SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    1
KAPITOLU 345
Sostitwit:
XVII. 2002.112.
ATT DWAR IS-SWIEQ FINANZJARJI
Biex jirregola l-Exchanges ta’ Investimenti, sabiex jipprovdi għal
kummerċ ordinat ta’ titoli u sabiex jipprovdi dwar ħwejjeġ oħra anċillari
jew inċidentali għalihom jew li għandhom x’jaqsmu magħhom.
24 ta’ Jannar, 1991;
12 ta’ Diċembru, 1991;
8 ta’ Jannar, 1992;
21 ta’ Frar, 1992
L-ATT XXXIII ta’ l-1990, kif emendat bl-Avviż Legali 2 ta’ l-1992; bl-
Att V ta’ l-1992; bl-Avviż Legali 76 ta’ l-1994; bl-Atti: XIV, XVI u XXI ta’
l-1994, XXIV u XXV ta’ l-1995, u IX ta’ l-1997; bl-Avviżi Legali 90 u 91 ta’
l-1999 u 124 ta’ l-2000; bl-Atti XVII ta’ l-2002 u IV ta’ l-2003; u bl-Avviż
Legali 370 ta’ l-2003.
TAQSIMA I 
Preliminari
Titolu fil-qosor.
Emendat: 
V.1992.2;
XVII. 2002.112.
1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar is-Swieq
Finanzjarji.
Tifsir. 
Emendat:
V.1992.2, 3;
XIV.1994.32; 
XXI.1994.12; 
XXV.1995.433;
IX. 1997.5;
XVII. 2002.113.
Kap. 375.
2. F’dan l-Att, u fl-Iskeda li tinsab miegħu, sakemm ir-rabta
tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra -
"abbuż mis-suq" tfisser imġieba li tammonta għal reat ta’ abbuż
mis-suq taħt l-Att dwar Reati għal Insider Dealing u Abbuż mis-
Suq;
"Awtorità  dwar l-Elenku" tfisser dik il-persuna jew korp maħtur
mill-Ministru b’avviż fil-Gazzetta bħala l-Awtorità  dwar l-Elenku,
għall-finijiet ta’ l-artikolu 11, iżda sa dak iż-żmien li l-Ministru
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli 
Taqsima I  Preliminari 1-2 
Taqsima II  Exchange ta’ Investimenti Rikonoxxuti  3-10 
Taqsima III  L-Awtorità  dwar l-Elenku 11-23 
Taqsima IV  Il-Borża ta’ Malta 24-31 
Taqsima V  Setgħat Regolatorji u ta’ Sorveljanza 32-41 
Taqsima VI  Tribunal dwar Servizzi Finanzjarji 42-44 
Taqsima VII  Mixxellanji  45-52
SKEDA
  2      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
jagħmel dik il-ħatra kull riferenza għall-Awtorità  dwar l-Elenku
għandha tiftiehem bħala riferenza għall-Kunsill;
"awtorità  kompetenti" tfisser dik il-persuna jew korp ieħor li l-
Ministru għandu jaħtar b’avviż fil-Gazzetta, sabiex teżerċita l-
funzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti taħt dan l-Att u twettaq dawk
il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista’ jidhirlu xieraq
relattivament għall-operat ta’ dan l-Att;
"Bank Ċentrali" tfisser il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
"il-bini tal-Borża" tfisser il-post fejn il-Borża titwaqqaf mill-
Kunsill għall-fini li tiġġestixxi l-attività  tagħha hemmhekk; 
"Borża" tfisser il-Borża ta’ Malta stabbilita bl-artikolu 3;
"bye-laws" tfisser bye-laws magħmula skond l-artikolu 28;
"Chairman" tfisser iċ-chairman tal-Borża;
"depożitarju ċentrali tat-titoli" tfisser id-depożitarju stabbilit
mill-Borża skond il-bye-laws tagħha;
Kap. 370.
"detentur ta’ liċenza" tifisser persuna li tkun detentur ta’ liċenza
taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ l-Investiment;
"enti morali" tfisser korporazzjoni stabbilita b’liġi f’Malta; 
Kap. 375.
"kummerċ intern" tfisser kondotta li tammonta għal xi reat taħt
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Reati għal Insider Dealing u
Abbużi mis-Suq;
"kumpanija" tinkludi:
Kap. 386.
