SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    1
KAPITOLU 343
ATT DWAR IS-SERVIZZI TA’ IMPIEG U TAĦRIĠ
Biex jipprovdi għal Awtorità  Nazzjonali tax-Xogħol, għat-twaqqif ta’ Korporazzjoni tax-
Xogħol u Taħriġ u biex jirregola servizzi ta’ impieg u ta’ taħriġ u ħwejjeġ konnessi u anċillari
għal hekk.
7 ta’ Awissu, 1990
5 ta’ Novembru, 1990
1 ta’ Jannar, 1996
L-ATT XXVIII ta’ l-1990, kif emendat bl-Atti: XIII u XV ta’ l-1995, u XVI ta’ l-1997.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
Taqsima I. Preliminari 1-2
Taqsima II. L-Awtorità  Nazzjonali tax-Xogħol 3-4
Taqsima III. Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ 5-17
Taqsima IV. Disposizzjonijiet Amministrattivi u Finanzjarji dwar
il-Korporazzjoni 18-22
Taqsima V. Aġenziji ta’ l-Impieg 23-25
Taqsima VI. Dokumentazzjoni dwar Ħaddiema 26-28
Taqsima VII. Apprendisti u Trainees 29-45
Taqsima VIII. Twettiq, Reati u Pieni 46-53
Taqsima IX. Mixxellanji 54-56
SKEDA
  2      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
TAQSIMA I
Preliminari
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar is-Servizzi
ta’ Impieg u Taħriġ.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tfissirx
xort’oħra -
"aġenzija ta’ l-impieg" jew "negozju ta’ l-impieg" tfisser kull
attività  imwettqa f’Malta għar-reklutaġġ ta’ persuni fl-impieg
f’Malta jew barra minn Malta;
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Nazzjonali tax-Xogħol imwaqqfa
bl-artikolu 3;
"Bord" tfisser il-Bord tal-Korporazzjoni;
"dipendenti" tfisser individwi dipendenti għall-manteniment
tagħhom, għal kollox jew fil-biċċa l-kbira, minn individwu u li tkun
rigward dak l-individwu - 
(i) jekk miżżewweġ jew miżżewġa - martu, żewġha,
uliedu jew uliedha, jew ulied martu jew żewġha
minn żwieġ ieħor, ulied uliedu jew ulied uliedha
jekk il-ġenituri tagħhom ikunu mejta;
(ii) jekk ma jkunx miżżewweġ jew ma tkunx
miżżewġa uliedu jew uliedha, missieru jew
missierha, jew ommu jew ommha, ħutu jew
ħutha li ma jkunux miżżewġin;
(iii) jekk ikun armel jew tkun armla - uliedu jew
uliedha, ulied uliedu jew ulied uliedha jew ulied
martu jew żewġha minn żwieġ ieħor, jekk il-
ġenituri tagħhom ikunu mejta;
"Direttur" tfisser id-Direttur tax-Xogħol u tinkludi kull uffiċjal
tad-Dipartiment tax-Xogħol li jkun awtorizzat mid-Direttur li
jaġixxi f’ismu;
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ
imwaqqfa bl-artikolu 5 u sa fejn ikun hekk awtorizzat tinkludi kull
uffiċjal tal-korporazzjoni awtorizzat minnha għal dan il-għan;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għax-xogħol u
tinkludi, sal-limitu ta’ l-awtorità  mogħtija, kull persuna awtorizzata
mill-imsemmi Ministru għal hekk għal xi għan ta’ dan l-Att;
"persuna" tinkludi korp ta’ persuni u kull enti morali stabbilit
b’liġi;
"Reġistru" tfisser ir-Reġistru msemmi fl-artikolu 11; 
"sena finanzjarja" tfisser il-perijodu ta’ tnax-il xahar li jagħlaq
fit-tletin ta’ Settembru ta’ kull sena:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja tal-Korporazzjoni għandha
tibda mal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u għandha tagħlaq fit-tletin ta’
Settembru tas-sena ta’ wara;
"tistabbilixxi" tfisser tistabbilixxi b’regolamenti magħmulin bis-
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    3
saħħa ta’ dan l-Att.
TAQSIMA II 
L-Awtorità  Nazzjonali tax-Xogħol
Awtorità  
Nazzjonali tax-
Xogħol.
3. (1) Il-President ta’ Malta għandu jaħtar Awtorità
Nazzjonali tax-Xogħol li tkun magħmula minn tliet persuni
indipendenti, tnejn oħra li fil-fehma tal-President jirrappreżentaw l-
interessi tal-prinċipali u tnejn oħra li fil-fehma tal-President
jirrappreżentaw l-interessi ta’ l-impjegati. F’dan l-artikolu l-kliem
"persuni indipendenti" ifissru persuni li la huma mpjegati tal-Gvern
u lanqas uffiċjali ta’ xi organizzazzjoni li tirrappreżenta prinċipali
jew impjegati.
(2) Il-President għandu jaħtar ukoll segretarju għal din l-
Awtorità .
(3) Wieħed mill-membri indipendenti ta’ l-Awtorità  għandu
jiġi maħtur mill-President bħala chairman u ieħor bħala deputy
chairman.
(4) Qabel ma jibda d-dmirijiet tiegħu, kull membru ta’ l-
Awtorità  għandu jieħu ġurament tal-kariga quddiem l-Avukat
Ġenerali fil-forma kif tinstab fl-Iskeda li hawn ma’ dan l-Att.
(5) Kull membru ta’ l-Awtorità  għandu jibqa’ fil-kariga għall-
perijodu ta’ sentejn u jekk ikun hekk kwalifikat jista’ jerġa’ jiġi
maħtur mill-ġdid fi tmiem il-perijodu tal-kariga tiegħu.
(6) Il-President jista jiffissa l-kumpens li għandu jitħallas lill-
membri ta’ l-Awtorità .
(7) Ebda membru ta’ l-Awtorità  ma jista’ jiġi mneħħi qabel ma
jispiċċa t-terminu tal-ħatra tiegħu ħlief mill-President fuq
riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati li titlob din it-tneħħija
minħabba mġieba ħażina ppruvata jew inabilità  ppruvata fil-qadi
tal-funzjonijiet ta’ l-uffiċċju tiegħu:
Iżda jekk il-Kamra tad-Deputati tkun xolta jew prorogata
jew aġġornata għal aktar minn erbatax-il ġurnata, il-President ikun
jista’ jissospendi kull membru mill-kariga minħabba mġieba ħażina
jew inabilità  fil-qadi tal-funzjonijiet ta’ l-uffiċċju tiegħu, iżda
b’dana li dik is-sospensjoni ma għandhiex tissokta aktar mill-
ewwel tliet seduti tal-Kamra tad-Deputati minnufih wara d-data ta’
dik is-sospensjoni.
(8) Il-quorum ta’ l-Awtorità  ikun ta’ tliet membri, li wieħed
minnhom ikun iċ-chairman jew id-deputy chairman.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (8), l-
Awtorità  ma tkunx skawlifikata mit-tmexxija tax-xogħol minħabba
xi vakanza fost il-membri tagħha.
(10) Sew id-Direttur u/jew kull persuna floku jkollhom il-jedd li
jkunu preżenti fis-seduti kollha ta’ l-Awtorità  u li jkunu mismugħin
fuq kull kwistjoni.
  4      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
(11) Il-proċeduri ta’ l-Awtorità  jistgħu jsiru in camera jekk l-
Awtorità  jidhrilha xieraq.
(12) Id-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità  għandhom jittieħdu
b’maġġoranza ta’ voti tal-membri preżenti. Iċ-chairman jew, fl-
assenza tiegħu, id-deputy chairman, għandu jkollu vot deċiżiv biss.
(13) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolamenti li jsiru bis-saħħa tiegħu, l-Awtorità  tirregola l-
proċedimenti tagħha.
Kap. 9.  (14) Għall-finijiet tad-disposizzjonijiet li ġejjin tal-Kodiċi
Kriminali, jiġifieri l-artikolu 91, l-artikoli 115, 119 u 120, l-artikoli
124 u 125, l-artikolu 133 u l-artikolu 138, il-membri ta’ l-Awtorità
għandhom jitqiesu uffiċjali pubbliċi.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
4. (1) Il-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  jkunu:
(a) li tissorvelja l-impieg u tinvestiga u taġġudika, b’dak
il-mod li tista’ tiddetermina, kull ilment li kull parti
interessata tista’ iġġib quddiemha dwar servizzi ta’
impiegi u taħriġ provduti mill-Korporazzjoni;
(b) li tisma’ appelli kif provdut f’dan l-Att; 
(ċ) li tagħti parir lill-Ministru fuq kull ħaġa li għandha
x’taqsam ma’ l-impieg u taħriġ ta’ ħaddiema, kemm
fuq talba tal-Ministru jew fuq inizjattiva tagħha, inkluż
li tagħmel proposti għal regolamenti għal dawk l-
għanijiet jew f’dawk iċ-ċirkostanzi li fil-fehma tal-
Ministru jew ta’ l-Awtorità  jkun meħtieġ jew
espedjenti li jsiru provvedimenti b’regolamenti;
(d) li tagħmel regoli bla ħsara għall-provvedimenti ta’ dan
l-Att:
(i) dwar iċ-ċirkostanzi li fihom persuna reġistrata
għall-impjieg tista’ titlef il-prijorità  biex tiġi
riferita għax-xogħol; u
(ii) li jipprovdu biex tiġi mogħtija konsiderazzjoni
speċjali lill-klassjiet determinati ta’ applikanti li
jkunu applikanti b’dipendenti, applikanti li
huma handikappati, morda jew inkapaċitati jew
applikanti li jinħtieġu rijabilitazzjoni fiżika jew
soċjali;
(e) dawk il-funzjonijiet l-oħra li huma jew jistgħu jiġu
assenjati lilha jew b’dan l-Att jew kull liġi oħra.
(2) Meta l-Awtorità  taġixxi bħala tribunal biex tisma’ appelli
kif provdut fil-paragrafu (b) tas-subartikolu preċedenti, il-
provvedimenti li ġejjin għandhom, bla ħsara għal provvedimenti ta’
kull regolamenti magħmula taħt l-artikolu 54, japplikaw:
(a) l-Awtorità  għandha tiċħad kull appell li ma jkunx ġie
magħmul bil-miktub fiż-żmien speċifikat fid-
disposizzjoni ta’ dan l-Att li tipprovdi għal dan l-
appell;
(b) iċ-chairman ta’ l-Awtorità  jew fl-assenza tiegħu id-
deputy chairman ikollu s-setgħa li jħarrek xhieda u li
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    5
jagħti ġurament lil kull xhud u li jordnalu jixhed jew
iġib kotba jew dokumenti oħra quddiem l-Awtorità ;
(ċ) taħrikiet għad-dehra ta’ xhieda għandhom ikunu
ffirmati miċ-chairman jew, fl-assenza tiegħu, mid-
deputy chairman, u jistgħu jiġu notifikati tant
personalment kemm bil-posta reġistrata, u f’dan l-
aħħar każ, għall-prova tan-notifika ikun biżżejjed
tipprova illi t-taħrika kienet indirizzata tajjeb u
impostata;
(d) kull min ikun imħarrek biex jidher u jixhed f’xi seduta
ta’ l-Awtorità  għandu jobdi t-taħrika notifikata lilu; u
kull min jirrifjuta jew jonqos bla raġuni suffiċjenti li
jidher fil-jum, ħin u post imsemmijin fit-taħrika lilu
notifikata jew li jwieġeb, mill-aħjar li jaf, il-
mistoqsijiet li jsirulu mill-Awtorità  jew bil-kunsens ta’
l-Awtorità , jew li jġib kotba jew dokumenti oħra
mitluba mill-Awtorità  biex jinġiebu quddiemha, ikun
ħati ta’ reat kontra dan l-Att:
Iżda ebda persuna li tixhed quddiem l-Awtorità
ma tista’ tkun mġiegħla li tinkrimina ruħha u din il-
persuna jkollha, dwar xiehda mogħtija minnha
quddiem l-Awtorità , il-jedd għall-privileġġi kollha illi
xhud li jixhed quddiem qorti għandu dwar xiehda
mogħtija minnu quddiem dik il-qorti;
(e) id-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità  dwar kull appell
magħmul taħt dan l-Att ikunu finali.
(3) L-Awtorità  għandha f’Jannar ta’ kull sena tagħmel rapport
tax-xogħol tagħha lill-Ministru u dan għandu jqiegħdu fuq il-Mejda
tal-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard mill-ewwel seduta li ssir
wara tletin jum minn dakinhar li jkun irċevih.
