħol wara li l-
oggetti jkunu ppreżentati lid-Dwana. 
Artikolu 44
1. Id-dikjarazzjoni qasira għandha ssir fuq il-formola li taqbel mal-mudell
ipprovdut mill-Kontrollur. Madankollu, bħala dikjarazzjoni qasira, il-Kontrollur jista’
jippermetti l-użu ta’ kull dokument kummerċjali jew uffiċjali li jkun fih id-dettalji
meħtieġa biex jintagħrfu l-oġġetti.
2. Id-dikjarazzjoni qasira għandha tiġi ppreżentata:
(a) mill-persuna li tkun daħħlet l-oġġetti f’Malta jew min kull persuna
li tieħu r-responsabbilta tal-ġarr ta’ l-oġġetti wara li jidħlu; jew
(b) il-persuna li f’isimha jkunu aġixxew il-persuni msemmija fis-
subparagrafu (a). 
Artikolu 45
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jirregolaw l-oġġetti importati mill-vjaġġaturi
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    51
u kunsinji permezz ta’ ittri jew pakketti bil-posta, il-Kontrollur jista’ jippermetti li ma
tkunx preżentata id-dikjarazzjoni qasira bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax is-
sorveljanza ta’ l-oġġetti mid-Dwana, u dan fiċ-ċirkustanzi fejn, qabel ma jagħlaq il-
perijodu taż-żmien msemmi fl-Artikolu 43, ikunu twettqu l-formalitajiet meħtieġa
sabiex l-oġġetti jkunu assenjati t-trattament jew l-użu kif approvati mid-Dwana. 
Artikolu 46
1. L-oġġetti għandhom jinħattu jew jkunu trasbordati mill-mezz tal-ġarr li
jkun qiegħed iġorrhom bil-permess tal-Kontrollur biss u lejn il-postijiet assenjati jew
approvati minnu. Iżda, dan il-permess ma jkunx meħtieġ fil-każ ta’ perikolu imminenti
li jeħtieġ il-ħatt immedjat ta’ l-oġġetti kollha jew parti minnhom. F’dan il-każ, il-
Kontrollur għandu jiġi mgħarraf b’dan mill-ewwel. 
2. Għall-għanijiet ta’ l-ispezzjoni ta’ l-oġġetti u tal-mezzi tat-trasport li
fihom ikunu qed jinġarru, il-Kontrollur jista’ f’kull ħin jitlob li l-oġġetti jinħattu u jiġu
spakkjati. 
Artikolu 47
L-oġġetti ma għandhomx jitneħħew mill-pożizzjoni oriġinali tagħhom mingħajr
il-permess tal-Kontrollur. 
KAPITOLU 4
L-OBBLIGU LI L-OĠĠETTI PPREŻENTATI LID-DWANA JIĠU ASSENJATI T-
TRATTAMENT JEW L-UŻU KIF APPROVATI MID-DWANA
Artikolu 48
L-oġġetti mhux Maltin ppreżentati lid-Dwana għandhom jiġu assenjati
trattament jew użu approvat mid-Dwana li hu awtoriżżat għall-oġġetti mhux Maltin. 
Artikolu 49
1. Fejn l-oġġetti jkunu koperti b’dikjarazzjoni qasira, il-formalitajiet
meħtieġa sabiex huma jiġu assenjati t-trattament u l-użu kif approvati mid-Dwana iridu
jitwettqu fi żmien:
(a) 45 jum mid-data li fiha tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni qasira fil-
każ ta’ oġġetti li nġarru bil-baħar;
(b) 20 jum mid-data li fiha tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni qasira fil-
każ ta’ oġġetti li nġarru b’mod ieħor għajr bil-baħar. 
2. Fejn iċ-ċirkostanzi hekk jitolbu, il-Kontrollur jista’ jistabbilixxi perijodu
iqsar taż-żmien jew jawtorizza estensjoni tal-perijodi taż-żmien imsemmja fil-paragrafu
1. Iżda, din l-estensjoni m’għandhiex tkun itwal minn dak li hu ġenwinament meħtieg
fiċ-ċirkustanzi. 
  52      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
KAPITOLU 5
MAGAZINAĠĠ TEMPORANJU TA’ L-OĠĠETTI
Artikolu 50
L-oġġetti ppreżentati lid-Dwana għandu jkollhom l-istatus ta’ magazzinaġġ
temporanju, minn meta jkunu ppreżentati lid-Dwana sa meta jiġu assenjati t-trattament
jew l-użu kif approvati mid-Dwana. Dawn l-oġġetti huma iktar l’isfel magħrufa bħala
’oggetti f’magazinaġġ temporanju’. 
Artikolu 51
1. L-oġġetti f’magazinaġġ temporanju għandhom jinħażnu biss fil-postijiet
approvati mill-Kontrollur bil-kundizzjonijiet magħmula minnu.
2. Il-Kontrollur jista’ jitlob lill-persuna li tkun qiegħda żżomm l-oġġetti li
tipprovdi garanzija bil-ħsieb li tiżgura l-ħlas ta’ kull dejn mad-Dwana li jista’ jkun
dovut skond l-Artikoli 203 jew 204. 
Artikolu 52
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 42, l-oġġetti
f’magazzinaġġ temporanju għandhom ikunu soġġetti biss għal dawk il-forom ta’
maniġġar li huma mfassla sabiex l-oġetti jkunu ppreżentati fl-istat mhux mibdul
tagħhom u mingħajr bidla fid-dehra jew fil-karatteristiċi tekniċi tagħhom.
Artikolu 53
1. Il-Kontrollur għandu mingħajr dewmien jieħu l-miżuri kollha meħtieġa,
inkluż il-bejgħ ta’ l-oġġetti, sabiex jirregolarizza s-sitwazzjoni ta’ dawk l-oġġetti li fil-
każ tagħhom ma jkunux inbdew il-formalitajiet meħtieġa għalihom sabiex jiġu
assenjata t-trattament jew l-użu kif approvati mid-Dwana fil-perijodi taż-żmien
stabbiliti skond l-Artikolu 49.
2. Il-Kontrollur jista’, għar-riskju u l-ispejjeż tal-persuna li tkun qiegħda
żżommhom, jittrasferixxi l-oġġetti lejn post speċjali, li jkun taħt is-sorveljanza tad-
Dwana, sakemm is-sitwazzjoni tiġi regolarizzata.
KAPITOLU 6
DISPOSIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAL OĠĠETTI MHUX MALTIN LI 
JKUNU TAĦT PROĊEDURA TA’ TRANSITU
Artikolu 54
 L-Artikolu 38, ħlief għall-paragrafu 1(a), u l-Artikoli 39 sa 53 ma għandhomx
japplikaw meta l-oġġetti li jkunu diġà  qegħdin fuq proċedura ta’ transitu jiddaħħlu
f’Malta. 
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    53
Artikolu 55
Ġaladarba l-oġġetti mhux Maltin li jkunu taħt proċedura ta’ transitu jaslu fid-
destinazzjoni tagħhom f’Malta, u jkunu ġew preżentati lid-Dwana skond kif jipprovdu
ma’ l-Artikoli li jirregolaw it-transitu, għandhom japplikaw l-Artikoli 42 sa 53. 
KAPITOLU 7
DISPOSIZZJONIJIET OĦRA
Artikolu 56
Fejn iċ-ċirkustanzi hekk jeħtieġu, il-Kontrollur jista’ jordna li jiġu meqruda l-
oġġetti ppreżentati lid-Dwana. Il-Kontrollur għandu jinforma lill-possessur ta’ l-oġġetti
b’dan. L-ispejjeż tal-qerda ta’ l-oġġetti jitħallsu mill-possessur. 
Artikolu 57
Fejn il-Kontrollur isib li l-oġġetti jkunu ddaħħlu f’Malta mingħajr
awtorizzazzjoni jew imwarrba mis-sorveljanza tad-Dwana, għandu jieħu kull miżura
meħtieġa, inkluż il-bejgħ ta’ l-oġġetti, sabiex jirregolarizza s-sitwazzjoni tagħhom. 
TITOLU IV
TRATTAMENT JEW UŻU KIF APPROVATI MID-DWANA
KAPITOLU 1
ĠENERALI
Artikolu 58
1. Ħlief fejn hu provvdut xort’ oħra, l-oġġetti jistgħu f’kull waqt, u fuq il-
kundizzjonijiet magħmula, jiġu assenjati t-trattament u l-użu kif approvati mid-Dwana
irrispettivament min-natura jew il-kwantità  tagħhom, jew il-pajjiż ta’ l-oriġini, jew il-
kunsinna jew id-destinazzjoni.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux iwaqqaf l-impożizzjoni ta’ projbizzjonijiet jew
restrizzjonijiet ġustifikati għal raġunijiet ta’ moralità  pubblika, ordni pubblika jew
sigurta pubblika, il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, ta’ l-annimali jew tal-
pjanti, il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali li jippossjiedu valuri artistiċi, storiċi jew
arkaeloġiċi jew il-protezzjoni ta’ proprjetajiet industrijali u kummerċjali 
KAPITOLU 2
PROĊEDURI TAD-DWANA
Taqsima 1
It-tqegħid ta’ l-oġġetti taħt proċedura tad-Dwana
  54      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
Artikolu 59
1. L-oġġetti kollha intenzjonati li jitqiegħdu taħt proċedura tad-Dwana
għandhom ikunu koperti b’dikjarazzjoni għal dik il-proċedura tad-Dwana.
2. L-oġġetti Maltin dikjarati għall-esportazzjoni, ta’ proċessar għall-estern,
għat-transitu jew għall-proċedura ta magazinaġġ tad-Dwana għandhom ikunu suġġetti
għas-sorveljanza tad-Dwana mill-waqt ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-Dwana
sal-waqt li jitilqu minn Malta jew jinqerdu jew tiġi invalidata d-dikjarazzjoni tad-
Dwana. 
Artikolu 60
Sakemm il-liġijiet tad-Dwana ma jkollhom l-ebda provediment dwar il-materja,
il-Kontrollur għandu jistabbilixxi l-kompetenza tad-diversi uffiċċji tad-Dwana, meħud
kont, fejn applikabbli, tan-natura ta’ l-oġġetti u tal-proċedura tad-Dwana li taħtha jridu
jitpoġġew. 
Artikolu 61
Id-dikjarazzjoni tad-Dwana għandha ssir:
(a) bil-miktub; jew
(b) bl-użu ta’ teknika ’data processing’ fejn hemm provediment
għaliha skond il-liġijiet tad-Dwana jew fejn awtorizzati mill-Kontrollur; jew
(ċ) permezz ta’ dikjarazzjoni normali jew b’kull azzjoni oħra li biha l-
possessur ta’ l-oġġetti juri x-xewqa tiegħu li jqiegħdhom taħt proċedura tad-
Dwana, fejn il-liġijiet tad-Dwana jipprovdu għal din il-possibilità . 
A. Dikjarazzjonijiet bil-miktub 
I. Proċedura normali 
Artikolu 62
1. Id-dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom isiru fuq formola li
taqbel mal-kampjun uffiċjali stabbilit l-iskop. Għandhom ikunu iffirmati u
jinkludu il-partiklaritajiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-
disposizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tad-Dwana li għaliha jkunu dikjarati
l-oġġetti.
2. Id-dikjarazzjoni għandu jkollha magħha d-dokumenti kollha
meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura
tad-Dwana li għaliha jkunu dikjarati l-oġġetti. 
Artikolu 63
Id-dikjarazzjonijiet li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 62
għandhom jiġu aċċettati mill-Kontrollur minnufiħ, basta iżda illi l-oġġetti li jirreferu
għalihom jkunu preżentati lid-Dwana. 
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    55
Artikolu 64
1. Bla ħsara għall-Artikolu 5, id-dikjarazzjoni tad-Dwana tista’ ssir minn kull
persuna li tista’ tippreżenta l-oġġetti msemmija quddiem l-awtorità  kompetenti tad-
Dwana, flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa li jiġu preżentati sabiex jiġu applikati
l-Artikoli li jirregolaw il-proċedura tad-Dwana li għaliha l-oġġetti jkunu ġew dikjarati. 
2. Madankollu,
(a) fejn l-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni tad-Dwana timponi obbligi
partiklari fuq persuna speċifika, id-dikjarazzjoni trid bilfors issir minn din il-
persuna jew għan-nom tagħha;
(b) id-dikjarant irid ikun stabbilit f’Malta. Madankollu, il-kundizzjoni
rigward l-istabbiliment tiegħu f’Malta ma għandhiex tapplika għal persuni li: 
- jagħmlu dikjarazzjoni ta’ transitu jew għal importazzjoni
temporanja;
- jiddikjaraw l-oġġetti fuq bażi okkażjonali basta iżda illi
l-Kontrollur iqis dan bħala ġustifikat.
3. Il-paragrafu 2(b) ma għandux jipprekludi lill-Kontrollur milli japplika
ftehim bilaterali li jsir ma’ pajjiżi oħra, jew prattiċi tas-soltu li jkollhom l-istess effett, u
li dwarhom persuni tan-nazzjonalità  ta’ dawn il-pajjiżi jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet
tad-Dwana f’Malta, suġġetti għar-reċiproċità . 
Artikolu 65
Id-dikjarant għandu, fuq it-talba tiegħu, ikun awtorizzat li jemenda wieħed jew
iktar mill-partiklaritajiet tad-dikjarazzjoni wara li tkun ġiet aċċettata mid-Dwana. L-
emenda ma għandux ikollha l-effett li tirrendi lid-dikjarazzjoni applikabbli għal oġġetti
oħra għajr dawk li jkunu oriġinarjament ġew koperti. Madanakollu, m’għandha tiġi
permessa ebda emenda fejn l-awtoriżżazzjoni tiġi mitluba wara li l-awtoritajiet tad-
Dwana:
(a) ikunu għarrfu lid-dikjarant li kellhom il-ħsieb li jeżaminaw l-
oġġetti; jew,
(b) ikunu stabbilew illi l-partiklaritajiet imsemmija huma inkorretti;
jew,
(ċ) ikunu rrilaxxjaw l-oġġetti. 
Artikolu 66
1. Il-Kontrollur għandu, fuq it-talba tad-dikjarant, jinvalida dikjarazzjoni li
tkun diġa giet aċċettata fejn id-dikjarant iressaq provi illi l-oġġetti kienu dikjarati bi
żball għall-proċedura tad-Dwana koperta b’din id-dikjarazzjoni jew illi, bħala riżultat
ta’ ċirkustanzi speċjali, it-tqegħid ta’ l-oġġetti taħt il-proċedura tad-Dwana li għaliha
kienu dikjarati ma hix ġustifikata iktar. Minkejja dan, fejn l-awtoritajiet tad-Dwana
jkunu diġa għarrfu lid-dikjarant bil-ħsieb tagħhom li jeżaminaw l-oġġetti, talba għall-
  56      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni ma għandhiex tiġi milqugħa sakemm ikun sar l-eżami.
2. Id-dikjarazzjoni ma għandiex tiġi invalidata wara li jkunu rilaxxjati l-
oġġetti, għajr f’kazijiet stabbiliti mill-Ministru.
3. L-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju
għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet penali fis-seħħ. 
Artikolu 67
Għajr fejn provdut espressament xorta oħra, id-data li għandha tiġi wżata għall-
għanijiet tad-disposizzjonijiet kollha li jirregolaw proċedura tad-Dwana li għaliha l-
oġġetti jkunu dikjarati għandha tkun id-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni mill-
Kontrollur. 
Artikolu 68
Għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet li jkunu aċċettaw, l-awtoritajiet tad-Dwana
jistgħu:
(a) jeżaminaw id-dokumenti li jkopru d-dikjarazzjoni u d-dokumenti li
jakkumpanjawha. Il-Kontrollur jista’ jeħtieġ mid-dikjarant illi jippreżenta
dokumenti oħra bl-iskop li jivverifika l-eżattezza tal-partiklaritajiet imniżżla fid-
dikjarazzjoni;
(b) jispezzjonaw l-oġġetti u jieħdu kampjuni għall-analiżi jew għal
eżami dettaljat. 
Artikolu 69
1. Il-ġarr ta’ l-oġġetti lejn il-postijiet fejn ikunu sejrin jiġu eżaminati u fejn
il-kampjuni jkunu sejrin jittieħdu, u l-immaniġjar kollu li jkun meħtieġ b’dan l-eżami
jew it-teħid ta’ kampjuni, għandhom jitwettqu mid-dikjarant jew taħt ir-responsabbiltà
tiegħu. L-ispejjeż li jsiru għandhom jitħallsu mid-dikjarant.
2. Id-dikjarant għandu jkun intitolat li jkun preżenti meta l-oġġetti jiġu
eżaminati u meta jittieħdu kampjuni. Fejn jidhrilhom li huwa xieraq, l-awtoritajiet tad-
Dwana għandhom jeħtieġu illi d-dikjarant ikun preżenti jew rappreżentat meta l-oġġetti
jkunu qegħdin jiġu eżaminati jew jkunu qegħdin jittieħdu kampjuni sabiex jagħtihom l-
għajnuna meħtieġa biex jitħaffef ta’ dan l-eżami jew it-teħid tal-kampjuni.
3. B’dan illi jekk il-kampjuni jittieħdu skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ, il-
Kontrollur ma jkunx responsabbli li jħallas l-ebda kumpens konness ma’ dan ix-xogħol,
iżda għandu jassumi l-ispejjeż ta’ l-analiżi jew ta’ l-eżami tagħhom. 
Artikolu 70
1. Fejn parti biss mill-oġġetti koperti b’dikjarazzjoni jiġi eżaminati, ir-
riżultati ta’ l-eżami parzjali għandu jittieħed li japplika għall-oġġetti kollha koperti
minn dik id-dikjarazzjoni. Iżda, id-dikjarant jista’ jitlob eżami ieħor ta’ l-oġġetti jekk
jidirlu illi r-riżultati ta’ l-eżami parzjali ma humiex validi rigward il-bqija ta’ l-oġġetti
dikjarati.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    57
2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, fejn formola tad-dikjarazzjoni tkopri żewġ
partitiet jew iktar, il-partiklaritajiet relattivi għal kull partita għandhom jitqiesu li
jikkostitwixxu dikjarazzjoni separata. 
Artikolu 71
1. Ir-riżultati tal-verifika tad-dikjarazzjoni għandhom jintużaw bl-iskop li
jiġu applikati d-disposizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tad-Dwana li fuqha jiġu
mqiegħda l-oġġetti.
2. Fejn id-dikjarazzjoni ma tiġix verifikata, għandhom jiġu applikati d-
disposizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-partiklaritajiet li jkunu jinsabu
fid-dikjarazzjoni. 
Artikolu 72
1. L-awtoritajiet tad-Dwana għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex
jidentifikaw l-oġġetti fejn tkun meħtieġa l-identifikazzjoni sabiex tiġi żgurata
konformità  mal-kundizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tad-Dwana li għaliha jkunu
ġew dikjarati l-oġġetti.
2. Il-mezzi ta’ identifikazzjoni mwaħħla ma l-oġġetti jew mal-mezzi tal-ġarr
għandhom jiġu mneħħija jew meqruda biss mill-awtoritajiet tad-Dwana jew bil-
permess tagħhom ħlief fejn, bħala riżultat ta’ ċirkostanzi imprevisti jew forza maġġuri,
it-tneħħija jew il-qerda tagħhom hi essenzjali sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ l-
oġġetti jew tal-mezzi tal-ġarr. 
Artikolu 73
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 74, fejn il-kundizzjonijiet għat-
tqegħid ta’ l-oġġetti taħt il-proċedura imsemmija jiġu mwettqa u sakemm l-oġġetti ma
jkunux suġġetti għal xi miżuri projbittivi jew ristrettivi, il-Kontrollur għandu jirrilaxxja
l-oġġetti hekk kif il-partiklaritajiet fid-dikjarazzjoni jkunu ġew verifikati jew aċċettati
mingħajr verifika. L-istess għandu japplika fejn din il-verifika ma tistax titlesta minn
kollox f’ perijodu raġjonevoli ta’ żmien u l-oġġeeti ma jkunux meħtieġa li jinżammu
iktar għall-għanijiet tal-verifika.
2. L-oġġetti kollha koperti mill-istess dikjarazzjoni għandhom jiġu rilaxxjati
fl-istess waqt. Għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, fejn il-formola tad-dikjarazzjoni
tkopri żewġ partitiet jew iktar, il-partiklaritajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kull partita
għandha tiġi meqjusa li tikkostitwixxi dikjarazzjoni separata. 
Artikolu 74
1. Fejn l-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjoni tad-Dwana tagħti lok għal dejn tad-
Dwana, l-oġġetti koperti mid-dikjarazzjoni ma għandhomx jiġu rilaxxjati qabel mad-
dejn tad-Dwana jiġi mħallas jew garantit. Iżda, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2,
din id-disposizzjoni ma għandhiex tapplika għall-proċedura ta’ importazzjoni
temporanja b’solliev parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni. 
2. Fejn, b’mod konformi mad-disposizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tad-
  58      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
Dwana li għaliha l-oġġetti jkunu ġew dikjarati, il-Kontrollur jitlob garanzija, l-oġġetti
msemmija ma għandhomx jiġu rilaxxjati għall-proċedura msemmija tad-Dwana
sakemm tiġi provduta din il-garanzija. 
Artikolu 75
Il-miżuri meħtieġa kollha, inklużi l-konfiska u l-bejgħ, għandhom jitqiesu li
jikkonċernaw oġġetti li:
(a) ma jistgħux jiġu rilaxxjati minħabba li: 
 - ma kienx possibbli illi jsir jew jiġi komplut l-eżami ta’ l-
oġġetti fil-perijodu taż-żmien stipulat mill-Kontrollur għal raġunijiet
attribwibli lid-dikjarant; jew,
- ma ngħatawx id-dokumenti li jridu jiġu provduti qabel
ma’ l-oġġetti jistgħu jitqiegħdu taħt il-proċedura mitluba tad-Dwana; jew, 
- il-ħlasijiet jew il-garanzija li kellhom isiru jew jiġu
provduti minħabba d-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni,
skond il-każ, ma jkunux saru jew mogħtija fil-perijodu taż-żmien stipulat;
jew 
- huma soġġetti għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet;
(b) ma tneħħewx f’perijodu ta’ żmien raġjonevoli wara r-rilaxx. 
II. Proċeduri simplifikati
Artikolu 76
1. Sabiex tiġi simplifikata t-tlestija tal-formalitajiet u tal-proċeduri sa fejn hu
possibbli fil-waqt li jiġi żgurat illi l-operati jkunu kondotti kif suppost, il-Kontrollur
għandu, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Ministru jagħti permess sabiex:
(a) id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 62 tħalli barra ċerti
partiklaritajiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex xi wħud mid-
dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jiġux miżjuda
magħha;
(b) dokument kummerċjali jew amministrattiv, akkumpanjat minn
talba sabiex l-oġġetti jitpoġġew taħt il-proċedura tad-Dwana imsemmija jiġi
depożitati minnflok id-dikjarazzjoni riferita fl-Artikolu 62;
(ċ) l-oġġetti li jridu jiġu mdaħħla għall-proċedura imsemmija billi jiġu
nseriti fir-reġistri; f’dan il-każ, il-Kontrollur jista’ jirrinunzja għar-rekwiżit illi d-
dikjarant jippreżenta l-oġġetti quddiem id-Dwana. Id-dikjarazzjoni simplifikata,
id-dokument kummerċjali jew amministrattiv jew id-dħul fir-reġistri irid
ikollhom mill-inqas il-partiklaritajiet meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ l-
oġġetti. Fejn l-oġġetti jiġu mdaħħla fir-reġistri, id-data ta’ din l-annotazzjoni
għandha tiġi inkluża.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    59
2. Għajr fil-każi li jridu jiġu stabbiliti mill-Kontrollur, id-dikjarant għandu
jforni dikjarazzjoni supplimentari li tista’ tkun ta’ natura ġenerali, perjodika jew
rikapitolattiva.
3. Id-dikjarazzjonijiet supplimentari u d-dikjarazzjonijiet simplifikati
msemmija fis-subparagrafi 1(a), (b) u (ċ) għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu strument
waħdieni u indiviżibbli li jibda jkollu effett mid-data ta l-aċċettazzjoni tad-
dikjarazzjonijiet simplifikati; fil-każijiet riferiti fis-subparagrafu 1(ċ), l-annotazzjoni
fir-reġistri għandu jkollha l-istess saħħa legali bħall-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni
msemmija fl-Artikolu 62.
4. Proċeduri speċjali simplifikati għall-proċedura ta’ transitu għandhom jiġu
stabbiliti mill-Kontrollur. 