(i) kumpanija pubblika ffurmata u reġistrata skond
l-Att dwar il-Kumpaniji; u
(ii) kumpanija kostitwita jew inkorporata, jew li
tkun se tiġi kostitwita jew inkorporata barra
minn Malta, kemm jekk il-kumpanija jkollha jew
le post ta’ negozju stabbilit f’Malta;
 "kumpanija elenkata" tfisser kumpanija li t-titoli tagħha jkunu
ġew aċċettati fl-elenku ta’ exchange ta’ investimenti rikonoxxut
skond dan l-Att;;
"kumpannija kwotata" tfisser kumpannija li t-titoli tagħha jkunu
ddaħħlu għall-elenku u kummerċ fuq exchange rikonoxxut skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
"kumpannija msieħba" dwar kumpannija, tfisser kull enti morali
li jkun is-sussidjarju jew l-assoċjat ta’ dik il-kumpannija, jew
holding company tagħha, jew hu l-manager jew hu mmexxi minn
dik il-kumpannija jew jagħti jew jieħu pariri jew hu b’xi mod ieħor
ikkontrollat minn jew jikkontrolla dik il-kumpannija, holding
company tagħha jew hu s-sussidjarju jew l-assoċjat tal-holding
company ta’ dik il-kumpannija;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill tal-Borża stabbilit bl-artikolu 25;
"lista uffiċjali" tfisser il-lista mħejjija u pubblikata mill-Borża
bħala l-lista uffiċjali tagħha skond il-bye-laws tagħha;
"lista rikonoxxuta" tfisser lista mħejjija u pubblikata minn
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    3
exchange ta’ investimenti rikonoxxut skond il-bye-laws ta’ dak l-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut;
"membri" dwar exchange ta’ investimenti rikonoxxut" tfisser il-
membri ta’ dak l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-finanzi;
"mod ordinat" tfisser it-twettiq xieraq ta’ operazzjonijiet skond
il-bye-laws u meqjus it-trattament bl-istess mod ta’ utenti u
parteċipanti fis-suq;
"negozjar" tfisser l-attività  ta’ xiri u bejgħ ta’ titoli kwotati;
"persuna f’kumpannija" tfisser persuna li jew:
(i) tkun direttur ta’ dik il-kumpannija jew ta’
kumpannija msieħba, jew
(ii) tkun uffiċjal jew impjegat ta’ dik il-kumpannija
jew ta’ kumpannija msieħba, jew
(iii) tkun tokkupa pożizzjoni li tinvolvi relazzjoni
kummerċjali jew professjonali bejnha nnifisha,
il-prinċipal tagħha, jew kumpannija li tagħha
tkun direttur, u dik il-kumpannija jew
kumpannija msieħba, jew
(iv) tkun uffiċjal pubbliku li tkun qiegħda tikseb
tagħrif fil-kapaċità  uffiċjali tagħha;
"sena finanzjarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jintemm fil-
31 ta’ Diċembru, iżda dwar l-ewwel sena finanzjarja din għandha
tkun ta’ perijodu ta’ mhux aktar minn erbgħa u għoxrin xahar li
jintemm fil-31 ta’ Diċembru tat-tieni sena li tiġi wara t-twaqqif tal-
Borża;
"spettur" tfisser spettur maħtur bis-saħħa ta’ l-artikolu 33;
"statut" tfisser l-istatut tal-Borża magħmul skond l-artikolu 28;
Kap. 370.
"stockbroker" tfisser kull detentur ta’ liċenza awtorizzat mill-
awtorità  kompetenti taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment biex
jeżerċita l-funzjonijiet ta’ broker għax-xiri jew bejgħ ta’ titoli
kwotati: iżda kull liċenza ta’ stockbroker maħruġa mill-Kunsill tal-
Borża ta’ Malta għandha tkompli fis-seħħ sakemm tiġġedded jew
tiġi revokata mill-awtorità  kompetenti taħt l-Att dwar is-Servizzi
ta’ l-Investiment; 
"titoli" tfisser titoli kif imfissra fl-artikolu 2 ta’ l-Iskeda li tinsab
ma’ dan l-Att, li jkunu nħarġu jew ser jinħarġu minn soċjetà
kummerċjali, enti morali stabbilita bil-liġi, il-Gvern ta’ Malta jew
persuni oħra li jkunu;
"titoli elenkati" jew "titoli kwotati" tfisser titoli li jkunu ġew
aċċettati fl-elenku ta’ exchange ta’ investimenti rikonoxxut skond
dan l-Att;
Kap. 330.
"Tribunal" tfisser it-Tribunal dwar Servizzi Finanzjarji mwaqqaf
taħt l-artikolu 21 ta’ l-Att dwar l-Awtorità  għas-Servizzi
Finanzjarji ta’ Malta:
Iżda għall-finijiet ta’ proċeduri taħt dan l-Att membri tat-
tribunal maħtura taħt l-artikolu 21 ta’ dan l-Att għandhom ikunu
  4      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
sostitwiti mill-persuni maħtura mill-Ministru taħt dan l-artikolu, li
jkunu persuni li fil-fehma tal-Ministru jkollhom il-kwalifiki u l-
esperjenza meħtieġa biex jittrattaw każijiet bħal dawk, u d-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ l-imsemmi artikolu 21 ta’ l-imsemmi Att
għandhom japplikaw għall-membri maħtura taħt dan l-artikolu bl-
istess mod u sa l-istess limitu kif japplikaw għall-membri sostitwiti
minnhom.
TAQSIMA II
Exchange ta’ Investimenti Rikonoxxuti
Ħtiġiet għal 
rikonoxximent.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
3. Il-Ministru, bil-parir ta’ l-awtorità  kompetenti, jista’
jagħmel regolamenti li jistabbilixxu -
(a) il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu
sodisfatti minn exchange ta’ investiment biex
jikkwalifika bħala ‘exchange’ ta’ investimenti
rikonoxxut u li dwaru l-awtorità  kompetenti tista’
tagħmel ordni, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-Att
imsejjaħ "ordni ta’ rikonoxximent" taħt din it-Taqsima
ta’ dan l-Att;
(b) il-ħtiġiet inklużi ħtiġiet għal rapporti u kondizzjonijiet
li exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandu
jkompli jissodisfa biex jibqa’ exchange ta’
investimenti rikonoxxut;
(ċ) iċ-ċirkostanzi u l-mod li bih ordni ta’ rikonoxximent
jew il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet li għalih ikun suġġett
jistgħu jkunu mibdula, sospiżi jew revokat;
(d) ir-regoli għar-regolamentazzjoni u sorveljanza ta’
exchanges ta’ investimenti rikonoxxuti;
(e) arranġamenti għall-investigazzjoni ta’ lmenti dwar
exchange ta’ investimenti rikonoxxut;
(f) il-funzjonijiet tat-Tribunal dwar il-proċedimenti taħt
ir-regoli ta’ exchange ta’ investimenti rikonoxxut
minn persuni li huma suġġetti għal dawk ir-regoli;
Kap. 379.