TAQSIMA III 
Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ
Twaqaif tal-
Korporazzjoni.
5. (1) Għandu jkun hemm Korporazzjoni ta’ Xogħol u
Taħriġ. 
(2) Il-Korporazzjoni għandha tkun enti morali li jkollu
personalità  ġuridika distinta u li jkun jista’ jidħol għal kuntratti,
jakkwista, iżomm u jiddisponi minn kull proprjetà  għall-finijiet tal-
funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att, iħarrek u jiġi mħarrek, u li
jagħmel dawk il-ħwejjeġ kollha u jidħol għal dawk it-
transazzjonijiet kollha li huma inċidentali jew li jwasslu għall-
eżerċizzju jew qadi ta’ xi funzjonijiet tiegħu taħt dan l-Att.
Tmexxija tax- 
xogħol tal-
Korporazzjoni. 
6. (1) Il-ħwejjeġ u xogħol tal-Korporazzjoni jkunu r-
responsabbiltà  ta’ u jitmexxew minn bord tad-diretturi li għandu
jkun magħruf bħala "il-Bord". Ir-rappreżentanza ġuridika tal-
Korporazzjoni tkun vestita fiċ-chairman jew f’kull direttur ieħor li
  6      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
l-Bord jista’ jaħtar b’riżoluzzjoni. Kull riżoluzzjoni bħal dik
għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta kemm jista’ jkun minnufih
wara l-approvazzjoni tagħha u ma għandhiex isseħħ qabel ma tiġi
hekk pubblikata.
(2) Il-Bord għandu jkun magħmul minn dak in-numru ta’
diretturi, li ma jkunx inqas minn sebgħa, kif il-Ministru jista’ minn
żmien għal żmien jaħtar. Tlieta mill-membri tal-Bord għandhom
ikunu maħtura, wara konsultazzjoni xierqa mal-ministri konċernati,
minn fost dawk il-persuni li l-aħjar jirrappreżentaw il-ministeri
responsabbli għax-xogħol, edukazzjoni u għall-industrija.
(3) Iċ-chairman tal-Bord u l-viċi chairman għandhom jinħatru
mill-Ministru minn fost il-membri tal-Bord.
(4) Meta ċ-chairman ikun assenti minn Malta jew għal xi
raġuni oħra, għal xi żmien, ma jkunx jista’ jwettaq il-funzjonijiet
tal-kariga tiegħu, jew meta l-kariga ta’ chairman tkun għal xi
żmien vakanti, il-viċi chairman jaġixxi ta’ chairman.
(5) Iċ-chairman u d-diretturi l-oħrajn jinħatru ta’ kull sena u
joqogħdu fil-kariga b’dawk it-termini u kondizzjonijiet li l-
Ministru jista’ jqis li jkunu xierqa; u huma jkunu eliġibbli għall-
ħatra mill-ġdid.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att u għal
kull direttiva tal-Bord, it-tmexxija esekuttiva u l-amministrazzjoni
u l-organizzazzjoni tal-Korporazzjoni, u l-kontroll amministrattiv
ta’ l-uffiċjali u impjegati tagħha, ikun responsabbli għalihom iċ-
chief executive tal-Korporazzjoni li jkollu wkoll kull setgħa oħra li
tista’ minn żmien għal żmien tiġi lilu delegata mill-Bord. Iċ-chief
executive ikollu d-dritt li jattendi l-laqgħat kollha tal-Bord u li
jsemma’ leħnu fihom. Iżda huwa ma jkunx jista’ jivvota u anqas ma
jitqies għall-finijiet ta’ quorum.
(7) Id-disposizzonijiet ta’ l-artikolu 3(14) għandhom mutatis
mutandis japplikaw għall-Korporazzjoni, iċ-chief executive u
mpjegati oħra tal-Korporazzjoni.
Skwalifika mill-
ħatra, tneħħija u 
riżenja ta’ diretturi.
7. (1) Persuna ma tkunx kwalifikata li tinħatar, jew li tokkupa
l-kariga ta’ membru tal-Bord jekk - 
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati; jew 
(b) tkun legalment inkapaċitata; jew
(ċ) tkun ġiet dikjarata falluta jew tkun għamlet
kompożizzjoni jew ftehim mal-kredituri tagħha; jew
(d) tkun instabet ħatja ta’ reat li għandu x’jaqsam mal-
fiduċja pubblika jew serq jew frodi jew riċettazzjoni
ta’ oġġetti miksubin b’serq jew bi frodi.
(2) Membru tal-Bord jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu mill-
Ministru għar-raġuni li jkun inkapaċi li jwettaq il-funzjonijiet tal-
kariga tiegħu, sew jekk minħabba f’mard tal-moħħ jew tal-ġisem,
jew għal kull raġuni oħra, jew minħabba fi mġieba ħażina.
(3) Membru tal-Bord jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu
permezz ta’ ittra lill-Ministru.
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    7
Laqgħat tal-Bord 
tad-diretturi. 
8. (1) Il-Bord għandu jiltaqa’ daqstant drabi kemm ikun
meħtieġ jew spedjenti, iżda f’ebda każ inqas minn darba kull tliet
xhur. Il-laqgħat jissejħu miċ-chairman jew fuq inizjattiva personali
tiegħu jew wara li ssirlu talba minn tnejn mill-membri l-oħra.
(2) Il-Bord ma għandux jiffunzjona ħlief meta jkun hemm
preżenti quorum ta’ mhux inqas minn nofs in-numru ta’ membri. 
(3) Il-laqgħat tal-Bord għandhom jiġu preseduti miċ-chairman
jew, fl-assenza tiegħu, mill-viċi chairman.
(4)Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu b’maġġoranza
tal-voti tal-membri preżenti u votanti; u fil-każ li l-voti jiġu ndaqs
iċ-chairman, jew fl-assenza tiegħu l-viċi chairman, ikollu dritt
jerġa’ jivvota għat-tieni darba.
(5) Kull vakanza fost il-membri tal-Bord u kull parteċipazzjoni
fil-Bord minn xi persuna li ma tkunx intitolata għal hekk ma
għandhomx jinvalidaw il-proċedimenti ta’ l-imsemmi Bord.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Bord jista’
jirregola l-proċeduri tiegħu stess.
Status tal-
Korporazzjoni.
9. (1) Il-Korporazzjoni għandu jkollha dawk il-funzjonijiet
kif stabbiliti b’dan l-Att u dawk il-funzjonijiet oħra li jistgħu
jiddevolvu fuqha taħt kull liġi oħra, jew kif jista’ jiġi assenjat lilha
mill-Ministru.
(2) Il-Korporazzjoni għandha tikkonsidra kull ħaġa li għandha
x’taqsam mat-tfassil ta’ policy ġenerali nazzjonali dwar xogħol u
taħriġ u kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ xi waħda mill-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, u l-Korporazzjoni tista’ wkoll
tagħti pariri lil kull dipartiment tal-Gvern fuq dawn il-ħwejjeġ.
(3) Il-Korporazzjoni għandha tagħti lill-Ministru dawk il-
faċilitajiet meħtieġa biex jikseb tagħrif dwar il-proprjetà  u l-ħidma
tal-Korporazzjoni, u tfornih bil-prospetti, kontijiet u tagħrif ieħor
dwar l-istess, u tagħtih dawk il-faċilitajiet meħtieġa għall-verifika
tat-tagħrif mogħti b’dak il-mod, u f’dawk iż-żminijiet li jista’
jeħtieġ.
(4) Il-Ministru jista’, wara li jikkonsulta mal-Korporazzjoni,
jagħti lill-Korporazzjoni dawk id-direttivi bil-miktub li jista’ jqis
xieraq, li jkunu direttivi ta’ natura ġenerali mhux inkonsistenti
mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u l-Korporazzjoni għandha
tikkonforma ruħha ma’ dawk id-direttivi.
(5) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, jew fi
kwalunkwe ħaġa jew ħidma oħra, il-Korporazzjoni għandha
tikkonforma l-policies u l-ħidma tagħha ma’ l-iskopijiet u objettivi
ta’ l-ippjanar ekonomiku nazzjonali li jkun fis-seħħ minn żmien
għal żmien.
(6) Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru,
teżerċita l-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att permezz ta’ l-aġenzija
ta’ persuni oħra, u tista’ taġixxi bħala aġent jew xort’oħra f’isem
persuni oħra.
  8      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
Funzjonijiet tal-
Korporazzjoni 
dwar servizz ta’ l-
impiegi. 
10. Dwar l-impiegi, il-Korporazzjoni għandu jkollha dawn il-
funzjonijiet:
(a) ġeneralment biex tipprovdi u tħaddem servizz ta’ l-
impiegi, biex tgħin persuni biex isibu mpiegi xierqa u
biex tgħin lill-prinċipali biex isibu mpjegati xierqa; u
(b) partikolarment -
(i) biex tirreġistra persuni li jkunu qegħdin ifittxu
impieg fir-Reġistru, u tieħu notament tal-
kwalifiki, esperjenza, kapaċitajiet,
disposizzjonijiet u xewqat tagħhom, flimkien
ma’ kull dettal ieħor li jista’ jitqies meħtieġ jew
spedjenti;
(ii) biex tintervista lil dawk il-persuni u tistma, jekk
meħtieġ, il-kapaċità  tagħhom fiżika u dwar ix-
xorta ta’ l-impieg;
(iii) biex tgħin persuni li jkunu qegħdin ifittxu
impieg billi meta jkun xieraq, tiggwida u tagħti
pariri dwar l-għażla ta’ impieg, u t-taħriġ mill-
ġdid li jista’ jinħtieġ;
(iv) biex tikseb mingħand il-prinċipali tagħrif dwar
postijiet battala u dwar il-kwalitajiet li jinħtieġ
ikollhom l-impjegati li jkunu jridu;
(v) biex tirriferi persuni li jkollhom il-kapaċitajiet,
id-disposizzjonijiet u s-saħħa fiżika meħtieġa
għall-impieg li jkun hemm;
(vi) biex tiġbor u tifli bir-reqqa tagħrif dwar is-
sitwazzjoni ġenerali tax-xogħol u kif aktarx
titbiddel. 
Reġistru ta’ 
persuni li jkunu 
qegħdin ifittxu 
impieg.
11. (1) Il-Korporazzjoni għandha żżomm Reġistru ta’ dawk il-
persuni li jkunu qegħdin ifittxu impieg.
(2) Ir-Reġistru għandu jkun jikkonsisti fi tliet taqsimiet
separati: l-Ewwel Taqsima, għar-reġistrazzjoni ta’ persuni
disokkupati; it-Tieni Taqsima, għar-reġistrazzjoni ta’ persuni li,
mingħajr raġuni tajba u suffiċjenti, jitterminaw l-impieg jew jiċħdu
opportunità  ta’ impieg jew taħriġ; u t-Tielet Taqsima għal persuni li
jkunu qegħdin jaħdmu bi qligħ u jkunu qegħdin ifittxu impieg
alternattiv kif ukoll għal kull kategorija oħra ta’ persuni u għanijiet
li jistgħu jiġu stabbiliti wara li tiġi konsultata l-Awtorità .
(3) Għalbiex jiġi stabbilit it-tul ta’ reġistrazzjoni f’waħda mit-
taqsimiet tar-Reġistru, ebda każ ma għandu jittieħed dwar il-
perijodu ta’ reġistrazzjoni f’xi taqsima oħra.
(4) Kull min jikkwalifika biex jiġi reġistrat jista’ jmur biex jiġi
reġistrat taħt it-taqsima xierqa tar-Reġistru.
Reġistrazzjoni għal 
impieg.
12. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
regolament magħmul bis-saħħa tiegħu, ir-reġistrazzjoni ta’ persuni
li jkunu qed ifittxu impieg għandha ssir b’dak il-mod u skond dawk
il-formalitajiet u kundizzjonijiet li l-Korporazzjoni tista’
tiddeċiedi.
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    9
(2) Fiż-żmien ta’ l-ewwel reġistrazzjoni għal impieg u f’kull
żmien waqt il-perijodu ta’ validità  tar-reġistrazzjoni, il-
Korporazzjoni tista’ titlob lill-persuna li tkun qed tfittex ix-xogħol
biex tagħti tagħrif jew tipproduċi dokumenti fil-pussess jew
kontroll tagħha dwar id-data tat-twelid tagħha, impiegi li kellha
qabel, dipendenti, esperjenza, kwalifiki u ħwejjeġ oħra rilevanti
għar-reġistrazzjoni tagħha.