B. Dikjarazzjonijiet Oħra
Artikolu 77
1. Fejn id-dikjarazzjoni tad-Dwana issir permezz ta’ teknika ta’ proċessar ta’
’data’ skond fit-tifsira ta’ l-Artikolu 61(b), jew b’dikjarazzjoni bil-fomm jew b’xi
azzjoni oħra skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(ċ), għandhom japplikaw l-Artikoli 62 sa
76 mutatis mutandis mingħajr preġudizzju għall-prinċipji stipulati fihom. 
2. Fejn id-dikjarazzjoni tad-Dwana ssir permezz ta’ teknika ta’ proċessar ta’
’data’, il-Kontrollur jista’ jippermetti li d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 62(2) ma
jiġux imressqa mad-dikjarazzjoni. F’dan il-każ id-dokumenti għandhom jinżammu
għad-disposizzjoni tal-Kontrollur.
Ċ. L-eżami tad-dikjarazzjonijiet wara l-iżdoganar
Artikolu 78
1. L-awtoritajiet tad-Dwana jistgħu jemendaw id-dikjarazzjoni wara r-rilaxx
ta’ l-oġġetti fuq inizjattiva tagħhom jew fuq talba tad-dikjarant.
2. L-awtoritajiet tad-Dwana jistgħu, wara r-rilaxx ta’ l-oġġetti u sabiex ikunu
sodisfatti dwar l-eżattezza tal-partiklaritajiet li jkunu jinsabu fid-dikjarazzjoni,
jispeżżjonaw id-dokumenti kummerċjali u d-’data’ li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-operati
ta’ l-importazzjoni jew l-esportazzjoni rigward l-oġġetti involuti jew għal operati
kummerċjali sussegwenti fejn huma involuti dawn l-oġġetti. Dawn l-ispezzjonijiet
jistgħu jsiru fil-fond tad-dikjarant, ta’ kull persuna direttament jew indirettament
imdaħħla fl-operati msemmija b’kapaċità  kummerċjali jew ta’ kull persuna oħra li
jkollha f’idejha d-dokument u d-’data’ msemmija għal għanijiet kummerċjali. Dawk l-
awtoritajiet jistgħu wkoll jeżaminaw l-oġġetti fejn ikun għadu possibbli li jinġiebu.
3. Fejn ir-reviżjoni tad-dikjarazzjoni jew l-eżami wara l-iżdoganar jindikaw
li d-disposizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tad-Dwana konċernata ikunu ġew
applikati fuq il-bażi ta’ tagħrif skorrett jew inkomplet, l-awtoritajiet tad-Dwana
għandhom, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti, jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex
jirregolarizzaw is-sitwazzjoni, fid-dawl tat-tagħrif ġdid li jkollhom f’idejhom. 
  60      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
4. Meta jkun meħtieġ illi uffiċjali minn Dipartimenti oħra tal-Gvern jieħdu
sehem fl-ispezzjonijiet ta’ wara l-iżdoganar id-disposizzjonijiet ta’ din it-taqsima
għandhom japplikaw ukoll għal dawn l-uffiċjali.
Taqsima 2
Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
Artikolu 79
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għandu jagħti lill-oġġetti mhux Maltin l-
istatus ta’ oġġetti Maltin. Dan jinvolvi l-applikazzjoni tal-miżuri ta natura kummerċjali,
it-tlestija tal-formalitajiet l-oħra stipulati rigward l-importazzjoni ta’ l-oġġetti u t-talba
għall-ħlas ta’ kull dazju dovut skond il-liġi. 
Artikolu 80
1. Bħala deroga mill-Artikolu 67, iżda basta illi d-dazju fuq l-importazzjoni
dovut fuq l-oġġetti huwa wieħed mid-dazji riferiti fl-Artikolu 4(10) u illi r-rata tad-
dazju titnaqqas wara d-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-
ċirkolazzjoni ħielsa iżda qabel ma l-oġġetti jkunu rilaxxjati, id-dikjarant jista’ jagħmel
talba għall-applikazzjoni tar-rata li taqbillu l-iktar.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn ma jkunx possibbli li l-oġġetti
jiġu rilaxxjati għal raġunijiet attribwibbli biss lid-dikjarant. 
Artikolu 81
Fejn kunsinja tkun magħmula minn oġġetti li jaqgħu taħt klassifiċi differenti tat-
tariffa, u l-mili tad-dikjarazzjoni għal kull wieħed minn dawn l-oġġetti skond il-
klassifika tat-tariffa tiegħu tirrekjedi ħafna xogħol u spejjeż sproporzjonati mad-dazji
fuq l-importazzjoni li jridu jiġu mħallsa, il-Kontrollur jista’, fuq it-talba tad-dikjarant,
jaqbel illi d-dazji fuq l-importazzjoni jiġu mħallsa għall-kunsinja kollha fuq il-bażi tal-
klassifika tat-tariffa għal dawk l-oġġetti li għandhom l-ogħla rata ta’ dazju fuq l-
importazzjoni. 
Artikolu 82
1. Fejn l-oġġetti jiġu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b’rata ta’ dazju
mnaqqsa jew zero minħabba l-użu aħħari tagħhom, dawn għandhom jibqgħu taħt is-
sorveljanza tad-Dwana. Is-sorveljanza tad-Dwana tintemm meta ma jibqgħux japplikaw
il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-konċesjoni ta’ rata ta’ dazju mnaqqsa jew zero, fejn l-
oġġetti jiġu esportati jew meqruda jew fejn jingħata l-permess għall-użu ta’ l-oġġetti
għal għanijiet oħra għajr dawk msemmija fl-applikazzjoni tar-rata ta’ dazju mnaqqsa
jew zero bla ħsara għall-ħlas tad-dazju dovut.
2  L-Artikoli 88 sa 90 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-oġġetti
riferiti fil-paragrafu 1.
Artikolu 83
L-oġġetti rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għandhom jitilfu l-istatus tagħhom
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    61
ta’ oġġetti Maltin fejn:
(a) id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tiġi invalidata
wara r-rilaxx, jew
(b) id-dazji importati fuq dawn l-oġġetti jiġu mħallsa lura jew
maħfura: 
- taħt il-proċedura ta’ proċessar intern fil-forma ta’
rifużjoni; jew
- minħabba oġġetti difettużi jew oġġetti li ma jaqblux
mat-termini tal-kuntratt, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 238; jew
- f’sitwazzjonijiet tat-tip msemmijin fl-Artikolu 239 fejn
il-ħlas lura jew ir-remissjoni huwa kondizzjonat fuq l-oġġetti li se jkunu
jiġu esportati jew esportati mill-ġdid jew se jkunu jiġu assenjati trattament
jew użu ekwivalenti kif approvati mid-Dwana. 
Taqsima 3
ARRANĠAMENTI TA’ SOSPENSJONI U PROĊEDURI TAD-DWANA B’IMPATT 
EKONOMIKU
A. Disposizzjonijiet komuni għal numru ta’ proċeduri
Artikolu 84
1. Fl-Artikoli 85 sa 90:
(a) Fil-każ ta’ oġġetti mhux Maltin, it-terminu "proċedura" japplika
għall-arranġamenti li ġejjin:
- transitu estern
- magazzinaġġ tad-Dwana;
- proċessar għall-intern fil-forma ta’ sistema ta’
sospensjoni;
- proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana;
- importazzjoni temporanja;
(b) Fejn jiġi wżat it-terminu "proċedura tad-Dwana b’impatt
ekonomiku", dan japplika għall-arranġamenti li ġejjin:
- magazzinaġġ tad-Dwana;
- proċessar intern;
 - proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana;
  62      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
- importazzjoni temporanja;
- proċessar għall-estern;
2. "Oġġetti għall-importazzjoni" tfisser oġġetti mqegħda taħt ’proċedura ta’
sospensjoni u oġġetti li, taħt proċedura ta’ proċessar intern fil-forma tas-sistema ta’
rifużjoni, ikunu għaddew mill-formalitajiet għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-
formalitajiet stipulati fl-Artikolu 125.
3. "Oġġetti fi stat mhux mibdul" tfisser l-oġġetti għall-importazzjoni li, taħt
il-proċedura ta’ proċessar intern jew il-proċeduri ta’ proċessar taħt il-kontroll tad-
Dwana, ma jkun sarilhom ebda forma ta’ proċessar.
 4. "Arranġament ta’ sospensjoni" tfisser arranġament applikat għall-
produzzjoni, proċessar, żamma u ċaqliq ta’ prodotti, waqt li jkunu sospiżi d-dazju fuq l-
importazzjoni u ħlasijiet oħra dovuti fuq l-importazzjoni.
5. "Miżuri ta’ politika kummerċjali" tinkludi miżuri ta’ tariffa u ta’ bla tariffa
għajr dazji fuq l-importazzjoni u l-ħlasijiet dovuti għall-importazzjoni ċesportazzjoni
appli-kabbli għall-proċeduri tad-Dwana.
Artikolu 85
Jekk kemm-il darba ma jkunx provvdut xorta oħra, l-użu ta’ kull proċedura tad-
Dwana b’impatt ekonomiku għandu jkun kondizzjonali fuq l-awtorizzazzjoni li tiġi
tinħareġ mill-Kontrollur.
Artikolu 86
Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet speċjali addizzjonali li jirregolaw il-
proċedura imsemmija, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 85 u dik msemmija fl-
Artikolu 100(1) għandhom jiġu mogħtija biss:
- lil persuni li joffru kull garanzija meħtieġa għat-tmexxija xierqa ta’ l-
operati;
- fejn il-Kontrollur jista’ jissorvelja u jimmonitorja l-proċedura mingħajr ma
jkollu jdaħħal arranġamenti amministrattivi sproporzjonati għall-ħteġijiet
ekonomiċi involuti.
Artikolu 87
1. Il-kundizzjonijiet li taħthom tiġI wzata l-proċedura imsemmija għandhom
jiġu stipulati fl-awtoriżżazzjoni.
2. Il-possessur ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jgħarraf lill-Kontrollur bil-fatturi
kollha li joħorġu wara li tkun ġiet konċessa l-awtorizzazzjoni u li jistgħu jinfluwenzaw
il-kontinwazzjoni jew il-kontenut tagħha.
Artikolu 87A
Il-prodotti u l-oġġetti kollha miksuba minn oġġetti imqiegħda taħt arranġament
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    63
ta’ sospensjoni għandhom jitqiesu bħala mqiegħda taħt l-istess arranġament.
 Artikolu 88
Il-Kontrollur jew il-Ministru, kif ikun il-każ, jistgħu jagħmlu t-tqegħid ta’
oġġetti taħt arranġament ta’ sospensjoni kondizzjonali fuq it-tqegħid ta’ garanzija
sabiex jiġi sgurat illi jitħallsu kull dazju tad-Dwana u ħlasijiet oħrajn konnessi mal-
importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti.
Disposizzjonijiet speċjali rigward it-tqegħid tal-garanzija jistgħu jiġu stipulati
fil-kuntest ta’ arranġament speċifiku ta’ sospensjoni.
 Artikolu 89
1. Arranġament ta’ sospensjoni b’impatt ekonomiku għandu jiġi mneħħi
meta jiġi assenjat trattament jew użu kif approvati mid-Dwana ġdid jew lill-oġġetti
mqiegħda taħt dan l-arranġament jew għall-prodotti ta’ kumpens jew prodotti
proċessati mqiegħda taħthom.
2. Il-Kontrollur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirregolarizza
l-pożizzjoni ta’ l-oġġetti li għalihom ma tkunx tneħħiet proċedura taħt il-kundizzjonijiet
stipulati.
Artikolu 90
Id-drittijiet u l-obbligi tal-possessur ta’ proċedura tad-Dwana b’impatt
ekonomiku jista’, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kontrollur, jiġu trasferiti
suċċessivament lil persuni oħra li jwettqu kull kundizzjoni stabbilita sabiex igawdu
mill-proċedura imsemmija.
B. Transitu estern
I. Disposizzjonijiet ġenerali
Artikolu 91
1. Il-proċedura ta’ transitu estern għandha tippermetti ċ-ċaqliq minn punt
għal ieħor ġewwa t-territorju tad-Dwana ta’ Malta ta’:
(a) oġġetti mhux Maltin, mingħar ma’ dawn l-oġġetti jiġu suġġetti
għad-dazju fuq l-importazzjoni u ħlasijiet oħra dovuti jew għall-miżuri tal-
politika kummerċjali;
(b) oġġetti Maltin, fil-każijiet u skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-
Kontrollur, sabiex iwaqqfu prodotti koperti minn miżuri ta’ l-esportazzjoni jew li
jgawdu minnhom, milli jew jevadu jew igawdu minn dawn il-miżuri mingħajr
ġustifikazzjoni. 
2. Iċ-ċaqliq imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir:
(a) taħt proċedura ta’ transitu għall-estern; jew
  64      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
(b) kopert b’karne tat-TIR (Konvenzjoni TIR) basta li dan iċ-ċaqliq:
(1) inbeda jew sejjer jispiċċa barra minn Malta; jew
(2) ikollu x’jaqsam ma’ kunsinji ta’ oġġetti li jridu jinħattu
f’Malta u li jinġarru ma’ oġġetti li jkunu sejrin jinħattu f’pajjiż ieħor;
(3) iseħħ bejn żewġ postijiet f’Malta tramite territorju ta’
pajjiż ieħor.
(ċ) kopert minn karne ta l-ATA użat bħala dokument tat-transitu;
(d) bil-posta (inkluża l-posta bil-pakkett).
3. Il-proċedura tat-transitu estern għandha tapplika mingħajr preġudizzju
għad-disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli għaċ-ċaqliq ta’ oġġetti mqiegħda taħt
proċedura tad-Dwana b’impatt ekonomiku. 
Artikolu 92
1. Il-proċedura ta’ transitu estern għandha tintemm meta l-oġġetti u d-
dokumenti relatati jingħataw lill-uffiċċju tad-Dwana tad-destinazzjoni bi qbil mad-
disposizzjonijiet tal-proċedura msemmija. 
2. Il-Kontrollur għandu jtemm din il-proċedura meta jkun f’pożizzjoni li
jistabbilixxi fuq il-bażi tal-fatti magħrufa disponibbli illi l-proċedura ntemmet
korrettement.
II. Disposizzjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu
mat-transitu estern
Artikolu 93
Il-proċedura ta’ transitu estern għandha tapplika għall-oġġetti għaddejjin minn
ġot-territorju ta’ pajjiż ieħor biss jekk:
(a) issir disposizzjoni għal dan l-iskop skond ftehim internazzjonali;
jew
(b) il-ġarr tramite dak il-pajjiż isir taħt kopertura ta’ dokument wieħed
ta’ trasport imfassal f’Malta; f’dan il-każ it-tħaddim ta’ din il-proċedura għandu
jiġi sospiż fit-territorju tal-pajjiż l-ieħor. 
Artikolu 94
1. Il-prinċipal għandu jipprovdi garanzija sabiex jiżgura l-ħlas ta’ kull dejn
tad-Dwana jew spejjeż oħra dovuti fuq l-oġġetti. 
2. Il-garanzija għandha tkun jew:
(a) garanzija individwali li tkopri l-operazzjoni ta’ transitu wieħed;
jew
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    65
(b) garanzija komprensiva li tkopri numru ta’ operazzjonijiet ta’
transitu fejn il-prinċipal ikun ġie awtorizzat mill-Kontrollur biex juża din il-
garanzija.
3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) għandha tiġi mogħtija biss
lil persuni li:
(a) huma stabbiliti f’Malta;
(b) huma utenti regolari ta’ proċeduri ta’ transitu jew li huma
magħrufa ma’ l-awtoritajiet tad-Dwana li għandhom il-kapaċità  li jwettqu l-
obbligi tagħhom fejn għandhom x’jaqsmu dawn il-proċeduri, u
(ċ) ma kkommettewx offiżi serji jew ripetuti kontra d-Dwana jew
kontra l-liġijiet tat-taxxa.
4. Il-persuni li jissodisfaw lill-Kontrollur li jistgħu jilħqu livelli ogħla ta’
rilajabbilità  jistgħu jiġu awtorizzati li jużaw garanzija komprensiva għal ammont
imnaqqas jew li jkollhom rinunzja għall-garanzija. Il-kriterji addizzjonali għal din l-
awtorizzazzjoni għandhom jinkludu:
(a) l-użu korrett tal-proċeduri tat-transitu matul perijodu msemmi ta’
żmien;
(b) il-koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet tad-Dwana, u
(ċ) dwar ir-rinunzja tal-garanzija, bażi tajba finanzjarja li tkun
suffiċjenti sabiex jitwettaq l-irbit tal-persuni msemmija.
Ir-regoli dettaljati ta’ l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond dan il-paragrafu
għandhom jiġu stabbiliti mill-Kontrollur.
5. Ir-rinunzja tal-garanzija awtorizzata skond il-paragrafu 4 ma għandhiex
tapplika għat-tħaddim ta’ transitu estern li jinvolvi oġġetti li, kif jiġi stabbilit mill-
Kontrollur, huma kunsidrati li jippreżentaw riskji miżjuda.
6. Bi qbil mal-prinċipji li fuqhom huwa bażat il-paragrafu 4, l-użu tal-
garanzija komprensiva, fil-każ ta’ transitu estern, jista’ jiġi projbit temporanjament
mill-Kontrollur bħala miżura eċċezzjonali f’ċirkostanzi speċjali.
7. Bi qbil mal-prinċipji li fuqhom huwa bażat il-paragrafu 4, l-użu tal-
garanzija komprensiva jista’, fil-każ ta’ transitu estern, jiġi projbit temporanjament
mill-Kontrollur fil-każ ta’ oġġetti li, taħt garanzija komprensiva, ikunu ġew identifikati
bħala soġġetti għal frodi fuq skala kbira.
Artikolu 95
Għajr fil-każi li jridu jiġu stabbiliti mill-Kontrollur fejn meħtieġa, l-ebda
garanzija ma għandha għalfejn tiġi mogħtija għal:
(a) vjaġġi bl-ajru;
  66      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
(b) ġarr permezz ta’ linja tal-pajpijiet. 
Artikolu 96
1. Il-prinċipal għandu jkun il-persuna responsabbli skond il-proċedura ta’
transitu estern. Għandu jkun responsabbli għall-:
(a) preżentazzjoni ta’ l-oġġetti intatti fl-uffiċċju tad-Dwana tad-
destinazzjoni fil-limitu taż-żmien stipulat u bl-osservanza dovuta tal-miżuri
adottati mill-awtoritajiet tad-Dwana sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni;
(b) osservanza tad-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-
proċedura tat-transitu.
2. Minkejja l-obbligi tal-prinċipal skond il-paragrafu 1, il-burdnar jew ir-
riċevitur ta’ l-oġġetti li jaċċetta oġġetti li jkun jaf li għaddejjin mit-transitu għandu
wkoll ikun responsabbli għall-preżentazzjoni ta’ l-oġġetti intatti fl-uffiċċju tad-Dwana
tad-destinazzjoni fil-limitu taż-żmien stipulat u bl-osservanza dovuta tal-miżuri adottati
mill-awtoritajiet tad-Dwana sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni tagħhom. 
Artikolu 97
1. Ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tal-proċedura u l-eżenzjonijiet għandhom
jiġu stabbiliti mill-Kontrollur. 
2. Iżda basta illi tkun garantita l-implimentazzjoni tal-miżuri li japplikaw
għall-oġġetti, il-Ministru għandu d-dritt, li b’arranġament bilaterali jew multilaterali
jistabbilixxi flimkien ma’ pajjiżi oħra proċeduri simplifikati konsistenti mal-kirterji li
jiġu mfassla skond iċ-ċirkostanzi u li japplikaw għal ċerti tipi ta’ traffiku ta’ l-oġġetti
jew għal impriżi speċifiċi. 
Ċ. Imħażen tad-Dwana
Artikolu 98
1. Il-proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana għandha tagħti lok għall-
magazzinaġġ f’maħżen tad-Dwana għal:
(a)  l-oġġetti mhux Maltin, mingħajr ma’ dawn l-oġġetti jiġu soġġetti
għad-dazji fuq l-importazzjoni jew il-miżuri tal-politika kummerċjali;
(b) l-oġġetti Maltin, fejn il-liġijiet Maltin li jirregolaw oqsma speċifiċi
jipprovdu illi t-tqegħid tagħhom f’maħżen tad-Dwana għandu jiġbed miegħu l-
applikazzjoni ta’ miżuri normalment konnessi ma’ l-esportazzjoni ta’ dawn l-
oġġetti. 
2. ’Maħżen tad-Dwana’ ifisser kull post approvat mill-Ministru u taħt is-
sorveljanza tal-Kontrollur fejn l-oġġetti jistgħu jiġu maħżuna fuq il-kundizzjonijiet
stabbiliti mill-Ministru.
3. Il-każijiet fejn l-oġġetti riferiti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mqiegħda taħt
proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana mingħajr ma jinħażnu f’maħżen tad-Dwana
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    67
għandhom jiġu determinati skond il-proċedura stabbilita mill-Kontrollur.
 Artikolu 99
Maħżen tad-Dwana jista’ jkun jew maħżen pubbliku jew maħżen privat.
"Maħżen pubbliku" ifisser maħżen tad-Dwana disponibbli għall-użu minn kull
persuna għall-magazzinaġġ ta’ l-oġġetti;
"Maħżen privat" ifisser maħżen tad-Dwana riservat għall-magazzinaġġ ta’ l-
oġġetti mill-persuna li tieħu ħsieb il-maħżen.
Il-persuna li tieħu ħsieb il-maħżen hija l-persuna awtorizzata li tħaddem maħżen
tad-Dwana.
Id-depożitant għandu jkun il-persuna marbuta bid-dikjarazzjoni li jqiegħed l-
oġġetti taħt il-proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana jew li lilha jiġu trasferiti d-drittijit
u l-obbligi ta’ din il-persuna.
Artikolu 100
1. It-tħaddim ta’ maħżen tad-Dwana għandu jkun suġġett għall-ħruġ ta’
awtorizzazzjoni mill-Ministru, jekk kemm-il darba l-awtoritajiet tad-Dwana ma
jħaddmux il-maħżen tad-Dwana huma stess. 
2. Kull persuna li tixtieq tħaddem maħżen tad-Dwana trid tagħmel talba bil-
miktub li fiha jkun jinsab it-tagħrif meħtieġ għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni,
partiklarment li turi illi teżisti ħtieġa ekonomika għall-magazzinaġġ. L-awtorizzazzjoni
għandha tistipula l-kundizzjonijiet għat-tħaddim tal-maħżen tad-Dwana.
3. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss lil persuni stabbiliti f’Malta.
 Artikolu 101
Il-persuna li tieħu ħsieb il-maħżen tad-Dwana għandha tkun responsabbli li:
(a)  tiżgura illi waqt li l-oġġetti jkunu f’maħżen tad-Dwana ma
jinħarġux minn taħt is-sorveljanza tad-Dwana;
(b)  twettaq l-obbligi li joħorġu mill-magazzinaġġ ta’ l-oġġetti koperti
minn proċedura ta’ magazzinagg tad-Dwana; u
(ċ)  tikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-awtorizzazzjoni.
 Artikolu 102
1. Bħala deroga mill-Artikolu 101, fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna
maħżen pubbliku, jista’ jiġi provvdut illi r-responsabbiltajiet msemmija fl-Artikolu
101(a) u/jew (b) jaqgħu esklussivament fuq id-depożitant.
2. Id-depożitant għandu jkun responsabbli l-ħin kollu li jwettaq l-obbligi li
joħorġu mit-tqegħid ta’ l-oġġetti taħt il-proċedura tad-Dwana tal-magazzinaġġ.
  68      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
 Artikolu 103
Id-drittijiet u l-obbligi tal-persuna li tieħu ħsieb il-maħżen jistgħu, bi ftehim mal-
Kontrollur, jiġu trasferiti lil persuna oħra.
Artikolu 104
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 88, il-Kontrollur jista’ jordna illi l-persuna
li tieħu ħsieb il-maħżen tad-Dwana tipprovdi garanzija konnessa mar-
responsabbilitajiet speċifikati fl-Artikolu 101.
 Artikolu 105
Il-persuna nominata mill-Kontrollur għandha żżomm reġistru tal-ħażniet
imqiegħda taħt il-proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana fil-forma approvata mill-
Kontrollur imsemmi. Ir-reġistri tal-ħażniet mhumiex meħtieġa fejn maħżen pubbliku
jkun imħaddem mill-Kontrollur.
 Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 86, il-Kontrollur jista’ jiddispensa
mir-reġistri tal-ħażniet fejn ir-responsabbiltajiet msemmija fl-Artikolu 101 (a) u/jew (b)
jaqgħu esklussivament fuq id-depożitant u l-oġġetti jkunu mqiegħda taħt din il-
proċedura a bażi ta’ dokument bil-miktub li jifforma parti mill-proċedura normali jew
ta’ dokument amminstrattiv skond l-Artikolu 76(1)(b).