(g) arranġamenti għall-iskrutinju ta’ regoli u prattiċi ta’
exchange ta’ investimenti rikonoxxut u għat-tħaris
minn prattiċi ristrettivi skond l-Att dwar il-
Kompetizzjoni u kull regoli, regolamenti jew direttivi
magħmula bis-saħħa tiegħu;
(h) kategoriji ta’ operazzjonijiet li jistgħu jitwettqu biss
fuq exchange ta’ investimenti rikonoxxut u ċ-
ċirkostanzi li fihom investitur ikun eżentat minnhom;
(i) jipprekrivu kull ħaġa li hi inċidentali ma’ xi ħaġa li
ssemmiet hawn fuq jew konnessa magħha.
Applikazzjoni għal 
rikonoxximent.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
4. (1) (a) Ebda persuna ma għandha tipprovdi, jew turi li qed
tipprovdi servizzi ta’ exchange ta’ investiment f’Malta jew minn
Malta kemm-il darba dik il-persuna ma jkollhiex fil-pussess tagħa
ordni ta’ rikonoxximent.
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    5
(b) Kull korp, inkorpat jew le, jista’ japplika lill-awtorità
kompetenti għal ordni ta’ rikonoxximent taħt din it-
Taqsima ta’ dan l-Att biex jiddikjarah bħala exchange
ta’ investimenti rikonoxxut għall-finijiet ta’ dan l-Att.
(2) Applikazzjoni taħt is-subartikolu (1) għandha ssir b’dak il-
mod li l-awtorità  kompetenti tista’ tordna u jkollha magħha kopja
tar-regoli jew tal-bye-laws ta’ l-applikant.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ toħroġ direttivi li jistabilixxu -
(a) il-mod u l-forma li biha għandha ssir applikazzjoni;
(b) il-partikolaritajiet u dawk il-ħwejjeġ l-oħra li
għandhom jingħataw minn applikant;
(ċ) dik l-informazzjoni l-oħra li l-awtorità  kompetenti
tista’ b’mod raġonevoli teħtieġ sabiex tiddeċiedi l-
applikazzjoni;
(d) kull ħaġa oħra inċidentali jew konnessa mal-ħwejjeġ
ta’ hawn fuq.
(4) L-informazzjoni li tista’ teħtieġ l-Awtorità  dwar
applikazzjoni għandha tingħata f’dik il-forma, u għandha tiġi
verifikata b’dak il-mod, li l-awtorità  kompetenti tista’ tordna.
(5) Direttivi differenti jistgħu jinħarġu mill-awtorità
kompetenti taħt is-subartikolu (3) dwar klassijiet jew kategoriji
differenti ta’ applikazzjonijiet.
(6) Fid-deċiżjoni ta’ applikazzjoni l-awtorità  kompetenti tista’
tikkunsidra kull informazzjoni li jidhrilha li tkun rilevanti għall-
applikazzjoni.
(7) L-awtorità  kompetenti tista’, fuq applikazzjoni magħmula
taħt is-subartikoli (1) u (2) u bla ħsara għal kull direttivi maħruġa
taħt l-artikolu 4(3), tagħmel jew tirrifjuta li tagħmel ordni ta’
rikonoxximent.
(8) Ordni ta’ rikonoxximent għandu juri d-data effettiva tiegħu.
(9) Meta l-awtorità  kompetenti tirrifjuta applikazzjoni għal
ordni ta’ rikonoxximent, din għandha tagħti lill-applikant avviż
dwar dan fejn tagħti r-raġunijiet għar-rifjut.
(10) Jekk l-awtorità  kompetenti tirrifjuta applikazzjoni għal
ordni ta’ rikonoxximent l-applikant ikollu dritt jappella skond l-
artikolu 43.
(11) Ordni ta’ rikonoxximent jista’, skond dawk ir-regolamenti
li jistgħu jiġu preskritti, jinbidel, ikun sospiż jew jiġi revokat mill-
awtorità  kompetenti.
Direttivi.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
5. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ toħroġ direttivi li jeħtieġu
exchange ta’ investimenti rikonoxxut li jagħtiha -
(a) avviż ta’ dawk il-ġrajjiet dwar dak l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut kif jista’ jiġi speċifikat mill-
awtorità  kompetenti; u
(b) dik l-informazzjoni dwar dawk il-ġrajjiet kif jista jiġi
speċifikat mill-awtorità  kompetenti;
  6      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
(ċ) dik l-informazzjoni l-oħra dwar l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut, f’dawk iż-żminijiet u dwar
dak il-perijodu kif jista’ jiġi speċifikat mill-awtorità
kompetenti.
