IRKANTATURI  ġ K AP. 342.    1
KAPITOLU 342
ATT DWAR L-IRKANTATURI
Biex jipprovdi għall-għoti ta’ liċenza lill-Irkantaturi u biex jirregola l-
irkantar.
1 ta’ Ġunju, 1991
L-ATT XXV ta’ l-1990, kif emendat bl-Atti VIII ta’ l-1990 u XXVII ta’ l-
2001. 
Titolu fil-qosor. 
Tifsir.
xort’oħra:
"irkantatur" tfisser persuna li tagħmel bejgħ b’irkant pubbliku
iżda ma tinkludix irkantatur ta’ annimali, inkluż ħut, kemm jekk
ħajjin kemm jekk mejta, ikel jew prodotti agrikoli;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-kummerċ u ħlief
għall-finijiet ta’ l-artikolu 3(2) u l-artikolu 5, tinkludi, sal-limitu ta’
l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata mill-Ministru f’dak
ir-rigward għal kull għan ta’ dan l-Att;
"oġġett antik" tfisser xogħol artistiku jew oġġett ta’ importanza
ġeoloġika, paleontoloġika, arkejoloġika jew antika u li mill-inqas
għaddew minn fuqu mitt sena;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti magħmulin bis-saħħa
ta’ dan l-Att.
Irkantaturi. 
jekk ikollu liċenza bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma għandhomx
japplikaw għal bejgħ b’irkant pubbliku li jsiru taħt l-awtorità  tal-
Qrati tal-Ġustizzja, il-Monti, jew kull istitut jew dipartiment
pubbliku ieħor awtorizzati mill-Ministru għal dak il-għan.
Liċenzi jinħarġu 
mill-Ministru. 
Emendat:
XXVII. 2001.33.
Kap. 441.
4. (1) Liċenza biex wieħed jagħmilha ta’ irkantatur tista’
tinħareġ mill-awtorità  regolatorja taħt l-Att dwar il-Liċenzi tal-
Kummerċ taħt dawk il-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti.
(2) Il-liċenzi jkunu validi għas-sena tal-ħruġ tagħhom u jistgħu
jiġġeddu għal perijodi ulterjuri ta’ sena kull wieħed li jkunu
jagħlqu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ tiġdid.
Setgħa biex isiru 
regolamenti.
5. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti għall-aħjar twettiq
tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u partikolarment jista’ jagħmel
regolamenti -
(a) li jirregolaw ix-xogħol ta’ l-irkantatur; 
(b) li jippreskrivu d-drittijiet li għandhom jintalbu għall-
għoti jew tiġdid ta’ liċenzi maħruġin lil irkantaturi;
(ċ) li jippreskrivu d-drittijiet jew rati ta’ kummissjoni li
  2      KAP. 342. ħ           IRKANTATURI
jistgħu jintalbu mill-irkantaturi;
(d) li jippreskrivu l-età  u kwalifiki oħrajn meħtieġa biex
wieħed ikun eliġibbli li jikseb liċenza bis-saħħa ta’
dan l-Att;
(e) li jippreskrivu r-reġistri, kotba, konteġġi u notamenti li
għandhom jinżammu minn irkantaturi, il-mod u l-
għamla kif dawk id-dokumenti għandhom jinżammu, u
li jipprovdu għall-ispezzjonijiet ta’ dawk id-
dokumenti;
(f) li jippreskrivu l-ħtiġijiet dwar avviżi ta’ irkanti;
(g) li jipprovdu għal ispezzjonijiet ta’ xi fondi wżati minn
irkantaturi għal jew in konnessjoni max-xogħol
tagħhom;
(h) li jippreskrivu d-dmirijiet ta’ irkantaturi u l-avviżi li
huma għandhom jagħmlu dwar xi oġġett antik li
għandu jinbiegħ b’irkant;
(i) li jippreskrivu kull ħaġa oħra li tista’ tkun meħtieġa
sabiex tagħti seħħ lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Reati u pieni. 
