TWAQQIF TA’ DELEGAZZJONI 
TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ ġKAP. 344.   1
KAPITOLU 344
ATT DWAR IT-TWAQQIF TA’ DELEGAZZJONI 
TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Biex jipprovdi għar-ratifika tal-Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-
Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar it-Twaqqif tad-Delegazzjoni
tal-Komunitajiet Ewropej u l-Privileġġi u Immunitajiet tad-Delegazzjoni
f’Malta, u biex jipprovdi dwar dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ dan.
(2 ta’ Novembru, 1990)*
Sar liġi bl-ATT XXXII ta’ l-1990.
Titolu fil-qosor. 
Delegazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Tifsir.
rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra:
"il-Komunitajiet Ewropej" tfisser il-Komunità Ewropeja dwar il-
Faħam u l-Azzar, il-Komunità Ekonomika Ewropeja, u l-Komunità
Ewropeja dwar l-Enerġija Atomika;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-artikolu 124 tal-
Kostituzzjoni; u
"territorji ta’ Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bis-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 tal-Kostituzzjoni.
Ratifika tal-
Ftehim. 
3. Il-Gvern huwa b’dan awtorizzat li jirratifika l-Ftehim bejn
il-Gvern ta’ Malta u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
magħmul fit-28 ta’ Ġunju, 1990 u liema Ftehim jinsab riprodott fl-
Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Il-Ftehim ikollu 
saħħa ta’ liġi ta’ 
Malta.
Kap. 191.
4. (1) Mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u
l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, dak il-Ftehim, kif jinsab
riprodott fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att, għandu jagħmel parti u
jkollu saħħa bħala parti mil-liġijiet ta’ Malta, u mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità ta’ dak imsemmi qabel, l-Att dwar l-
Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi għandu jiftiehem u jiġi
nterpretat skond dak il-Ftehim.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-affarijiet barranin għandu
b’avviż fil-Gazzetta jinnotifika d-data minn meta d-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Ftehim ikunu bdew iseħħu.
Kap. 191.
(3) Mingħajr preġudizzju għas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
d-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 8, 9, 10, 11 u 12 ta’ l-Att dwar l-
Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi għandhom japplikaw għall-
immunitajiet u għall-privileġġi mogħtija bis-saħħa ta’ dan l-Att
daqslikieku dawk l-immunitajiet u privileġġi ingħataw bis-saħħa
ta’ l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi.
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 690 tat-2 ta’ Novembru, 1990.
     TWAQQIF TA’ DELEGAZZJONI 
2      KAP. 344.ħ   TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
SKEDA
ġArtikoli 3 u 4ħ
Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar it-
Twaqqif tad-Delegazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej 
u l-Privileġġi u Immunitajiet tad-Delegazzjoni f’Malta
Il-Gvern ta’ Malta u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, filwaqt li jixtiequ li
jkomplu jsaħħu u jiżviluppaw ir-rapporti ta’ ħbiberija u ko-operazzjoni bejn Malta u
l-Komunitajiet Ewropej, filwaqt li jixtiequ jistipulaw kondizzjonijiet dwar it-twaqqif
fit-territorji ta’ Malta ta’ Delegazzjoni tal-Kummissjoni u dwar il-privileġġi u
immunitajiet ta’ dik id-Delegazzjoni, qablu kif ġej:
Artikolu 1
Il-Gvern ta’ Malta b’dan jaqbel li titwaqqaf Delegazzjoni tal-Kummissjoni fit-
territorji ta’ Malta.
Artikolu 2
1. Kull waħda mill-Komunitajiet Ewropej - il-Komunità Ewropeja dwar il-
Faħam u l-Azzar, il-Komunità Ekonomika Ewropeja, u l-Komunità Ewropeja dwar l-
Enerġija Atomika - għandu jkollha personalità ġuridika fit-territorji ta’ Malta.
2. Il-Komunitajiet għandu jkollhom il-kapaċità li jagħmlu kuntratti, li
jakkwistaw u jiddisponu minn proprjetà immobbli u mobbli kif ikun meħtieġ għall-
aħjar twettiq tad-dmirijiet tagħhom u li jmexxu proċedimenti legali u għal dak il-
għan għandhom ikunu rappreżentati mill-Kummissjoni, li għandha l-obbligu,
madankollu, li twettaq il-ħtiġijiet proċedurali u amministrattivi meħtieġa mill-liġijiet
ta’ Malta fit-twettiq tal-fakoltajiet imsemmija qabel.
Artikolu 3
1. Id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni, il-kap u l-membri tagħha, kif ukoll il-
membri tal-familji tagħhom li rispettivament joqogħdu f’dar waħda flimkien
magħhom, għandu jkollhom, fit-territorji ta’ Malta, dawk id-drittijiet u privileġġi u
immunitajiet u jkunu soġġetti għal dawk l-obbligazzjonijiet li jkunu jaqblu ma’ dawk
stipulati fil-Konvenzjoni ta’ Vienna tat-18 ta’ April, 1961, dwar Relazzjonijiet
Diplomatiċi u li rispettivament jingħataw lil, u jintlaqgħu minn Missjonijiet
Diplomatiċi akkreditati għal Malta, il-kapijiet u membri ta’ dawk il-Missjonijiet, kif
ukoll il-membri tal-familji tagħhom li rispettivament joqogħdu f’dar waħda flimkien
magħhom.
2. Id-disposizzjonijiet l-oħrajn tal-Konvenzjoni ta’ Vienna tat-18 ta’ April,
1961, dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi għandhom japplikaw mutatis mutandis.
3. Dawk id-drittijiet u privileġġi u immunitajiet għandhom jingħataw bil-
kondizzjoni li, b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 17 tal-Protokoll
dwar il-privileġġi u immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej li tinsab annessa mat-
Trattat li jistabbilixxi Kunsill uniku u Kummissjoni unika tal-Komunitajiet Ewropej
magħmula fi Brussels fit-8 ta’ April, 1965, l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej
jagħtu l-istess drittijiet u privileġġi u immunitajiet lill-Missjoni ta’ Malta, lill-kap
tagħha u lill-membri tagħha, kif ukoll lill-membri tal-familji tagħhom li
TWAQQIF TA’ DELEGAZZJONI 
TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ ġKAP. 344.   3
rispettivament joqogħdu f’dar waħda flimkien magħhom.
Artikolu 4
Il-Gvern ta’ Malta jirrikonoxxi l-laissez-passer maħruġ mill-Komunitajiet
Ewropej lill-uffiċjali u impjegati oħrajn ta’ l-istituzzjonijiet tagħha bħala dokumenti
tal-ivvjaġġar validi.
Artikolu 5
Kull tilwima dwar it-tifsir jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi
solvuta wara li ż-żewġ partijiet jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jaslu
f’konċiljazzjoni.
Artikolu 6
Kull Parti Kontraenti għandha tavża lill-Parti l-oħra bit-twettiq tal-proċeduri
rispettivi meħtieġa għall-approvazzjoni ta’ dan il-Ftehim li għandu jidħol fis-seħħ
fid-data meta jiġi riċevut it-tieni avviż.
B’xiehda ta’ dan is-sottoskritti, li huma debitament awtorizzati li jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussels fit-28 ta’ Ġunju, 1990, bid-duplikat bil-lingwa Ingliża, iż-
żewġ testi huma awtentiċi indaqs.
JOSEPH LICARI  ABEL MUTUTES JUAN
Għall-Gvern ta’ Malta  Għall-Kummissjoni
tal-Komunitajiet Ewropej