(2) Kull direttiva maħruġa mill-awtorità  kompetenti tista’
teħtieġ li l-informazzjoni tingħata f’forma speċifika u tkun
verifikata b’mod speċifiku.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ toħroġ direttivi għar-
regolamentazzjoni aħjar ta’ exchanges ta’ investimenti rikonoxxuti.
Direttivi ma 
japplikawx jekk 
ikunu modifikati.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
6. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ tordna li xi waħda mid-
direttivi maħruġa taħt l-artikolu 5 ma għandhomx japplikaw dwar
xi exchange ta’ investimenti rikonoxxut jew li japplikaw għal dak l-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut b’dawk il-modifiki li jistgħu
jkunu speċifikati fid-direttiva, jekk tkun sodisfatt li - 
(a) it-tħaris mill-exchange ta’ l-investimenti rikonoxxut
tad-direttivi, jew tad-direttivi mhux modifikati, ikun
ta’ piż bla bżonn jew ma jilħaqx l-għan li għalih ikunu
saru d-direttivi; u 
(b) in-nuqqas ta’ tħaris jew modifikazzjoni tad-direttivi
kif intqal qabel ma jkunx jirriżulta f’riskju żejjed lil
persuni li l-interessi tagħhom dawk id-direttivi huma
maħsuba li jipproteġu.
(2) Direttiva maħruġa mill-awtorità  kompetenti taħt is-
subartikolu (1) tista’ tkun suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet li l-
awtorità  kompetenti jidhirlha xierqa.
Sorveljanza.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
7. (1) L-awtorità  kompetenti tista’, kull meta jidhrilha li
exchange ta’ investimenti rikonoxxut-
(a) ikun naqas, jew x’aktarx ikun se jonqos, milli
jissodisfa l-ħtiġiet għar-rikonoxximent f’dan l-Att jew
taħtu; jew
(b) ikun naqas li jħares xi obbligu ieħor impost fuqu b’dan
l-Att jew taħtu, 
toħroġ dawk id-direttivi li jidhrilha xierqa fiċ-ċirkostanzi -
(i) sabiex tiżgura li l-korp iħares dawk il-ħtiġiet u
kull obbligu impost fuqu b’dan l-Att jew taħtu;
(ii) li bihom teħtieġ kull ħaġa li għandha ssir jew li
ma għandhix issir, jew timponi kull projbizzjoni,
restrizzjoni jew limitazzjoni, jew xi ħtieġa oħra
tkun li tkun.
(2) Is-setgħa għall-ħruġ ta’ direttivi taħt dan l-artikolu tinkludi
s-setgħa li tagħmel dawk id-direttivi suġġetti għal dawk il-
kondizzjonijiet li l-awtorità  kompetenti jidhrilha xierqa kif ukoll is-
setgħa għall-emenda, revoka jew sostituzzjoni ta’ kull direttiva
bħal dik.
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    7
Revoka ta’ ordni 
ta’ rikonoxximent.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
8. (1) Ordni ta’ rikonoxximent jista’ jiġi revokat b’ordni
magħmul mill-awtorità  kompetenti fuq it-talba, jew bil-kunsens ta’
l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut jew xort’oħra kif provdut
f’dan l-Att.
(2) Jekk ikun jidher lill-awtorità  kompetenti li exchange ta’
investimenti rikonoxxut -
(a) ikun qed jonqos, jew ikun naqas, li jissodisfa l-ħtiġiet
għal rikonoxximent taħt dan l-Att, jew
(b) ikun qed jonqos jew ikun naqas li jħares xi obbligu
ieħor impost fuqu b’dan l-Att jew taħtu,
tista’ tagħmel ordni li jirrevoka l-ordni ta’ rikonoxximent għal dak
il-korp ukoll jekk dak il-korp ma jixtieqx jew ma jagħtix il-kunsens
tiegħu għar-revoka ta’ l-ordni ta’ rikonoxximent.
(3) Ordni taħt is-subartikoli (1) u (2) li jirrevoka ordni ta’
rikonoxximent, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ordni ta’
revoka" għandu jispeċifika d-data li fiha għandu jibda jseħħ.
(4) Fil-każ ta’ ordni ta’ revoka magħmul taħt is-subartikolu (2),
id-data speċifikata ma għandhix tkun iktar kmieni mit-tmiem tal-
perijodu ta’ tliet xhur li jibdew mill-jum li fih isir l-ordni.
(5) Ordni ta’ revoka jista’ jkun fih dawk id-disposizzjonijiet
tranżitorji, kif l-awtorità  kompetenti jidhrilha meħtieġa jew
spedjenti.
Avviż ta’ direttiva 
jew revoka.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
9. (1) Qabel ma toħroġ direttiva taħt l-artikolu 7, jew qabel
ma’ tagħmel ordni ta’ revoka taħt l-artikolu 8(2), l-awtorità
kompetenti għandha -
(a) tagħti avviż bil-miktub tal-ħsieb tagħha li hekk
tagħmel lill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut
konċernat; u
(b) tieħu dawk il-passi li jidhrilha raġonevolment
prattikabbli biex iġġib l-avviż għall-attenzjoni ta’ kull
persuna oħra li, fil-fehma tagħha, x’aktarx tkun
milquta bih.