(3) Jekk persuna tonqos milli tagħti xi tagħrif meħtieġ minnha
taħt is-subartikolu (2), dik il-persuna għandha titlef id-dritt ta’
reġistrazzjoni tagħha taħt dan l-artikolu jew li tiġi riferita għall-
impieg taħt l-artikolu 13, u għandha tiġi notifikata b’dan bil-
miktub.
(4) Kull persuna li tħossha aggravata b’deċiżjoni tal-
Korporazzjoni taħt dan l-artikolu tista’, fi żmien ħmistax-il jum
min-notifika ta’ dik id-deċiżjoni, tappella lill-Awtorità .
Riferiment ta’ 
persuni għal 
impieg. 
Emendat: 
XIII.1995.2.
13. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan l-Att, u bla ħsara għal kull regolamenti magħmulin bis-saħħa
tiegħu, fl-għażla ta’ persuni biex jiġu riferiti lill-prinċipali, il-
Korporazzjoni għandha tkun immexxija mill-prinċipji li ġejjin,
jiġifieri:
(a) meta jinħtieġu mpjegati b’ebda kapaċità , tagħlim jew
esperjenza speċjali, għandu jittieħed każ ta’ -
(i) il-ħtiġijiet tal-prinċipali dwar l-età , l-impieg ta’
qabel u fatturi oħra rilevanti għall-kwalità  ta’
impieg meħtieġ;
(ii) it-tul tar-reġistrazzjoni għall-impieg;
(b) meta jinħtieġu mpjegati b’kapaċità , tagħlim,
esperjenza jew kwalifiki speċjali, għandu jittieħed każ
ta’- 
(i) il-persuni li jaqdu l-aħjar il-ħtiġijiet tal-
prinċipali; 
(ii) fost persuni illi huma kunsidrati tajbin xorta
waħda fost l-aħjar li jistgħu jintbagħtu, it-tul ta’
reġistrazzjoni għall-impieg:
Iżda meta tirreferi persuna għal impieg, il-Korporazzjoni
għandha tagħti preferenza lill-persuni reġistrati fl-Ewwel Taqsima
fuq dawk reġistrati fit-Tieni Taqsima u fit-Tielet Taqsima tar-
Reġistru.
(2) Meta persuna li tkun reġistrata għal impieg tirrifjuta,
mingħajr raġuni tajba u biżżejjed, li tilqa’ xi opportunità  xierqa ta’
impieg jew taħriġ li tkun offerta lilha mill-Korporazzjoni, hija titlef
il-preċedenza tagħha għal riferiment għal impieg u tiġi avżata
b’dan bil-miktub.
(3) Kull persuna li tħossha aggravata b’deċiżjoni tal-
Korporazzjoni taħt dan l-artikolu, tista’, fi żmien ħmistax-il jum
min-notifika ta’ dik id-deċiżjoni, tappella lill-Awtorità .
  10      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
Avviż dwar 
vakanzi u l-mili 
tagħhom. 
14. (1) Meta jagħmel talba lill-Korporazzjoni biex jiġu riferuti
mpjegati, il-prinċipal għandu jispeċifika l-kapaċità , l-esperjenza u
kwalifiki oħra, jekk ikun hemm, ta’ l-impjegati li jkollu bżonn, il-
kundizzjonijiet ta’ impieg li joffri u n-numru ta’ persuni li
għandhom jiġu riferiti lilu biex possibilment jiġu mpjegati, iżda
b’mod li l-prinċipal ma jkollu ebda jedd li jsemmi persuni
ndividwali meta jagħmel it-talba tiegħu lill-Korporazzjoni.
(2) Fir-riferiment ta’ persuni għall-impieg, il-Korporazzjoni
għandha tfittex li taqdi l-ħtiġijiet tal-prinċipal kemm jista’ jkun
mingħajr dewmien. Il-prinċipal ikollu l-jedd li jirrifjuta kull
applikant mibgħut mill-Korporazzjoni.
Dħul ta’ impjegati 
mal-Gvern u ma’ 
korpi u kumpanniji 
tal-Gvern jew 
kontrollati minnu.
15. (1) L-impjegati kollha meħtieġa mill-Gvern ta’ Malta li
ma jkunux fis-servizz tiegħu jew minn xi enti morali jew soċjetà
msemmijin fl-artikolu 110(6) tal-Kostituzzjoni, kemm jekk ikunu,
f’kull każ, impjegati b’kuntratt għal żmien speċifikat jew għal
żmien mhux speċifikat, salv dak li hemm provdut fil-Kostituzzjoni
u fis-subartikoli (2) u (3) ta’ dan l-artikolu, għandhom jiġu reklutati
permezz tas-servizz ta’ l-impiegi provdut mill-Korporazzjoni.
(2) Meta r-reklutaġġ ta’ impjegati mill-Gvern jew minn xi
prinċipal ieħor li għalihom jirreferi s-subartikolu (1) ikollu
x’jaqsam ma’ l-impieg ta’ - 
(i) persuni li jkunu meħtieġa biex jimlew postijiet,
fuq bażi ta’ kuntratt għal żmien speċifikat li
jirrikjedu xi fiduċja speċjali jew postijiet li
jirrikjedu kwalifiki akkademiċi jew
professjonali; jew
(ii) persuni mpjegati minn barra minn Malta, 
il-Korporazzjoni tista’ tagħmel jew tawtorizza r-reklutaġġ ta’
impjegati jew billi jsir riferiment minnha, jew b’mod ieħor taħt
dawk il-kundizzjonijiet jew b’dak il-mod kif il-Korporazzjoni tista’
tqis li jkun xieraq.
 (3) Taħt dawk iċ-ċirkostanzi u dwar dawk il-vakanzi, li jistgħu
jiġu stabbiliti, il-Korporazzjoni għandha tirreferi għall-impieg ma’
xi prinċipal kif hemm imsemmi fis-subartikolu (1), bi preferenza
ta’ xi persuna oħra, persuni li, fi żmien it-tliet xhur li jiġu minnufih
qabel dak ir-riferiment, ikunu intbagħtu bħala żejda minn dak l-
impieg kif jista’ jiġi stabbilit.
(4) Jekk wara talba għall-impjegati magħmula lill-
Korporazzjoni minn dipartiment tal-Gvern jew minn kull prinċipal
ieħor kif hemm imsemmi fis-subartikolu (1), il-Korporazzjoni ma
tistax tibgħat applikanti xierqa, id-dipartiment jew il-prinċipal l-
ieħor jistgħu jirreklutaw l-impjegati meħtieġa bis-saħħa ta’ dawk l-
arranġamenti oħra li l-Korporazzjoni tista’ f’kull każ jew klassi ta’
każijiet.
(5) Dipartiment tal-Gvern jew prinċipal ieħor kif hemm
imsemmi fis-subartikolu (1), li jirrifjutaw applikant mibgħut mill-
Korporazzjoni għandhom jispeċifikaw bil-miktub ir-raġuni tar-
rifjut tagħhom. Meta f’xi każ, il-Korporazzjoni, wara l-
investigazzjonijiet meħtieġa, tkun sodisfatta li dipartiment jew
prinċipal ikunu rrifjutaw applikant mingħajr kawża ġusta, hija tista’
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    11
tordna lil dak id-dipartiment jew prinċipal partikolari li jagħtu
impieg lill-istess applikant f’dak il-post li għalih ikun
oriġinarjament intbagħat mill-Korporazzjoni.
(6) Kull persuna li - 
(a) tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu; jew
(b) tagħmel preferenzi favur xi persuna, jew tiddiskrimina
kontriha, għall-impieg tagħha ma’ xi prinċipal
imsemmi fis-subartikolu (1) minħabba fir-razza, kulur,
sess, twemmin jew minħabba l-fehmiet jew
assoċjazzjonijiet oħra tagħha politiċi jew ta’ partit, 
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Funzjonijiet tal-
Korporazzjoni 
dwar it-taħriġ. 
16. (1) Dwar it-taħriġ, il-Korporazzjoni għandu jkollha dawn
il-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ jew skemi oħra biex
tgħin persuni li jixtiequ jħejju ruħhom sewwa għal
ħidma bi qliegħ, jew li jixtiequ jtejjbu jew jaġġornaw
ix-xorta tat-tagħrif u tas-sengħa tagħhom għall-istess
skop;
(b) li tikseb tagħrif mingħand il-prinċipali dwar in-numru,
il-livell edukattiv, is-snajja’ u l-ħila ta’ persuni li
huma jistgħu jeħtieġu għall-impieg fi żmien qasir kif
ukoll fi żmien iktar twil;
(ċ) li tasal f’arranġamenti mal-prinċipali msemmijin, jew
ma’ kull persuna oħra, sabiex tapprovalu l-korsijiet ta’
taħriġ jew skemi oħra maħsubin b’dan l-artikolu.
(2) Ir-riferenza f’dan l-artikolu dwar il-provvediment ta’
korsijiet ta’ taħriġ jew skemi oħra għandha tiftiehem li tinkludi
riferenza għal ħlasijiet lil min jattendi xi kors jew skema bħal
dawn, f’Malta jew barra minn Malta, dwar spejjeż għall-ivvjaġġar,
għall-provvediment lil dawn il-persuni ta’ akkomodazzjoni
residenzjali u għall-provvediment ta’ kull faċilità  jew servizz ieħor
li għandu x’jaqsam ma’ dan kollu.
Setgħat tal-
Korporazzjoni 
dwar it-taħriġ.
17. (1) Bil-għan li jiġi nkoraġġit taħriġ xieraq permezz ta’
korsijiet jew skemi oħra maħsubin bl-artikolu 16, il-Korporazzjoni
tista’ - 
(a) tipprovdi jew tassigura l-provvediment ta’ dawk il-
korsijiet jew skemi oħra skond ma tista’ tqis xieraq,
filwaqt li tagħti każ ta’ kull kors jew skema oħra li
jkunu disponibbli;
(b) tapprova dawk il-korsijiet u skemi provduti minn
persuni oħra;
(ċ) minn żmien għal żmien tikkunsidra dawk l-impiegi li
jidhru li jeħtieġu konsiderazzjoni u tippubblika
rakkomandazzjonijiet dwar ix-xorta u t-tul ta’ taħriġ
għal kull impieg bħal dak, kull tagħlim ieħor li jista’
jinħtieġ flimkien mat-taħriġ, il-persuni minn min, u lil
min, it-taħriġ għandu jingħata, il-livelli li għandhom
  12      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
jinkisbu b’riżultat tat-taħriġ u l-metodi ta’ aċċertament
dwar il-ksib ta’ dawk il-livelli;
(d) tagħmel arranġamenti biex isiru eżamijiet għall-għażla
u eżamijiet jew metodi oħra għall-aċċertament ta’ ksib
ta’ livelli rakkomandati minnha u tista’ tagħti
ċertifikati dwar il-ksib ta’ dawk il-livelli;
(e) tassisti kull persuna fit-tfittxija ta’ faċilitajiet għat-
taħriġ tagħha meta hi ma tkunx tista’ tipprovdi dak it-
taħriġ;
(f) twettaq jew tassisti persuni oħra li jagħmlu riċerka
f’kull ħaġa li għandha x’taqsam mat-taħriġ.
(2) Il-Korporazzjoni tista’ tagħmel kuntratti ta’ servizz jew
apprendistat ma’ kull persuna li tkun bi ħsiebha tattendi korsijiet
jew tivvantaġġa ruħha minn xi skema oħra provduta mill-
Korporazzjoni.
(3) Il-Korporazzjoni tista’ -
(a) fuq talba ta’ l-Awtorità  tagħti kull parir ieħor, u
tipprovdi dawk il-korsijiet u skemi għal taħriġ oħra,
kif ikun hemm imsemmi fit-talba;
(b) fuq talba tal-prinċipal tagħti parir dwar taħriġ li
għandu x’jaqsam ma’ l-attivitajiet tiegħu;
(ċ) tagħmel kull ftehim ma’ prinċipali dwar il-ħlasijiet li
jsiru minnhom lill-Korporazzjoni dwar it-twettiq ta’ xi
waħda mill-funzjonijiet ta’ l-istess Korporazzjoni.
(4) Il-Korporazzjoni tista’ - 
(a) tagħmel għotjiet jew tagħti self lil persuni li jipprovdu
korsijiet jew skemi oħra approvati mill-Korporazzjoni; 
(b) tħallas drittijiet lil persuni li jipprovdu tagħlim
ulterjuri lil dawk il-persuni li jibqgħu jitgħallmu
filwaqt li jitħarrġu f’korsijiet jew skemi oħra provduti
jew approvati mill-Korporazjoni;
(ċ) tħallas lil persuni in konnessjoni ma’ arranġamenti li
bihom sew huma sew l-impjegati tagħhom ikunu
jistgħu jidħlu għal korsijiet jew skemi oħra provduti
jew approvati mill-Korporazzjoni.