 Artikolu 106
1. Fejn teżisti ħtieġa ekonomika u s-sorveljanza tad-Dwana ma tiġix
affettwata ħażin minħabba f’hekk, il-Kontrollur jista jippermetti:
(a)  illi oġġetti Maltin għajr dawk msemmija fl-Artikolu 98(1)(b) jiġu
maħżuna fil-fond ta’ maħżen tad-Dwana;
(b)  li oġġetti mhux Maltin jiġu proċessati fil-fond ta’ maħżen tad-
Dwana skond il-proċedura ta’ proċessar intern, suġġetti għall-kundizzjonijiet
provduti għal din il-proċedura. Il-formalitajiet li jistgħu jiġu meħlusa minnhom
f’maħżen tad-Dwana għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita mill-
Kontrollur.
(ċ)  illi l-oġġetti mhux Maltin li jridu jiġu proċessati fil-fond ta’
maħżen tad-Dwana taħt il-proċedura ta’ proċessar taħt is-sorveljanza tad-Dwana,
suġġetti għall-kundizzjonijiet provduti f’din il-proċedura. Il-formalitajiet li
jistgħu jiġu meħlusa minnhom f’maħżen tad-Dwana għandhom jiġu stabbiliti
skond il-proċedura stabbilita mill-Kontrollur.
2. Fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1, l-oġġetti ma għandhomx jiġu
soġġetti għall-proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana.
3. Il-Kontrollur jista’ jeħtieġ li l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jiddaħħlu
fir-reġistru tal-ħażniet provdut fl-Artikolu 105.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    69
 Artikolu 107
L-oġġetti imqiegħda taħt proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana, għandhom
jiddaħħlu fir-reġistri tal-ħażniet provduti fl-Artikolu 105 hekk kif jiddaħħlu fil-maħżen
tad-Dwana.
 Artikolu 108
Ma għandux ikun hemm limitu għat-tul taż-żmien li l-oġġetti jistgħu jibqgħu taħt
il-proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana. 
Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, il-Kontrollur jista’ jistabbilixxi limitu taż-
żmien li fih id-depożitant irid jassenja lill-oġġetti trattament jew użu ġdid kif approvati
mid-Dwana.
 Artikolu 109
1. L-oġġetti importati jistgħu jgħaddu mill-forom tas-soltu ta’ maniġġjar bl-
idejn maħsuba biex jippriservawhom, itejbu tad-dehra tagħhom jew il-kwalità  għas-suq
jew biex iħejjuhom għat-tqassim jew bejgħ mill-ġdid.
 2. Il-forom ta’ maniġġjar bl-idejn provduti fl-ewwel paragrafu jridu jiġu
awtorizzati bil-quddiem mill-Kontrollur, li għandu jistabilixxi l-kundizzjonijiet li
fuqhom jistgħu isiru.
3. Il-listi ta’ maniġġjar bl-idejn msemmija fil-paragrafu 1 huma provduti fl-
Anness B tal-KodiċI tad-Dwana, u jistgħu jiġu emendati mill-Ministru.
 Artikolu 110
1. Fejn iċ-ċirkostanzi hekk jirrikjedu, l-oġġetti mqiegħda taħt proċedura ta’
magazzinaġġ tad-Dwana jistgħu jiġu maħruġa temporanjament mill-maħżen tad-
Dwana. Dan il-ħruġ irid jiġi awtorizzat bil-quddiem mill-Kontrollur, li għandu jistipula
l-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jsir.
2. Fil-waqt li jkunu barra mill-maħżen tad-Dwana l-oġġetti jistgħu jgħaddu
mill-għamliet differenti ta’ maniġġjar bl-idejn msemmija fl-Artikolu 109 skond il-
kundizzjonijiet stipulati fih.
 Artikolu 111
Il-Kontrollur jista’ jippermetti illi l-oġġetti li jkunu tqiegħdu taħt il-proċedura ta’
maġazzinaġġ tad-Dwana jiġu trasferiti minn maħżen tad-Dwana għal ieħor.
 Artikolu 112
1. Fejn dejn tad-Dwana huwa dovut fuq oġġetti impurtati u l-valur tad-
Dwana fuq dawn l-oġġetti ikun bażat fuq prezz attwalment imħallas jew li għad irid jiġi
mħallas li jinkludi l-ispejjeż tal-magazzinaġġ u l-priservazzjoni ta’ l-oġġetti sakemm
jibqgħu fil-maħżen, dawn l-ispejjeż ma għandhomx għalfejn jiġu inklużi fil-valur tad-
Dwana jekk jiġu murija separatament mill-prezz attwalment imħallas lew li għad irid
jitħallas għall-oġġetti.
  70      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
2. Fejn l-oġġetti msemmija jkunu għaddew mill-forom tas-soltu tal-
immaniġġjar bl-idejn fit-tifsira ta’ l-Artikolu 109, in-natura ta’ l-oġġetti, il-valur tad-
Dwana u l-kwantità  li trid titqies sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ dazji fuq l-
importazzjoni għandhom, fuq talba tad-dikjarant, ikunu dawk li kienu jkunu meqjusa
fuq l-oġġetti, fil-mument imsemmi fl-Artikolu 214, daqs li kieku ma għaddewx minn
dan il-immaniġġjar bl-idejn. Madanakollu, jistgħu jiġu adotti derogi minn dawn id-
disposizzjonijiet mill-Kontrollur.
3. Fejn l-oġġetti għall-importazzjoni jiġu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
skond l-Artikolu 76(1)(ċ), in-natura ta’ l-oġġetti, il-valur tad-Dwana u l-kwantità  li
jridu jitqiesu għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 214 għandhom ikunu dawk applikabbli
għall-oġġetti fil-mument meta huma jitqiegħdu taħt proċedura ta’ magazzinaġġ tad-
Dwana.
 Għandu japplika l-ewwel sub-paragrafu basta iżda illi r-regoli ta’ l-istima li
għandhom x’jaqsmu ma’ dawn l-oġġetti jkunu ġew aċċertati jew aċċettati fil-mument
meta l-oġġetti jkunu ġew imqiegħda taħt il-proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana, jekk
kemm-il darba d-dikjarant ma jitlobx l-applikazzjoni tagħhom fil-mument li jiġi dovut
id-dejn tad-Dwana.
Artikolu 113
Id-disposizzjonijiet ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 112 (3) huma
mingħajr preġudizzju għal eżami wara l-iżdoganar skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 78. 
D. Proċessar Intern
I. Ġenerali
Artikolu 114
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 115, il-proċedura ta’ proċessar intern
għandha tippermetti lill-oġġetti li ġejjin li jiġu wżati f’Malta għal waħda jew iktar mill-
operati tal-ipproċessar:
(a) oġġetti mhux Maltin maħsuba għall-esportazzjoni mill-ġdid minn
Malta fil-forma ta’ prodotti kompensanti, mingħajr ma dawn l-oġġetti jiġu
soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni jew il-miżuri tal-politika kummerċjali;
(b) l-oġġetti rilaxxjati fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa bil-ħlas lura tad-dazji
jew il-maħfra tagħhom fuq l-importazzjoni li jkunu thallsu fuq dawn l-oġġetti
jekk jiġu esportati minn Malta bħala prodotti kompensanti.
2. L-espressjonijiet li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet li ġejjin:
(i) "sistema ta’ sospensjoni": l-arranġementi ta’ solliev fl-ipproċessar
intern kif provvduti fil-paragrafu 1(a) ;
(ii) "sistema ta’ rifużjoni": l-arranġamenti ta’ solliev fl-ipproċessar
intern kif provvduti fil-paragrafu 1(b);
(iii) "operati ta’ proċessar":
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    71
- il-fabbrikazzjoni ta’ oġġetti inklużi l-kostruzzjoni u t-
tagħqid flimkien tagħhom jew l-iffittjar tagħhom ma’ oġġetti oħra;
- il-proċessar ta’ l-oġġetti;
- it-tiswija ta’ l-oġġetti, inkluż ir-restawr tagħhom u t-
tqegħid tagħhom fl-ordni; u
- l-użu ta’ ċerti oġġetti li ma jinsabux fil-prodotti
kompensanti, imma li jippermettu jew jiffaċilitaw il-produzzjoni ta’ dawn
il-prodotti, saħansitra jekk inhuma wżati għal kollox jew parzjalment fil-
proċess.
(iv) "prodotti kompensanti": il-prodotti kollha li jirriżultaw mill-
operati tal-ipproċessar;
(v)  "oġġetti ekwivalenti": Oġġetti Maltin li jiġu wżati minflok l-
oġġetti impurtati għall-manifattura ta’ prodotti kompensanti;
(vi) "ir-rata tal-produzzjoni": il-kwantità  jew il-persentaġġ tal-prodotti
kompensanti miksuba mill-ipproċessar ta’ kwantità  msemmija ta’ oġġetti
impurtati.
Artikolu 115
1. Fejn il-kundizzjonijiet stipulatiti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jiġu
mwettqa, u suġġetti għal paragrafu 4 tal-istess, il-Kontrollur jista’ jippermetti:
(a)  li prodotti kompensanti jiġu miksuba minn oġġetti ekwivalenti;
(b)  li l-prodotti kompensanti miksuba minn oġġetti ekwivalenti jiġu
esportati minn Malta qabel l-importazzjoni ta’ l-oġġetti impurtati.
2.  L-oġġetti ekwivalenti jridu jkunu ta’ l-istess kwalità  u jkollhom l-istess
karatteristiċi ta’ l-oġġetti impurtati. Iżda, f’każijiet speċifiċi kif stabbiliti mill-
Kontrollur, l-oġġetti ekwivalenti jistgħu jitħallew li jkunu fi stadju iżjed avvanzat ta’
manifattura mill-oġġetti impurtati.
3.  Fejn japplika l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-oġġetti impurtati
għandhom jitqiesu għall-għanijiet tad-Dwana bħala oġġetti ekwivalenti u dawn ta’ l-
aħħar bħala oġġetti impurtati.
4.  Miżuri intiżi sabiex jipprojbixxu, jimponu ċerti kundizzjonijiet fuq jew
jiffaċiltaw l-użu tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati mill-Kontrollur.
5. Fejn jiġi applikat is-sub-paragrafu 1 (b) ta’ dan l-Artikolu u l-prodotti
kompensanti jkunu suġġetti għal dazji fuq l-esportazzjoni jekk ma jkunux ġew esportati
jew esportati mill-ġdid taħt operat ta’ proċessar intern, il-possessur ta’ l-
awtorizzazzjoni għandu jipprovdi garanzija sabiex jiżgura l-ħlas tad-dazji jekk kemm-il
darba l-oġġetti impurtati ma jiġux importati fil-perijodu stipulat.
  72      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
 II. Il-għoti ta’ awtorizzazzjoni
Artikolu 116
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mill-Kontrollur biex tiġi wżata l-
proċedura ta’ proċessar intern għandha ssir mill-persuna li twettaq l-operati tal-
ipproċessar jew li tagħmel l-arranġamenti sabiex dawn jitwettqu.
Artikolu 117
L-awtorizzazzjoni għandha tiġi konċessa biss:
(a) lil persuni stabbiliti f’Malta. Iżda, l-awtorizzazzji tista’ tiġi
konċessa lil persuni stabbiliti barra minn Malta rigward importazzjonijiet li ma
humiex ta’ natura kummerċjali;
(b) fejn, mingħajr preġudizzju għall-użu ta’ l-oġġetti imsemmija fl-
aħħar subinċiż ta’ l-Artikolu 114(2)(iii) taħt "operati tal-ipproċessar",
 (i) l-oġġetti impurtati jistgħu jiġu identifikati fil-prodotti
kompensanti jew,
(ii) fil-każ riferit fl-Artikolu 115, fejn tista’ tiġi verifikata
konformità  mal-kundizzjonijiet stipulati rigward oġġetti ekwivalenti;
(ċ) fejn il-proċedura ta’ proċessar intern tista’ tgħin sabiex toħloq l-
iktar kundizzjonijiet favorevoli għall-esportazzjoni jew l-esportazzjoni mill-ġdid
ta’ prodotti kompensanti, basta iżda illi ma jiġux affettwati b’mod żvantaġġuż l-
interessi essenzjali tal-produtturi Maltin. Il-każijiet li fihom il-kundizzjonijiet
ekonomiċi jitqiesu li ġew imwettqa jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kontrollur.
III. Tħaddim tal-proċedura
Artikolu 118
1. Il-Kontrollur għandu jispeċifika l-perijodu taż-żmien li fih il-prodotti
kompensanti jridu jiġu esportati jew esportati mill-ġdid jew assenjati t-trattament jew
użu ieħor kif approvati mid-Dwana. Il-perijodu taż-żmien għandu jagħti kont taż-żmien
meħtieġ biex jitwettqu l-operati tal-ipproċessar u jiddisponi mill-prodotti kompensanti.
2. Il-perijodu taż-żmien għandu jibda mid-data li fiha l-oġġetti mhux Maltin
jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ proċessar intern. Il-Kontrollur jista’ jikkonċedi
estensjoni meta l-possessur ta’ l-awtorizzazzjoni jissottometti talba sostanzjata kif
mistħoqq.
Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, jista’ jiġi deċiż illi perijodu ta’ żmien illi
jibda matul xahar jew kwart ta’ sena kalendarji għandu jintemm fl-aħħar jum tax-xahar
ta’ wara jew fil-kwart tas-sena ta’ wara rispettivament.
3.  Fejn japplika l-Artikolu 115(1)(b), il-Kontrollur għandu jispeċifika l-
perijodu taż-żmien li fih l-oġġetti mhux Maltin għandhom jiġu dikjarati għall-
proċedura. Il-perijodu taż-żmien għandu jibda mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    73
dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li għandha x’taqsam mal-oġġetti kompensanti miksuba
mill-oġġetti ekwivalenti korrispondenti.
4. Limiti speċifiċi taż-żmien jistgħu jiġu stipulati mill-Kontrollur għal ċerti
operati ta’ proċessar jew għal ċerti oġġetti mpurtati.
 Artikolu 119
1. Il-Kontrollur għandu jistabbilixxi jew ir-rata tal-produzzjoni ta’ l-operat,
jew fejn ikun xieraq, il-metodu li jistabbilixxi din ir-rata. Ir-rata tal-produzzjoni
għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi attwali li fihom jitwettqu, jew ikunu
sejrin jiġu mwettqa l-operati tal-ipproċessar.
 2. Fejn iċ-ċirkustanzi hekk jitolbu u, partiklarment, fil-każ ta’ l-operati tal-
ipproċessar imwettqa skond id-drawwa fuq kundizzjonijiet tekniċi definiti b’mod ċar li
jinvolvu oġġetti b’karatteristiċi sostanzjalment uniformi u li jirriżultaw fil-produzzjoni
ta’ prodotti kompensanti ta’ kwalità  unformi, il-Kontrollur jista’ jistabbilixxi rati
standard ta’ produzzjoni a bażi ta’ ’data’ attwali aċċertata minn qabel.
Artikolu 120
Il-każijiet li fihom flimkien mal-kundizzjonijiet li fuqhom l-oġġetti fi stat mhux
mibdul jew il-prodotti kompensanti għandhom jiġu meqjusa bħala li ġew rilaxxjati
għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kontrollur.
Artikolu 121
Bla ħsara għall-Artikolu 122, fejn huwa dovut dejn tad-Dwana l-ammont ta’ dan
id-dejn għandu jiġi stabbilit a bażi tal-elementi xierqa tat-taxxa fuq l-oġġetti mpurtati
fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni biex dawn l-oġġetti jitqiegħdu taħt il-
proċedura ta’ proċessar intern.
Artikolu 122
Bħala deroga mill-Artikolu 121, il-prodotti kompensanti:
(a) għandhom ikunu suġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni kalkolati
skond ir-regoli applikabbli għall-proċedura msemmija tad-Dwana jew għaż-żoni
ħielsa jew għall-imħażen ħielsa fejn ikunu tqiegħdu fuq arranġament ta’
sospensjoni jew ġewwa żona ħielsa jew ġewwa maħżen ħieles; 
Iżda,
- il-persuna interessata tista’ titlob illi d-dazju jiġi stmat
skond l-Artikolu 121;
- fil-każi fejn il-prodotti kompensanti jkunu ġew mogħtija
t-trattament jew l-użu kif approvati mid-Dwana msemmi iktar ’il fuq,
għajr proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana, l-ammont ta’ dazju ntaxxat fuq
l-importazzjoni għandu mill-inqas ikun daqs l-ammont kalkolat skond l-
Artikolu 121;
  74      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
 (b)  il-Kontrollur jista’ jissoġġetta l-prodotti kompensanti għall-
Artikoli li jirregolaw l-istima tad-dazji stipulati skon il-proċedura tal-ipproċessar
taħt il-kontroll tad-Dwana
- liema proċedura hija provvduta fl-Artikolu 130
- meta l-oġġetti mpurtati jkunu setgħu tqiegħdu taħt din il-
proċedura;
(ċ)  għandhom igawdu minn trattament favorevoli tat-tariffa minħabba
l-użu speċjali li għalih ikunu maħsuba, fejn issir disposizzjoni għal dan it-
trattament fil-każ ta’ oġġetti identiċi li jkunu ġew importati;
(d)  għandhom jiddaħħlu ħielsa mid-dazju fuq l-importazzjoni fejn din
id-disposizzjoni ta’ ħelsien mid-dazju ssir għal oġġetti identiċi li jkunu ġew
importati skond l-Artikolu 184.
IV. Operati ta’ proċessar barra minn Malta
Artikolu 123
1. Xi wħud mill-prodotti kompensanti jew kollha jew l-oġġetti fi stat mhux
mibdul jew kollha jistgħu jiġu esportati temporanjament bil-għan ta’ iktar proċessar
barra minn Malta jew jekk il-Kontrollur jawtorizza hekk, skond il-kundizzjonijiet
stipulati fid-disposizzjonijiet ta’ proċessar għall-estern skond id-disposizzjonijiet li
jirregolaw l-ipproċessar għall-estern.
2  Fejn dejn tad-Dwana jiġi dovut fuq prodotti mpurtati mill-ġdid wara l-
ipproċessar barra minn Malta, dawn il-ħlasijiet li ġejjin għandhom ikunu dovuti:
(a)  id-dazji fuq l-importazzjoni fuq il-prodotti kompensanti jew l-
oġġetti fi stat mhux mibdul imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu,
kalkolati skond l-Artikoli 121 u 122; u
(b) id-dazji fuq l-importazzjoni fuq prodotti importati mill-ġdid wara
l-ipproċessar barra minn Malta, li l-ammonti tagħhom għandhom jiġu kalkolati
skond id-disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proċedura ta’ proċessar
għall-estern, fuq l-istess kundizzjonijiet li kienu japplikaw, kieku il-prodotti
esportati taħt il-proċedura ta’ l-aħħar kienu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
qabel ma kienet tkun saret din l-esportazzjoni.
V. Disposizzjonijiet speċjali għas-sistema tar-rifużjoni.
Artikolu 124
1. Is-sistema tar-rifużjoni tista’ tiġi wżata għall-oġġetti kollha. Madankollu,
ma għandhiex tkun użata fejn fil-mument tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-
ċirkolazzjoni ħielsa jiġi aċċettat illi:
- l-oġġetti mpurtati huma suġġetti għar-restrizzjonijiet kwantitattivi
fuq l-importazzjoni,
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    75
- miżura tat-tariffa ġewwa l-kwoti tiġi applikata għall-oġġetti
mpurtati,
 - ikunu ġew stabbiliti ħlas lura jew taxxa fuq l-esportazzjoni għall-
prodotti kompensanti.
2. Barra minn hekk, l-ebda rimborż tad-dazji fuq l-importazzjoni bis-sistema
tar-rifużjoni ma għandu jkun possibbli jekk, fil-mument li d-dikjarazzjoni għall-
esportazzjoni tal-prodotti kompensanti tiġi aċċettata, dawn il-prodotti jkunu suġġetti
għal ħlas lura jew għal taxxa fuq l-esportazzjoni li tkun ġiet stabbilita għalihom.
3. Jistgħu jiġu stabbilitti derogi mill-paragrafi 1 u 2 mill-Kontrollur.
Artikolu 125
1.  Id-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għandha tindika illi
qiegħda tiġi wżata is-sistema tar-rifużjoni u għandha tipprovdi l-partiklaritajiet ta’ l-
awtorizzazzjoni.
2.  Fuq it-talba tal-Kontrollur, l-awtorizzazzjoni msemmija għandha tiġi
mwaħħla mad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
Artikolu 126
Bis-sistema tar-rifużjoni, ma għandhomx japplikaw l-Artikolu 115(1)(b), (3) u
(5), l-Artikolu 118(3) u l-Artikoli 120, 121 u 129.
Artikolu 127
L-esportazzjoni temporanja ta’ prodotti kompensanti imwettqa kif provvdut fl-
Artikolu 123(1) ma għandhiex tiġi kunsidrata bħala esportazzjoni skond it-tifsira ta’ l-
Artikolu 128 għajr jekk dawn il-prodotti ma jkunux importati mill-ġdid ġewwa Malta
fil-perijodu taż-żmien stipulat fl-awtorizzazjoni.
Artikolu 128
1. Il-possessur ta’ awtorizzazzjoni jista’ jitlob il-ħlas lura jew ir-remissjoni
tad-dazju fuq l-importazzjoni fejn jista’ jistabbilixxi għas-sodisfazzjon tal-Kontrollur
illi l-oġġetti mpurtati rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa taħt is-sistema ta’ rifużjoni fil-
forma ta’ prodotti kompensanti jew oġġetti fi stat mhux mibdul ikunu ġew jew:
- esportati; jew
- imqiegħda, bil-ħsieb li jiġu sussegwentement esportati, taħt il-
proċedura tat-transitu, il-proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana, il-proċedura ta’
mportazzjoni temporanja jew il-proċedura ta’ proċessar intern (arranġament ta’
sospensjoni), jew f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles, basta iżda illi l-
kundizzjonijiet kollha għall-użu tal-proċedura jkunu wkoll ġew imwettqa.
2. Bl-iskop li jiġu assenjati t-trattament jew użu kif approvati mid-Dwana
imsemmija fit-tieni subinċiż tal-paragrafu 1, il-prodotti kompensanti jew l-oġġetti fi
stat mhux mibdul għandhom jiġu kunsidrati li huma oġġetti mhux Maltin.
  76      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
3.  Il-perijodu taż-żmien li fih għandha ssir l-applikazzjoni għall-ħlas lura
għandu jiġi stabbilit mill-Kontrollur.
4. Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) ta’ l-Artikolu 122, fejn il-prodotti
kompensanti jew l-oġġetti fi stat mhux mibdul imqiegħda taħt proċedura tad-Dwana
jew f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles skond il-paragrafu 1 jiġu rilaxxjati għaċ-
ċirkolazzjoni ħielsa, l-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni mħallsa lura jew rimess
għandu jiġi kunsidrat li jikkostitwixxi l-ammont tad-dejn tad-Dwana.
VI. Disposizzjonijiet oħra
Artikolu 129
Il-proċedura ta’ proċessar intern, li tapplika s-sistema tas-sospensjoni għandha
tapplika wkoll sabiex il-prodotti kompensanti jkunu jistgħu jikkwalifikaw għall-
eżenzjoni mid-dazji fuq l-esportazzjoni li taħthom jistgħu jaqgħu prodotti identiċi
miksuba minn oġġetti Maltin minflok oġġetti mpurtati.
E. Proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana
Artikolu 130
Il-proċedura għall-proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana għandha tippermetti
oġġetti mhux Maltin li jintużaw f’Malta f’operati li jbiddlulhom in-natura jew l-istat
tagħhom, mingħajr ma jkunu soġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni jew il-miżuri tal-
politika kummerċjali, u għandhom jippermettu lill-prodotti li jirriżultaw minn dawn l-
operati li jiġu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bir-rata ta’ dazju fuq l-importazzjoni
li tixirqilhom. Dawn il-prodotti għandhom jissejħu prodotti proċessati.
 Artikolu 131
L-Anness A tal-Kodiċi tad-Dwana jagħti listi tal-każi li fihom tista’ tintuża l-
proċedura għall-proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana.
Artikolu 132
L-applikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni tal-Kontrollur għall-proċessar taħt il-
kontroll tad-Dwana għandha ssir mill-persuna li twettaq l-ipproċessar jew li tirranġa li
titwettaq.