(2) Avviż taħt is-subartikolu (1) għandu -
(a) jagħti r-raġunijiet għaliex l-awtorità  kompetenti tkun
bi ħsiebha toħroġ id-direttiva jew tagħmel l-ordni ta’
revoka; u
(b) jiġbed l-attenzjoni għad-dritt li jsiru dikjarazzjonijiet
mogħtija bis-subartikolu (3).
(3) Qabel it-tmiem tal-perijodu għall-għemil ta’
dikjarazzjonijiet -
(a) exchange ta’ investimenti rikonoxxut; u
(b) kull persuna oħra li x’aktarx tkun milquta bl-ordni ta’
revoka propost u notifikata skond is-subartikolu
(1)(b),
tista’ tagħmel dikjarazzjonijiet lill-awtorità  kompetenti.
(4) Iż-żmien għall-egħmil ta’ dikjarazzjonijiet huwa -
  8      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
(a) xahrejn li jibdew -
(i) mid-data li fiha l-avviż ikun ġie notifikat lill-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut fil-każ ta’
l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut; jew
(ii) mid-data li fiha l-avviż ikun inġieb għall-
attenzjoni ta’ kull persuni oħra notifikati skond
is-subartikolu (1)(b) fil-każ ta’ dawk il-persuni
l-oħra;
(b) dak iż-żmien itwal imsemmi fl-avviż kif l-awtorità
kompetenti jidhrilha xieraq li tagħti fil-każ partikolari.
(5) Fid-deċiżjoni jekk toħroġx direttiva jew tagħmilx ordni ta’
revoka, l-awtorità  kompetenti għandha tikkonsidra kull
dikjarazzjoni magħmula skond is-subartikolu (3).
(6) Jekk l-awtorità  kompetenti tiddeċiedi li toħroġ id-direttiva
proposta jew li tagħmel l-ordni ta’ revoka propost, din għandha :
(a) tagħti lill-exchange ta’ investimenti rikonoxxut avviż
bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha; u
(b) meta tiddeċiedi li toħroġ id-direttiva jew li tagħmel l-
ordni, tieħu dawk il-passi li jidhrilha raġonevolment
prattikabbli biex iġġib id-deċiżjoni tagħha għall-
attenzjoni ta’ kull persuna oħra li, fil-fehma ta’ l-
awtorità  kompetenti, x’aktarx ikunu milquta biha.
Notifikazzjoni ta’ 
azzjoni maħsuba.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
10. Exchange ta’ investimenti rikonoxxut li jkun bi ħsiebu
jieħu xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin għandu jinnotifika lill-
awtorità  kompetenti bil-miktub u jkun meħtieġ il-kunsens ta’ l-
awtorità  kompetenti qabel ma exchange ta’ investimenti rikonoxxut
ikun leġittimament jista’:
(a) jibdel jew jirrevoka r-regoli jew il bye-laws tiegħu;
jew
(b) jagħmel jew joħroġ regoli jew bye-laws ġodda; jew
(ċ) jagħmel tibdil fl-arranġamenti għall-provvista ta’
servizzi ta’ clearing dwar operazjonijiet li jsiru fuq l-
exchange konċernat jew fil-kriterji li japplika meta
jiddeċiedi biex jipprovdi servizzi ta’ clearing.
TAQSIMA III
L-Awtorita dwar l-Elenku
Kostituzzjoni u 
funzjonijiet ta’ l-
Awtorità  dwar l-
Elenku.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
11. Għandu jkun hemm Awtorità  dwar l-Elenku li jkollha l-
funzjonijiet li ġejjin:
(a) li tawtorizza l-ammissibilità  ta’ dawk it-titoli li
jidhrilha xierqa għal-lista uffiċjali u għal kull lista
rikonoxxuta oħra;
(b) li tagħmel regoli ("regoli għall-elenku") għall-finijiet
ta’ din it-Taqsima ta’ l-Att;
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    9
(ċ) li tiżgura tħaris ma’ kull ħtiġiet jew kondizzjonijiet
imniżżlin fir-regoli għall-elenku biex titoli elenkati
jibqgħu elenkati;
(d) li tagħmel kull regoli oħra li għandha s-setgħa li
tagħmel taħt din it-Taqsima ta’ l-Att.
Ammissibbilità  
għall-Elenku.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
12. (1) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b),
ebda titolu ma jkun ammess għall-elenku u għal negozju fuq il-lista
uffiċjali jew xi lista rikonoxxuta oħra kemm-il darba l-Awtorità
dwar l-Elenku ma tkunx qabel awtorizzat l-ammissibilità  ta’ dawk
it-titoli għall-elenku skond kull regola magħmula taħt l-artikolu 13.
(b) Il-Ministru jista’ b’regolamenti jipprovdi li xi titoli li
jaqgħu taħt deskrizzjoni jew kategorija speċifikata f’dawk ir-
regolamenti ma jkunux ammissibli għall-elenku fil-lista uffiċjali
jew f’xi lista rikonoxxuta oħra.
