ISEMTAL-QRATIINFERJURI  ġKAP. 340.   1
KAPITOLU 340
ATT LI JBIDDEL L-ISEM TAL-QRATI 
INFERJURI
Biex jipprovdi dwar kif għandhom ikunu magħrufa l-Qrati Inferjuri. 
(1 ta’ Ottubru, 1990)*
Sar liġi bl-ATT VIII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Inferjuri.
Kif għandhom 
ikunu magħrufa l-
Qrati Inferjuri.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, il-Qorti tal-
Maġistrati tal-Pulizija Ġudizzjarja għall-Gżira ta’ Malta, il-Qorti
tal-Maġistrati tal-Pulizija Ġudizzjarja għall-Gżejjer ta’ Għawdex u
Kemmuna, u l-Qorti tal-Pulizija Ġudizzjarja għandhom minn issa ’l
quddiem ikunu magħrufin bħala l-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jew
il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), kif ikun il-każ:
Iżda b’dan illi meta jiġi preżentat xi att f’xi qorti bħal dik
fil-kompetenza kriminali tagħha għandu jitniżżel f’dak l-att li dak
l-att ikun qiegħed jiġi preżentat f’dik il-qorti bħala Qorti ta’
Ġudikatura Kriminali jew bħala Qorti Istruttorja kif ikun il-każ, u
f’xi att li jiġi preżentat fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-
kompetenza ċivili tagħha għandu jitniżżel li dak l-att ikun qiegħed
jiġi preżentat fil-kompetenza inferjuri tagħha, jew fil-kompetenza
superjuri ċivili jew kummerċjali tagħha, jew bħala qorti ta’
ġurisdizzjoni volontarja, jew fil-kompetenza fi grad ta’ appell
inferjuri jew superjuri tagħha, kif ikun il-każ.
*Ara l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li parti minnu ġiet
imħollija barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-
Avviż Legali Nru. 142 ta’ l-1990.