 Artikolu 133
L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss:
(a)   lil persuni stabbiliti f’Malta;
(b)  fejn l-oġġetti għall-importazzjoni jistgħu jkunu identifikati fil-
prodotti proċessati;
(ċ)  fejn, wara l-ipproċessar, l-oġġetti ma jistgħux jerġgħu jinġiebu
ekonomikament għad-deskrizzjoni jew stat tagħhom bħal ma kienu meta ġew
mqiegħda taħt il-proċedura;
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    77
(d)  fejn l-użu tal-proċedura ma tistax tirriżulta f’ċirkomvenzjoni ta’ l-
effett ta’ l-oġġetti fejn għandhom x’jaqsmu l-oriġini u r-restrizzjonijiet
kwantitattivi applikabbli għall-oġġetti importati;
(e) fejn il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-proċedura sabiex jgħinu fil-
ħolqien jew iż-żamma ta’ attività  ta’ proċessar f’Malta jiġu mwettqa mingħajr
ma jaffettwaw b’mod żvantaġġuż l-interessi essenzjali ta’ produtturi Maltin ta’
oġġetti simili. Il-każi li fihom il-kundizzjonijiet ekonomiċi jitqiesu li jkunu ġew
imwettqa jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kontrollur.
Artikolu 134
L-Artikolu 118 (1), (2) u (4) u l-Artikolu 119 għandhom japplikaw mutatis
mutandis.
Artikolu 135
Fejn ikun dovut dejn tad-Dwana fuq oġġetti fi stat mhux mibdul jew fuq prodotti
li jkunu qegħdin fi stat intermedjarju fl-ipproċessar meta mqabbla ma’ dak provvdut fl-
awtorizzazzjoni, l-ammont ta’ dan id-dejn għandu jiġi stabbilit a bażi tal-elementi tal-
oġġetti tal-ħlasijiet xierqa għall-oġġetti mpurtati fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-
dikjarazzjoni li għandha x’taqsam mat-tqegħid ta’ l-oġġetti fuq il-proċedura għall-
proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana.
 Artikolu 136
Fejn l-oġġetti mpurtati jkunu kwalifikaw għal trattament favorevoli tat-tariffa
meta jkunu ġew imqiegħda taħt il-proċedura għall-proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana,
u dan it-trattament favorevoli tat-tariffa huwa applikabbli għal prodotti identiċi għall-
prodotti rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, id-dazji fuq l-importazzjoni li għalihom il-
prodotti proċessati huma soġġetti għandhom jiġu kalkolati bl-applikazzjoni tar-rata tad-
dazju applikabbli skond dak it-trattament.
 F. Importazzjoni temporanja
Artikolu 137
Il-proċedura dwar l-importazzjoni temporanja għandha tippermetti l-użu f’Malta,
b’solliev totali jew parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni u mingħajr ma jkunu soġġetti
għall-miżuri tal-politika kummerċjali, ta’ oġġetti mhux Maltin maħsuba għall-
esportazzjoni mill-ġdid mingħajr ma jkunu ġew soġġetti għal xi bidla għajr id-
deprezzament normali minħabba l-użu tagħhom.
 Artikolu 138
L-awtorizzazzjoni għal importazzjoni temporanja għandha tiġi konċessa mill-
Kontrollur fuq it-talba tal-persuna li tuża l-oġġetti jew tirranġa li jintużaw.
 Artikolu 139
 Il-Kontrollur għandu jirrifjuta li jawtorizza l-użu tal-proċedura tal-importazzjoni
temporanja fejn ma jkunx possibbli illi jiżgura li jiġu identikifikati l-oġġetti mpurtati.
  78      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
Madankollu, il-Kontrollur jista’ jawtorizza l-użu tal-proċedura ta’ importazzjoni
temporanja mingħajr ma jiżgura illi l-oġġetti jistgħu jiġu identifikati fejn, minħabba n-
natura ta’ l-oġġetti jew l-operati li jridu jitwettqu, in-nuqqas ta’ miżuri ta’
identifikazzjoni ma jwassalx għal lok ta’ xi abbuż tal-proċedura.
 Artikolu 140
1.  Il-Kontrollur għandu jistabbilixxi il-perijodu taż-żmien li fih l-oġġetti
mpurtati għandhom ikunu ġew esportati mill-ġdid jew assenjati trattament jew użu ġdid
kif approvati mid-Dwana. Dan il-perijodu taż-żmien għandu jkun twil biżżejjed sabiex
jintlaħaq l-għan ta’ l-użu awtorizzat.
2.  Mingħajr preġudizzju għall-perijodi speċjali ta’ żmien stiulat skond l-
Artikolu 141, il-perijodu taż-żmien massimu li fih l-oġġetti jistgħu jibqgħu taħt il-
proċedura ta’ importazzjoni temporanja għandu jkun ta’ 24 xahar. Madankollu, il-
Kontrollur jista’ jistabbilixxi perijodi inqas taż-żmien bi ftehim mal-persuna
konċernata.
3.  Iżda, fejn ċirkostanzi eċċezzjonali hekk jitolbu, il-Kontrollur jista’, fuq it-
talba tal-persuna konċernata u f’limiti raġonevoli, itawwal il-perijodi taż-żmien
msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jippermetti l-użu awtorizzat.
 Artikolu 141
Il-każ u l-kundizzjonijiet speċjali li taħthom tista’ tintuża l-proċedura ta’
importazzjoni temporanja b’solliev totali mid-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu
stabbiliti mill-Kontrollur.
 Artikolu 142
1.  L-użu tal-proċedura ta’ importazzjoni temporanja b’solliev parzjali mid-
dazji fuq l-importazzjoni għandu jiġi konċess fuq oġġetti li ma jkunux koperti mid-
disposizzjonijiet adottati skond l-Artikolu 141 jew li jkunu koperti minn dawn id-
disposizzjonijiet iżda ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fih għall-konċessjoni
ta’ importazzjoni temporanja b’solliev totali.
2.  Il-lista ta’ l-oġġetti li għalihom tista’ ma tintużax il-proċedura ta’
importazzjoni temporanja b’solliev parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni għandha issir
mill-Kontrollur.
Artikolu 143
1.  L-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni pagabbli fuq oġġetti imqiegħda
taħt proċedura ta’ importazzjoni temporanja b’solliev parzjali mid-dazji fuq l-
importazzjoni għandu jkun ta’ 3%, għal kull xahar jew frazzjon ta’ xahar li matulhom l-
oġġetti jkunu ġew imqiegħda taħt il-proċedura ta’ mportazzjoni temporanja b’solliev
parzjali, ta’ l-ammont ta’ dazji li kien ikollu jitħallas fuq l-oġġetti msemmija li kieku l-
oġġetti ġew rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fid-data li fiha kienu mqiegħda taħt il-
proċedura ta’ importazzjoni temporanja.
2.  L-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni dovut li għamdu jitħallas
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    79
m’għandux jaqbeż dak illi kien ikun mitlub li jiġi mħallas li kieku l-oġġetti inkwistjoni
kienu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fid-data li fiha kienu ġew imqiegħda taħt il-
proċedura ta’ importazzjoni temporanja, bl-esklużjoni mill-kontijiet ta kull imgħax li
jista’ jkun applikabbli.
3.  It-trasferiment tad-drittijiet u ta’ l-obbligi li joħorġu mill-proċedura ta’
importazzjoni temporanja b’mod konformi ma’ l-Artikolu 90 ma għandux ifisser illi
jridu jiġu applikati l-istess arranġementi ta’ solliev għal kull wieħed mill-perijodi taż-
żmien ta’ użu li għandhom jiġu kunsidrati.
4.  Fejn it- trasferiment imsemmi fil-paragrafu 3 isir b’solliev parzjali għaż-
żewġ persuni awtorizzati li jużaw il-proċedura fl-istess xahar, il-possessur ta’ l-
awtorizzazzjoni tal-bidu għandu jkun responsabbli li jħallas l-ammont tad-dazji fuq l-
importazzjoni mistħoqqa tul dak ix-xahar kollu.
 Artikolu 144
1.  Fejn huwa dovut dejn tad-Dwana fuq oġġetti mpurtati, l-ammont ta’ dan
id-dejn għandu jiġi stabbilit a bażi ta’ l-elementi ta’ taxxa xierqa għal dawk l-oġġetti
fil-mument ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li tqiegħdhom taħt il-proċedura ta’
mportazzjoni temporanja. Iżda, fejn id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 141 hekk
jipprovdu, l-ammont tad-dejn għandu jiġi stabbilit a bażi ta’ l-elementi tat-taxxa xierqa
għall-oġġetti nkwistjoni fil-mument msemmi fl-Artikolu 214.
2. Fejn, għal raġuni oħra għajr it-tqegħid ta’ l-oġġetti taħt il-proċedura ta’
mportazzjoni temporanja b’solliev parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni, id-dejn tad-
Dwana jiġI dovut fuq l-oġġetti imqiegħda taħt il-proċedura msemmija, l-ammont ta’
dan id-dazju għandu jkun daqs id-differenza bejn l-ammont tad-dejn kalkolat skond il-
paragrafu 1 u dak pagabbli skond l-Artikolu 143.
G. Proċessar għall-estern
I. Ġenerali
Artikolu 145
1.  Il-proċedura ta’ proċessar għall-estern għandha, mingħajr preġudizzju
għad-disposizzjonijiet li jirregolaw l-oqsma speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mas-
sistema ta’ skambju standard stipulata fl-Artikoli 154 sa 159 jew fl-Artikolu 123,
tippermetti illi oġġetti Maltin jiġu esportati temporanjament minn Malta sabiex jgħaddu
minn operati ta’ proċessar u illi l-prodotti li jirriżultaw minn dawn l-operati jiġu
rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b’solliev totali jew parzjali mid-dazji fuq l-
importazzjoni.
2.  L-esportazzjoni temporanja ta’ oġġetti Maltin għandha tfisser l-
applikazzjoni tad-dazji fuq l-esportazzjoni, tal-miżuri tal-politika kummerċjali u
formalitajiet l-oħra għall-ħruġ ta’ oġġetti Maltin minn Malta.
3.  F’dawn l-Artikoli, jekk kemm-il darba l-kuntest ma jkunx jeħtieġ xorta
oħra:
  80      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
"oġġetti għal esportazzjoni temporanja" tfisser l-oġġetti mqiegħda taħt proċedura
ta’ proċessar għall-estern;
"operati ta’ proċessar" tfisser l-operati msemmija fl-ewwel, it-tieni u t-tielet
subinċizi ta’ l-Artikolu 114 (2) (iii);
"prodotti kompensanti" tfisser il-prodotti kollha li jirriżultaw mill-operati tal-
ipproċessar;
"rata ta’ produzzjoni" tfisser il-kwantità  jew il-persentaġġ ta’ prodotti
kompensanti miksuba mill-ipproċessar ta’ kwantità  msemmija ta’ oġġetti għall-
esportazzjoni temporanja.
Artikolu 146
1. Il-proċedura ta’ proċessar għall-estern ma hix miftuħa għall-oġġetti
Maltin:
- li l-esportazzjoni tagħhom tagħti lok għall-ħlas lura jew remissjoni
mid-dazji fuq l-importazzjoni,
- li, qabel l-esportazzjoni, jkunu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
b’solliev totali mid-dazji fuq l-importazzjoni skond l-użu aħħari tagħhom, għat-
tul taż-żmien kollu li fih jibqgħu japplikaw il-kundizzjonijiet tal-konċessjoni ta’
dan is-solliev.
2. Madankollu, jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kontrollur derogi mit-tieni
subinċiz tal-paragrafu 1.
 II. Il-konċessjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
Artikolu 147
1. L-applikazzjoni għall-awtoriżżazzjoni tal-Kontrollur għall-użu tal-
Proċedura ta’ Proċessar għall-Estern għandha ssir mill-persuna li tirranġa għat-twettiq
ta’ l-operati tal-ipproċessar.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 147(1), tista’ wkoll tiġi konċessa
mill-Kontrollur awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ proċessar għall-estern lil
persuna oħra għajr dik msemmija fil-Paragrafu 1 dwar għal oġġetti ta’ oriġini Maltija
skond it-Titolu II, Kapitolu 2, Taqsima 1, fejn l-operat tal-ipproċessar jikkonsisti fl-
inkorporazzjoni ta’ dawn l-oġġetti f’oġġetti miksuba barra minn Malta u mportati bħala
prodotti kompensanti, basta iżda illi l-użu tal-proċedura jgħin il-promozzjoni tal-bejgħ
ta’ l-oġġetti għall-esportazzjoni mingħajr ma jaffettwa b’mod żvantaġġuż l-interessi
essenzjali tal-produtturi Maltin ta’ prodotti identiċi jew simili għall-prodotti
kompensanti importati.
Il-każi li fihom u l-arranġamenti li taħthom għandu japplika s-sub-paragrafu ta’
qabel għandhom jiġu stabbiliti mill-Kontrollur.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    81
Artikolu 148
L-awtorizzazzjoni għandha tiġi konċessa biss:
(a) lil persuni stabbiliti f’Malta;
(b) (i) fejn huwa kunsidrat li jkun possibbli li jiġi stabbilit illi l-
prodotti kompensanti rriżultaw mill-ipproċessar ta’ l-oġġetti għall-esportazzjoni
temporanja.
(ii) il-każi li fihom japplikaw id-derogi mis-sub-paragrafu b(i) jistgħu
japplikaw u l-kundizzjonijiet li taħthom id-derogi għandhom japplikaw
għandhom jiġu stabbiliti mill-Kontrollur;
(ċ) fejn l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ proċessar għall-estern ma
twassalx għal ħsara serja lill-interessi essenzjali tal-produtturi Maltin
(kundizzjonijiet ekonomiċi).
III. Tħaddim tal-proċedura
 Artikolu 149
1. Il-Kontrollur għandu jispeċifika l-perijodu taż-żmien li fih il-prodotti
kompensanti għandhom jiġu importati ġewwa Malta. Hu jista’ jtawwal dan il-perijodu
ta’ żmien fuq is-sottomissjonijiet ta’ talba sostanzjata kif mistħoqq mill-possessur ta’ l-
awtorizzazzjoni.
2. Il-Kontrollur jista’ jistabbilixxi jew ir-rata tal-produzzjoni mit-tħaddim
jew, fejn meħtieġ, il-metodu li jiddetermina din ir-rata.
 Artikolu 150
1. Is-solliev totali jew parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni provduti fl-
Artikolu 151(1) għandu jiġi konċess biss fejn il-prodotti kompensanti jiġu dikjarati
għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa f’isem jew għan-nom ta’:
(a) possessur ta’ l-awtorizzazzjoni,
jew
(b) kull persuna oħra stabbilita f’Malta basta iżda illi din il-persuna
tkun kisbet il-kunsens tal-possessur ta’ l-awtorizzazzjoni u li l-kundizzjonijiet
tal-awtoriżżazzjoni jiġu mwettqa.
 2. Is-solliev totali jew parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni provduti fl-
Artikolu 151 ma għandhomx jiġu konċessi fejn xi waħda mill-kundizzjonijiet jew
obbligi li għandhom x’jaqsmu ma’ proċessar għall-estern ma tiġix imwettqa, sakemm
ma jiġix stabbilit illi n-nuqqasijiet ma jħallu ebda effett sinifikanti fuq it-tħaddim
korrett tal-proċedura msemmija.
  82      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
Artikolu 151
1. Is-solliev totali jew parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni provduti fl-
Artikolu 145 għandhom isiru bit-tnaqqis mill-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni
applikabbli għall-prodotti kompensanti rilaxxjati fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, ta’ l-ammont
tad-dazji fuq l-importazzjoni li kien ikun applikabbli fl-istess jum għall-oġġetti għal
esportazzjoni temporanja li kieku ġew importati f’Malta mill-pajjiż li fih ikunu
għaddew mill-ħidma tal-ipproċessar jew l-aħħar ħidma ta’ proċessar.
2. L-ammont li jrid jiġi mnaqqas skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu
għandu jiġi kalkolat a bażi tal-kwantità  u n-natura ta’ l-oġġetti msemmija fid-data ta’ l-
aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li tqegħidhom taħt il-proċedura ta’ proċessar għall-
estern u a bażi tal-oġġetti ta’ ħlasijiet oħra applikabbli għalihom fid-data ta’ l-
aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni li għandha x’taqsam mar-rilaxx tal-prodotti
kompensanti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
3. Il-valur ta’ l-oġġetti għall-esportazzjoni temporanja għandu jkun dak
kunsidrat għal dawk l-oġġetti biex jiġi stabbilit il-valur tad-Dwana tal-prodotti
kompensanti skond l-Artikolu 32(1)(b)(i) jew, jekk il-valur ma jistax jiġi stabbilit b’din
il-manjiera, id-differenza bejn il-valur tad-Dwana tal-prodotti kompensanti u l-ispejjeż
ta’ proċessar stabbiliti b’mezzi raġjonevoli.
4. Iżda
- l-ispejjez tat-tagħbija, tal-ġarr u ta’ l-assikurazzjoni minfuqa fuq
iċ-ċaqliq ta’ l-oġġetti għal esportazzjoni temporanja minn Malta lejn il-fond tal-
proċessuri ma għandux jiġi kunsidrat fil-kalkolu ta’ l-ammont li jrid jiġi
mnaqqas;
- fejn, qabel ma jitqiegħdu taħt proċedura ta’ proċessar għall-estern,
l-oġġetti fuq esportazzjoni temporanja ikunu ġew rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni
ħielsa b’rata mnaqqsa bis-saħħa ta’ l-użu aħħari tagħhom, u sakemm tissokta l-
applikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-konċessjoni tar-rata mnaqqsa, l-ammont
li jrid jiġi mnaqqas għandu jkun l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni
attwalment intaxxat meta l-oġġetti kienu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
5. Fejn l-oġġetti fuq esportazzjoni temporanja setgħu jikkwalifikaw mar-
rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għal rata ta’ dazju mnaqqsa jew żero bis-saħħa ta’ l-użu
aħħari tagħhom, dik ir-rata għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni, basta iżda illi l-oġġetti
jkunu għaddew minn ħidma konsistenti ma’ dan l-użu aħħari fil-pajjiż fejn ikun
tħaddem il-proċess jew fejn tkun saret l-aħħar ħidma.
 Artikolu 152
1. Fejn il-għan tat-tħaddim ta’ proċessar huwa t-tiswija tal-oġġetti fuq
esportazzjoni temporanja, dawn għandhom jiġu rilaxxajati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa
b’solliev totali mid-dazji fuq l-importazzjoni, fejn jiġi stabbilit għas-sodisfazzjon tal-
Kontrollur illi l-oġġetti ġew imsewwija mingħajr ħlas, jew minħabba obbligi
kontrattwali u statutorji li joħorġu minn garanzija jew minħabba difett fil-manifattura.
2. Il-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika fejn ikun ġie
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    83
kunsidrat id-difett fil-mument meta l-oġġetti nkwestjoni kienu rilaxxjati għall-ewwel
darba għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
 Artikolu 153
Fejn il-għan tat-tħaddim ta’ proċessar huwa t-tiswija ta’ l-oġġetti fuq
esportazzjoni temporanja u din it-tiswija ssir bil-prospett ta’ ħlas, is-solliev parzjali
mid-dazji fuq l-importazzjoni provdut fl-Artikolu 145 għandu jiġi konċess billi jiġi
stabbilit l-ammont ta’ dazji applikabbli a bażi ta’ l-elementi tat-tassazzjoni li jgħoddu
għall-prodotti kompensanti fid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx
għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dawn il-prodotti u jittieħed f’kunsiderazzjoni, bħala l-
valur tad-Dwana, ammont ugwali għall-ispejjeż tat-tiswija, basta iżda illi dawn l-
ispejjeż jirrappreżentaw il-kunsiderazzjoni waħdanija provduta mill-possessur ta’ l-
awtorizzazzjoni u ma jkunux influwenzati b’xi rabtiet bejn il-possessur u l-operatur.
Bħala deroga mill-Artikolu 151, il-Kontrollur jista’ jistabbilixxi l-każi li fihom l-
oġġetti jistgħu jiġu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u l-kundizzjonijiet speċifiċi
għalihom wara operat ta’ proċessar għall-estern, bl-ispejjeż tat-tħaddim ta’ proċessar
jittieħdu f’kunsiderazzjoni bħala bażi għall-stima bil-għan li tiġi applikata t-Tariffa
Maltija tad-Dwana.
 IV Proċessar għall-estern bl-użu tas-sistema ta’ skambju standard 
 Artikolu 154
1. Taħt il-kundizzjonijiet stabilliti f’din il-Parti IV li huma applikabbli
b’żieda mad-disposizzjonijiet ta’ qabel, is-sistema ta’ skambju standard għandha
tippermetti illi prodott importat, minn issa ’l quddiem imsejjaħ "prodott ta’
sostituzzjoni" jista’ jissostitwixxi prodott kompensanti.
2. Il-Kontrollur għandu jippermetti li tiġi wżata s-sistema ta’ skambju
standard fejn it-tħaddim ta’ proċessar jinvolvi t-tiswija ta’ oġġetti Maltin.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 159, id-disposizzjonijiet applikabbli
għall-prodotti kompensanti għandhom japplikaw ukoll għal prodotti ta’ sostituzzjoni.
4.  Il-Kontrollur għandu, taħt il-kundizzjonijiet li jippreskrivi, jippermetti illi
jiġu importati prodotti ta’ sostituzzjoni qabel ma jiġu esportati l-oġġetti għal
esportazzjoni temporanja (l-importazzjoni minn qabel ta’ sostituzzjoni).
Fil-każ ta’ importazzjoni minn qabel ta’ sostituzzjoni, għandha tiġi provduta
garanzija sabiex tkopri l-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni.
 Artikolu 155
1. Il-prodotti ta’ sostituzzjoni għandu jkollhom l-istess klassifika ta’ tariffa,
ikunu ta’ l-istess kwalità  kummerċjali u jippossjiedu l-istess karatteristiċi tekniċi bħal l-
oġġetti għal esportazzjoni temporanja li kieku dawn ta’ l-aħħar tkun saritilhom it-
tiswija inkwistjoni.
2. (i) Fejn l-oġġetti għal esportazzjoni temporanja jiġu wżati qabel l-
  84      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
esportazzjoni, il-prodotti ta’ sostituzzjoni iridu wkoll ikunu wżati u ma jistgħux ikunu
prodotti ġodda.
(ii) Madankollu, il-Kontrollur jista’ jikkonċedi derogi minn dan l-
Artikolu jekk il-prodott ta’ sostituzzjoni jkun ġie fornit mingħajr ħlas jew minħabba xi
obbligu kontrattwali jew statutorju li joħroġ minn garanzija jew minħabba xi difett fil-
manifattura.
 Artikolu 156
Skambju standard għandu jiġi awtorizzat biss fejn huwa possibbli li jiġi verifikat
illi l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 155 ġew imwettqa.
 Artikolu 157
1. Fil-każ ta’ l-importazzjoni minn qabel, l-oġġetti għall-esportazzjoni
għandhom jiġu esportati temporanjament fi żmien xahrejn mid-data ta’ l-aċċettazzjoni
mill-Kontrollur tad-dikjarazzoni li għandha x’taqsam mar-rilaxx tal-prodotti ta’
sostituzzjoni għal ċirkolazzjoni ħielsa.
2. Iżda, fejn ċirkostanzi eċċezzjonali hekk jitolbu, il-Kontrollur jista’, fuq it-
talba tal-persuna konċernata, itawwal f’limiti raġjonevoli l-perijodu taż-żmien
imsemmi fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.
 Artikolu 158
Fil-każ ta’ importazzjoni minn qabel u fejn jiġi applikat l-Artikolu 151, l-
ammont li jrid jiġi mnaqqas għandu jiġi stabbilit a bażi ta’ l-oġġetti tal-ħlas dovut
applikabbli għall-oġġetti fuq esportazzjoni temporanja fid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-
dikjarazzjoni li tqiegħdhom taħt il-proċedura.
 Artikolu 159
L-Artikolu 147(2) u l-Artikolu 148(b) ma għandhomx japplikaw fil-kuntest ta’
skambju standard.
 V. Disposizzjoni oħra
Artikolu 160
Il-proċeduri provduti fil-qafas ta’ proċessar għall-estern għandhom japplikaw
ukoll għall-għanijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-politika kummerċjali komuni
ta’ mingħajr tariffa.
Taqsima 4
Esportazzjoni 
Artikolu 161
1. Il-proċedura ta’ l-esportazzjoni għandha tippermetti lil oġġetti Maltin li
joħorġu minn Malta. L-esportazzjoni għandha tikkonsisti fl-applikazzjoni tal-
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    85
formalitajiet tal-ħruġ, inklużi l-miżuri tal-politika kummerċjali u, fejn xieraq, id-dazji
fuq l-esportazzjoni.
2. Bl-eċċezzjoni ta’ l-oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura ta’ proċessar għall-
estern jew proċedura ta’ transitu skond l-Artikolu 163, u mingħajr preġudizzju għall-
Artikolu 164, l-oġġetti kollha Maltin maħsuba għall-esportazzjoni għandhom
jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ l-esportazzjoni.