(2) Il-Borża u kull exchange ta’ investimenti rikonoxxut
jistgħu jdaħħlu għall-elenku u negozju fuq il-lista uffiċjali jew,
skond il-każ, fuq il-lista rikonoxxuta konċernata dawk it-titoli li
jidhrilhom xieraq u -
(a) li jkunu ġew awtorizzati bħala ammissibbli għall-
elenku mill-Awtorità  dwar l-Elenku; u
(b) li ma jaqgħux f’deskrizzjoni jew kategorija speċifikata
f’xi regolament magħmul mill-Ministru taħt is-
subartikolu (1)(b) bħala li mhux ammissibbli għal-lista
uffiċjali jew għal xi lista rikonoxxuta oħra:
Iżda bil-kunsens ta’ l-Awtorità  dwar l-Elenku l-Borża u kull
exchange ta’ investimenti rikonoxxut jista’ jdaħħal fl-elenku titoli
li ma jiġux negozjati.
Regoli għall-
elenku.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
13. L-Awtorità  dwar l-Elenku tista’ tagħmel regoli għall-
elenku:
(a) li jistabbilixxu l-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet li
għandhom ikunu sodisfatti minn persuna li tagħmel
applikazzjoni biex it-titoli tagħha jkunu awtorizzati
bħala ammissibbli għall-lista uffiċjali jew xi lista
rikonoxxuta oħra;
(b) li jistabbilixxu l-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet li applikant
għandu jkompli jissodisfa biex it-titoli elenkati tagħha
jibqgħu elenkati f’xi waħda minn dawk il-listi;
(ċ) li jistabbilixxu l-mod u l-forma li fihom applikazzjoni
għall-ammissibiltà  għall-elenku għandha ssir lill-
Awtorità  dwar l-Elenku u d-drittijiet kollha li
għandhom jitħallsu dwarha;
(d) li jistabbilixxu l-forma ta’ u l-informazzjoni meħtieġa
li tiġi stabbilita f’xi partikolaritajiet dwar l-elenku, fil-
prospett jew f’dokument ieħor mogħtija lill-Awtorità
dwar l-Elenku skond xi regoli għall-elenku magħmula
taħt dan l-artikolu;
(e) li jistabbilixxu l-ħtiġiet ta’ reġistrazzjoni dwar xi
  10      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
partikolaritajiet dwar l-elenku, il-prospett jew
dokumenti oħra li għandhom ikunu pubblikati skond xi
regoli għall-elenku magħmula taħt dan l-artikolu;
(f) li jeħtieġu f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jiġu
stabbiliti fir-regoli, il-pubblikazzjoni ta’ reklami jew
informazzjoni oħra dwar applikazzjonijiet għall-
ammissibiltà  għall-elenku jew ammissjoni għall-
elenku u negozju ta’ titoli fil-lista uffiċjali jew f’xi
lista rikonoxxuta;
(g) li jistabbilixxi s-setgħat regolatorji, investigattivi,
dixxiplinari u ta’ nfurzar ta’ l-Awtorità  dwar l-Elenku,
tal-Borża u ta’ exchanges ta’ investimenti rikonoxxuti
dwar min joħroġ titoli elenkati;
(h) li jistabbilixxu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikoli 17 u 18, il-penalitajiet għall-ksur ta’ regoli
għall-elenku li jistgħu jiġu mposti mill-Awtorità  dwar
l-Elenku taħt l-artikolu 19;
(i) dwar kull ħaġa li hi inċidentali jew konnessa ma’ kull
ħaġa hawn fuq imsemmija kif l-awtorità  kompetenti
jidhrilha xieraq.
Kumitat dwar l-
Elenku.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
14. (1) L-Awtorità  dwar l-Elenku tista’ tistabbilixxi kumitat,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat dwar l-Elenku", li
lilu tista’ tiddelega kull waħda mill-funzjonijiet u setgħat taħt din
it-Taqsima:
Iżda l-Awtorità  dwar l-Elenku ma tistax tiddelega s-setgħat
tagħha li:
(a) tagħti jew tirrifjuta awtorizzazzjoni għall-ammissibiltà
għall-elenku taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att;
(b) li twaqqaf li xi titoli jibqgħu elenkati taħt din it-
Taqsima ta’ l-Att.
(2) Il-Kumitat dwar l-Elenku jkun magħmul minn dawk il-
persuni u jkollu dawk is-setgħat u jħares dawk ir-regoli ta’
proċedura murija fid-dokument li jistabbilih.
(3) L-Awtorità  dwar l-Elenku tista’ tibdel, temenda jew
tissostitwixxi kull dokument li jistabbilixxi l-Kumitat dwar l-
Elenku.
Elenkar.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
15. (1) Applikazzjoni għall-ammissibiltà  għall-elenku
għandha ssir lill-Awtorità  dwar l-Elenku b’dak il-mod li jista’ jkun
meħtieġ bir-regoli dwar l-elenku. 
(2) Ebda applikazzjoni għall-ammissibiltà  għall-elenku ma tiġi
milqugħa mill-Awtorità  dwar l-Elenku kemm-il darba ma ssirx
minn, jew bil-kunsens ta’ min joħroġ it-titoli konċernati.
(3) L-Awtorità  dwar l-Elenku ma għandhix tawtorizza l-
ammissibiltà  għall-elenku kemm-il darba ma tkunx sodisfatta li -
(a) il-ħtiġiet ta’ kull regola dwar l-elenku applikabbli, u 
(b) kull ħtieġa oħra imposta mill-Awtorità  dwar l-Elenku
relattivament għall-applikazzjoni,
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    11
jkunu ġew imħarsa.