TAQSIMA IV 
Disposizzjonijiet Amministrattivi u Finanzjarji dwar il-
Korporazzjoni
Impjegati tal-
Korporazzjoni. 
18. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni ta’
Malta u ta’ kull liġi oħra li tapplika għal dan, magħdud dan l-Att,
il-Korporazzjoni, bi ftehim mal-Ministru, tista’ taħtar dawk l-
uffiċjali u impjegati oħra taħt dawk it-termini u l-kundizzjonijiet
ta’ impieg li l-Korporazzjoni tista’, minn żmien għal żmien,
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    13
tiddetermina.
(2) Uffiċjali pubbliċi li jkunu sekondati sabiex jaqdu dmirijiet
mal-Korporazzjoni għandhom jaqgħu taħt l-awtorità
amministrattiva u l-kontroll tal-Korporazzjoni, iżda għandhom għal
kull fini u għan ieħor jibqgħu u jitqiesu u jiġu trattati bħala uffiċjali
pubbliċi.
Kapital u dħul tal-
Korporazzjoni.
19. (1) Il-Korporazzjoni għandha tiġi mogħtija kapital inizjali
ta’ mitejn u ħamsin elf lira li għandu jitħallas mill-Gvern mill-Fond
Konsolidat, bla ħtieġa ta’ ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att,
b’ordni maħruġ taħt il-firma tal-Ministru responsabbli għall-finanzi
li jawtorizza lill-Accountant General li jagħmel dak il-ħlas.
(2) Wara dan il-Korporazzjoni għandha titħallas mill-Fond
Konsolidat dawk l-ammonti li l-Kamra tista’ tapprova kif hawn
provdut aktar ’il quddiem:
Iżda għar-rigward tal-funzjonijiet tagħha, ħlief dawk li
għandhom x’jaqsmu mal-funzjoni tagħha bħala servizz ta’ impiegi
għall-finijiet ta’ l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni, xejn f’dan l-Att
ma għandu jwaqqaf lill-Korporazzjoni milli tidħol għal
arranġamenti biex iġġib parti mill-fondi tagħha minn sorsi li ma
jkunux fondi pubbliċi.
(3) Il-Korporazzjoni għandha tieħu ħsieb tħejji kull sena
finanzjarja, u għandha mhux iktar tard minn sitt ġimgħat qabel ma
tgħaddi kull sena bħal dik tadotta, estimi tad-dħul u nfieq tal-
Korporazzjoni għas-sena finanzjarja li taħbat minnufih wara.
(4) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandu jkun
fihom dak it-tagħrif u dawk il-paraguni mas-snin ta’ qabel kif il-
Ministru jista’ jordna.
(5) Il-Korporazzjoni għandha fl-istess terminu ta’ żmien
imsemmi fis-subartikolu (3), tħejji rapport dwar l-attivitajiet tagħha
matul dik is-sena, li jkun fih dak it-tagħrif dwar il-funzjonijiet u
attivitajiet tal-Korporazzjoni kif il-Ministru jista’ minn żmien għal
żmien jordna.
(6) Kopja ta’ l-estimi tal-Korporazzjoni, flimkien ma’ kopja
tar-rapport, għandhom, malli jiġu adottati mill-Bord, jintbagħtu
lill-Ministru.
(7) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità , iżda mhux
iktar tard minn erba’ ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi
u tar-rapport tal-Korporazzjoni jew, jekk f’dak iż-żmien il-Kamra
ma tkunx qed tiltaqa’, fi żmien erba’ ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni
li tiġi minnufih wara, jieħu ħsieb li dawk l-estimi u dak ir-rapport
jitqiegħdu quddiem il-Kamra flimkien ma’ mozzjoni li l-Kamra
tapprova l-imsemmija estimi. Għandha tingħata mhux anqas minn
seduta waħda biex il-Kamra tiddiskuti dik il-mozzjoni; u kemm dik
il-mozzjoni kif ukoll l-approvazzjoni ta’ l-estimi mill-Kamra
jistgħu jkunu b’emendi għall-estimi jew mingħajr emendi.
(8) Ma jista’ jsir ebda nfieq mill-Korporazzjoni kemm-il darba
ma jkunux approvati mill-Kamra:
Iżda -
  14      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
(a) sakemm igħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja jew sakemm ikun hemm l-approvazzjoni
ta’ l-estimi għal dik is-sena, il-Korporazzjoni tista’
tagħmel infieq biex taqdi l-funzjonijiet tagħha skond
dan l-Att ta’ mhux iktar b’kollox minn nofs l-ammont
approvat mill-Kamra għas-sena finanzjarja ta’ qabel;
(b) infieq approvat dwar kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, isir dwar kap jew
sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) jekk dwar xi sena finanzjarja jinstab li l-ammont
approvat mill-Kamra ma jkunx biżżejjed jew tinqala’
l-ħtieġa għal infieq li ma jkunx provdut għalih fl-
estimi, il-Korporazzjoni tista’ taddotta estimi
supplimentari għall-approvazzjoni tal-Kamra u,
sakemm tingħata dik l-approvazzjoni iżda bil-
kundizzjoni li din tingħata, il-Korporazzjoni tista’
f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvazzjoni tal-Ministru
tagħmel l-infieq relattiv; u d-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att applikabbli għall-estimi għandhom sa fejn ikun
prattikabbli japplikaw għal estimi supplimentari:
Iżda wkoll li għar-rigward ta’ l-ewwel sena
finanzjarja tal-Korporazzjoni, dan l-artikolu għandu
japplika daqslikieku kien jeħtieġ li l-Korporazzjoni
taddotta estimi għal dik is-sena mhux aktar tard minn
tnax-il ġimgħa wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu u
daqslikieku l-infieq kollu li jista’ jsir mill-
Korporazzjoni qabel l-approvazzjoni ta’ l-estimi mill-
Kamra ma għandhomx jeċċedu nofs l-ammont muri
f’dawk l-estimi.
(9) L-estimi u l-estimi supplimentari kollha approvati mill-
Kamra għandhom, malajr kemm jista’ jkun, jiġu pubblikati fil-
Gazzetta.
Kontijiet u 
verifika.
Emendat:
XVI. 1997.8.
20. (1) Il-Korporazzjoni għandha tieħu ħsieb li żżomm
kontijiet xierqa u records oħra dwar ix-xogħol tagħha, u għandha
tieħu ħsieb li tħejji prospett ta’ kontijiet dwar kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet tal-Korporazzjoni għandhom jiġu verifikati
minn uditur jew udituri nominati minnha u approvati mill-Ministru: 
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jeħtieġ li l-
kotba u l-kontijiet tal-Korporazzjoni jiġu verifikati jew eżaminati
mill-Awditur Ġenerali li għal dan il-għan ikollu s-setgħa li jagħmel
kull verifika fiżika u l-verifiki l-oħra, u jista’ jitlob dik l-
informazzjoni, li jidhirlu meħtieġa.
(3) Wara li tispiċċa kull sena finanzjarja, u fl-istess data li fiha
l-estimi tal-Korporazzjoni jintbagħtu lill-Ministru skond l-artikolu
19, il-Korporazzjoni għandha tieħu ħsieb li kopja tal-prospett tal-
kontijiet verifikati kif imiss tintbagħat lill-Ministru flimkien ma’
kopja ta’ kull rapport magħmul mill-uditur jew mill-udituri fuq dak
il-prospett jew il-kontijiet tal-Korporazzjoni.
(4) Il-Ministru għandu jieħu ħsieb li kopja ta’ kull prospett u
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    15
rapport bħal dawk jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati
flimkien mal-mozzjoni mqiegħda quddiem il-Kamra skond l-
artikolu 19.
Setgħa li tissellef 
kapital.
21. (1) Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub
tal-Ministru mogħtija wara li jkun ikkonsulta mal-Ministru
responsabbli għal finanzi, tissellef flus b’dak il-mod, minn dik il-
persuna, korp jew awtorità , taħt dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet u
b’dik il-garanzija li tista’ tqis xierqa, għal xi wieħed jew aktar mill-
għanijiet li ġejjin:
(a) it-twettiq tal-funzjonijiet tal-Korporazzjoni taħt dan l-
Att;
(b) kull infieq ieħor li jista’ jiġi addebitat lill-kont
kapitali. 
(2) Il-Korporazzjoni tista’ wkoll minn żmien għal ieħor,
tissellef permezz ta’ overdraft jew b’mod ieħor, għal perijodi li ma
jeċċedux tnax-il xahar, dawk l-ammonti li tista’ tinħtieġ biex
twettaq il-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att:
Iżda tkun meħtieġa l-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru
għal kull ammont li jeċċedi l-mitejn elf lira.
(3) Meta jkun meħtieġ li l-Korporazzjoni tieħu b’self mingħand
il-Gvern xi ammonti li jkollha bżonn biex twettaq il-funzjonijiet
tagħha taħt dan l-Att, il-Ministru responsabbli għal finanzi jista’,
wara li jikkonsulta mal-Ministru, b’ordni taħt il-firma tiegħu u bla
ħtieġa ta’ ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, jawtorizza lill-
Accountant General li jsellef lill-Korporazzjoni jew minn xi self
miftiehem jew magħmul għal dak l-għan jew mill-Fond Konsolidat;
u dak is-self għandu jsir taħt dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet li l-
Ministru responsabbli għal finanzi jista’ jordna.
(4) Il-Ministru responsabbli għal finanzi jista’, għal kull ħtieġa
tal-Korporazzjoni ta’ natura kapitali, jissellef flus, jew jidħol
f’obbligi, għal dak iż-żmien u taħt dawk il-pattijiet u
kundizzjonijiet kif hu jista’ jidhirlu xierqa; u kull ammont dovut
dwar jew in konnessjoni ma’ kull self jew obbligu bħal dan ikun piż
fuq il-Fond Konsolidat.
(5) Avviż dwar self jew obbligi li jkunu magħmula jew li l-
Korporazzjoni tkun daħlet għalihom skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-artikolu, għandu jingħata mill-Ministru lill-Kamra
tad-Deputati malajr kemm jista’ jkun.
Eżenzjoni minn 
ċerti taxxi u dazji. 
Sostitwit: 
XV.1995.9.
22. Il-Korporazzjoni għandha tkun eżenta minn kull
responsabbiltà  għall-ħlas ta’ taxxa fuq l-income u taxxa fuq
dokumenti taħt kull liġi li fiż-żmien tkun fis-seħħ.
  16      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
TAQSIMA V 
Aġenziji ta’ l-Impieg
Liċenza għal 
aġenziji u negozji 
ta’ l-impieg.
23. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-
Taqsima III ta’ dan l-Att, ħadd ma jista’ jmexxi aġenzija ta’ l-
impieg jew negozju ta’ l-impieg ħlief jekk ikollu liċenza valida
maħruġa lilu mid-Direttur bis-saħħa ta’ dan l-artikolu li tkun
tawtorizzah li jmexxi dik l-aġenzija jew dak in-negozju f’dak il-
fond li jiġi hekk speċifikat fil-liċenza.
(2) Min japplika għal liċenza taħt dan l-artikolu għandu, mhux
inqas minn wieħed u għoxrin jum qabel ma japplika - 
(i) juri avviż ta’ l-applikazzjoni tiegħu f’imkien
fejn ikun jista’ jinqara konvenjentement mill-
pubbliku fi jew ħdejn il-fond fejn l-aġenzija jew
in-negozju ta’ l-impieg ikun qiegħed jitmexxa
jew ikun ser jitmexxa, u jadotta dawk il-miżuri li
jista’ raġonevolment jadotta sabiex iżomm dak
l-avviż hekk muri għal perijodu ta’ wieħed u
għoxrin jum; u
(ii) jirreklama avviż ta’ l-applikazzjoni tiegħu
f’żewġ ġurnali ta’ kuljum.
(3) Avviż maħruġ taħt is-subartikolu (2) -
(i) għandu juri l-isem u l-indirizz ta’ min japplika u
meta dan ikun kumpannija jew xi korp ieħor ta’
persuni, l-isem u l-indirizz tad-diretturi kollha
jew uffiċjali ta’ kariga simili ta’ dik il-
kumpannija jew korp ta’ persuni; u
(ii) għandu juri l-indirizz tal-fond li fih l-aġenzija
jew in-negozju ta’ l-impieg ikun qiegħed, jew
sejjer jitmexxa minn, u l-klassi ta’ negozju
mmexxija jew li tkun ser titmexxa f’dak il-fond.