3. Il-każ li fih l-oġġetti li jkunu sejrin joħorġu minn Malta ma jkunux
soġġetti għal dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom
għandhom jiġu stabbiliti mill-Kontrollur.
4. Id-dikjarazzjoni għall-esportazzjoni trid tiġi depożitata mat-Taqsima tal-
Proċeduri Ekonomiċi tad-Dwana. Id-derogi għandhom jiġu stabbiliti mill-Kontrollur.
Artikolu 162
Ir-rilaxx għall-esportazzjoni għandu jiġi konċess bil-kundizzjoni illi l-oġġetti
msemmija joħorġu minn Malta fl-istess kundizzjoni bħal meta tkun ġiet aċċettata d-
dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni. 
Taqsima 5
Transitu intern
Artikolu 163
1. Il-proċedura tat-transitu intern għandha, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-
paragrafi 2 sa 4, tippermetti ċ-ċaqliq ta’ oġġetti Maltin minn punt għall-ieħor ġewwa
Malta li jkunu għaddejjin minn ġot-territorju ta’ pajjiż ieħor mingħajr bdil fl-istatus
tagħhom tad-Dwana. Din id-disposizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-
applikazzjoni ta’ l-Artikolu 91(1)(b).
2. Iċ-ċaqliq imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jseħħ jew:
(a) taħt il-proċedura ta’ transitu intern, basta iżda illi din il-possibilità
tkun provduta fi ftehim internazzjonali;
(b) taħt il-kopertura ta’ karne TIR (Konvenzjoni TIR);
(ċ) taħt il-kopertura ta’ karne ATA wżat bħala dokument tat-transitu;
(d) bil-posta (inkluża l-posta bil-pakkett). 3. Fil-każ imsemmi fil-
paragrafu 2 (a), għandhom japplikaw mutatis mutandis l-Artikoli 92, 94, 95, 96 u
97. 4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2(b) sa (d) l-oġġetti għandhom
iżommu l-istatus tagħhom tad-Dwana biss jekk dan l-istatus jiġi stabbilit taħt il-
kundizzjonijiet u fil-forma stipulata mid-disposizzjonijiet adottati mill-
Kontrollur. 
Artikolu 164
Il-kundizzjonijiet li taħthom l-oġġetti Maltin jistgħu jiċċaqalqu, mingħajr ma
  86      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
jkunu soġġetti għal proċedura tad-Dwana, minn punt għall-ieħor fit-territorju tad-
Dwana ta’ Malta u temporanjament barra minn dak it-territorju mingħajr bidla fl-istatus
tagħhom tad-Dwana għandhom jiġu stabbiliti mill-Kontrollur. 
Artikolu 165
Il-proċedura ta’ transitu intern għandha wkoll tapplika fejn ikun hemm
disposizzjoni espressa għall-applikazzjoni tagħha. 
KAPITOLU 3
TIPI OĦRA TA’ TRATTAMENT JEW UŻU KIF APPROVATI MID-DWANA
Taqsima 1
Żoni ħielsa u mħażen ħielsa 
A. Ġenerali
Artikolu 166
Iż-żoni ħielsa u l-imħażen ħielsa għandhom jagħmlu parti minn Malta jew minn
fondi lokati f’dan it-territorju u separati mill-bqija tiegħu li fihom:
(a) l-oġġetti mhux Maltin jiġu meqjusa, għall-għan tad-dazji fuq l-
importazzjoni u l-miżuri tal-politika kummerċjali, bħala li mhumiex f’Malta,
basta iżda illi ma jiġux rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew imqiegħda taħt
proċedura oħra tad-Dwana jew użati jew konsumati taħt kundizzjonijiet oħra
għajr dawk provduti fir-regolamenti tad-Dwana;
(b) l-oġġetti Maltin li għalihom issir disposizzjoni fil-liġijiet
nazzjonali li jirregolaw oqsma speċifiċi jikkwalifikaw, bis-saħħa tat-tqegħid
tagħhom f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles, għall-miżuri li normalment
għandhom x’jaqsmu ma’ l-esportazzjoni ta’ l-oġġetti. 
Artikolu 167
1. Il-Ministru jista’ jinnomina partijiet minn Malta bħala żoni ħielsa jew
jawtorizza t-twaqqif ta’ mħażen ħielsa. 
2. Il-Ministru għandu jistabbilixxi l-medda koperta minn kull żona. Il-fondi li
jridu jiġu nominati bħala mħażen ħielsa iridu jiġu approvati mill-Ministru.
3. Bl-eċċezzjoni ta’ dawk nominati skond l-Artikolu 168A, iż-żoni ħielsa
għandhom ikunu reċintati. Il-Ministru għandu jiddefinixxi l-postijiet tad-dħul u tal-ħruġ
għal kull żona ħielsa jew maħżen ħieles.
4. It-tlugħ ta’ kull bini f’żona ħielsa għandu jeħtieġ l-approvazzjoni minn
qabel tal-Kontrollur.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    87
Artikolu 168
1. Il-perimetru u l-postijiet tad-dħul u tal-ħruġ taż-żoni ħielsa, għajr iż-żoni
ħielsa nominati skond l-Artikolu 168A, u ta’ l-imħażen ħielsa għandhom ikunu soġġetti
għas-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet tad-Dwana.
2. Il-persuni u l-mezzi tat-trasport li jidħlu jew joħorġu minn żona ħielsa jew
maħżen ħieles jistgħu jiġu soġġetti għal spezzjoni mid-Dwana. 
3. L-aċċess għal żona ħielsa jew maħżen ħieles jista’ jiġi miċħud lill-persuni
li ma jipprovdux il-garanziji kollha meħtieġa għall-konformità  mar-regoli provduti fil-
liġjiet tad-Dwana.
4. L-awtoritajjiet tad-Dwana jistgħu jiċċekkjaw oġġetti li jkunu dieħla f’żona
ħielsa jew maħżen ħieles, ħerġin minnhom jew li jibqgħu fihom. Sabiex dan il-kontroll
ikun jista’ jitwettaq, kopja tad-dokument tat-trasport, li għandha takkumpanja l-oġġetti
ħerġin jew deħlin, għandha tingħata lil, jew tinzamm għad-disposizzjoni ta’ l-awtorità
tad-Dwana minn kull persuna nominata għal dan l-iskop mill-Kontrollur. Fejn ikunu
jinħtieġu dawn il-kontrolli, l-oġġetti għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet
tad-Dwana. 
Artikolu 168A
1. Il-Ministru jista’ jinnomina żoni ħielsa li fihom jistgħu jitwettqu l-
kontrolli u l-formalitajiet tad-Dwana flimkien mad-disposizzjonijiet li jirrigwardaw id-
dejn tad-Dwana applikati skond il-ħtiġijiet tal-proċedura ta’ l-imħażen tad-Dwana. L-
Artikoli 170, 176 u 180 ma għandhomx japplikaw għaż-żoni ħielsa hekk nominati.
2. Ir-riferenzi għaż-żoni ħielsa fl-Artikoli 37, 38 u 205 ma għandhomx
japplikaw għaż-żoni ħielsa msemmija fil-paragrafu 1.
 B. It-tqegħid ta’ l-oġġetti f’żoni ħielsa jew imħażen ħielsa
Artikolu 169
Kemm oġġetti Maltin u kemm oġġetti mhux Maltin jistgħu jitqiegħdu f’żona
ħielsa jew f’maħżen ħieles. Iżda, il-Kontrollur jista’ jeħtieġ illi l-oġġetti li jġorru xi
periklu jew x’aktarx li jħassru oġġetti oħra jew li, għal raġunijiet oħra, jeħtieġu
faċilitajiet speċjali għandhom jitqiegħdu f’fond imgħammar speċjali biex ikunu jistgħu
jiġu jitqiegħdu fih. 
Artikolu 170
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 168(4), l-oġġetti deħlin f’żona ħielsa
jew f’maħżen ħieles ma għandhomx għalfejn ikunu preżentati quddiem l-awtoritajiet
tad-Dwana, u lanqas ma jeħtieġu d-depożitu ta’ dikjarazzjoni tad-Dwana.
2. L-oġġetti għandhom jiġu preżentati qudiem l-awtoritajiet tad-Dwana u
għandhom jgħaddu mill-formalitajiet preskritti tad-Dwana biss fejn:
(a) ikunu mqiegħda taħt proċedura tad-Dwana li tiġi mħassra meta
jidħlu f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles; iżda, fejn il-proċedura tad-Dwana
  88      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
msemmija tippermetti l-eżenzjoni mill-obbligu tal-preżentazzjoni ta’ l-oġġetti
din il-preżentazzjoni ma għandhiex għalfejn tinħtieġ;
(b) ikunu ġew imqiegħda f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles fuq l-
awtorità  ta’ deċiżjoni li tikkonċedi l-ħlas lura jew ir-remissjoni tad-dazji fuq l-
importazzjoni;
(ċ) jikkwalifikaw għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 166(b).
3. Il-Kontrollur jista’ jeħtieġ illi l-oġġetti soġġetti għad-dazji fuq l-
esportazzjoni jew għal disposizzjonijiet oħra dwar l-esportazzjoni li jiġu notifikati lid-
Dipartiment tad-Dwana.
4. Fuq it-talba tal-parti konċernata, il-Kontrollur għandu jiċċertifika jekk l-
oġġetti mqiegħda f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles humiex ta’ l-istatus ta’ oġġetti
Maltin jew mhux Maltin. 
Ċ. It-tħaddim ta’ żoni ħielsa u mħażen ħielsa
Artikolu 171
1. Ma għandux ikun hemm limitu għat-tul taż-żmien li fih l-oġġetti jistgħu
jibqgħu fiż-żoni ħielsa jew fl-imħażen ħielsa.
2. Għal ċerti oġġetti msemmija fl-Artikolu 166(b) il-Kontrollur jista’ jimponi
limiti speċifikati ta’ żmien. 
Artikolu 172
1. Kull attività  industrijali, kummerċjali jew ta’ servizz għandha tkun
awtorizzata f’żona ħielsa jew maħżen ħieles skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-liġijiet
tad-Dwana. It-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet għandu jkun mgħarraf minn qabel lill-
Kontrollur.
2. Il-Kontrollur jista’ jimponi ċerti projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-
attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1,wara li jikkunsidra n-natura ta’ l-oġġetti
konċernati jew il-ħtiġijiet ta’ sorveljanza tad-Dwana.
3. Il-Kontrollur jista’ jipprojbixxi lil persuni li ma jipprovdux il-garanziji
meħtieġa skond id-disposizzjonijiet stipulati bil-liġijiet tad-Dwana, milli jwettqu
attività  f’żona ħielsa jew maħżen ħieles. 
Artikolu 173
Oġġetti mhux Maltin imqiegħda f’żona ħielsa jew maħżen ħieles jistgħu, waqt li
jibqgħu fiż-żona ħielsa jew fil-maħżen ħieles:
(a) jiġu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa taħt il-kundizzjonijiet
stipulati b’din il-proċedura jew bl-Artikolu 178;
(b) jgħaddu mill-forom tas-soltu ta’ maniġġjar bl-idejn imsemmija fl-
Artikolu 109(1), mingħajr awtorizzazzjoni;
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    89
(ċ) jitqiegħdu taħt proċedura ta’ proċessar intern skond il-
kundizzjonijiet stipulati minn din il-proċedura. Madankollu, t-tħaddim tal-
ipproċesar għandu jkun suġġett għall-kundizzjonjiet ekonomiċi jekk dawn il-
kundizzjonijiet jaffettwaw xi settur speċifiku ta’ l-ekonomija f’Malta;
(d) jitqiegħdu taħt proċedura ta’ proċessar taħt il-kontroll tad-Dwana
taħt il-kundizzjonijiet stipulati minn din il-proċedura;
(e) jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ importazzjoni temproranja taħt il-
kundizzjonijiet stipulati minn din il-proċedura;
(f) jiġu abbandunati f’idejn il-Gvern skond l-Artikolu 182;
(g) jiġu meqruda, basta iżda illi l-persuna konċernata tforni lill-
Kontrollur bit-tagħrif kollu li l-Kontrollur jiġġudika li huwa meħtieġ.
Artikolu 174
Fejn l-oġġetti jitqiegħdu taħt waħda mill-proċeduri msemmija fiċ-(ċ), (d) jew (e)
ta’ l-Artikolu 173, il-Kontrollur jista jadatta l-arranġamenti ta’ kontroll stipulat, safejn
u sakemm ikun meħtieġ li jieħu inkosiderazzjoni l-kundizzjonijiet tat-tħaddim u tas-
sorveljanza tad-Dwana fiż-żoni ħielsa jew fl-imħażen ħielsa. 
Artikolu 175
1. Fejn l-Artikoli 173 u 174 ma jiġux applikati, l-oġġetti Maltin u mhux
Maltin msemmija fl-Artikolu 166(b) ma għandhomx jiġu konsumati jew użati fiż-żoni
ħielsa jew fl-imħażen ħielsa.
2. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet applikabbli għall-provvisti
jew ħażniet, fejn il-proċedura konċernata hekk tipprovdi, il-paragrafu 1 ma għandux
jipprekludi l-użu jew konsum ta’ l-oġġetti rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew
f’importazzjoni temporanja li għalihom ma tkunx meħtieġa l-applikazzjoni ta’ dazji fuq
l-importazzjoni jew miżuri ta’ politika kummerċjali. F’dan il-każ, ma għandha tinħtieġ
l-ebda dikjarazzjoni ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew għal importazzjoni
temporanja. Din id-dikjarazzjoni għandha, madankollu, tkun meħtieġa jekk dawn l-
oġġetti jkunu jridu jiġu addebitati fuq kwota. 
Artikolu 176
1. Il-persuni kollha li jwettqu attività  li tinvolvi l-magazzinaġġ, it-tħaddim
jew l-ipproċessar, jew il-bejgħ jew ix-xiri, ta’ l-oġġetti f’żona ħielsa jew f’maħżen
ħieles għandhom idaħħlu l-ħażniet fir-reġistri fil-forma approvata mill-Kontrollur. L-
oġġetti għandhom jiddaħħlu fir-reġistri tal-ħażniet hekk kif jinġiebu fil-fond ta’ din il-
persuna. Ir-reġistri tal-ħażniet għandhom jgħinu lill-awtoritajiet tad-Dwana sabiex
jidentifikaw l-oġġetti u għandhom jirreġistraw iċ-ċaqliq tagħhom.
2. Fejn l-oġġetti jkunu trasbordati ġewwa żona ħielsa, id-dokumenti li
għandhom x’jaqsmu mat-tħaddim għandhom jibqgħu għad-disposizzjoni ta’ l-
awtoritajiet tad-Dwana. Il-magazzinaġġ għal perjodu qasir ta’ l-oġġetti konnessi mat-
trasbord għandu jiġi kunsidrat bħala parti integrali mit-tħaddim. 
  90      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
D. Tneħħija ta’ l-oġġetti minn żoni ħielsa jew imħażen ħielsa
Artikolu 177
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet speċjali adottati skond il-liġijiet
tad-Dwana li jirregolaw oqsma speċifiċi, l-oġġetti li jħallu żona ħielsa jew maħżen
ħieles jistgħu jkunu:
- esportati jew esportati mill-ġdid minn Malta, jew
- miġjuba f’parti oħra ta’ Malta.
Id-disposizzjonijiet tat-Titolu III, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 48 sa 53 sa fejn
għandhom x’jaqsmu oġġetti Maltin, għandhom japplikaw għall-oġġetti mdaħħlin
f’partijiet oħra ta’ dan it-territorju minbarra fil-każ ta’ l-oġġetti li jħallu din iż-żona bil-
baħar jew bl-ajru mingħajr ma jitqiegħdu taħt il-proċedura tat-transitu jew xi proċedura
oħra tad-Dwana. 
Artikolu 178
Fejn jkun dovut dejn tad-Dwana fuq oġġetti mhux Maltin u l-valur tad-Dwana ta’
dawn l-oġġetti huwa bażat fuq il-prezz attwalment imħallas jew li għad irid jitħallas u li
jinkludi l-ispejjeż tal-magazzinaġġ jew għall-priservazzjoni ta’ l-oġġetti fil-waqt li
jibqgħu f’żona ħielsa jew maħżen ħieles, dawn l-ipeejeż ma għandhomx jiddaħħlu fil-
valur tad-Dwana jekk jiġu murija separatament mill-prezz attwalment imħallas jew li
għad irid jitħallas għall-oġġetti.
Artikolu 179
Fejn l-oġġetti imsemmija fl-Artikolu 178 ikunu għaddew, f’żona ħielsa jew
maħżen ħieles, wieħed mill-forom tas-soltu ta’ maniġġjar bl-idejn skon l-Artikolu
109(1), in-natura tal-oġġetti, il-valur tad-Dwana u l-kwantità  li trid titqies sabiex jiġi
stabbilit l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni, għandhom, fuq it-talba tad-dikjarant u
basta illi dan il-maniġġjar bl-idejn ikun kopert minn awtorizzazzjoni konċessa skond il-
paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ikunu dawk li jkunu ġew meqjusa fir-rigward ta’ dawn l-
oġġetti, fiż-żmien imsemmi fl-Artikolu 214, daqs li kieku ma jkunux għaddew minn
dan il-maniġġjar. Iżda, l-Kontrollur jista jadotta derogi minn din id-disposizzjoni.
Artikolu 180
1. Fejn l-oġġetti jiġu mdaħħla jew miġjuba lura f’Malta jew imqiegħda taħt
proċedura tad-Dwana, iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 170(4) jista’ jiġi wżat bħala
prova ta’ l-istatus ta’ Maltin jew mhux Maltin ta’ dawn l-oġġetti.
2. Fejn ma jiġix ippruvat biċ-ċertifikat jew b’xi mezz ieħor illi l-oġġetti
għandhom l-istatus ta’ Maltin jew mhux Maltin, l-oġġetti għandhom jiġu kunsidrati
bħala:
- oġġetti Maltin, għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-
esportazzjoni u l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni jew il-miżuri fuq l-esportazzjoni
stipulati fil-politika kummerċjali;
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    91
- oġġetti mhux Maltin fil-każijiet l-oħra kollha. 
Artikolu 181
L-awtoritajiet tad-Dwana għandhom jissodisfaw ruħhom illi r-regoli li jirregolaw
l-esportazzjoni jew l-esportazzjoni mill-ġdid jiġu rispettati fejn l-oġġetti jiġu esportati
jew esportati mill-ġdid minn żona ħielsa jew maħżen ħieles. 
Taqsima 2
Esportazzjoni mill-ġdid, qerda u abbandun
Artikolu 182
1. Oġġetti mhux Maltin jistgħu jkunu:
- esportati mill-ġdid;
- meqruda;
- abbandunati f’idejn il-Gvern fejn il-liġijiet nazzjonali jagħmlu
disposizzjoni għal dan l-effett.
2. L-esportazzjoni mill-ġdid, għandha fejn xieraq, tinvolvi l-applikazzjoni
tal-formalitajiet stipulati għall-oġġetti li jkunu sejrin joħorġu barra mill-pajjiż, inklużi
l-miżuri tal-politika kummerċjali. Il-Kontrollur jista’ jistabbilixxi l-każijiet li fihom l-
oġġetti mhux Maltin jistgħu jitqiegħdu taħt arranġament ta’ sospensjoni bil-ħsieb li ma
jiġux applikati l-miżuri tal-politika kummerċjali fuq l-esportazzjoni.
3. Għajr f’każijiet stabbiliti mill-Kontrollur, l-esportazzjoni mill-ġdid jew il-
qerda għandhom ikunu suġġetti għal notifika minn qabel tal-Kontrollur. Il-Kontrollur
għandu jipprojbixxi l-esportazzjoni mill-ġdid jekk il-formalitajiet jew il-miżuri
msemmija fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 2 hekk jipprovdu. Fejn l-oġġetti
mqiegħda taħt proċedura ekonomika tad-Dwana huma maħsuba għall-esportazzjoni
mill-ġdid, għandha ssir dikjarazzjoni tad-Dwana skond l-Artikoli 59 sa 78. F’dawn il-
każijiet, għandu japplika l-Artikolu 161 (3) u (4). L-abbandun għandu jiġi effettwat
skond id-disposizzjonijiet nazzjonali.
4. Il-qerda jew l-abbandun ma għandhom idaħħlu lill-Gvern fl-ebda spejjeż.
5. Kull skart jew scrap li jirriżulta mill-qerda għandu jiġu assenjat trattament
jew użu kif approvati mid-Dwana stipulat għal oġġetti mhux Maltin. Huma għandhom
jibqgħu taħt is-sorveljanza tad-Dwana saż-żmien stipulat fl-Artikolu 37 (2). 
 TITOLU V
L-OĠĠETTI ĦERĠIN MINN MALTA
Artikolu 183
L-Oġġetti ħerġin minn Malta għandhom ikunu soġġetti għas-sorvejlanza tad-
Dwana. Huma jistgħu jkunu soġġetti għal kontrolli mill-awtoritajiet tad-Dwana skond
  92      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
id-disposizzjonijiet fis-seħħ. Għandhom joħorġu mit-territorju msemmi billi, fejn
jixraq, jieħdu r-rotta stabbilita mill-awtoritajiet tad-Dwana u skond il-proċeduri
stabbiliti minn dawn l-awtoritajiet. 
 TITOLU VI
TĦADDIM PRIVILEĠĠJAT
KAPITOLU 1
SOLLIEVI MID-DAZJI TAD-DWANA
Artikolu 184
Il-Ministru jista’ jistabbilixxi l-każi li fihom, minħabba ċirkustanzi speċjali,
jista’ jiġi konċess solliev mid-dazji fuq l-importazzjoni jew mid-dazji fuq l-
esportazzjoni fejn l-oġġetti jiġu rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew esportati. 
KAPITOLU 2
OĠĠETTI MIĠJUBA LURA
Artikolu 185
1. L-oġġetti Maltin li, wara li jkunu esportati, jiġu mdaħħla mill-ġdid u
rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi żmien perijodu ta’ tliet snin għandhom, fuq it-
talba tal-persuna konċernati, jiġu konċessi solliev mid-dazji fuq l-importazzjoni ta’ l-
oġġetti.
Iżda:
- il-perijodu ta’ tliet snin jista’ jinqabeż sabiex jiġu konsidrati
ċirkostanzi speċjali;
- fejn, minn qabel l-esportazzjoni tagħhom, l-oġġetti miġjuba lura
jkunu rilaxxjati għal ċirkolazzjoni ħielsa fuq dazju ta’ importazzjoni mnaqqas
jew zero minħabba l-użu tagħhom għal għan partikolari. L-eżenzjoni mid-dazju
skond il-paragrafu 1 għandha tiġi konċessa biss jekk l-oġġetti jkunu sejrin jiġu
importati mill-ġdid għall istess għan.
Fejn il-għan li għalih l-oġġetti msemmija jkunu sejrin jiġu importati ma jkunx
iktar l-istess, l-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni dovut li jitħallas fuqhom għandu
jiġi mnaqqas b’kull ammont intaxxat fuq l-oġġetti meta kienu rilaxxjati għaċ-
ċirkolazzjoni ħielsa l-ewwel darba. Jekk dan l-ammont ta’ l-aħħar jaqbeż lil dak
intaxxat mad-dħul ta’ l-oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-oġġetti miġjuba lura, ma
għandu jiġi konċess l-ebda ħlas lura.
2. Is-solliev mid-dazji fuq l-importazzjoni provduti fil-paragrafu 1 ma
għandhomx jiġu konċessi fil-każ ta’:
(a) oġġetti esportati taħt il-proċedura ta’ proċessar għall-estern jekk
kemm-il darba dawn l-oġġetti ma jibqgħux fl-istat li fih kienu esportati; 
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    93
(b) oġġetti li jkunu ġew soġġetti għal miżura nazzjonali li tinvolvi l-
esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi oħra. Iċ-ċirkustanzi li fihom u l-
kundizzjonijiet li fuqhom din il-ħtieġa tista’ tiġi rinunzjata għandhom jiġu
stabbiliti mill-Kontrollur. 
Artikolu 186
Is-solliev mid-dazji fuq l-importazzjoni provduti fl-Artikolu 185 għandu jiġi
konċess biss jekk l-oġġetti jerġgħu jiġu importati mill-ġdid fl-istat li fih ikunu ġew
esportati. Iċ-ċirkustanzi li fihom u l-kundizzjonijiet li fuqhom din il-ħtieġa tista’ tiġi
rinunzjata għandhom jiġu stabbiliti mill-Kontrollur.
Artikolu 187
L-Artikoli 185 u 186 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-prodotti
kompensanti oriġinarjament esportati jew esportati mill-ġdid wara li jkunu għaddew
mill-proċedura ta’ proċessar għall-intern. L-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni dovut
bil-liġi għandu jiġi stabbilit a bażi tar-regoli applikabbli għall-proċedura ta’ proċessar
għall-intern, bid-data ta’ l-esportazzjoni mill-ġdid meqjusa bħala d-data tar-rilaxx għaċ-
ċirkolazzjoni ħielsa. 