(4) Applikazzjoni għall-ammissibilità  għall-elenku għandha
tiġi rifjutata jekk l-awtorità  kompetenti tikkunsidra li l-għoti tagħha
jkun ta’ ħsara għall-interessi ta’ l-investituri.
Notifika ta’ 
deċiżjioni.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
16. (1) L-Awtorità  dwar l-Elenku għandha tinnotifika lill-
applikant bid-deċiżjoni tagħha li taċċetta applikazzjoni għall-
ammissibilità  fl-elenku - 
(a) qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ erbgħin jum li jibda
mid-data li fiha l-applikazzjoni tkun ġiet riċevuta; jew
(b) jekk f’dak il-perijodu l-Awtorità  dwar l-Elenku tkun
talbet lill-applikant biex jipprovdi iktar informazzjoni
dwar l-applikazzjoni, qabel it-tmiem tal-perijodu ta’
erbgħin jum li jibda mid-data li fiha dik l-
informazzjoni tkun provduta.
(2) Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tonqos li tinnotifika lill-
applikant skond is-subartikolu (1), għandha titqies li bagħtet avviż
bil-miktub bil-quddiem kif provdut fis-subartikolu (4).
(3) Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tiddeċiedi li tawtorizza l-
ammissibilità  għall-elenku għandha tagħti avviż bil-miktub dwar
dan lill-applikant.
(4) Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tipproponi li tirrifjuta
awtorizzazzjoni għall-ammissibilità  dwar l-elenku, għandha tagħti
lill-applikant avviż bil-miktub bil-quddiem tal-ħsieb tagħha li
tirrifjuta l-applikazzjoni fejn tagħti r-raġunijiet għax qed tipproponi
r-rifjut u tiġbed l-attenzjoni ta’ l-applikant bid-drittijiet tiegħu li
jagħmel dikjarazzjonijiet skond is-subartikolu (5).
(5) Applikant li jkun irċieva avviż bil-miktub bil-quddiem tal-
ħsieb ta’ l-Awtorità  dwar l-Elenku biex tirrifjuta l-awtorizzazzjoni
għall-ammissibilità  dwar l-elenku jista’ jagħmel dikjarazzjonijiet
lill-Awtorità  dwar l-Elenku -
(a) fi żmien xahar mid-data li fiha l-avviż bil-quddiem
ikun ġie notifikat lill-applikant; jew
(b) f’dak iż-żmien itwal li jkun imsemmi fl-avviż bil-
quddiem li l-Awtorità  dwar l-Elenku jidhrilha xieraq li
tagħti fil-każ partikolari.
(6) Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tiddeċiedi li tirrifjuta
applikazzjoni għall-ammissibilità  għall-elenku din għandha tagħti
lill-applikant avviż tad-deċiżjoni tagħha bil-miktub fejn tagħti r-
raġunijiet għar-rifjut u tiġbed l-attenzjoni ta’ l-applikant għad-dritt
tiegħu li jirreferi l-kwistjoni lit-Tribunal.
(7) Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tiddeċiedi li tirrifjuta
applikazzjoni għall-ammissibilità  għall-elenku l-applikant ikollu
dritt għal appell lit-Tribunal skond l-artikolu 43.
Twaqqif jew 
sospensjoni.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
17. (1) (a) L-Awtorità  dwar l-Elenku tista’ skond regoli għall-
elenku, u sew minn jeddha jew fuq it-talba tal-Borża jew ta’
exchange ta’ investimenti rikonoxxut ieħor li fuqhom xi titoli ikunu
ġew ammessi għall-elenku u għan-negozju, twaqqaf jew
  12      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
tissospendi l-elenkar ta’ dawk it-titoli jekk tkun sodisfatta li jkun
hemm ċirkostanzi li jistħoqqu dik is-sospensjoni jew dak it-
twaqqif.
(b) Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subartikolu jkunu bla
ħsara għas-setgħa tal-Borża jew ta’ xi exchange ta’ investimenti
rikonoxxut li fuqhom xi titoli jkunu ġew elenkati li jissospendu l-
elenkar ta’ kull titolu bħal dak skond ir-regoli tagħha jekk ikun
hemm raġuni li temmen li dan ikun fl-interess tal-Borża jew ta’ xi
exchange ta’ investimenti rikonoxxut, skond il-kaz, jew tal-
pubbliku jew investituri b’mod ġenerali:
Iżda sospensjoni ordnata mill-Borża jew minn exchange ta’
investimenti rikonoxxut ieħor li fihom it-titoli konċernati jkunu
ġew elenkati ma tistax, mingħajr l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità
dwar l-Elenku tkun iktar minn għaxart ijiem f’kull perijodu ta’ tliet
xhur:
Iżda wkoll, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18(2) u (3)
għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull sospensjoni
ordnata mill-Borża jew exchange ta’ investimenti rikonoxxut ieħor
li fuqhom it-titoli konċernati jkunu elenkati u r-regoli ta’ kull
exchange ta’ investimenti rikonoxxut għandhom jgħidu li d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 18(2) u (3) għandhom japplikaw
mutatis mutandis għal kull sospensjoni ordnata minn dak l-
exchange ta’ investimenti rikonoxxut.