(4) Ma tittieħed konsiderazzjoni mid-Direttur ta’ ebda
applikazzjoni għal liċenza taħt dan l-artikolu sakemm din ma
jkollhiex mehmuż magħha ċertifikat, li jkun iffirmat minn min
japplika jew f’ismu, li jkun jiddikjara li min applika jkun
ikkonforma ruħu mad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), kif
ukoll kopja tal-ġurnali li jkun fihom l-avviż ta’ l-applikazzjoni.
(5) Applikazzjoni għal liċenza dwar agenzija jew negozju ta’ l-
impieg tista’ tiġi rifjutata mid-Direttur għal xi waħda minn dawn ir-
raġunijiet, jiġifieri:
(a) li min japplika ma jkunx għalaq il-ħamsa u għoxrin
sena;
(b) li min japplika jkun persuna li minħabba fi mġieba
ħażina jew għal kull raġuni suffiċjenti oħra ma tkunx
idonea li jkollha liċenza dwar aġenzija jew negozju
tal-klassi mitluba;
(ċ) li xi persuna (li ma tkunx min japplika) li għandha
x’taqsam, jew ikun ser ikollha x’taqsam, mat-tmexxija
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    17
ta’ l-aġenzija jew negozju ta’ l-impieg, tkun persuna li
minħabba fi mġieba ħażina jew għal kull raġuni
suffiċjenti oħra, ma tkunx idonea li tissieħeb ma’
aġenzija jew negozju tal-klassi mitluba;
(d) li l-fond li fih l-aġenzija jew in-negozju ta’ l-impieg
ikun qiegħed, jew sejjer jitmexxa ma jkunx xieraq għal
aġenzija jew negozju tal-klassi mitluba;
(e) li l-aġenzija jew in-negozju ta’ l-impieg kienet jew
qiegħda titmexxa b’mod mħux sewwa.
(6) Ebda aġenzija ta’ l-impieg jew negozju ta’ l-impieg ma
tista’ titlob mingħand applikant għal impieg xi ħlas b’kumpens għal
dak l-impieg jew b’kumpens sabiex huwa jiġi reġistrat għal dak l-
impieg.
(7) Id-Direttur jista’ jirrevoka liċenza għal xi waħda mir-
raġunijiet imsemmijin fis-subartikolu (5)(a) sa (e) jew għal ksur
tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (6).
(8) Ħlief fil-każ meta liċenza tiġi revokata, liċenza għandha
tibqa’ sseħħ għal sena (jew dak il-perijodu itwal, li ma jkunx ta’
iktar minn ħames snin, li d-Direttur jista’ jistabbilixxi f’xi każ
partikulari) li tkun mid-data speċifikata fil-liċenza bħala l-jum tal-
bidu fis-seħħ tagħha:
Iżda meta d-detentur ta’ liċenza jkun applika kif imiss qabel
l-iskadenza tagħha sabiex tinħariġlu liċenza oħra, l-ewwel liċenza
ma tiskadix sal-bidu fis-seħħ tat-tieni liċenza jew, jekk l-
applikazzjoni tiegħu tiġi rifjutata, sa meta jingħatalu avviż ta’ dan
ir-rifjut mid-Direttur.
(9) Fil-każ tal-mewt ta’ detentur ta’ liċenza, il-liċenza għandha
titqies bħala li tkun ġiet trasferita mal-mewt tiegħu, jekk huwa kien
l-uniku detentur, lill-eredi tiegħu, u jekk kien detentur flimkien ma’
oħrajn, lill-eredi tiegħu u lid-detentur jew detenturi li baqgħu
ħajjin, b’dana illi ebda trasferiment bħal dak ma għandu jsir ħlief
jekk il-persuna jew persuni jekk aktar minn waħda li lilhom isir dak
it-trasferiment ikunu persuni li jikkwalifikaw biex ikunu detenturi
ta’ liċenza bis-saħħa ta’ dan l-artikolu.
(10) Ikun id-dmir tad-detentur ta’ liċenza taħt dan l-artikolu, fi
żmien xahar minn xi tibdil fil-partikolaritajiet ta’ l-applikazzjoni
għal dik il-liċenza taħt is-subartikolu (1), li jagħti lid-Direttur avviż
bil-miktub tat-tibdil:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha tittieħed
bħala li tagħti jedd lid-detentur ta’ liċenza li jmexxi xi negozju li
ma jkunx skond id-disposizzjonijiet tal-liċenza.
(11) Kull liċenza maħruġa taħt dan l-artikolu għandu jkollha
avviż fuq in-naħa ta’ wara tagħha dwar x’jimplika s-subartikolu
(10).
(12) Id-detentur ta’ liċenza taħt dan l-artikolu għandu jżomm
muri, dwar kull aġenzija jew negozju ta’ l-impieg, fil-fond li dwaru
tirreferi l-liċenza f’tali pożizzjoni li jistgħu jinqraw minn persuni li
jidħlu f’dak il-fond -
  18      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
(a) il-liċenza; u
(b) kopja ta’ kull regolamenti li jsiru bis-saħħa ta’ dan l-
Att li japplikaw għal aġenziji jew negozju ta’ impieg. 
(13) Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (1), (6) u (10) tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Kap. 171. 
Kap. 234. 
(14) Dan l-artikolu ma japplikax għall-forniment ta’ ħaddiema
tal-port skond l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port, u jkun
mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-
Bastimenti Merkantili.
Sottomissjonijiet li 
jsiru mar-rifjut jew 
revoka ta’ liċenza.
24. (1) Fejn id-Direttur ikollu intenzjoni li jirrifjuta li joħroġ,
jew li jittrasferixxi liċenza jew li jirrevoka l-istess taħt l-artikolu
23, huwa għandu jinnotifika lill-applikant għal, jew detentur, tal-
liċenza, jew il-persuna li lilha jintalab li jsir it-trasferiment, bl-
intenzjoni u r-raġuni għaliha.
(2) Kull min jiġi notifikat bl-intenzjoni tad-Direttur kif
imsemmi fis-subartikolu (1) jista’ jagħmel sottomissjonijiet bil-
miktub dwar dan lid-Direttur fi żmien tletin jum minn meta jkun
irċieva dik in-notifikazzjoni.
(3) Jekk id-Direttur jirċievi s-sottomissjonijiet fiż-żmien
speċifikat fis-subartikolu (2), huwa għandu jikkunsidrahom u -
(a) jekk jiddeċiedi li ma jkomplix bl-intenzjoni tiegħu u
għalhekk jiddeċiedi li joħroġ jew li ma jirrevokax jew
li jittrasferixxi l-liċenza, huwa għandu javża lill-
applikant jew lid-detentur bid-deċiżjoni tiegħu;
(b) f’kull każ ieħor, id-Direttur għandu javża b’dan lill-
applikant jew lid-detentur u dan minn naħa tiegħu
jista’ fi żmien ħmistax-il jum minn dik in-notifika
jappella lill-Awtorità .
Tmexxija ta’ 
aġenziji u negozji 
ta’ l-impieg.
25. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti sabiex jassigura t-
tmexxija sew ta’ aġenziji u negozji ta’ l-impieg u sabiex iħares l-
interessi ta’ min jagħmel użu mis-servizzi ta’ dawk l-aġenziji sew
bħala persuni li jkunu qegħdin ifittxu x-xogħol jew bħala
prinċipali, u dawk ir-regolamenti jistgħu mingħajr preġudizzju
għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel b’mod partikolari jipprovdu
sabiex - 
(a) jinħtieġu lil persuni li jkunu qegħdin imexxu dawk l-
aġenziji u negozji li jżommu dokumenti hekk kif jista’
jiġi stabbilit;
(b) jistabbilixxu l-kwalifiki meħtieġa għal persuni li jkunu
qegħdin imexxu dawk l-aġenziji u negozji;
(ċ) jirregolaw ir-reklamar li jsir minn persuni li jkunu
qegħdin imexxu dawk l-aġenziji u negozji;
(d) jirregolaw il-provvediment ta’ servizzi minn persuni li
jkunu qegħdin imexxu dawk l-aġenziji u negozji dwar
persuni li jfittxu impieg barra minn Malta.
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    19
TAQSIMA VI 
Dokumentazzjoni dwar Ħaddiema
Kotba tax-xogħol u 
dokumenti oħra.
26. (1) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti taħt dan l-
artikolu li bihom jistabbilixxi r-reġistrazzjoni u d-dokumentazzjoni
ta’ persuni li jaħdmu bi qligħ jew ta’ persuni li jkunu qegħdin
ifittxu x-xogħol sew permezz ta’ kotba tax-xogħol, ta’ dokumenti
ta’ l-identità  jew permezz ta’ sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni
ta’ informazzjoni u l-irkupru tagħha, jew dokumenti oħra. Dawn ir-
regolamenti jistgħu b’mod partikolari jipprovdu: 
(a) dwar l-użu ta’ kotba tax-xogħol jew dokumenti ta’ l-
identità  jew dokumenti oħra għal xi klassi jew aktar ta’
dawk il-persuni;
(b) dwar il-metodu ta’ ħruġ u ta’ kontroll ta’ dawk id-
dokumenti;
(ċ) dwar id-drittijiet li għandhom jitħallsu għall-ħruġ u s-
sostituzzjoni ta’ dawk id-dokumenti;
(d) dwar il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu
dawk id-dokumenti;
(e) min jista’ jkun responsabbli għaż-żamma ta’ dawk id-
dokumenti; u
(f) il-partikolaritajiet li għandhom jidhru fuq, jew
jiddaħħlu f’dawk id-dokumenti jew reġistrazzjonijiet. 
(2) Kull regolament bħal dak jista’ jipprovdi wkoll dwar dik id-
dokumentazzjoni li tista’ tiġi stabbilita għall-finijiet ta’
reġistrazzjonijiet għal impieg jew għal taħriġ dwar impieg.
(3) Il-Ministru jista’ wkoll jagħmel regolamenti li jipprovdu
għar-restrizzjoni ta’ kxif ta’ kull tagħrif mogħti skond regolamenti
magħmula taħt dan l-artikolu, jew skond l-artikolu 27 li
jippreskrivu l-kundizzjonijiet li taħthom dokumentazzjoni ta’ dak
it-tagħrif jista’ jinżamm u li jeħtieġu li dik id-dokumentazzjoni tiġi
distrutta wara dak iż-żmien li jista’ jiġi preskritt.
(4) Il-Ministru jista’ jiddelega kull setgħa mogħtija lilu b’dan l-
artikolu lill-Korporazzjoni.
Tagħrif dwar 
persuni li joħorġu 
mill-iskola. 
27. (1) Il-Korporazzjoni tista’ minn żmien għal żmien teħtieġ
lil kull min ikollu taħt ir-responsabbiltà  tiegħu xi skola li
jipprovdiha b’dak il-mod li tista’ teħtieġ u fi żmien raġonevoli
b’dawk il-partikolaritajiet li l-Korporazzjoni tista’ teħtieġ dwar
skulari li joħorġu mill-iskola jew li, waqt li jkunu għadhom l-
iskola, jilħqu xi età  partikolari.
(2) Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħa mogħtija bis-
subartikolu (1), it-tagħrif li jista’ jintalab għandu jinkludi dak it-
tagħrif dwar l-età , is-sess, il-kapaċità , grad ta’ edukazzjoni u
partikolaritajiet oħra ta’ persuni li għalihom jirriferixxu kif jidher
lill-Korporazzjoni li jkun meħtieġ jew xieraq biex ikun jista’
jingħata parir sewwa fuq prospetti ta’ impieg u biex jitħejjew
  20      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
pjanijiet ta’ taħriġ għalihom skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
(3) Kull persuna li tonqos milli tagħmel dak li jista’ jintalab
minnha skond dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att. 
Tagħrif dwar 
impiegi u xogħol 
ieħor.
28. (1) Il-Korporazzjoni tista’, minn żmien għal żmien, titlob
lil kull prinċipal jew lil kull persuna li tkun qegħda taħdem bi
qliegħ li tipprovdiha, fi żmien raġonevoli, b’dak it-tagħrif li l-
Korporazzjoni tista’ titlob dwar l-impiegi u xogħol ieħor.
(2) Kull talba bħal din tista’ tkun sew waħda ġenerika, jew
dwar xi klassi jew klassijiet ta’ prinċipali, jew dwar prinċipal jew
prinċipali partikolari, jew dwar xi klassi jew klassijiet ta’ persuni li
jaħdmu bi qliegħ.
(3) Meta dik it-talba tkun waħda ġenerika, jew dwar xi klassi
jew klassijiet ta’ prinċipali, jew dwar klassi jew klassijiet ta’
persuni li jaħdmu bi qliegħ, din għandha ssir permezz ta’ avviż li
jiġi pubblikat fil-Gazzetta.
