ARKIVJINAZZJONALI   ġKAP. 339.   1
KAPITOLU 339
ATT DWAR L-ARKIVJI NAZZJONALI 
Biex jirregola l-Arkivji Nazzjonali.
(1 ta’ Ġunju, 1990)*
Sar liġi bl-ATT IV ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Dmirijiet tal-
Ministru. 
2. Ikun id-dmir tal-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni
illi jassigura li jinżammu konservati sewwa u raġjonevolment
aċċessibbli għall-pubbliku għall-iskop ta’ studju, id-dokumenti
kollha ta’ natura pubblika, li ma jkunux għadhom fl-użu għall-
iskop ta’ l-amministrazzjoni.
Arkivju 
Nazzjonali. 
Kap. 92. 
3. Il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni għandu
jistabbilixxi post jew postijiet biex iservu bħala Arkivju Nazzjonali
fejn id-dokumenti u l-oġġetti kollha msemmijin fl-artikoli 4 u 5 ta’
dan l-Att jiġu konservati u fejn il-pubbliku jista’ jaċċedi għalihom.
Il-Bibljotekarju maħtur skond l-Ordinanza tal-Bibljoteki Pubbliċi
għandu jkun ex officio Kuratur ta’ l-Arkivji Nazzjonali. Il-Ministru
responsabbli għall-edukazzjoni jista’ jaħtar Kumitat Konsultattiv
biex jagħtih parir rigward l-aħjar tmexxija ta’ l-Arkivju Nazzjonali.
Dokumenti li 
għandhom jiġu 
arkivjati.
4. (1) Id-dokumenti ta’ natura pubblika li għandhom
jinżammu fl-Arkivju Nazzjonali a tenur ta’ l-artikolu 2 ta’ dan l-Att
jinkludu:
(a) it-test awtentiku tal-Kostituzzjonijiet kollha li għal xi
żmien kienu fis-seħħ f’dawn il-Gżejjer;
(b) id-dokumenti kollha relattivi għad-dibattiti, minuti,
karti mqiegħda fuq il-mejda, dikjarazzjonijiet u
rapporti tal-Kunsilli tal-Gvern, l-Assemblea
Leġislattiva, is-Senat, il-Kunsill Eżekuttiv, il-Kamra
tad-Deputati, il-Kummissjonijiet Irjali, Kumitati
Magħżula, kif ukoll ta’ l-Assemblea Nazzjonali, u tal-
korpi l-oħra kollha li b’xi mod skond il-liġi kellhom
x’jaqsmu mal-gvern ta’ dawn il-Gżejjer;
(ċ) it-test awtentiku tal-liġijiet, proklami, ordinanzi jew
strumenti oħra leġislattivi;
(d) it-test awtentiku ta’ trattati, konvenzjonijiet, u kull
xorta ta’ ftehim pubbliku kuntrattat mill-Gvern ta’
Malta ma’ Gvernijiet barranin, jew ma’ istituzzjonijiet
jew korpi internazzjonali;
(e) id-dokumenti amministrattivi u dipartimentali tal-
Gvern ta’ Malta, inklużi d-dokumenti kollha tal-
Ministeri, Kummissjonijiet, Awtoritajiet jew Bordijiet
*Ara l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li parti minnu ġiet
imħollija barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-
Avviż Legali Nru. 74 ta’ l-1990.
 2      KAP. 339.ħ      ARKIVJINAZZJONALI
tal-Gvern, wara tletin sena mill-egħluq tagħhom;
(f) id-dokumenti ta’ l-Università ta’ l-Istudji, kif ukoll tal-
Korporazzjonijiet u Enti Pubbliċi oħra;
(g) kull pubblikazzjoni uffiċjali tal-Gvern, ta’ l-Università
ta’ l-Istudji, u ta’ l-Awtoritajiet, Korporazzjonijiet u
Enti Pubbliċi oħra;
(h) mapep, disinji, fotografiji, negattivi ta’ fotografiji u
lastri tagħhom, pellikoli ċinematografiċi,
reġistrazzjonijiet kemm tal-ħoss kif ukoll ta’ l-
immaġini, ta’ kwalunkwe tip, jew materjal ieħor u kull
tip ta’ dokumentazzjoni miżmum mill-Gvern;
(i) dak kollu li b’xi mod jew ieħor jiġi akkwistat minn
barra l-amministrazzjoni u li jkun ta’ l-istess tip bħal
dak li hu elenkat fuq.
(2) Id-dokumenti msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-
artikolu barra minn dawk elenkati fil-paragrafi (a), (ċ), (d) u (g)
għandhom jiġu miżmuma skond dan l-Att, meta l-istess ma jkunux
għadhom fl-użu għall-iskop ta’ l-amministrazzjoni, u minkejja kull
żmien imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, dokument
m’għandux jinżamm skond dan l-Att jekk ikun għadu fl-użu għall-
iskop ta’ l-amministrazzjoni kif jista’ jiġi ċertifikat mill-awtorità li
tkun fil-pussess ta’ dak id-dokument.