KAPITOLU 3
PRODOTTI TAS-SAJD MILL-BAĦAR U PRODOTTI OĦRA MEĦUDA MILL-
BAĦAR
Artikolu 188
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(2)(f), dawn li ġejjin għandhom ikunu
eżenti mid-dazji fuq l-importazzjoni meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa:
(a) il-prodotti tas-sajd mill-baħar u l-prodotti l-oħra meħuda mill-
baħar territorjali ta’ pajjiż ieħor minn bastimenti registrati jew rekordjati f’Malta
u li jtarjru l-bandiera Maltija;
(b) il-prodotti miksuba mill-prodotti msemmija fl-(a) abbord
bastimenti-fabbriki li jwettqu l-kundizzjonijiet stipulati f’dan is-sub-paragrafu. 
TITOLU VII
DEJN TAD-DWANA
KAPITOLU 1
GARANZIJI BIEX IKOPRU D-DEJN TAD-DWANA
Artikolu 189
1. Fejn, skond ir-regoli tad-Dwana, il-Kontrollur jeħtieġ illi tiġi provduta
garanzija sabiex tiżgura l-pagament ta’ dejn tad-Dwana, din il-garanzija għandha tiġi
provduta mill-persuna li tidħol responsabbli jew li tista’ tidħol reponsabbli għal dan id-
dejn.
  94      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
2. Il-Kontrollur għandu jeħtieġ li tiġi provduta garanzija waħda biss għal-
dejn wieħed tad-Dwana. 
3. Il-Kontrollur jista jawtorizza illi l-garanzija tiġi provduta minn persuna
oħra għajr il-persuna li minnha hija meħtiega. 
4. Fejn il-persuna li tkun daħlet jew tista’ tidħol f’dejn tad-Dwana hija
Dipartiment tal-Gvern, ma għandha tinħtieġ l-ebda garanzija.
5. Il-Kontrollur jista jirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija fejn l-ammont li
għandu jiġi garantit ma jaqbiżx il-Lm200. 
Artikolu 190
1. Fejn il-liġijiet tad-Dwana jipprovdu illi l-garanzija tkun b’għażla, din is-
sigurta għandha tkun meħtieġa fuq id-diskrezzjoni tal-Kontrollur sakemm u safejn dan
jikkunsidra illi ma hemmx iċ-ċertezza illi d-dejn tad-Dwana li jkun jew jista’ jkun
dovut jiġi mħallas fil-perijodu taż-żmien stipulat. 
Fejn il-garanzija msemmija fis-sub-paragrafu li jiġi qabel hawn ma tkunx
meħtieġa, il-Kontrollur jista madankollu jeħtieġ minn għand il-persuna msemmija fl-
Artikolu 189(1) l-impenn li tikkonforma ma’ l-obbligi illi dik il-persuna hija bil-liġi
obbligata li twettaq.
2. Il-garanzija msemmija fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 1 għandha
tkun meħtieġa:
- fil-mument ta’ l-applikazjoni tar-regoli li jeħtieġu li tiġi provduta
din il-garanzija, jew
- f’kull mument ieħor sussegwenti meta l-Kontrollur isib illi d-dejn
tad-Dwana li kien dovut jew se jkun dovut ma hux sejjer jitħallas fiċ-ċert fil-
perijodu taż-żmien stabbilit.
Artikolu 191
Fuq it-talba tal-persuna msemmija fl-Artikolu 189(1) jew (3), il-Kontrollur jista’
jippermetti illi tiġi provduta garanzija komprensiva sabiex tkopri żewġ operati jew iktar
li fuqhom ikun tħallas jew għad irid jiġi mħallas dejn tad-Dwana. 
Artikolu 192
1. Fejn il-liġijiet tad-Dwana jagħmluha obbligatorja li tiġi provduta
garanzija, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċifiċi stabbiliti għal transitu, il-
Kontrollur għandu jiffissa l-ammont ta’ din il-garanzija f’livell ekwivalenti għal:
- l-ammont preċiż tad-dejn jew djun tad-Dwana nkwestjoni fejn dak
l-ammont jista’ jiġi stabbilit fiċ-ċert fil-mument li fih il-garanzija tkun meħtieġa,
- fil-każijiet l-oħra l-ammont massimu, kif stmat mill-Kontrollur,
tad-dejn jew djun tad-Dwana li jkunu tħallsu jew jistgħu jinħtieġu li jitħallsu.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    95
Fejn tiġi provduta garanzija komprensiva fuq id-djun tad-Dwana li
jvarjaw fl-ammont matul iż-żmien, l-ammont ta’ din il-garanzija għandu jiġi
stabbilit fil-livell li tgħin li d-djun tad-Dwana nkwestjoni jiġu koperti f’kull
waqt.
2. Fejn il-liġijiet tad-Dwana jipprovdu illi d-disposizzjoni tal-garanzija tkun
b’għażla u l-Kontrollur ikun jeħtieġ illi tiġi provduta garanzija, l-ammont tal-garanzija
għandu jiġi ffissat mill-Kontrollur hekk li ma jaqbiżx il-livell provdut fil-paragrafu 1.
Artikolu 193
Il-garanzija tista’ tiġi provduta jew:
- b’depożitu ta’ flus korrenti, jew
- minn persuna li tidħol garanti. 
Artikolu 194
1. Dan li ġej għandu jitqies bħala ekwivalenti għal depożitu fi flus korrenti:
- is-sottomissjoni ta’ ċekk li l-ħlas tiegħu jkun garantit mill-
istituzzjoni minn fejn jinġibed f’manjiera aċċettabbli għall-Kontrollur,
- is-sottomissjoni ta’ kull strument ieħor rikonoxxut mill-Kontrollur
bħala mezz ta’ ħlas.
2. Il-garanzija fil-forma ta’ depożitu fi flus korrenti jew bi ħlas meqjus bħala
ekwivalenti għal depożitu fi flus korrenti għandha tingħata skond id-disposizzjonijiet
fis-seħħ f’Malta. 
Artikolu 195
Il-persuna garanti għandha tidħol responsabbli bil-miktub li tħallas flimkien
mad-debitur jew separatament minnu l-ammont garantit ta’ dejn tad-Dwana li jkollu
jitħallas.
Il-persuna garanti trid tkun persuna terza stabbilita f’Malta u approvata mill-
Kontrollur.
Il-Kontrollur jista’ jirrifjuta li japprova lill-persuna garanti jew it-tip ta’
garanzija proposta fejn dawn ta’ l-aħħar ma jidhrux fiċ-ċert li jiżguraw il-ħlas tad-dejn
tad-Dwana fil-perijodu taż-żmien stipulat.
Artikolu 196
Il-persuna meħtieġa li tipprovdi l-garanzija għandha tkun ħielsa li tagħżel bejn it-
tipi ta’ garanzija stabbiliti fl-Artikolu 193.
Iżda, il-Kontrollur jista’ jirrifjuta t-tip ta’ garanzija proposta fejn tkun
inkompatibbli mal-funzjonament xieraq tal-proċedura tad-Dwana konċernata. L-istess
għandu japplika għal dak li għandu x’jaqsam mal-garanzija proposta. Il-Kontrollur
  96      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
jista’ jeħtieġ illi t-tip ta’ garanzija magħżula tinżamm għal-perijodu speċifiku ta’ żmien. 
Artikolu 197
Il-Kontrollur jista’ jaċċetta tipi oħra ta’ garanzija għajr dawk imsemmija fl-
Artikolu 193 fejn jipprovdu ċ-ċertezza ekwivalenti illi d-dejn tad-Dwana jkun sejjer
jitħallas.
Il-Kontrollur għandu jirrifjuta l-garanzija proposta mid-debitur fejn ma
jikkunsidrax illi din il-garanzija hija ċerta li tiżgura l-ħlas tad-dejn tad-Dwana.
Artikolu 198
Fejn il-Kontrollur jistabbilixxi illi l-garanzija provduta ma tiżgurax, jew mhix
iktar ċerta u biżżejjed sabiex tiżgura, il-ħlas ta’ dejn tad-Dwana fil-perijodu ta’ żmien
stabbilit, hu għandu jeħtieġ illi l-persuna msemmija fl-Artikolu 189(1), bil-għażla
tagħha, tipprovdi garanzija addizzjonali jew li tibdel il-garanzija oriġinali f’garanzija
ġdida. 
Artikolu 199
1. Il-garanzija ma għandhiex tiġi rilaxxjata sakemm id-dejn tad-Dwana li
għalih tkun saret, ma jintemmx jew ma jkunx jista’ jerġa’ jiġi dovut. Ġaladarba d-dejn
tad-Dwana jkun intemm jew ma jistax jerġa’ jiġi dovut, il-garanzija għandha tiġi
rilaxxjata mill-ewwel.
2. Ġaladarba d-dejn tad-Dwana ikun intemm f’parti minnu jew jista’ jerġa’
jiġi dovut biss għall-parti mill-ammont li jkun ġie garantit, għandha tiġi rilaxxjata parti
mill-garanzija kif jixraq fuq it-talba tal-persuna konċernata, sakemm l-ammont involut
ma jiġġustifikax din l-azzjoni.
Artikolu 200
Disposizzjonijiet li jidderogaw minn dawk li jinsabu f’dan il-kapitolu għandhom,
fejn ikun meħtieġ, jiġu adottati mill-awtoritajiet tad-Dwana sabiex jittieħdu
f’kunsiderazzjoni l-konvenzjonijiet internazzjonali.
KAPITOLU 2
IL-ĠARR TA’ DEJN TAD-DWANA
Artikolu 201
1. Id-dejn fuq l-importazzjoni għandu jiġi dovut fuq:
(a) ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-oġġetti suġġetti għal dazji
fuq l-importazzjoni, jew
(b) it-tqegħid ta’ dawn l-oġġetti taħt il-proċedura ta’ importazzjoni
temporanja b’solliev parzjali mid-dazji ta’ l-importazzjoni. 
2. Dejn tad-Dwana għandu jiġi dovut fil-mument ta’ l-aċċettazzjoni tad-
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    97
dikjarazzjoni tad-Dwana msemmija. 
3. Id-debitur għandu jkun id-dikjarant. Fil-każ ta’ rappreżentanza indiretta,
il-persuna li fl-għan-nom tagħha tkun saret id-dikjarazzjoni għandha wkoll tkun
debitur.
Fejn dikjarazzjoni tad-Dwana rigward waħda mill-proċeduri msemmija fil-
paragrafu 1 tiġi formulata a bażi ta’ tagħrif li jwassal biex id-dazji kollha legalment
dovuti jew parti minnhom ma jinġabrux, il-persuni li jkunu fornew dan it-tagħrif
meħtieġ fid-dikjarazzjoni u li kienu jafu, jew kienu fid-dmir raġjonevoli li jkunu jafu,
illi dan it-tagħrif kien falz, jistgħu wkoll jiġu kunsidrati bħala debituri skond id-
disposizzjonijiet Maltin fis-seħħ. 
Artikolu 202
1. Dejn tad-Dwana fuq l-importazzjoni jiġi dovut b’:
(a) id-dħul illegali f’Malta ta’ oġġetti suġġetti għal dazji fuq l-
importazzjoni, jew
(b) id-dħul illegali f’Malta ta’ dawn l-oġġetti lokati f’żona ħielsa jew
f’maħżen ħieles.
Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, dħul illegali jfisser kull dħul bi vjolazzjoni
tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 38 sa 41 u t-tieni subinċiż ta’ l-Artikolu 177.
2. Id-dejn tad-Dwana għandu jkun dovut meta l-oġġetti jiġu mdaħħla
illegalment.
3. Id-debituri għandhom ikunu:
- il-persuna li tkun daħħlet dawn l-oġġetti kontra l-liġi,
- kull persuna li tkunu ħadet sehem fid-dħul illegali ta’ l-oġġetti u li
kienet konxja jew kellha tkun raġjonevolment konxja illi dan id-dħul kien kontra
l-liġi, u
- kull persuna li tkun akkwistat jew żammet l-oġġetti msemmija u li
kienet konxja jew kellha raġjonevolment tkun konxja fil-mument ta’ l-akkwist
jew ir-riċeviment ta’ l-oġġetti illi kienu mdaħħla kontra l-liġi. 
 Artikolu 203
1. Dejn tad-Dwana fuq l-importazzjoni għandu wkoll jiġi dovut b’: 
- it-tneħħija illegali minn taħt is-sorveljanza tad-Dwana ta’ l-oġġetti
suġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni.
2. Id-dejn tad-Dwana għandu jkun dovut mill-mument li fih l-oġġetti jkunu
tneħħew minn taħt is-sorveljanza tad-Dwana.
3. Id-debituri għandhom ikunu:
  98      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
- il-persuni li jkunu neħħew l-oġġetti min taħt is-sorveljanza tad-
Dwana,
- kull persuna li tkun ħadet sehem f’din it-tneħħija u li kienet konxja
jew kellha raġjonevolment tkun konxja illi l-oġġetti kienu tneħħew minn taħt is-
sorveljanza tad-Dwana,
- kull persuna li akkwistat jew żammet l-oġġetti msemmija u li
kienet konxja jew kellha raġjonevolment tkun konxja fil-mument ta’ l-akkwist
jew tar-riċeviment ta’ l-oġġetti illi kienu tneħħew minn taħt is-sorveljanza tad-
Dwana, u
- fejn ikun xieraq, il-persuna meħtieġa li twettaq l-obbligi li joħorġu
mill-magazzinaġġ temporanju ta’ l-oġġetti jew mill-użu tal-proċedura tad-
Dwana li fuqha dawn l-oġġetti jkunu ġew imqiegħda. 
Artikolu 204
1. Dejn tad-Dwana fuq l-importazzjonu għandu wkoll jiġi dovut f’:
(a) in-nuqqas tat-twettiq ta’ wieħed mill-obbligi li joħorġu, rigward l-
oġġetti suġġetti għall-ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni, mill-magazzinaġġ
temporanju tagħhom jew mill-użu tal-proċedura tad-Dwana li taħtha jkunu ġew
tqiegħdu, jew
(b) in-nuqqas ta’ konformità  ma’ xi kundizzjoni li tirregola t-tqegħid
ta’ l-oġġetti taħt din il-proċedura jew il-konċessjoni ta’ rata mnaqqsa jew ta’ zero
fuq id-dazju ta’ l-importazzjoni bis-saħħa ta’ l-użu aħħari ta’ l-oġġetti, f’każi
għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 203 jekk kemm-il darba ma jiġix stabbilit illi
dan in-nuqqas ma jġorr l-ebda effett sinifikanti fuq it-tħaddim tal-magazzinaġġ
temporanju jew il-proċedura tad-Dwana msemmija.
2. Id-dejn tad-Dwana għandu jkun dovut jew fil-mument meta l-obbligu li n-
nuqqas ta’ konformità  miegħu jagħti lok għad-dejn tad-Dwana ma jintlaħaqx jew fil-
mument li fih l-oġġetti jitqiegħdu taħt il-proċedura konċernata tad-Dwana fejn jiġi
sussegwentement stabbilit illi attwalment ma ġewx imwettqa jew kundizzjoni li
tirregola t-tqegħid ta’ l-oġġetti taħt il-proċedura msemmija jew il-konċessjoni tar-rata
mnaqqsa jew ta’ zero fuq id-dazju ta’ l-importazzjoni bis-saħħa ta’ l-użu aħħari ta’ l-
oġġetti.
3. Id-debitur għandu wkoll ikun il-persuna li tkun meħtieġa, skond iċ-
ċirkostanzi, jew li twettaq l-obbligi li joħorġu, rigward l-oġġetti li huma suġġetti għad-
dazji fuq l-importazzjoni, mill-magazzinaġġ temporanju tagħhom jew mill-użu tal-
proċedura tad-Dwana li taħtha jkunu tqiegħdu, jew, li tikkonforma mal-kundizzjonijiet
li jirregolaw it-tqegħid ta’ l-oġġetti taħt dik il-proċedura. 
Artikolu 205
1. Dejn tad-Dwana għandu wkoll jiġi dovut permezz tal-:
- konsum jew l-użu, f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles, ta’ l-oġġetti
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    99
suġġetti għad-dazji fuq l-importazzjoni, taħt kundizzjonijiet għajr dawk stabbiliti
bil-liġijiet fis-seħħ.
Fejn l-oġġetti jgħibu u fejn l-għibien tagħhom ma jistax tiġi mfisser għas-
sodisfazzjoni tal-Kontrollur, il-Kontrollur jista’ jqis l-oġġetti bħala li ġew konsumati
jew użati fiż-żona ħielsa jew fil-maħżen ħieles.
2. Id-dejn għandu jkun dovut fil-mument meta l-oġġetti jiġu wżati jew ikunu
l-ewwel użati taħt kundizzjonijiet għajr dawk stabbiliti bil-liġijiet fis-seħħ.
3. Id-debitur għandu jkun il-persuna li tkun ikkunsmat jew użat l-oġġetti u
kull persuna li tkun ħadet sehem f’dan il-konsum jew użu u li kienu konxji jew kellhom
raġjonevolment ikunu konxji illi l-oġġetti ġew kunsmati jew użati skond
kundizzjonijiet għajr dawk stabbiliti bil-liġijiet fis-seħħ. Fejn il-Kontrollur iqis l-
oġġetti li jkunu għebu bħala li ġew konsumati jew użati f’żona ħielsa jew f’maħżen
ħieles u ma jkunx possibbli li japplika l-paragrafu preċedenti, il-persuna suġġetta għall-
ħlas tad-dejn tad-Dwana għandha tkun l-aħħar persuna magħrufa mill-Kontrollur li
kienet fil-pussess ta’ l-oġġetti. 
Artikolu 206
1. Bħala deroga mill-Artikoli 202 u 204(1)(a), l-ebda dejn tad-Dwana fuq l-
importazzjoni ma għandu jitqies li jkun dovut rigward oġġetti speċifiċi fejn il-persuna
konċernata tipprova illi n-nuqqas tat-twettiq ta’ l-obbligi li joħorġu: 
- mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 38 sa 41 u t-tieni subinċiż ta’ l-Artikolu
177, jew
- iż-żamma ta’ l-oġġetti msemmija f’magazzinaġġ temporanju, jew
- l-użu tal-proċedura tad-Dwana li taħtha jkunu tqiegħdu,
tirriżulta mill-qerda totali jew it-telf li ma jitreġġax lura ta’ dawn l-oġġetti minħabba n-
natura attwali ta’ l-oġġetti jew ċirkostanzi imprevisti (għajr serq) jew forza maġġuri,
jew bħala konsegwenza t’awtorizzazzjoni mill-Kontrollur. 
Għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, l-oġġetti għandhom ikunu mitlufa
mingħajr ma jistgħu jitreġġgħu lura meta kwalunkwe persuna tirrendihom mhux
użabbli aktar. 
2. Lanqas ma għandu jitqies illi dejn tad-Dwana fuq l-importazzjoni jkun
dovut rigward oġġetti rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b’rata mnaqqsa jew ta’ zero
ta’ dazju fuq l-importazzjoni bis-saħħa ta’ l-użu aħħari tagħhom, fejn dawn l-oġġetti
jiġu esportati jew esportati mill-ġdid bil-permess tal-Kontrollur. 
Artikolu 207
Fejn, skond l-Artikolu 206(1), l-ebda dejn tad-Dwana ma jkun meqjus li hu
dovut rigward ir-rilaxx ta’ l-oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bir-rata mnaqqsa jew ta’
żero fuq id-dazju ta’ l-importazzjoni minħabba l-użu aħħari tagħhom, kull scrap jew
skart li jirriżultaw minn din il-qerda għandhom jitqiesu bħala oġġetti mhux Maltin. 
  100      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
 Artikolu 208
Fejn skond l-Artikoli 203 jew 204 dejn tad-Dwana jiġi dovut fuq oġġetti
rilaxxjati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b’rata mnaqqsa ta’ dazju fuq l-importazzjoni
minħabba l-użu aħħari tagħhom, l-ammont imħallas meta l-oġġetti kienu rilaxxjati
għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għandu jiġi mnaqqas mill-ammont tad-dejn tad-Dwana. Din
id-disposizzjoni għandha tapplika mutatis mutandis fejn dejn tad-Dwana jiġi dovut
minħabba scrap jew skart li jirriżulta mill-qerda ta’ dawn l-oġġetti. 
Artikolu 209
1. Dejn tad-Dwana fuq l-esportazzjoni għandu jiġi dovut permezz ta’: 
- l-esportazzjoni minn Malta, taħt il-kopertura ta’ dikjarazzjoni tad-
Dwana, ta’ l-oġġetti suġġetti għal-ħlas ta’ dazji fuq l-esportazzjoni.
2. Id-dejn tad-Dwana għandu jiġi dovut fil-mument li fih tiġi aċċettata d-
dikjarazzjoni tad-Dwana.
3. Id-debitur għandu jkun id-dikjarant. Fil-każ ta’ rappreżentanza indiretta,
il-persuna li għan-nom tagħha tkun saret id-dikjarazzjoni għandha wkoll tkun debitur. 
Artikolu 210
1. Dejn tad-Dwana fuq l-esportazzjoni għandu wkoll jiġi dovut permezz ta’:
- it-tneħħija minn Malta, ta’ l-oġġetti suggetti għad-dazji fuq l-
esportazzjoni mingħajr dikjarazzjoni tad-Dwana.
2. Id-dejn tad-Dwana għandu jibda jseħħ fil-mument meta l-oġġetti
msemmija attwalment iħallu lil Malta.
3. Id-debitur għandu jkun:
- il-persuna li tkun neħħiet l-oġġetti, u
- kull persuna li tkun ħadet sehem f’din it-tneħħija u li kienet konxja
jew kellha raġjonevolment tkun konxja illi dikjarazzjoni tad-Dwana ma kenitx
depożitata imma kellha tkun depożitata. 
Artikolu 211
1. Dejn tad-Dwana fuq l-esportazzjoni għandu wkoll jiġi dovut minħabba:
- n-nuqqas ta’ konformità  mal-kundizzjonijiet li taħthom l-oġġetti
kienu tħallew jitilqu minn Malta b’solliev totali jew parzjali mid-dazji fuq l-
esportazzjoni.
2. Id-dejn għandu jiġi dovut fil-mument li fih l-oġġetti jaslu f’destinazzjoni
oħra għajr dik li lejha kellhom il-permess li jitilqu minn Malta b’solliev totali jew
parzjali fuq id-dazji ta’ l-esportazzjoni jew, jekk il-Kontrollur ma jkunx jista’
jistabbilixxi dan il-mument, l-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit għall-produzzjoni
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    101
tax-xhieda illi ġew imwettqa l-kundizzjonijiet li intitolaw l-oġġetti għal dan is-solliev.
3. Id-debitur għandu jkun id-dikjarant. Fil-każ ta’ rappreżentanza indiretta,
il-persuna li għan-nom tagħha tkun saret d-dikjarazzjoni għandha wkoll tkun debitur. 
Artikolu 212
Id-dejn tad-Dwana msemmi fl-Artikoli 201 sa 205 u 209 sa 211 għandu jiġi
dovut saħansitra jekk ikollu x’jaqsam ma’ oġġetti suġġetti għal miżuri ta’ projbizzjoni
jew restrizzjoni fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ kull tip ikunu xi jkunu. Iżda,
l-ebda dejn tad-Dwana ma għandu jiġi dovut fuq id-dħul illegali f’Malta ta’ muniti
foloz jew drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi li ma jidħlux fiċ-ċirkwit ekonomiku
strettament sorveljat mill-awtoritajiet kompetenti bil-ħsieb li jiġu wżati għal għanijiet
mediċi u xjentifiċi. Għall-għanijiet tal-liġi kriminali kif applikata għall-offiżi tad-
Dwana, id-dejn tad-Dwana għandu madankollu jitqies li kien dovut u għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 60 sa 79 ta’ l-Ordinanza tad-Dwana (Kap
37) bil-għan li jinfetħu proċeduri kriminali.
Artikolu 212A
Fejn il-liġijiet tad-Dwana jipprovdu għat-trattament favorevoli tat-tariffa fuq l-
oġġetti skond in-natura jew l-użu aħħari tagħhom jew għal solliev jew għal eżenzjoni
totali jew parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni skond l-Artikoli 21, 82, 145 jew 184 sa
187, dan it-trattament favorevoli ta’ tariffa, solliev jew eżenjoni għandhom ukoll
japplikaw fil-każi fejn dejn tad-Dwana jiġi dovut skond l-Artikoli 202 sa 205, 210 jew
211, bil-kundizzjoni illi l-imġiba tal-persuna konċernata la tinvolvi ruħha f’negozju
frawdolenti u lanqas f’negliġenza ovvja u tipproduċi xhieda illi l-kundizzjonijiet l-oħra
għall-applikazzjoni tat-trattament favorevoli, solliev jew eżenzjoni ġew sodisfatti.