(4) Kull persuna li ma tikkonformax ma’ xi talba li ssirilha
skond dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att. 
TAQSIMA VII
Apprendisti u Trainees
Tifsir għall-finijiet 
tat-Taqsima VII.
29. F’din it-Taqsima, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"apprendist" tfisser persuna li tkun għalqet ħmistax-il sena li
tkun marbuta bi fteħim bil-miktub li taqdi prinċipal matul żmien
miftiehem sabiex tikseb tagħrif, magħduda t-teorija u l-prattika,
f’sengħa li l-prinċipal min-naħa tiegħu jkun marbut li jgħallem lil
dik il-persuna; u "apprendistat" għandha tinftiehem skond hekk;
"Bord ta’ l-Eżamijiet fis-Snajja"’ tfisser Bord imwaqqaf kif
jingħad fl-artikolu 40;
"ġenitur" minbarra t-tifsira tagħha tas-soltu, tfisser ukoll kull
persuna li, skond il-liġi, għandha l-kura jew il-ħarsien, jew li fil-
fatt għandha l-kura jew il-ħarsien, ta’ persuna oħra li ma tkunx
għalqet it-tmintax-il sena;
Kap. 452. 
"kondizzjonijiet ta’ l-impieg" għandha l-istess tifsir kif mogħti
lilha fl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet
Industrijali; 
"lavrant" tfisser persuna li tkun għamlet iż-żmien ta’
apprendistat u tkun għaddiet minn Bord ta’ l-Eżamijiet fis-Snajja’,
għal dik li hi ħila tagħha f’sengħa;
"preskritt" tfisser preskritt bi skema jew b’regolamenti taħt din
it-Taqsima;
"sengħa" tfisser kull ħila, sengħa, ħidma, jew xogħol ieħor, jew
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    21
fergħa minnu, stabbilit minn żmien għal żmien, fi skema jew mill-
Ministru b’avviż fil-Gazzetta;
"skema" tfisser skema taħt din it-Taqsima;
"trainee" tfisser persuna li ma tkunx apprendist, li ma tkunx ta’ l-
età  obbligatorja għall-iskola u li tkun qiegħda tieħu taħriġ bis-
saħħa ta’ ftehim bil-miktub f’sengħa jew parti minnha f’imkien li
ma jkunx stabbiliment edukattiv rikonoxxut, b’dana illi trainee
jista’ jinħtieġ jattendi fi stabbiliment edukattiv rikonoxxut bħala
parti minn dak it-taħriġ, u "traineeship" għandha tiftiehem skond
hekk.
Permess għall-
impieg ta’ 
apprendisti jew 
trainees. 
30. (1) Ħadd ma jista’ jimpjega apprendist jew trainee
mingħajr il-permess bil-miktub tal-Korporazzjoni fejn għandu jkun
hemm imsemmi l-ogħla numru ta’ apprendisti jew trainees li
jistgħu jkunu impjegati:
Iżda ebda permess bħal dan ma jingħata taħt dan l-artikolu
għall-impieg ta’ apprendisti jew trainees ħlief jekk abbozz ta’
skema jew ftehim li jinkludi provvedimenti dwar il-kwalifiki,
taħriġ u kondizzjonijiet ta’ impieg ta’ apprendist jew trainee ikun
ġie magħmul qabel mill-persuna li tapplika għall-permess u
approvat mill-Ministru bil-parir tal-Korporazzjoni u ħlief jekk dik
il-persuna turi għas-sodisfazzjon tal-Korporazzjoni illi l-
istabbiliment tagħha joffri opportunitajiet xierqa għat-taħriġ tajjeb
tan-numru ta’ l-apprendisti jew trainees li bi ħsiebha timpjega fih.
(2) Kull persuna li tikser xi disposizzjoni tas-subartikolu (1)
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Ftehim bil-miktub.
jagħmel ftehim bil-miktub miegħu.
(2) Jekk apprendist jew trainee ikun minorenni, huwa ma jistax
hekk jintrabat ħlief bil-permess tal-ġenitur jew, jekk m’hemmx
ġenitur, bil-kunsens tad-Direttur.
(3) Minorenni li jintrabat bħala apprendist jew trainee kif
hemm fis-subartikolu (2), ikun marbut bil-ftehim għaż-żmien kollu
li jibqa’ jgħodd ukoll jekk, matul dan iż-żmien, ikun għalaq it-
tmintax-il sena.
Reġistrazzjoni ta’ 
ftehim. 
32. (1) Ebda ftehim ta’ apprendistat f’sengħa jew traineeship
ma għandu jorbot sakemm u jekk ma jkunx reġistrat mal-
Korporazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Meta l-Korporazzjoni tkun qiegħda tirreġistra dak il-ftehim,
hija għandha tassigura illi:
(a) dak il-ftehim ikun konformi mad-disposizzjonijiet ta’
l-iskema ta’ apprendistat jew traineeship li  tkun
tapplika għas-sengħa partikolari;
(b) il-prinċipal u l-apprendist jew it-trainee ikunu persuni
xierqa li jagħmlu dak il-ftehim;
(ċ) l-apprendist jew it-trainee ikun wera lill-prinċipal
ċertifikat mediku li jkun juri li jista’ jitħarreġ f’xi
sengħa partikolari;
  22      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
(d) l-apprendist jew it-trainee ikollu l-livelli ta’
edukazzjoni meħtieġa stabbiliti bl-iskema.
(3) Il-Korporazzjoni għandha żżomm Reġistru ta’ Apprendisti
u Reġistru ta’ Trainees fejn ikun reġistrat kull ftehim.
(4) Id-data ta’ reġistrazzjoni ma għandhiex tolqot id-data ta’
bidu fis-seħħ ta’ ftehim, iżda r-rifjut li jiġi reġistrat ftehim jagħmel
dak il-ftehim null u bla effett mid-data tar-rifjut tiegħu. Id-data tal-
bidu fis-seħħ ta’ ftehim tkun id-data ta’ l-iffirmar mill-partijiet
kollha jew dik id-data l-oħra li tista’ tissemma fil-ftehim.
(5) Parti li tħoss ruħha aggravata b’deċiżjoni tal-Korporazzjoni
taħt dan l-artikolu tista’, fi żmien ħmistax-il jum mid-data meta tiġi
notifikata bil-miktub dwar dik id-deċiżjoni, tressaq appell quddiem
l-Awtorità .
Trasferiment ta’ 
ftehim.
33. (1) Il-jeddijiet u dmirijiet ta’ kull prinċipal taħt xi ftehim
ta’ apprendistat jew traineeship jistgħu, bil-kunsens tal-
Korporazzjoni, jiddawru fuq prinċipal ieħor.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4), ebda
trasferiment ta’ dawn il-jeddijiet u dmirijiet ma jkun komplut
sakemm ma jkunx reġistrat mal-Korporazzjoni.
(3) Il-Korporazzjoni tista’ tirrifjuta li tirreġistra kull
trasferiment illi fil-fehma tagħha ma jaqbilx għall-apprendist jew
għat-trainee.
(4) Jekk persuna tiġi mpjegata bħala apprendist jew trainee
minn soċjetà , il-ftehim tiegħu ma jintemmx minħabba li xi soċju
jmut jew jirtira, jekk in-negozju tas-soċjetà  jissokta minn xi
persuna oħra jew soċjetà  oħra; u l-jeddijiet u dmirijiet tal-prinċipal
taħt il-ftehim għandhom jitqiesu li ġew mgħoddija lill-persuna jew
soċjetà  li tissokta n-negozju.
Temm jew taħsir 
ta’ ftehim.
34. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35 u 41,
ftehim ta’ apprendistat jew traineeship jista’ jitħassar biss mill-
Korporazzjoni fuq talba bil-miktub mill-partijiet tal-ftehim wara
prova ta’ kawża tajba u xierqa.
(2) Appell mid-deċiżjoni tal-Korporazzjoni taħt dan l-artikolu
jista’ jsir lill-Awtorità  fi żmien ħmistax-il jum min-notifika tad-
deċiżjoni.
Żmien ta’ prova. 35. (1) L-ewwel tliet xhur ta’ ftehim ta’ apprendistat jew ta’
traineeship għandhom ikunu żmien ta’ prova li tulu l-ftehim jista’
jitħassar minn parti jew mill-oħra wara li jingħata avviż bil-miktub
ta’ tlett ijiem, u kull ftehim kuntrarju, sew jekk espress jew
impliċitu, ma jkunx jiswa u jkun bla seħħ iżda mingħajr ħsara tas-
siwi ta’ kull parti oħra mill-ftehim li jinsab fih.
(2) Ebda apprendist jew trainee li jkun spiċċa żmien ta’ prova
tiegħu ma għandu jattendi għal xi intervista, prova jew eżami ta’
selezzjoni, u ebda persuna ma tista’ tintervista, tagħmel prova lil
jew teżamina xi apprendist jew trainee bħal dak, bil-ħsieb ta’
impieg alternattiv, kemm-il darba dak l-apprendist jew trainee ma
jkunx ġie hekk awtorizzat mill-prinċipal tiegħu u l-Korporazzjoni
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    23
ma tkunx tat l-approvazzjoni tagħha; u kull persuna li tikser xi
provvediment ta’ dan is-subartikolu tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-
Att.
Dokumentazzjoni 
li l-prinċipali 
għandhom 
iżommu. 
36. (1) Kull prinċipal li jkun marbut bi ftehim ta’ apprendistat
jew traineeship għandu f’kull żmien iżomm, dwar kull apprendist
jew trainee, dik id-dokumentazzjoni li tista’ tiġi preskritta.
(2) Kull persuna li hija jew kienet prinċipal kif qabel imsemmi
għandha żżomm kull dokumentazzjoni magħmula skond is-
subartikolu ta’ qabel dan għal żmien tliet snin wara d-data tad-
dokumentazzjoni, u għandha fuq kull talba tal-Korporazzjoni
magħmula f’kull żmien matul l-imsemmi żmien ta’ tliet snin, turi
dik id-dokumentazzjoni.
(3) Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-artikolu, jew li ma tikkonformax ma’ xi talba li
ssirilha taħtu, tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Egħmil ta’ skemi.
Korporazzjoni, b’regolamenti magħmulin taħt din it-Taqsima
jagħmel skema waħda jew iżjed għall-kontroll tal-kondizzjonijiet
ta’ impieg u taħriġ ta’ apprendisti jew trainees. Kull skema bħal din
tista’ b’mod speċjali, tippreskrivi:
(a) il-kwalifiki, fosthom l-età  u l-grad ta’ edukazzjoni,
meħtieġa għall-apprendisti u t-trainees;
(b) iż-żmien ta’ apprendistat jew traineeship,  it-tibdil
f’dan iż-żmien li jista’ jkun permess, u ċ-ċirkostanzi li
taħthom dak it-tibdil jista’ jkun permess;
(ċ) ir-rati li bihom apprendisti jew trainees jitħallsu, iċ-
ċirkostanzi li taħthom dak il-ħlas jista’ jitnaqqas jew
jiżdied, u l-estensjoni ta’ dak it-tnaqqis jew żieda:
Iżda ma għandu jkun preskritt ebda ħlas meqjus fuq ix-
xogħol li jsir ħlief fl-aħħar sena ta’ apprendistat jew
traineeship;
(d) il-klassijiet ta’ tagħlim li apprendisti jew trainees
għandhom imorru għalihom u l-għadd ta’ sigħat fil-
ġimgħa, sew jekk matul jew barra l-ħinijiet ordinarji
tagħhom tax-xogħol, u ż-żmien li tulu huma għandhom
imorru għal dawk il-klassijiet;
(e) it-taħriġ prattiku illi l-prinċipali għandhom jipprovdu
għal apprendisti jew trainees fl-impieg tagħhom;
(f) il-provi ta’ ħila jew eżamijiet illi, minn żmien għal
żmien, l-apprendisti jew trainees għandhom joqogħdu
għalihom;
(g) l-ogħla għadd ta’ sigħat ordinarji tax-xogħol illi
apprendisti jew trainees jistgħu jiġu meħtieġa jew
imħollija jaħdmu fil-ġimgħa jew fil-jum, u l-ġranet li
fihom, u l-ħinijiet f’jum li qabilhom jew warajhom u l-
intervalli li tulhom ebda apprendist jew trainee ma
jkun jista’ jiġi meħtieġ jew imħolli, jaħdem;
(h) l-itwal żmien ta’ sahra illi apprendisti jew trainees
  24      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
jistgħu jinħtieġu jew jitħallew jaħdmu matul żmien
stabbilit u r-rati li bihom jitħallsu għas-sahra;
(i) l-għadd ta’ btajjel imħallsa li jingħataw lill-apprendisti
jew trainees matul kull sena ta’ apprendistat jew
traineeship u r-rati li bihom jitħallsu għal dawk il-
btajjel;
(j) iċ-ċirkostanzi li fihom prinċipal għandu jagħti ħlas
addizzjonali lil xi apprendist jew trainee impjegat
miegħu u l-ammont ta’ dak il-ħlas addizzjonali jew il-
mod li bih ikun ikkalkolat;
(k) il-ħlas u l-kondizzjonijiet l-oħra ta’ apprendistat jew
traineeship dwar xi żmien li tulu apprendist jew trainee
ma jkunx jista’, minħabba xi kondizzjoni ta’
apprendistat jew traineeship jew minħabba ċirkostanzi
oħra stabbiliti, li jagħti s-servizz tiegħu lill-prinċipal
tiegħu matul il-ħinijiet ordinarji tax-xogħol.