Arkivji eżistenti.  5. Dawk l-arkivji eżistenti li huma rregolati b’xi liġi
partikolari għandhom jibqgħu jiġu konservati u regolati kif maħsub
skond il-liġijiet fis-seħħ:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni jista’ bi
ftehim mal-Ministru li jkun responsabbli għal arkivju partikolari,
jordna t-trasferiment ta’ xi dokumenti miżmuma f’xi arkivji bħal
dawk lill-Arkivju Nazzjonali meta dawn ma jkunux aktar utili għas-
servizz lill-pubbliku apparti mill-istudju, u dana taħt dawk il-
kundizzjonijiet li jistgħu jsiru mill-Ministru responsabbli għall-
edukazzjoni bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-arkivju fejn
qabel ikun kustodit id-dokument; u meta xi dokument bħal dak jiġi
trasferit lill-Arkivju Nazzjonali dana għandu għal kull fini tal-liġi li
kienet tirregola iż-żamma ta’ dak id-dokument fl-arkivju eżistenti,
jitqies li għadu miżmum sewwa skond dik il-liġi u kull
responsabbiltà relattiva għal dak id-dokument inkluż il-ħruġ ta’
kopji jew estratti tiegħu, kif ukoll l-awtentikazzjoni ta’ l-istess,
għandha mat-trasferiment tad-dokument tgħaddi lill-Kuratur ta’ l-
Arkivji Nazzjonali.
Dokumenti ma 
jistgħux jinħarġu 
mill-Arkivju 
Nazzjonali.
6. L-ebda dokument jew oġġett miżmum għall-
konservazzjoni fl-Arkivju Nazzjonali ma jista’ mingħajr il-permess
bil-miktub tal-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni jiġi
fiżikament maħruġ mill-edifiċċju stabbilit għal dan l-iskop mill-
istess Ministru. Kopja ta’ kull permess mogħti mill-Ministru
għandha tiġi ppreservata fl-Arkivji Nazzjonali, esposta għall-
pubbliku u kopja oħra għandha tinżamm fl-uffiċċju tal-Ministru:
Iżda fejn xi dokument jiġi trasferit fl-Arkivju Nazzjonali
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att, u skond xi
ARKIVJINAZZJONALI   ġKAP. 339.   3
liġi dak id-dokument jinħtieġ li jiġi eżebit fil-qorti, jew b’xi mod
ieħor użat fl-oriġinal, il-Kuratur ta’ l-Arkivji Nazzjonali għandu
jesebixxi jew juża l-oriġinal wara li jkun għamel kopja tiegħu għal
preservazzjoni fl-arkivju.
Obbligi tal-
Kuratur. 
7. Il-Kuratur ta’ l-Arkivji Nazzjonali għandu jippreserva u
fejn hemm meħtieġ jirrestawra, jikkataloga u jagħmel l-indiċi tad-
dokumenti u l-oġġetti kollha fdati lilu fl-Arkivju Nazzjonali, kif
ukoll jistabbilixxi il-mod kif il-pubbliku jista’ jistudja direttament
dawk id-dokumenti u l-oġġetti, u jieħu kopji jew riproduzzjonijiet
tagħhom.
Riżerva ta’ aċċess 
għad dokumenti. 
8. Il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni jista’ jirriżerva
l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti w oġġetti meta jkun jidhirlu: 
(a) li fihom materjal li ġie f’idejn xi awtorità pubblika taħt
l-obbligu tas-segretezza jew tal-kunfidenzjalità; jew
(b) li l-kontenut tagħhom huwa oxxen jew pornografiku;
jew
(ċ) li s-sigurtà ta’ l-Istat, jew l-inkolumità personali ta’ xi
individwu hekk jitolbu.
Kopji awtentiċi. 
Att, kull kopja ta’ dokument li tiġi rilaxxjata bħala kopja vera bis-
siġill ta’ l-Arkivji Nazzjonali u ffirmata mill-Kuratur ta’ l-Arkivji
Nazzjonali għandha għall-finijiet ta’ kull liġi tiġi meqjusa bħala
kopja awtentika, u tingħadd, għal skop ta’ prova, bħala ekwivalenti
għall-oriġinal.
Setgħa biex isiru 
regolamenti.
10. Il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni jista’ minn
żmien għal ieħor jagħmel regolamenti b’mod ġenerali sabiex
jitmexxew u jitqegħdu fis-seħħ id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u
jista’ b’mod speċjali b’dawk ir-regolamenti jippreskrivi:
(a) il-mod ta’ l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti u
oġġetti fl-Arkivju Nazzjonali;
(b) il-mod kif jittieħdu l-kopji u riproduzzjonijiet oħra ta’
dokumenti u ta’ l-oġġetti fl-Arkivju Nazzjonali; u
(ċ) id-dritt li għandu jitħallas għal kull servizz li jista’
jingħata fl-Arkivju Nazzjonali.