Artikolu 213
Fejn numru ta’ persuni huma responsabbli għall-ħlas ta’ dejn wieħed tad-Dwana,
għandhom ikunu responsabbli flimkien u wieħed wieħed għal dan id-dejn. 
Artikolu 214
1. Għajr kif espressament provdut f’dan il-Kodiċi u mingħajr preġudizzju
għall-paragrafu 2, l-ammont ta’ dazju fuq l-importazzjoni jew ta’ dazju fuq l-
esportazzjoni applikabbli għall-oġġetti għandu jiġi stabbilit a bażi tar-regoli ta’ stima
xierqa fuq dawn l-oġġetti fil-mument li jkun dovut dejn tad-Dwana fuqhom.
2. Fejn ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit preċiżament meta jkun dovut dejn
tad-Dwana, il-mument li jrid jiġi kunsidrat sabiex jiġu stabbiliti ir-regoli ta’ l-istima
xierqa fuq l-oġġeti għandu jkun dak il-mument meta l-Kontrollur jikkonkludi illi l-
oġġetti huma f’sitwazzjoni li fiha jkun dovut id-dejn tad-Dwana. 
Madankollu, fejn it-tagħrif disponibbli għall-Kontrollur jagħtih il-poter li
jistabbilixxi illi d-dejn tad-Dwana kien dovut qabel il-mument li fih kien wasal għall-
konklużjoni tiegħu, l-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni jew id-dazju fuq l-
esportazzjoni pagabbli fuq l-oġġetti msemmija għandu jiġi stabbilit a bażi tar-regoli ta’
stima xierqa fuq l-oġġetti fl-iktar żmien bikri meta tista’ tiġi stabbilita mit-tagħrif
  102      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
disponibbli l-eżistenza ta’ dejn tad-Dwana li joħroġ mis-sitwazzjoni.
3. Għandu jiġi applikat imgħax kompensatorju skond il-liġi sabiex
jipprevjieni l-akkwist żbaljat ta’ vantaġġ finanzjarju permezz d-differiment tad-data li
fiha d-dejn tad-Dwana jkun beda jinġarr jew imdaħħal fil-kontijiet.
Artikolu 215
Dejn tad-Dwana għandu jinġarr:
- fuq il-post fejn jiġru l-avvenamenti li d-dejn tad-Dwana joħroġ
minnhom,
- jekk ma jkunx possibbli li dan il-post jiġi stabbilit, fuq il-post fejn
il-Kontrollur jikkonkludi illi l-oġġetti jkunu f’sitwazzjoni li fiha dejn tad-Dwana
jiġi dovut;
- jekk l-oġġetti jkunu ddaħħlu għall-proċedura tad-Dwana li ma
ġietx imwettqa, u l-post ma jistax jiġi stabbilit skond l-ewwel jew it-tieni
subinċiż f’perijodu ta’ żmien stabbilit, jekk xieraq, skond l-ordnijiet tal-
Kontrollur, fil-post fejn l-oġġetti jew kienu mqiegħda taħt il-proċedura
konċernata jew kienu ddaħħlu fit-territorju Malti tad-Dwana taħt dik il-
proċedura.
Artikolu 216
Fejn it-tagħrif disponibbli għall-Kontrollur jagħtih il-poter jistabbilixxi illi dejn
tad-Dwana kien diġa ġie dovut meta l-oġġetti kienu f’post ieħor f’data iktar bikrija, id-
dejn tad-Dwana għandu jitqies li kien dovut fil-post li jista’ jiġi stabbilit bħala l-post ta’
l-oġġetti fl-iktar żmien bikri li setgħet tiġi stabbilita l-eżistenza tad-dejn tad-Dwana. 
KAPITOLU 3
L-IRKUPRU TA’ L-AMMONT TAD-DEJN TAD-DWANA
Taqsima 1
Dħul fir-reġistri tal-kontijiet u l-komunikazzjoni ta’ l-ammont lid-debitur.
Artikolu 217
1. Kull wieħed mill-ammonti tad-dazji fuq l-importazzjoni jew id-dazji fuq l-
esportazzjoni li jirriżultaw minn dejn tad-Dwana, minn issa ’l quddiem imsejħa ’l-
ammont tad-dazju’, għandhom jiġu kalkolati mill-Kontrollur hekk kif ikollu f’idejh il-
partiklaritajiet meħtieġa, u għandhom jiġu mdaħħla fir-reġistri tal-kontijiet jew f’xi
’medium’ ieħor ekwivalenti (dħul fil-kontijiet) mill-Kontrollur. L-ewwel sub-paragrafu
ma għandux japplika:
(a) fejn ikun iddaħħal dazju provviżorju kontra d-’dumping’ jew dħul
provviżorji ta dazji protettivi li jikkumpensaw ;
(b) fejn l-ammont ta’ dazju legalment dovut jaqbeż dak stabbilit a bażi
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    103
ta’ tagħrif li jorbot; 
Il-Kontrollur jista’ jħassar minn fuq ir-reġistri ammonti ta’ dazju li, skond l-
Artikolu 221 (3), ma setgħux jintbagħtu lid-debitur wara li jispiċċa ż-żmien stipulat.
2. Il-Ministru għandu jistabbilixxi l-proċeduri prattiċi għad-dħul fir-reġistri
tal-kontijiet ta’ l-ammonti tad-dazju. Dawn il-proċeduri jistgħu ivarjaw skond jekk, in
vista taċ-ċirkostanzi li fihom id-dejn tad-Dwana ġie dovut, il-Kontrollur ikunx sodisfatt
jew le illi l-ammonti msemmija jkunu sejrin jitħallsu. 
Artikolu 218
1. Fejn dejn tad-Dwana jiġi dovut bħala riżultat ta’ l-aċċettazzjoni tad-
dikjarazzjoni ta’ l-oġġetti għall-proċedura tad-Dwana, għajr dik ta’ importazzjoni
temporanja b’solliev parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni jew kull att ieħor li jkollu l-
istess effett legali bħal din l-aċċettazzjoni, l-ammont korrispondenti għal dan id-dejn
tad-Dwana għandu jiddaħħal fir-reġistri tal-kontijiet hekk kif jiġi kalkolat u, mhux iktar
tard mit-tieni jum wara dak li fih l-oġġetti kienu ġew rilaxxjati. 
Iżda, basta illi l-ħlas ikun garantit, l-ammont totali tad-dazju li għandu x’jaqsam
ma’ l-oġġetti kollha rilaxxjati lill-istess persuna matul il-perijodu taż-żmien fissat mill-
Kontrollur, li ma jistax jaqbeż il-31 jum, jista’ jiġi kopert b’entrata waħda fir-reġistri
tal-kontijiet fit-tmiem tal-perijodu taż-żmien. Dan id-dħul fil-kontijiet għandu jsir fi
żmien ħamest ijiem mill-iskadenza tal-perijodu taż-żmien imsemmi.
2. Fejn huwa provdut illi l-oġġetti jistgħu jiġu rilaxxjati basta iżda illi
jwettqu ċerti kundizzjonijiet stipulati fil-leġislazzjoni nazzjonali li jirregolaw jew li jiġi
stabbilit l-ammont ta’ dejn jew kif għandu jinġabar, id-dħul fir-reġistri tal-kontijiet
għandu jsir mhux iktar tard minn jumejn wara l-jum li fih jiġu stabbiliti jew ffissati l-
ammonti tad-dejn jew l-obbligu li jitħallsu d-dazji li jirriżultaw minn dan id-dejn. 3.
Fejn jiġi dovut dejn tad-Dwana taħt kundizzjonijiet oħra għajr dawk imsemmija fil-
paragrafu 1, l-ammont rilevanti ta’ dazju għandu jiddaħħal fir-reġistri tal-kontijiet fi
żmien jumejn mid-data li fiha l-Kontrollur ikun f’pożizzjoni li: 
(a) jikkalkola l-ammont tad-dazju msemmi, u
(b) jistabilixxi min hu d-debitur. 
Artikolu 219
1. Il-limiti taż-żmien għad-dħul fir-reġistri tal-kontijiet stipulat fl-Artikolu
218 jista’ jiġi mtawwal: 
(a) għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-organiżżazzjoni
amministrattiva, jew
(b) fejn ċirkostanzi speċjali jimpedixxu lill-Kontrollur milli
jikkonforma mal-limiti taż-żmien imsemmija.
Dan it-tul ta’ żmien estiż ma għandux jaqbeż l-14-il ġurnata. 
2. Il-limiti taż-żmien stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw
  104      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
f’ċirkostanzi imprevisti jew każijiet ta’ forza maġġuri. 
Artikolu 220
1. Fejn l-ammont tad-dazju li jirriżulta minn dejn tad-Dwana ma jiddaħħalx
fir-reġistri tal-kontijiet skond l-Artikoli 218 u 219 jew ikun iddaħħal f’livell iktar baxx
mill-ammont legalment dovut, l-ammont tad-dazju li jrid jiġi rkuprat jew li jibqa’ li jrid
jiġi rkuprat għandu jiddaħħal fir-reġistri tal-kontijiet fi żmien jumejn mid-data li fiha l-
Kontrollur jinduna bis-sitwazzjoni u jkun f’pożizzjoni li jikkalkola l-ammont legalment
dovut u li jistabbilixxi min hu d-debitur (entrata sussegwenti fir-reġistri tal-kontijiet).
Dak il-limitu taż-żmien jista’ jiġi mtawwal skond l-Artikolu 219.
2. Għajr fil-każi msemmija fit-tieni u t-tielet sub-paragrafi ta’ l-Artikolu
217(1), m’għandhux ikun hemm entrata sussegwenti fir-reġistri tal-kontijiet fejn:
(a) id-deċiżjoni oriġinali li ma jiddaħħalx id-dazju fir-reġistri tal-
kontijiet jew li jiddaħħal fil-kontijiet f’ċifra inqas mill-ammont dovut legalment
tkun ittieħdet a bażi tad-disposizzjonijiet ġenerali mħassra f’data iktar tard
b’deċiżjoni tal-Qorti; 
(b) l-ammont tad-dazju dovut legalment ma ddaħħalx fir-reġistri tal-
kontijiet minħabba żball ta’ l-awtoritajiet tad-Dwana lill-persuna responsabbli
għall-ħlas ma setgħetx tinduna bih b’mod ragjonevoli, u dan ta’ l-aħħar mill-
parti tiegħu jkun aġixxa b’’bona fede’ u osserva d-disposizzjonijiet kollha
stabbiliti mil-liġijiet fis-seħħ rigward id-dikjarazzjoni tad-Dwana.
Fejn l-istatus preferenzjali ta’ l-oġġetti jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ sistema ta’
koperazzjoni amministrattiva li tinvolvi l-awtoritajiet ta’ pajjiż ieħor, il-ħruġ ta’
ċertifikat minn dawn l-awtoritajiet, jekk jiġi pruvat illi ma hux korrett, għandu
jikkostitwixxi żball li ma satax jinstab b’mod ragjonevoli fit-tifsira ta’ l-ewwel sub-
paragrafu.
Il-ħruġ ta’ ċertifikat mhux korrett ma għandux, madankollu, jikkostitwixxi żball
fejn iċ-ċertifikat ikun bażat fuq rendikont mhux korrett tal-fatti provduti mill-
esportatur, għajr fejn, partiklarment, ikun evidenti illi l-awtoritajiet li jkunu ħarġuh
kienu konxji jew kellhom ikunu konxji illi l-oġġetti ma kienux jissodisfaw il-
kundizzjonjiet stipulati sabiex jintitolawhom għal trattament preferenzjali.
Il-persuna responsabli għal dan tista’ tqajjem il-bona fede tagħha bħala turija illi,
matul il-perijodu taż-żmien ta’ l-operati tan-negozju tagħha inkwistjoni, qagħdet attenta
li tiżgura illi ġew imwettqa l-kundizzjonijiet kollha tat-trattament preferenzjali. 
Il-persuna responsabbli għal dan ma tistax, iżda, tressaq prova ta’ bona fede jekk
tkun irċeviet minn qabel tagħrif minn għand l-awtoritajiet tad-Dwana illi jeżistu
raġunijiet għal dubju dwar l-applikazzjoni kif imiss ta’ l-arranġementi preferenzjali
mill-pajjiż benefiċjarju. 
Artikolu 221
1. Hekk kif jiġi mdaħħal fir-reġistri tal-kontijiet, l-ammont tad-dazju għandu
jiġi komunikat lid-debitur skond il-proċeduri xierqa. 
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    105
2. Fejn l-ammont tad-dazju li jrid jitħallas jiġi mdaħħal, għall-gwida, fid-
dikjarazzjoni tad-Dwana, il-Kontrollur jista’ jispeċifika illi ma jiġix komunikat skond
il-paragrafu 1 jekk kemm-il darba l-ammont tad-dazju indikat ma jaqbilx ma’ l-ammont
stabbilit mill-Kontrollur. 
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tat-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu
218(1), fejn isir użu mill-possibilità  provduta fis-sub-paragrafu ta’ qabel, ir-rilaxx ta’ l-
oġġetti mill-awtoritajiet tad-Dwana għandu jkun ekwivalenti għall-komunikazzjoni lid-
debitur ta’ l-ammont tad-dazju mdaħħal fir-reġistri tal-kontijiet.
3. Ma għandux ikun hemm komunikazzjoni lid-debitur wara l-iskadenza tal-
perijodu ta’ sitt-snin mid-data li fiha d-dejn tad-Dwana kien dovut. Dan il-perijodu ta’
żmien għandu jiġi sospiż mil-mument tad-depożitu ta’ appell skond l-Artikolu 243,
għal matul il-proċedimenti ta’ l-appell.
4. Fejn id-dejn tad-Dwana jkun ir-riżultat ta’ att illi, fil-mument li kien
kommess, seta’ kien suġġett għal proċeduri fil-Qorti kriminali, l-ammont jista’ jiġi
komunikat lid-debitur skond il-kundizzjonijiet stipulati fid-disposizzjonijiet fis-seħħ,
wara li jiskadi il-perjodi ta’ sitt snin msemmi fil-paragrafu 3. 
Taqsima 2
Il-limiti taż-żmien u l-proċeduri għall-ħlas ta’ l-ammont tad-dazju
Artikolu 222
1. L-ammonti tad-dazju komunikati skond ma’ l-Artikolu 221 għandhom
jitħallsu mid-debituri fil-perijodi taż-żmien li ġejjin:
(a) jekk il-persuna ma tkunx intitolata għal xi waħda mill-faċilitajiet
ta’ ħlas stipulati fl-Artikoli 224 sa 229, il-ħlas għandu jsir fiż-żmien stipulat. 
Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 244, dan il-perijodu ta’
żmien ma għandux jaqbeż l-għaxart ijiem wara l-komunikazzjoni lid-debitur ta’ l-
ammont ta’ dazju dovut u fil-każ ta’ aggregazzjoni ta’ entrati fir-reġistri tal-kontijiet
skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 218(1), għandhom
ikunu fissati hekk li d-debitur ma jkunx jista’ jikseb perijodu itwal taż-żmien għall-ħlas
milli kieku kien konċess ħlas differit.
Għandha tiġi konċessa awtomatikament estensjoni fejn jiġi stabbilit illi l-persuna
konċernata tkun irċeviet il-komunikazzjoni tard wisq sabiex tkun tista’ tħallas fi żmien
il-perijodu stipulat. Estensjoni taż-żmien tista’ wkoll tiġi konċessa mill-Kontrolur fuq
it-talba tad-debitur fejn l-ammont tad-dazju li jrid jiġi mħallas jirriżulta mill-azzjoni ta’
rkupru wara l-iżdoganar.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 229(a), dawn l-estensjonijiet ma
għandhomx jeċċedu ż-żmien meħtieġ sabiex id-debitur jieħu l-passi xierqa sabiex
jiskariga l-obbligu tiegħu;
(b) jekk il-persuna hija intitolata għal xi waħda mill-faċilitajiet tal-ħlas
stabbilit fl-Artikolu 224 sa 229, il-ħlas għandu jsir mhux iktar tard mill-
  106      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
iskadenza tal-perijodu jew perijodi taż-żmien speċifikati rigward dawn il-
faċilitajiet.
2. Il-każijiet u l-kundizzjonijiet li fihom l-obbligu tad-debitur li jħallas id-
dazju għandu jiġi sospiż jista’ wkoll jingħata mill-Kontrollur: 
 - fejn issir applikazzjoni għar-remissjoni tad-dazju skond l-Artikoli
236, 238 jew 239, jew 
- fejn l-oġġetti jiġu maqbuda bil-ħsieb ta’ konfiska sussegwenti
skond it-tieni subinċiż tal-punt (ċ) jew mal-punt (d) ta’ l-Artikolu 233, jew
- fejn id-dazju tad-Dwana kien dovut skond l-Artikolu 203 u hemm
iktar minn debitur wieħed.
Artikolu 223
Il-ħlas għandu jsir fi flus korrenti jew b’kull mezz ieħor b’effett simili ta’ skarigu
skond id-disposizzjonijiet fis-seħħ. Jista’ jsir ukoll b’aġġustament tal-bilanċ ta’ kreditu
fejn id-disposizzjonijiet fis-seħħ jippermettu hekk. 
Artikolu 224
Basta iżda illi l-ammont ta’ dazju li jrid jitħallas mill-persuna konċernata jkollu
x’jaqsam ma’ l-oġġetti dikjarati fil-proċedura tad-Dwana li tintola l-obbliġu tal-ħlas ta’
dan id-dazju, il-Kontrollur jista’, fuq it-talba ta’ din il-persuna, jikkonċedi differiment
fil-ħlas ta’ dan l-ammont skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 225, 226 u 227. 
Artikolu 225
Il-konċessjoni ta’ differiment fil-ħlas għandha tkun kundizzjonali fuq il-
forniment ta’ garanzija mill-applikant. 
B’żieda ma’ dan, il-konċessjoni ta’ differiment tal-ħlas tista’ tagħti lok għal ħlas
ta’ spejjeż inċidentali għal ftuħ ta’ l-inkartamenti jew għas-servizzi mogħtija. 
Artikolu 226
Il-Kontrollur għandu jiddeċiedi liema waħda minn dawn il-proċeduri li ġejjin
għandha tiġi wżata għall-konċessjoni ta’ differiment tal-ħlas:
a. separatament fil-każ ta’ kull ammont ta’ dazju mdaħħal fir-reġistri
tal-kontijiet taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-
Artikolu 218(1) jew fl-Artikolu 220 (1); jew
b. globalment fil-każ ta’ l-ammonti kollha ta’ dazju imdaħħla fir-
registru tal-kontijiet taħt il-kundizzjonijiet stabbilit fl-ewwel sub-paragrafu ta’ l-
Artikolu 218(1) matul perijodu ta’ żmien ffissat mill-Kontrollur u li ma jaqbiżx
il-31 jum; jew
ċ. globalment fil-każ ta’ l-ammonti kollha tad-dazju li jiffurmaw
entrata waħda fir-reġistri skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 218(1).
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    107
Artikolu 227
1. Il-perijodu taż-żmien li fih il-ħlas ikun differit għandu jkun ta’ 30 jum.
Għandu jiġi kalkolat kif ġej:
(a) fejn il-ħlas huwa differit skond l-Artikolu 226(a), il-perijodu taż-
żmien għandu jiġi kalkolat mill-jum ta’ wara d-data li fiha l-ammont tad-dazju
jiġi mdaħħal fir-reġistri tal-kontijiet mill-Kontrollur. 
Fejn jiġi applikat l-Artikolu 219, il-perijodu ta’ 30 jum kalkolat skond l-
ewwel sub-paragrafu għandu jiġi mnaqqas bin-numru ta’ ġranet li jikkorrespondi
mal-perijodu taż-żmien li jaqbeż jumejn użati biex jiddaħħal l-ammont fir-
reġistri tal-kontijiet;
(b) fejn il-ħlas jiġi differit skond l-Artikolu 226(b), il-perijodu taż-
żmien għandu jiġi kalkolat mill-jum li jiġi wara d-data li fiha jiskadi l-perijodu
taż-żmien ta’ l-aggregazzjoni. Għandu jiġi mnaqqas bin-numru ta’ jiem li
jikkorrespondi ma nofs in-numru ta’ ġranet fil-perijodu ta’ żmien aggregat;
(ċ) fejn il-ħlas jiġi differit skond l-Artikolu 226(ċ), il-perijodu taż-
żmien għandu jiġi kalkolat mill-jum li jiġi wara d-data tal-iskadenza tal-perijodu
taż-żmien li matulu l-oġġetti inkwistjoni jkunu ġew rilaxxjati.
Għandu jiġi mnaqqas bin-numru ta’ jiem li jikkorrispondi ma’ nofs in-
numru ta’ ġranet fl-perijodu taż żmien konċernat.
2. Fejn in-numru ta’ jiem fil-perijodi taż-żmien msemmija fil-paragrafu 1(b)
u (ċ) huwa numru bil-fard, in-numru ta’ ġranet li jridu jiġu mnaqqsa mill-perijodu ta’
30 jum skond il-paragrafu 1(b) u (ċ) għandu jkun ugwali għal nofs in-numru l-iktar
baxx li jkun imiss biż-żewġ.
3. Biex jiġu simplifikati l-affarijiet, fejn il-perijodi taż-żmien msemmija fil-
paragrafu 1(b) u (ċ) huma ta’ ġimgħa kalendarja jew xahar kalendarju, il-Kontrollur
jista’ jipprovdi li l-ammont ta’ dazju li rigward tiegħu il-ħlas ikun ġie diferit għandu
jitħallas:
(a) jekk il-perijodu taż-żmien huwa ta’ ġimgħa kalendarja, fil-jum tal-
Ġimgħa tar-raba’ ġimgħa li tiġi wara dik il-ġimgħa kalendarja;
(b) jekk il-perijodu taż-żmien ikun xahar kalendarju, mas-sittax-il jum
tax-xahar li jiġi wara dak ix-xahar kalendarju. 
Artikolu 228
1. Ma għandux jingħata differiment tal-ħlas rigward ammonti ta’ dazju li,
għalkemm għandhom x’jaqsmu ma’ l-oġġetti mdaħħla għal proċedura tad-Dwana li
tirrekjedi l-obbligu tal-ħlas ta’ dan id-dazju, jiddaħħlu fir-registru tal-kontijiet skond id-
disposizzjonijiet fis-seħħ dwar l-aċċettazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet inkompleti, il-
għaliex id-dikjarant ma jkunx, maż-żmien tal-iskadenza tal-perijodu taż-żmien
stabbilit, ipprovda t-tagħrif meħtieġ għall-evalwazzjoni definittiva ta’ l-oġġetti għall-
għanijiet tad-Dwana jew ma jkunx forna l-partiklaritajiet jew id-dokumenti li kienu
  108      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
nieqsa meta kienet ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni inkompleta.
2. Madankollu, id-differiment tal-ħlas jista’ jiġi konċess fil-każijiet
imsemmija fil-paragrafu 1, meta l-ammont tad-dazju li jrid jiġi rkuprat jiddaħħal fir-
reġistri tal-kontijiet qabel ma jiskadi l-perijodu ta’ 30 jum mid-data li fiha l-ammont
oriġinarjament dovut kien iddaħħal fir-reġistru tal-kontijiet jew, jekk dan ma jkunx
iddaħħal fir-reġistri tal-kontijiet, mid-data li fiha tkun ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni li
kellha x’taqsam ma’ l-oġġetti msemmija. It-tul taż-żmien tad-differiment tal-ħlas
mogħti f’dawn iċ-ċirkostanzi ma għandux jaqbeż id-data li fiha, skond l-Artikolu 227,
kienet ġiet konċessa rigward l-ammont tad-dazju ffissat oriġinarjament, jew li fiha
kienet tkun konċessa li kieku l-ammont tad-dazju legalment dovut kien iddaħħal fir-
reġistri tal-kontijiet meta l-oġġetti msemmija kienu dikjarati. 
Artikolu 229
Il-Kontrollur jista’ jikkonċedi lid-debitur faċilitajiet oħra ta’ ħlas għajr id-
differiment tal-ħlas. Il-konċessjoni ta’ dawn il-faċilitajiet ta’ ħlas għandhom:
(a) ikunu kondizzjonali fuq il-forniment ta’ garanzija. Iżda, din il-
garanzija tista’ ma tkunx meħtieġa, fejn biex tintalab ikun ifisser li, minħabba s-
sitwazzjoni tad-debitur, jinħolqu diffikultajiet serji ekonomiċi jew soċjali;
(b) tirriżulta f’imgħax fuq kreditu mitlub skond il-liġi b’żieda mal-
ammont tad-dazju. Il-Kontrollur jista’ ma jitlobx imgħax fuq kreditu fejn biex
jintalab ikun ifisser li, minħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, jinħolqu diffikultajiet
serji ekonomiċi jew soċjali. 