(2) Skema tista’ taħseb għall-egħmil ta’ ordnijiet biex jingħata
seħħ lill-iskopijiet ta’ l-iskema.
(3) Skema tista’ tkun emendata jew imħassra bi skema li toħroġ
wara, jew b’ordni maħruġ mill-Ministru, wara li jikkonsulta ruħu
mal-Korporazzjoni.
(4) Kondizzjonijiet differenti ta’ apprendistat jew traineeship
jistgħu jkunu preskritti taħt is-subartikolu (1) dwar klassijiet
differenti ta’ prinċipali jew ta’ apprendisti jew trainees, u ta’ xorta
ta’ snajja differenti stabbiliti, u, meta jippreskrivi dawn il-
kondizzjonijiet differenti l-Ministru jista’ japplika kull metodu ta’
differenzazzjoni li huwa jidhirlu xieraq.
(5) Il-Ministru jista’, bi skema maħruġa taħt is-subartikolu (1),
jiddisponi illi l-kondizzjonijiet ta’ apprendistat jew traineeship
preskriti fl-iskema jew dawk fost il-kondizzjonijiet li jiġu stabbiliti
fiha għandhom japplikaw minn data msemmija fl-iskema, dwar
apprendisti jew trainees li jkunu daħlu fi ftehim ta’ apprendistat
jew traineeship fid-data jew wara d-data li fiha s-sengħa in
kwistjoni ġiet stabbilita u qabel id-data li fiha l-imsemmija
kondizzjonijiet ikunu bdew iseħħu, u ebda ftehim bħal dak ma
jieqaf milli jorbot lill-partijiet fih għar-raġuni illi minħabba l-
iskema, tbiddlu kondizzjonijiet ta’ apprendistat jew traineeship li
kienu jgħoddu dwar dawk l-apprendisti jew trainees.
Setgħa tal-
Korporazzjoni li 
tiżgura taħriġ 
xieraq. 
38. (1) Il-Korporazzjoni jkollha s-setgħa li tagħmel dik l-
ispezzjoni u dak l-istħarriġ li jkunu meħtieġa sabiex tiżgura illi
apprendisti u trainees qegħdin jitħarrġu kif jixraq.
(2) Jekk fil-fehma tal-Korporazzjoni xi apprendist jew trainee
ma jkunx qed jieħu taħriġ biżżejjed, il-Korporazzjoni tista’ tordna
lill-prinċipal ta’ l-apprendist jew tat-trainee sabiex jieħu dik l-
azzjoni msemmija fl-ordni, illi l-Korporazzjoni jidhrilha meħtieġa
biex tiżgura illi l-apprendist jew it-trainee ikollhom taħriġ
biżżejjed, u tista’ tirtira jew tbiddel kull ordni bħal dik.
(3) F’kull ordni bħal dik, il-Korporazzjoni tista’, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ xi skema li tgħodd għall-każ, issemmi x-
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    25
xorta ta’ xogħol li fih l-apprendist jew it-trainee għandu jitħarreġ,
il-perijodi li fihom, kull kemm żmien jew id-dati li bejnhom huwa
għandu hekk jitħarreġ, il-kondizzjonijiet dwar sorveljanza, il-
metodu jew il-post tax-xogħol, u kull ħaġa jew kondizzjoni oħra
dwar it-taħriġ ta’ l-apprendist jew trainee.
Self tas-servizzi ta’ 
apprendisti jew 
trainees. 
39. (1) Il-Korporazzjoni tista’, fuq talba tal-prinċipal,
tawtorizza bil-miktub, għal dak iż-żmien u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li tista’ tiddetermina, għas-self tas-servizz ta’
apprendist jew trainee lil prinċipal ieħor, jekk, fil-fehma tagħha,
jaqbel għall-ġid ta’ l-apprendist jew trainee li jsir hekk.
(2) Ebda self tas-servizz ta’ apprendist jew trainee lil prinċipal
ieħor, awtorizzat taħt is-subartikolu (1), ma jeħles lil min huwa l-
prinċipal skond il-ftehim ta’ apprendistat jew traineeship minn xi
dmir taħt il-ftehim.
Bordijiet ta’ 
Eżamijiet fis-
Snajja, u 
Ċertifikar.
40. (1) Il-Ministru jista’, in konsultazzjoni mal-
Korporazzjoni, jaħtar dawk il-Bordijiet ta’ Eżamijiet fis-Snajja’ li
jistgħu jidhrulu meħtieġa sabiex imexxu l-eżamijiet ta’ apprendisti
jew trainees bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-profiċjenza jew il-kapaċità
tagħhom f’xi sengħa.
(2) Il-Korporazzjoni għandha toħroġ lil kull apprendist jew
trainee li jkun għalaq iż-żmien tiegħu ta’ apprendistat jew
traineeship ċertifikat ta’ lavrant jew ċertifikat ta’ kompetenza
skond il-każ jekk l-apprendist jew trainee ikun wera lill-Bord ta’ l-
Eżamijiet fis-Snajja’ li huwa laħaq il-grad ta’ profiċjenza jew
kapaċità  meħtieġa:
Iżda l-Korporazzjoni tista’, bi ftehim mal-Ministru, toħroġ
dawk iċ-ċertifikati mingħajr ma tirreferi lill-Bord ta’ l-Eżamijiet
fis-Snajja’, jekk hija tkun sodisfatta li jeżistu arranġamenti xierqa
fi ħdan xi industrija jew intrapriża, sew jekk din tkun proprjetà  tal-
Gvern sew jekk le, għall-evalwazzjoni ta’ apprendisti jew trainees
dwar il-kisba minnhom tal-livell meħtieġ ta’ profiċjenza jew
kapaċità  fis-sengħa partikolari.
Regolamenti dwar 
livelli, 
ċertifikazzjoni, 
eċċ.
41. Il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni jista’, in
konsultazzjoni mal-Korporazzjoni, jagħmel regolamenti biex
jistabbilixxi livelli ta’ profiċjenza jew kapaċità  fis-snajja’ diversi u
dwar iċ-ċertifikar ta’ persuni li jkunu kisbu dawk il-livelli.
Deċiżjoni dwar 
kwistjonijiet. 
42. (1) Jekk tinqala’ xi kwistjoni bejn prinċipal u apprendist
jew trainee jew jekk il-Korporazzjoni jidhrilha illi jew il-prinċipal
jew l-apprendist jew trainee ma jistax jaqdi xi kundizzjoni minn
dawk li jkun hemm fil-ftehim ta’ apprendistat jew traineeship jew
jekk wieħed minnhom jonqos milli jħares ir-rabtiet li daħal
għalihom bil-ftehim jew jekk xi ħadd minnhom jinstab ħati ta’
delitt serju, il-Korporazzjoni għandha, fuq talba ta’ xi waħda mill-
partijiet jew taż-żewġ partijiet, jew minn rajha, tqis iċ-ċirkostanzi
kollha tal-każ u jkollha setgħa li tiddeċiedi fuq dawn il-ħwejjeġ
kollha u tkun tista’ wkoll tordna l-kanċellament tal-ftehim jew it-
trasferiment ta’ l-apprendist jew trainee. Ikun jista’ jitressaq appell
quddiem l-Awtorità  minn kull deċiżjoni bħal dik mogħtija mill-
Korporazzjoni fi żmien ħmistax-il jum min-notifika ta’ dik id-
  26      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
deċiżjoni u d-deċiżjoni ta’ l-Awtorità  tkun finali.
(2) Sakemm iddum il-kwistjoni bejn il-prinċipal u l-apprendist
jew it-trainee, il-prinċipal ikollu d-dritt, mid-data li dan jirrapporta
ċ-ċirkostanzi lill-Korporazzjoni, jissospendi mix-xogħol lill-
apprendist jew trainee mingħajr paga, b’dan li l-apprendist jew
trainee ikollu dritt jerġa’ jidħol għax-xogħol u jieħu l-paga li tkun
inżammitlu jekk id-deċiżjoni finali tkun favur tiegħu.
Ħlas għal taħriġ. 43. (1) Ħadd ma għandu, direttament jew indirettament, jitlob
jew iħalli li xi ħadd, għajr il-Gvern jew il-Korporazzjoni, iħallas
jew jagħti xi kumpens biex jiġi mpjegat apprendist jew trainee
f’sengħa, jew jieħu xi kumpens bħal dak mingħand xi ħaddieħor,
għajr il-Gvern jew il-Korporazzjoni; u kull persuna li tikser id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu tkun ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att.
(2) Kull min, bi ksur tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1),
ikun ħallas jew ta kumpens bħal dak, jista’ jfittex f’qorti biex jieħu
lura dak il-kumpens, u kull qorti, jekk tkun sabet lil xi ħadd ħati ta’
ksur ta’ l-imsemmi subartikolu, tista’, fuq prova ta’ l-ammont
indebitament meħud, tordna lil min hekk misjub ħati biex irodd dak
l-ammont, u kull ordni bħal dan ikollu l-istess saħħa w ikun
eżegwibbli daqslikieku ngħata f’kawża ċivili magħmula kif imiss
f’dik il-qorti bejn dik il-persuna u l-persuna li ħallset jew tat il-
kumpens:
Iżda l-ebda talba ma tista’ ssir sabiex jinkiseb lura l-
ammont meħud indebitament, wara sentejn minn meta jagħlaq iż-
żmien ta’ l-apprendistat jew tat-traineeship.
Regolamenti dwar 
apprendisti u 
trainees.
44. (1) Il-Ministru jista’, in konsultazzjoni mal-
Korporazzjoni, jagħmel regolamenti li jippreskrivu - 
(a) iċ-ċertifikati tat-twelid u dwar il-livell ta’ edukazzjoni,
li jistgħu jinħtieġu u l-eżami mediku li jista’ jiġi
meħtieġ għar-reġistrazzjoni ta’ ftehim ta’ apprendistat
jew traineeship, il-formuli li fuqhom ftehim bħal dak u
ċ-ċertifikar mediku ta’ apprendisti u trainees
għandhom isiru;
(b) ix-xorta ta’ rapporti illi prinċipali jistgħu jinħtieġu
jagħtu, minn żmien għal ieħor, u ż-żmien li fih dawk
ir-rapporti għandhom hekk jingħataw;
(ċ) iċ-ċirkostanzi li fihom u l-mod li bih jista’ jsir xi tibdil
fi ftehim ta’ apprendistat jew traineeship;
(d) il-ħwejjeġ kollha illi, b’din it-Taqsima, ikunu
meħtieġa jew permessi li jkunu preskritti;
(e) ġeneralment dwar kull ħaġa li jidhirlu li jinħtieġ jew li
jaqbel li jippreskrivi sabiex jintlaħqu l-iskopijiet ta’
din it-Taqsima.
(2) Jistgħu jsiru regolamenti differenti bis-saħħa tas-
subartikolu (1) dwar klassijiet differenti ta’ prinċipali jew ta’
apprendisti jew trainees u ta’ snajja’ differenti, u meta jagħmel
dawk ir-regolamenti, il-Ministru jista’ japplika kull metodu ta’
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    27
differenzazzjoni li jidhirlu xieraq.
Jeddijiet ċivili ta’ 
apprendist jew 
trainee u ta’ 
prinċipal. 
45. Ebda ħaġa li tinsab f’dan l-Att ma għandha tolqot - 
(a) xi jedd li apprendist jew trainee jista’ jkollu biex jibda
proċedimenti ċivili kontra l-prinċipal tiegħu dwar xi
ksur jew nuqqas ta’ tħaris ta’ xi patt jew xi kundizzjoni
fi ftehim ta’ apprendistat jew traineeship;
(b) kull jedd illi prinċipal jista’ jkollu biex jibda
proċedimenti ċivili kontra apprendist jew trainee dwar
xi ksur tal-pattijiet jew xi kundizzjoni fi ftehim ta’
apprendistat jew traineeship.