Emendat: 
VIII. 1990.3. 
6. Min jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew
xi regolament li jsir bis-saħħa tiegħu, jew li jikser xi kundizzjoni li
jkun hemm f’xi liċenza maħruġa bis-saħħa ta’ dan l-Att ikun ħati,
ħlief jekk l-att ikun jikkostitwixxi reat iktar serju taħt xi liġi oħra,
ta’ reat kontra dan l-Att u għandu għal kull reat jeħel meta jinstab
ħati mill-Qorti tal-Maġistrati, multa ta’ mhux inqas minn ħamsin
lira iżda ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira; u l-qorti tista’,
b’żieda ma’ dik il-piena, tordna s-sospensjoni jew ir-revoka ta’
liċenza mogħtija bis-saħħa ta’ dan l-Att jew li dak il-ħati jkun
temporanjament jew permanentement skwalifikat milli jkollu
liċenza bħal dik.
Responsabbiltà  ta’ 
l-irkantatur għal 
oġġetti mqegħdin 
fil-kustodja tiegħu.
7. Irkantatur ikun responsabbli għaż-żamma fiż-żgur u b’mod
xieraq ta’ kull oġġett li jitqiegħed fil-kustodja tiegħu għal bejgħ bl-
irkant, minn x’ħin jitqiegħed fil-kustodja tiegħu mill-bejjiegħ sa
x’ħin dan jinġabar minn għandu minn xerrej jew sa x’ħin jingħata
lura lill-bejjiegħ jekk jibqa’ ma jinbiegħx, u huwa għandu jagħmel
tajjeb għal kull ksur, ħsara jew telfien ta’ kull oġġett bħal dak li
jiġri filwaqt li l-oġġett ikun fil-kustodja ta’ l-irkantatur, jekk dak il-
ksur, dik il-ħsara jew dak it-telfien ikunu ġraw b’konsegwenza tat-
traskuraġni ta’ l-irkantatur, in-nuqqas ta’ ħsieb tiegħu, jew xi
ommissjoni tiegħu.
Responsabbiltà  ta’ 
l-irkantatur dwar 
id-deskrizzjoni ta’ 
oġġetti għall-bejgħ 
b’irkani.
8. (1) Irkantatur ikun responsabbli għall-korrettezza tal-
kontenut ta’ xi katalogu li jintuża għall-finijiet ta’ irkant u għall-
korrettezza ta’ xi deskrizzjoni ta’ l-oġġetti għall-bejgħ b’irkant li
huwa jista’ jagħti anki verbalment waqt irkant.
(2) Mingħajr preġudizzju għal kull responsabbiltà  ċivili jew
responsabbiltà  oħra ta’ l-irkantatur jekk fi żmien xahar minn l-
aħħar jum ta’ l-irkant oġġett mibjugħ fi rkant jinstab li ma jkunx
skond id-deskrizzjoni murija fil-katalogu jew mod ieħor mogħtija
mill-irkantatur, l-irkantatur għandu fuq talba tax-xerrej iħallas lura
lix-xerrej l-ammont sħiħ li jkun tħallas għall-oġġett flimkien ma’
IRKANTATURI  ġ K AP. 342.    3
kull dritt jew kummissjoni li setgħu tħallsu mix-xerrej. Azzjoni ta’
xerrej li jkun għamel talba lil irkantatur fiż-żmien imsemmi f’dan
is-subartikolu, biex jinforza d-drittijiet lilu mogħtija b’dan is-
subartikolu, trid tinġieb mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data
ta’ dik it-talba, liema żmien ma jkunx jista’ jiġi interrot jew sospiż.
Liġijiet oħra. 
jeżentaw lil xi persuna minn kull ħtieġa jew responsabbiltà  li
joħorġu bis-saħħa ta’ xi liġi oħra jew taħtha.
Riżerva.
dwar l-Irkantaturi* mad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att u kull persuna li
kienet qiegħda taħdem ma’ irkantatur kontinwament u
esklużivament fix-xogħol ta’ l-irkantar għal perijodu ta’ mill-inqas
ħames snin minnufih qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att għandu
jitqies li jkollu pussess ta’ liċenza bis-saħħa ta’ dan l-Att, u ħlief
jekk dik il-liċenza tiskadi f’data li tiġi qabel, għandha titqies li
tiskadi fil-31 ta’ Diċembru, 1990.
(2) L-artikolu 4 tal-Liġi dwar l-Irkantaturi* u t-Tariffa li tinsab
ma’ dik il-liġi għandhom, sakemm jiġu preskritti drittijiet ġodda
skond dan l-Att, jibqgħu japplikaw għal kull bejgħ b’irkant. 
*Imħassra b’dan l-Att.