Artikolu 230
Ikunu xi xi jkunu l-faċilitajiet tal-ħlas konċessi lid-debitur, dan ta’ l-aħħar jista’
f’kull każ iħallas l-ammont kollu tad-dazju jew parti minnu mingħajr ma jistenna illi
jiskadi l-perijodu taż-żmien li fih ikun konċess li jħallas. 
Artikolu 231
Ammont dovut ta’ dazju jista’ jitħallas minn persuna terza minflok id-debitur. 
Artikolu 232
1. Fejn l-ammont dovut tad-dazju ma jitħallasx fil-perijodu taż-żmien
stabbilit:
(a) il-Kontrollur għandu jagħmel użu mill-għażliet kollha għad-
disposizzjoni tiegħu skond il-liġijiet fis-seħħ, inkluż l-infurzar, sabiex jiżgura l-
ħlas ta’ dak l-ammont.
Jistgħu jiġu adottati disposizzjonijiet speċjali rigward dawk li jidħlu bħala
garanti fil-qafas tal-proċedura tat-transitu;
(b) l-imgħax fuq l-arretrati għandu jintalab skond il-liġi b’zieda ma l-
ammont tad-dazju.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    109
2. Il-Kontrollur jista’ jirrinunzja għall-ġbir ta’ l-imgħax fuq l-arretrati:
(a) fejn, minħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, x’aktarx li jinħolqu
diffikutajiet serji ekonomiċi jew soċjali;
(b) fejn l-ammont ma jaqbiżx livell ffissat mill-Kontrollur, jew
(ċ) jekk id-dazju jitħallas fi żmien ħamest ijiem minn meta jiskadi l-
perijodu taż-żmien stabbilit għall-ħlas.
3. Il-Kontrollur jista’ jiffissa:
(a) perijodi minimi taż-żmien għall-kalkolu ta’ l-imgħax;
(b) ammonti minimi pagabbli bħala mgħax fuq l-arretrati. 
KAPITOLU 4 
ESTINZJONI TAD-DEJN TAD-DWANA
Artikolu 233
Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet fis-seħħ li għandhom x’jaqsmu ma’
l-imbarrar fiż-żmien ta’ dejn tad-Dwana u n-nuqqas ta’ rkupru ta’ dan id-dejn fil-każ ta’
falliment tad-debitur stabbilit bil-liġi, id-dejn tad-Dwana għandu jispiċċa:
(a) bil-ħlas ta’ l-ammont tad-dazju;
(b) bil-maħfra ta’ l-ammont tad-dazju;
(ċ) fejn, rigward l-oġġetti dikjarati għal proċedura tad-Dwana li
tirrikjedi l-obbligu tal-ħlas tad-dazju:
- id-dikjarazzjoni tad-Dwana ma’ tibqax valida skond l-
Artikolu 66,
- qabel ir-rilaxx ta’ l-oġġetti, dawn jiġu jew maqbuda u fl-
istess ħin jew sussegwentement konfiskati, meqruda fuq l-istruzzjonijiet
tal-Kontrollur, meqruda jew abbandunati skond l-Artikolu 182, jew
meqruda jew mitlufa mingħajr ma jistgħu jitreġġgħu lura bħala riżultat
tan-natura attwali tagħhom jew ta’ ċirkostanzi imprevisti (għajr serq) jew
forza maġġuri;
(d) fejn l-oġġetti li rigward tagħhom jiġi dovut dejn tad-Dwana skond
l-Artikolu 202 jiġu maqbuda minħabba d-dħul illegali tagħhom u jiġu fl-istess
ħin jew sussegwentement konfiskati.
Artikolu 234
Fil-każ ta’ qbid jew konfiska, id-dejn tad-Dwana għandu, mhux l-inqas għall-
għanijiet tal-liġi kriminali applikabbli għall-offiżi tad-Dwana, jitqies li ma spiċċax u
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji fuq l-Importazzjoni
  110      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
(Kap. 337) u l-Ordinanza tad-Dwana (Kap. 37) sabiex jistabbilixxu l-penalitajiet jew
jittieħdu proċeduri kriminali. 
KAPITOLU 5
ĦLAS LURA U REMISSJONI TAD-DAZJU
Artikolu 235
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) ’ħlas lura’ tfisser ir-rifond totali jew parzjali tad-dazji fuq l-
importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni li jkunu tħallsu;
(b) ’maħfra’ tfisser jew deċiżjoni ta’ rinunzja għall-ammont kollu jew
parzjali ta’ dejn tad-Dwana jew deċiżjoni li tirrendi nulla d-dħul fir-reġistri tal-
kontijiet ta’ l-ammont kollu jew parti minnu ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq
l-esportazzjoni li ma jkunx tħallas. 
Artikolu 236
1. Id-dazji fuq l-importazzjoni jew id-dazji fuq l-esportazzjoni għandhom
jitħallsu lura safejn u sakemm jiġi stabbilit li, meta kienu ġew imħallsa, l-ammont ta’
dawn id-dazji ma kienx legalment dovut jew li l-ammont kien imdaħħal fir-reġistri tal-
kontijiet kuntrarjament għall-Artikolu 220(2).
Id-dazji fuq l-importazzjoni jew id-dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jiġu
maħfura safejn u sakemm jiġi stabbilit illi meta kienu mdaħħla fir-reġistri tal-kontijiet
l-ammont ta’ dawn id-dazji ma kienx dovut legalment jew li l-ammont kien imdaħħal
fir-reġistri tal-kontijiet kuntrarjament għall-Artikolu 220(2).
L-ebda ħlas lura jew remissjoni ma għandhom jiġu konċessi meta l-fatti li wasslu
għall-ħlas jew id-dħul fir-reġistri tal-kontijiet ta’ l-ammont li ma kienx legalment dovut
huma r-rużultat ta’ azzjoni deliberata mill-persuna konċernata.
2. Id-dazji fuq l-importazzjoni u d-dazji fuq l-esportazzjoni għandhom
jitħallsu lura jew jiġu maħfura fuq is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni lill-Kontrollur fi
żmien sentejn snin mid-data li fiha l-ammont ta’ dawn id-dazji ġie komunikat lid-
debitur.
Dan il-perijodu ta’ żmien għandu jiġi mtawwal jekk il-persuna konċernata
tipprovdi xhieda illi ma kenitx imħollija li tissottometti l-applikazzjoni tagħha fil-
perjodu msemmi minħabba ċirkostanzi imprevedibbli (għajr serq) jew forza maġġuri.
Fejn il-Kontrollur innifsu jiskopri matul dan il-perijodu ta’ żmien illi jeżistu xi
waħda jew oħra mis-sitwazzjonijiet deskritti fl-ewwel u t-tieni sub-paragrafi tal-
paragrafu 1, dan għandu jħallas lura jew jaħfer fuq l-inizjattiva tiegħu stess. 
Artikolu 237
Id-dazji fuq l-importazzjoni jew id-dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu
lura meta dikjarazzjoni tad-Dwana tiġi invalidata u d-dazji jkunu tħallsu.
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    111
Il-ħlas lura għandu jiġi konċess fuq is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni mill-
persuna konċernata matul il-perijodi taż-żmien stipulati għas-sottomissjoni ta’ l-
applikazzjoni għall-invalidazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-Dwana. 
Artikolu 238
1. Id-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jiġu maħfura
safejn u sakemm jiġi stabbilit illi l-ammont ta’ dawn id-dazji li jkun ġie mdaħħal fir-
reġistri tal-kontijiet ikollu x’jaqsam ma’ l-oġġetti imqiegħda taħt il-proċedura tad-
Dwana msemmija u miċħuda mill-importatur il-għaliex fil-mument imsemmi fl-
Artikolu 67 jinstabu difettivi jew ma kkonformawx mat-termini tal-kuntratt li a bażi
tiegħu kienu ġew importati.
Oġġetti difettivi, skond l-ewwel sub-paragrafu, għandhom jitqiesu li jinkludu
oġġetti danneġġjati qabel ir-rilaxx tagħhom.
2. Il-ħlas lura jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu
konċessi bil-kundizzjoni li:
(a) l-oġġetti ma kenux użati, għajr għall-użu inizjali tagħhom skond
kif kien meħtieġ sabiex jiġi stabbilit li kienu difettivi jew ma kkonformawx mat-
termini tal-kuntratt;
(b) l-oġġetti jiġu esportati. Fuq it-talba tal-persuna konċernata, il-
Kontrollur għandu jippermetti illi l-oġġetti li għandhom jiġu meqruda jew
imqiegħda, għall-għanijiet ta’ l-esportazzjoni tagħhom mill-ġdid, taħt il-
proċedura ta’ transitu għall-estern jew il-proċedura ta’ magazzinaġġ tad-Dwana,
jew f’żona ħielsa jew f’maħżen ħieles, minflok li jiġu esportati.
Bil-għan li jiġu assenjati wieħed mit-trattamenti jew użi kif approvati mid-
Dwana provvuti fis-sub-paragrafu preċedenti, l-oġġetti għandhom jitqiesu li
huma oġġetti mhux Maltin.
3. Id-dazji fuq l-importazzjoni ma għandhomx jitħallsu lura jew jiġu maħfura
dwar oġġetti li, qabel ma jiġu dikjarati għad-dikjarazzjoni tad-Dwana, kienu ġew
importati temporanjament għal testijiet, jekk kemm-il darba ma jiġix stabbilit illi l-fatt
li kienu difettivi jew li ma kkonformawx mat-termini tal-kuntratt ma satax jiġi skopert
normalment fil-kors ta’ dawn it-testijiet.
4. Id-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jitħallsu lura jew jiġu maħfura
għar-raġunijiet dikjarati fil-paragrafu 1 fuq is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni lill-
Kontrollur fi żmien tnax-il xahar mid-data li matulhom l-ammont ta’ dan id-dazji kien
komunikat lid-debitur.
Iżda, il-Kontrollur jista’ jippermetti li dan il-perijodu taż-żmien jittawwal
f’każijiet eċċezzjonali ġustifikament. 
Artikolu 239
1. Id-dazji fuq l-importazzjoni jew id-dazji fuq l-esportazzjoni jistgħu
jitħallsu lura jew jiġu maħfura f’sitwazzjonijiet oħra għajr dawk imwissija fl-Artikoli
  112      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
236, 237, u 238:
- kif jiġi stabbilit mill-Ministru;
- meta jirriżultaw minn ċirkostanzi li fihom l-ebda qerq jew negliġanza
ovvja ma jistgħu jiġu attribwiti lill-persuna konċernata.
Is-sitwazzjonijiet li fihom din id-disposizzjoni tista’ tiġi applikata u l-
proċeduri li jridu jiġu segwiti għal dan l-iskop għandhom jiġu definiti mill-
Ministru.
Il-ħlas lura jew ir-remissjoni jistgħu ikunu suġġetti għal kundizzjonijiet
speċjali.
2. Id-dazju għandhom jitħallsu lura jew jinħafru għar-raġunijiet dikjarati fil-
paragrafu 1 fuq is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni lill-Kontrollur fi żmien 12-il xahar
mid-data li fiha l-ammont tad-dazji jkun ġie komunikat lid-debitur. Madankolu, il-
Kontrollur jista’ jippermetti li dan il-perijodu ta’ żmien jittawwal f’każijiet eċċezzjonali
ġustifikament. 
Artikolu 240
Id-dazji fuq l-importazzjoni jew id-dazji fuq l-esportazzjoni għandhom jitħallsu
lura jew jinħafru fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-kapitolu biss jekk l-ammont li
jrid jitħallas lura jew jinħafer jaqbeż ammont iffissat mill-Ministru. 
Iżda, il-Kontrollur jista’ wkoll jikkonċedi applikazzjoni għall-ħlas lura jew
remissjoni dwar ammont iktar baxx. 
Artikolu 241
Il-ħlas lura mill-Kontrollur ta’ l-ammonti tad-dazji fuq l-importazzjoni jew tad-
dazji fuq l-esportazzjoni jew ta’ l-imgħax fuq il-kreditu jew ta’ l-imgħax fuq l-arretrati
miġbura mal-ħlas ta’ dawn id-dazji ma għandux jagħtu lok għall-ħlas ta’ mgħax mill-
Kontrollur. Madankollu għandu jitħallas imgħax: 
- fejn deċiżjoni li tikkonċedi talba għall-ħlas lura ma tiġix
implimantata fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, 
- fejn id-disposizzjonijiet nazzjonali hekk jistipulaw. L-ammont ta’
dan l-imgħax għandu jkun skond il-liġi. 
Artikolu 242 
Fejn bi żball jiġi maħfur dejn tad-Dwana jew jitħallas lura l-ammont
korrespondenti tad-dazju, id-dejn oriġinali għandu jerġa’ jsir pagabbli. Kull imgħax
imħallas skond l-Artikolu 241 għandu jiġi rimburżat. 
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    113
TITOLU VIII
APPELLI 
Artikolu 243 
1. Kull persuna għandu jkollha d-dritt li tappella mid-deċiżjonijiet meħuda
mill-awtoritajiet tad-Dwana li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni tal-liġijiet tad-
Dwana, u li jirrigwadjawha direttament u individwalment. Kull persuna li tkun applikat
lill-awtoritajiet tad-Dwana għal deċiżjoni li għandha x’taqsam ma’ l-applikazzjoni tal-
liġijiet tad-Dwana u ma kisbitx deċiżjoni għal din it-talba fiż-żmien imsemmi fl-
Artikolu 6(2) għandha wkoll tkun intitolata li teżerċita d-dritt ta’ l-appell.
2. Id-dritt ta’ l-appell jista’ jiġi eżerċitat:
(a) inizjalment, quddiem l-awtoritajiet tad-Dwana nominati b’dan l-
iskop;
(b) sussegwentement, quddiem korp indipendenti, li jista’ jkun
awtorità  ġudizzjarja jew korp ekwivalenti speċjalizzat, skond id-disposizzjonijiet
fis-seħħ f’Malta. 
Artikolu 244
Id-depożitu ta’ appell ma għandux jikkawża s-sospensjoni ta’ l-implimentazzjoni
tad-deċiżjoni kontestata.
Madankollu, l-awtoritajiet tad-Dwana għandhom jissospendu l-implimentazzjoni
ta’ din id-deċiżjoni fl-intier tagħha jew f’parti minnha fejn ikollhom raġunijiet siewja li
jemmnu illi d-deċiżjoni kontestata hija inkonsistenti mal-liġijiet tad-Dwana jew fejn
hemm biża’ li tkun sejra ssir ħsara irreparabbli lill-persuna konċernata.
Fejn id-deċiżjoni kontestata jkollha l-effett li tikkawża ħlas dovut ta’ dazji fuq l-
importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni, is-sospensjoni ta’ l-implimentazzjoni ta’
din id-deċiżjoni għandha tkun suġġetta għall-eżistenza jew id-depożitu ta’ garanzija.
Iżda, din il-garanzija ma għandhiex għalfejn tinħtieġ fejn, minħabba ċ-ċirkostanzi tad-
debitur, din il-ħtieġa x’aktarx li tikkawża diffikultajiet serji ekonomiċi u soċjali. 
Artikolu 245
Id-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ l-appelli għandhom
jiġu stabbiliti mill-Ministru.
Artikolu 246
Dan it-Titolu ma għandux japplika għall-appelli depożitati bil-ħsieb ta’ l-
annullament jew ir-reviżjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-awtoritajiet tad-Dwana fuq il-
bażi tal-liġi kriminali.
  114      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
ANNEX A TO THE CUSTOMS CODE
GOODS FOR WHICH PROCESSING UNDER CUSTOMS CONTROL IS 
AUTHORISED (ARTICLE 131) AND ECONOMIC CONDITIONS IN THE 
FRAMEWORK OF THE ARRANGEMENTS FOR PROCESSING UNDER   CUSTOMS 
CONTROL
PART A
''MCT'' means Maltese Customs Tariff.
The economic conditions shall be deemed to be fulfilled for the following types
of goods and operations:
Column 1 Column 2
Order 
No
Goods Processing
1 Goods of any kind Processing into samples presented as such or put up into
sets
2 Goods of any kind Reduction to waste and scrap or destruction
3 Goods of any kind Denaturing
4 Goods of any kind Recovery of parts or components
5 Goods of any kind Separation and/ or destruction of damaged parts
6 Goods of any kind Processing to correct the effects of damage to the goods
7 Goods of any kind Usual forms of handling permitted in customs
warehouses or free zones
8 Goods of any kind Processing into products of a kind to be incorporated in
or used for civil aircraft for which an airworthiness
certificate is issued by a company authorised for such
operations by the aviation authorities or the aviation
authorities of another country
9 Goods which have to go
operations to ensure
their compliance with
technical requirements
for their release for free
circulation.
Any form of processing
10 Goods of any kind not
subject to an agricultural
or commercial policy
measure, or provisional
or definitive
antidumping, or
provisional or definitive
countervailing duty
Any form of processing, where the import duty
advantage by using the arrangements does not exceed the
value of Lm20,000 per applicant and per calendar year
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    115
11 Any electronic type of
components, parts,
assemblies (including
subassemblies), or
materials (whether or not
electronic), which are
vital to the electronic
working performance of
the processed product
Processing into information technology products of
MCT codes 8471 10 10 00 to 8471 90 00 00, 8473 10 11
00, 8473 21 10 00 to 8473 40 11 00, 8473 50 10 00, 8473
50 90 00 and 8541 10 00 10 to 8542 90 00 00
12 Solid fractions of palm
oil falling within MCT
code 1511 90 19 00 or
Fluid fractions of palm
oil falling within MCT
code 1511 90 91 00 or
Coconut oil falling
within MCT code 1513
11 10 00 or Fluid
fractions of coconut oil
falling within MCT code
ex 1513 19 30 00 or
Palm kernel oil falling
within MCT code 1513
21 11 00 or Fluid
fractions of palm kernel
oil falling within MCT
code ex 1513 29 30 00 or
Babassu oil falling
within MCT code 1513
21 19 00
Processing into:
- mixtures of fatty acids falling within MCT codes
3823 11 00, 3823 12 00 00, ex 3823 19 10 00, ex
3823 19 30 00 and ex 3823 19 90 00
- fatty acids falling within MCT codes 2915 70 15
00, 2915 70 25 00, ex 2915 90 10 00, ex 2915 90
80 00, ex 2916 15 00 00 and ex 2916 19 80 00
- mixture of methyl esters of fatty acids falling
within MCT code ex 3824 90 95 00
- methyl esters of fatty acids falling within MCT
codes ex 2915 70 20 00, ex 2915 70 80 00, ex 2915
90 80 00, ex 2916 15 00 00 and ex 2916 19 80 00
- mixture of fatty alcohols falling within MCT code
3823 70 00 00
- fatty alcohols falling within MCT codes 2905 16
80 00, 2905 17 00 00, 2905 19 00 10 and 2905 10
00 90
- glycerol falling within MCT code 1520 00 00 00
13 Castor oil falling within
MCT code 1515 30 90
00
Processing into:
- hydrogenated castor oil (''opal-wax'') of MCT code
1516 20 10 00
- 12-hydrostearic acid (purity less than 90%) of
MCT code ex 3823 19 10 00
- 12-hydrostearic acid (purity 90% or more) of MCT
code ex 2918 19 99 00
- glycerol of MCT code 2905 45 00 00
14 Tobaccos falling within
Chapter 24 of the
Maltese Customs Tariff
Processing into ''homogenised'' or ''reconstituted''
tobacco falling within MCT code 2403 91 00 and/or
tobacco powder falling within MCT code 2403 99 90 
Column 1 Column 2
Order 
No
Goods Processing
  116      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
PART B
The economic conditions shall be examined for the following types of goods and
operations, which are not covered by Part A:
15 Raw or unmanufactured
tobacco falling within
MCT code 2401 10
Raw or unmanufactured
tobacco partly stemmed/
stripped falling within
MCT code ex 2401 20
Processing into partly or wholly stemmed/stripped
tobaccos falling within MCT code 2401 20 and into
tobacco refuse falling within MCT code 2401 30 00
16 Products falling within
MCT codes: 2707 10,
2707 20, 2707 30, 2707
50, 2707 91 00 00, 2707
99 30 00, 2707 99 91 00,
2707 99 99 00 and 2710
00
Processing into products falling within MCT codes:
2710 00 71 00 or 2710 00 72 00
17 Crude oils falling within
MCT code 2707 99 11
00
Processing into products falling within MCT codes
2707 10 90 00, 2707 20 90 00, 2707 30 90 00, 2707 50
90 00, 2707 99 30 00, 2707 99 99 00, 2902 20 90 00,
2902 30 90 00, 2902 41 00 00, 2902 42 00 00, 2902 43
00 00, 2902 44 90 00
18 Gas oils with a sulphur
content exceeding 0,2%
by weight falling within
MCT code 2710 00 68
00 Kerosene falling
within MCT code 2710
00 55 00 White spirit
falling within MCT code
2710 00 21 00
Mixture of the goods in column 1 or a mixture of one
and/ or other of the goods in column 1 with gas oil with a
sulphur content not exceeding 0,2% by weight falling
within MCT code 2710 00 66 00 or 2710 00 67 00 to
obtain a gas oil with a sulphur content not exceeding
0,2% by weight falling within MCT code 2710 00 66 00
or 2710 00 67 00
19 PVC material falling
within MCT code 3921
90 60 00
Processing into filmscreens falling within MCT code
9010 60 00 00
20 Skating boots without
skates attached of MCT
code 6402 19 00 00
Skating boots without
skates attached of MCT
code 6403 19 00
Processing into:
ice skates of MCT code 9506 70 10 00
roller skates of MCT code 9506 70 30 00
21 Motor chassis fitted with
cabs, of MCT code 8704
21 31
Processing into fire engines fitted with integral fire
fighting and/ or life saving equipment, of MCT code
8705 30 00 00
Column 1 Column 2
Column 1 Column 2
Order 
No
Goods Processing
DAZJITA’IMPORTAZZJONI  ġ K AP. 337.    117
ANNEX B TO THE CUSTOMS CODE
LIST OF USUAL FORMS OF HANDLING REFERRED TO IN ARTICLE 109 OF THE 
CUSTOMS CODE
Unless otherwise specified, none of the following forms of handling may give
rise to a different eight-digit code in the Maltese Customs Tariff.
Usual forms of handling listed below shall not be granted if, in the opinion of the
customs authorities, the operation is likely to increase the risk of fraud:
1. ventilation, spreading-out, drying, removal of dust, simple cleaning
operations, repair of packing, elementary repairs of damage incurred during transport or
storage in so far as it concerns simple operations, application and removal of protective
coating for transport;
2. reconstruction of the goods after transport;
3. stocktaking, sampling, sorting, sifting, mechanical filtering and weighing
of the goods;
4. removal of damaged or contaminated components;
5. conservation, by means of pasteurisation, sterilisation, irradiation or the
addition of preservatives;
6. treatment against parasites;
7. anti-rust treatment;
8. treatment:
- by simple raising of the temperature, without further treatment or
distillation process, or
- by simple lowering of the temperature;
even if this results in a different eight-digit code in the Maltese Customs
Goods Processing
(i) All goods subject to
a(n) agricultural measure
or provisional or
definitive antidumping, or
provisional or definitive
countervailing, duty
Any form of processing
(ii) All other goods not
covered by Part A and (i)
above
Any form of processing
  118      KAP. 337. ħ            DAZJITA’IMPORTAZZJONI 
Tariff;
9. electrostatic treatment, uncreasing or ironing of textiles;
10. treatment consisting in:
- semming and/ or pitting of fruits, cutting up and breaking down of dried
fruits or vegetables, rehydration of fruits, or
- dehydration of fruits even if this results in a different eight-digit code in
the Maltese Customs Tariff;
11. desalination, cleaning and butting of hides;
12. addition of goods or addition or replacement of accessory components as
long as this addition or replacement is relatively limited or is intended to ensure
compliance with technical standards and does not change the nature or improve the
performances of the original goods, even if this results in a different eight-digit code in
the Maltese Customs Tariff for the added or replacement goods;
13. dilution or concentration of fluids, without further treatment or distillation
process, even if this results in a different eight-digit code in the Maltese Customs
Tariff;
14. mixing between them of the same kind of goods, with a different quality,
in order to obtain a constant quality or a quality which is requested by the customer,
without changing the nature of the goods;
15. dividing or size cutting out of goods if only simple operations are
involved;
16. packing, unpacking, change of packing, decanting and simple transfer into
containers, even if this results in a different eight-digit code in the Maltese Customs
Tariff, affixing, removal and altering of marks, seals, labels, price tags or other similar
distinguishing signs;
17. testing, adjusting, regulating and putting into working order of machines,
apparatus and vehicles, in particular in order to control the compliance with technical
standards, if only simple operations are involved;
18. dulling of pipe fittings to prepare the goods for certain markets.