TAQSIMA VIII 
Twettiq, Reati u Pieni
Twettiq.
uffiċjali tad-dipartiment tax-xogħol jew tal-Korporazzjoni li hu
jispeċifika, biex ikunu spetturi għall-iskopijiet ta’ dan l-Att.
(2) Spetturi taħt dan l-Att ikollhom dawk il-funzjonijiet u d-
dmirijiet li jkunu preskritti.
(3) Spetturi hekk nominati kif imsemmi hawn qabel ikollhom
is-setgħa - 
(a) li jidħlu bla tfixkil u mingħajr ma qabel javżaw f’kull
ħin xieraq f’kull fond jew post suġġett għall-ispezzjoni
taħt dan l-Att;
(b) li jagħmlu f’kull fond jew post bħal dan kull eżami,
test jew stħarriġ li huma jidhrilhom meħtieġa sabiex
jaraw jekk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi
regolamenti jew ordnijiet taħtu kif ukoll kull
kondizzjoni ta’ impieg magħrufa humiex qegħdin jiġu
mħarsin, u l-iktar -
(i) li jagħmlu mistoqsijiet, weħidhom jew quddiem
ix-xhieda, lill-prinċipal jew lill-impjegati jew lil
apprendist jew trainee fuq kull ħaġa minn dawk
imsemmijin;
(ii) li jordnaw li juruhom kotba, reġistri jew
dokumenti oħra li skond dan l-Att jew xi ordni
maħruġ taħtu għandhom jinżammu u li
jikkopjaw dawk id-dokumenti jew jieħdu estratti
minnhom.
(4) Fl-okkażjoni ta’ żjara ta’ spezzjoni, spettur għandu jgħarraf
lill-prinċipal jew lir-rappreżentant tiegħu bil-preżenza tiegħu,
kemm-il darba huwa ma jidhirlux illi dik it-tagħrifa tista’ tkun ta’
ħsara għall-qadi ta’ dmirijietu.
(5) Il-fondi u postijiet suġġetti għall-ispezzjoni taħt dan l-Att
huma kull fond jew post li dwaru jgħoddu xi disposizzjonijiet ta’
  28      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
dan l-Att jew ta’ xi regolament jew ordni taħtu jew xi
kondizzjonijiet ta’ impieg magħrufa jew kull fond jew post li dwaru
spettur ikollu għalfejn jaħseb illi jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att jew regolamenti jew ordnijiet taħtu jew kondizzjonijiet
ta’ impieg magħrufa.
Indħil mhux 
xieraq. 
47. (1) Ħadd ma għandu jindaħal jew jittanta jindaħal b’mod
mhux xieraq direttament jew indirettament għalih innifsu jew għal
xi ħaddieħor jew oħrajn, fix-xogħol ta’ l-Awtorità , tal-
Korporazzjoni, jew tal-membri tagħhom, jew diretturi jew persuni
mpjegati minnhom, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom taħt dan l-
Att.
(2) Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Tagħrif falz, eċċ. 48. Kull persuna li, dwar xi ħaġa taħt dan l-Att - 
(a) tagħti xi tagħrif li tkun taf li huwa falz f’xi punt
importanti, jew mingħajr ma jimpurtaha tagħti xi
tagħrif li jkun falz f’xi punt importanti; jew
(b) bil-ħsieb li tinganna, tipproduċi, tagħti, tibgħat jew
xort’oħra tagħmel użu minn xi dokument li jkun falz
f’xi punt importanti; jew
(ċ) għax trid, tirrifjuta li tagħti jew mingħajr raġuni
leġittima (li l-prova tagħha tkun għall-karigu tagħha)
ma tagħtix, xi tagħrif importanti,
tkun ħatja ta’ reat skond dan l-Att u teħel, meta tinstab ħatja, multa
ta’ mhux inqas minn ħamsin lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt
lira jew priġunerija għal perijodu ta’ mhux aktar minn sena, jew
għal dik il-multa u priġunerija flimkien.
Reati relattivi 
għall-apprendistat 
jew traineeship. 
49. (1) Kull min - 
(a) jikser jew jonqos milli joqgħod għal xi patt tal-ftehim
ta’ apprendistat jew traineeship jew xi provvediment
ta’ skema li biha jkun marbut; jew
(b) jikser jew jonqos milli joqgħod għad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 30, l-artikolu 35(2), l-artikolu 36, l-
artikolu 43(1); jew
(ċ) xjentement jew mingħajr ma jimpurtah jagħmel xi
dikjarazzjoni li mhix minnha jew iniżżel notament
mhux minnu f’xi ktieb jew rapport miżmum jew
mogħti bis-saħħa ta’ din it-Taqsima jew ta’
regolamenti magħmulin bis-saħħa tagħha; jew
(d) jirrifjuta jew jonqos li jwieġeb mill-aħjar li jaf għal
kull mistoqsija illi d-Direttur jew rappreżentant tiegħu,
uffiċjal tal-Korporazzjoni jew spettur ikun għamillu
fil-qadi tal-ħidma taħt din it-Taqsima; jew
(e) jirrifjuta jew jonqos li joqgħod, mill-aħjar li jista’,
għal kull ma jkun meħtieġ minnu kif debitament
provdut dwaru taħt dan l-Att; jew
(f) ifixkel lill-Korporazzjoni jew lid-Direttur jew lir-
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    29
rappreżentanti tagħhom jew spettur fix-xogħol
tagħhom taħt dan l-Att,
ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att.
(2) Meta kontravvenzjoni taħt it-Taqsima VII ta’ dan l-Att jew
taħt kull regolamenti magħmulin bis-saħħa tiegħu ssir minn
persuna li tkun taħt is-setgħa, il-kontroll jew il-kustodja ta’ persuna
oħra, ir-responsabbiltà  għaliha tkun mhux biss fuq il-persuna li
tkun għamlet il-kontravvenzjoni iżda wkoll fuq dik il-persuna l-
oħra jekk din il-persuna setgħet, kieku ħadet ħsieb, ma tħallix li l-
kontravvenzjoni ssir.
Reati kontra l-
artikoli 15 u 47. 
50. Kull persuna li tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att taħt l-
artikolu 15 jew l-artikolu 47 tiegħu, teħel, meta tinstab ħatja, multa
ta’ mhux inqas minn ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn ħamest
elef lira.
Piena ġenerali.
li jikkonforma ruħu ma’ xi disposizzjoni ta’ xi regolamenti jew
ordnijiet li jsiru bis-saħħa tiegħu, jeħel, jekk ma jkunx hemm
provdut piena partikolari għal dak ir-reat f’dan l-Att jew fir
regolamenti jew l-ordni, jekk jinstab ħati, multa ta’ mhux anqas
minn għoxrin lira u mhux iżjed minn erba’ mitt lira.
(2) Ebda proċedimenti ma għandhom jittieħdu kontra xi
persuna għal xi reat kontra dan l-Att li ma jkunx reat kontra l-
artikoli 15 u 47 tiegħu, jekk dik il-persuna, wara li tkun irċeviet
ittra mingħand id-Direttur għall-ħlas ta’ penali ta’ ħmistax-il lira
talli tkun kisret id-disposizzjonijiet imsemmija ta’ dan l-Att jew ta’
kull regolamenti jew ordnijiet magħmulin bis-saħħa tiegħu,
tikkonforma ruħha ma’ dawk id-disposizzjonijiet u tħallas dik il-
penali lid-Direttur, f’kull każ, fi żmien ħmistax-il jum minn meta
dik il-persuna tkun irċeviet l-ittra tad-Direttur.
Riserva dwar il-
Kodiċi Kriminali. 
Kap. 9. 
52. Il-pieni msemmijin f’dan l-Att għandhom japplikaw ħlief
jekk il-fatt jikkostitwixxi reat aktar gravi taħt il-Kodiċi Kriminali
jew kull liġi oħra, f’liema każ dak il-Kodiċi jew liġi oħra
għandhom japplikaw.
Preskrizzjoni. 
Att jistgħu jinbdew f’kull żmien għeluq sitt snin mill-egħmil tar-
reat.
TAQSIMA IX 
Mixxellanji 
Regolamenti. 
sabiex jagħti seħħ lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għat-twettiq
tagħhom, u b’mod partikolari, iżda mingħajr preġudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel - 
(a) sabiex jipprovdi dwar kull ħaġa li hi meħtieġa jew
awtorizzata b’dan l-Att li tiġi stabbilita;
  30      KAP. 343. ħ        SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ
(b) sabiex jippreskrivi s-setgħat u l-proċeduri ta’ l-
Awtorità  fis-smiegħ u deċiżjoni ta’ appelli taħt dan l-
Att.
(2) Is-setgħa tal-Ministru li jagħmel regolamenti taħt xi
disposizzjoni ta’ dan l-Att għandha tinkludi s-setgħa li jistabbilixxi
l-pieni dwar xi ksur jew kontravvenzjoni tagħhom jew xi nuqqas ta’
tħaris tagħhom:
Iżda dawk il-pieni ma jistgħux ikunu aktar minn multa ta’
elf lira jew priġunerija għal aktar minn tliet xhur.
Konflitt ta’ 
interessi.
55. (1) Direttur, uffiċjal, impjegat, aġent jew konsulent tal-
Korporazzjoni li jkun b’xi mod direttament jew indirettament
interessat f’kuntratt magħmul jew maħsub li jintgħamel mill-
Korporazzjoni jew f’xi attività  jew servizz li għandhom jiġu
provduti għall-Korporazzjoni jew minnha, għandu, kemm jista’
jkun malajr wara li ċ-ċirkostanzi relattivi jiġu għal konjizzjoni
tiegħu, juri x-xorta ta’ l-interess tiegħu lill-Bord tal-Korporazzjoni.
(2) Kull wiri magħmul skond is-subartikolu (1) minn direttur
għandu jiġi reġistrat fil-minuti tal-laqgħa li jsir fiha, u d-direttur - 
(a) għandu, wara l-wiri, jirtira mis-seduta waqt li dik il-
ħaġa qed tiġi diskussa jew deċiża mill-Bord; u
(b) ma għandux jittieħed kont tiegħu dwar il-kostituzzjoni
ta’ quorum tal-Bord għal xi diskussjoni jew deċiżjoni
tali.
(3) Il-Korporazzjoni għandha mingħajr dewmien tinforma lill-
Ministru b’kull wiri magħmul taħt dan l-artikolu.
Riżerva. 
Kap. 141. 
Kap. 134.
56. (1) Sa meta jiġu revokati, jitħassru jew jiġu sostitwiti, kull
skema magħmula, permess jew eżenzjoni mogħtija, kull ftehim
magħmul u kull regolament jew ordni magħmul, taħt jew bis-saħħa
ta’ l-Att dwar is-Servizz ta’ l-Impiegi* u l-Att dwar it-Tagħlim fl-
Industrija* għandhom ikomplu fis-seħħ u għandhom jitqiesu li saru
taħt u bis-saħħa ta’ dan l-Att.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Servizz ta’ Impiegi*
dwar l-Iskema tal-Ħaddiema Awżiljari u Taħriġ, u dwar ħaddiema
ingaġġati fiha għandhom ikomplu japplikaw sa dak iż-żmien li l-
Ministru jista’ b’ordni jiddetermina.
(3) Kull persuna rreġistrata għal impieg taħt l-Att dwar is-
Servizz ta’ Impiegi# għandha tkompli tgawdi l-istess prijorità  dwar
riferiment għal impieg taħt dan l-Att, li għaliha kienet intitolata
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
*Imħassar b’dan l-Att; iżda ara l-Avviżi Legali Nri. 124 u 175 ta’ l-1990, u 126
ta’ l-1995.
#Imħassar b’dan l-Att; iżda ara l-Avviżi Legali Nri. 124 u 175 ta’ l-1990, u 126
ta’ l-1995.
SERVIZZITA’IMPIEGUTAĦRIĠ  ġ K AP. 343.    31
SKEDA 
(Artikolu 3)
FORMA TAL-ĠURAMENT LI GĦANDU JITTIEĦED 
MILL-MEMBRI TA’ L-AWTORITÀ
Jien .............................................. li ġejt maħtur Membru ta’ l-
Awtorità  Nazzjonali tax-Xogħol kostitwita taħt l-Att dwar is-
Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ, b’dan naħlef illi jiena bil-fedeltà
kollha u b’imparzjalità  u mill-aħjar li nista’ naqdi d-dmirijiet u x-
xogħol li jmiss lili f’din il-kariga.
Hekk Alla jgħini.
.............................................