(2) Jekk l-elenkar ta’ xi titoli jkun ġie sospiż taħt is-subartikolu
(1), dawk it-titoli jistgħu xorta jibqgħu jiġu trattati bħala li huma
elenkati għal dawk l-għanijiet li jistgħu jiġu stabbiliti fir-regoli
għall-elenku.
(3) Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku twaqqaf jew tissospendi l-
elenkar ta’ xi titoli, min joħroġhom ikollu dritt għal appell lit-
Tribunal skond l-artikolu 43.
Avviż ta’ twaqqif 
jew sospensjoni.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
18. (1) Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku Ð
(a) tipproponi li twaqqaf jew tissospendi l-elenkar tat-
titoli, jew
(b) tiddeċiedi li tissospendi l-elenku ta’ titoli b’effett
immedjat,
għandha tagħti lill-persuna li toħroġ it-titoli avviż bil-miktub.
(2) It-twaqqif jew sospensjoni ta’ l-elenkar ta’ titoli jkollu
effett immedjat jew minn dik id-data li tista’ tiġi speċifikata fl-
avviż taħt is-subartikolu (1).
(3) Avviż mogħti taħt is-subartikolu (1) għandu -
(a) jagħti d-dettalji tat-twaqqif jew sospensjoni;
(b) jagħti r-raġuni ta’ l-Awtorità  dwar l-Elenku għat-
twaqqif jew sospensjoni, iżda l-interess tal-Borża jew
ta’ xi exchange ta’ investimenti rikonoxxut jew l-
interess tal-pubbliku jew ta’ l-investituri jikkostitwixxi
raġuni biżżejjed; u
(ċ) jgħarraf lil min joħroġ it-titoli li jkun jista’ jagħmel
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    13
rappreżentazzjonijiet lill-Awtorità  dwar l-Elenku f’dak
iż-żmien li jista’ jiġi speċifikat fl-avviż;
(d)  jgħarraf lil min joħroġ it-titoli bid-data li fiha dak it-
twaqqif jew dik is-sospensjoni se jkollha effett jew
bid-data li fiha s-sospensjoni kellha effett jekk l-avviż
taħt is-subartikolu (1) jgħid li s-sospensjoni għandu
jkollha effett immedjat:
Iżda l-obbligu li jingħata avviż ta’ deċiżjoni biex jiġi sospiż
l-elenkar ta’ titoli u d-dritt ta’ min joħroġ it-titoli biex jagħmel
rappreżentazzjonijiet dwarha jkunu bla ħsara għas-setgħa ta’ l-
Awtorità  dwar l-Elenku li tissospendi l-elenkar ta’ kull titoli
b’effett immedjat.
(4) L-Awtorità  dwar l-Elenku tista’ testendi l-perjodu li matulu
jistgħu jsirulha dikjarazzjonijiet.
(5) Jekk wara li tikkunsidra kull rdikjarazzjonijiet magħmula
minn min joħroġ it-titoli l-Awtorità  dwar l-Elenku tiddeċiedi -
(a) li twaqqaf jew tissospendi l-elenkar tat-titoli; jew
(b) jekk is-sospensjoni bdiet iseħħ, li ma tħassarix;
l-Awtorità  dwar l-Elenku għandha tagħti lil min joħroġ it-titoli
avviż bil-miktub tad-deċiżjoni tagħha.
(6) Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tiddeċiedi li twaqqaf jew
tissospendi l-elenkar tat-titoli, jew jekk is-sospensjoni tkun bdiet
isseħħ, li ma tħassarix, min joħroġ it-titoli jkollu d-dritt li jappella
lit-Tribunal skond l-artikolu 43 u avviż mogħti taħt is-subartikolu
(5) għandu jgħarraf lil min joħroġ it-titoli bid-dritt tiegħu li jirreferi
l-kwistjoni lit-Tribunal.
(7) L-effett li jitħassar it-twaqqif huwa li t-titoli konċernati
jerġgħu jidħlu fil-lista uffiċjali jew lista rikonoxxuta oħra li fiha
dawk it-titoli kienu ammessi.
Penali jew ċensura 
dwar 
kontravvenzjoni-
jiet.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
19. (1) Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tikkonsidra li -
(a) min joħroġ titoli elenkati; jew
(b) applikant għal ammissibilità  fl-elenku;
ikun kiser xi disposizzjoni tar-regoli għall-elenku, din tista’,
mingħajr rikors għal smigħ minn qorti, timponi fuq il-persuna li
toħroġ it-titoli jew l-applikant, skond il-każ, penali amministrattiva
ta’ mhux iżjed minn għoxrin elf lira.
(2) Kull meta l-Awtorità  dwar l-Elenku jkollha dritt timponi
penali fuq persuna taħt dan l-artikolu dwar ħaġa partikolari, hi
tista’ b’żieda magħha, jew minflok li timponi fuqha penali dwar dik
il-ħaġa, tippubblika dikjarazzjoni fejn tiċċensura li dik il-persuna.
(3) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tfixkel lill-Awtorità  dwar l-
Elenku milli tieħu kull passi oħra li għandha s-setgħa li tieħu taħt
din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(4) Penali taħt dan l-Att titħallas lill-Awtorità  dwar l-Elenku
bħala dejn ċivili.
(5) L-Awtorità  dwar l-Elenku ma tistax tieħu azzjoni kontra
  14      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
minn joħroġ it-titoli, l-applikant jew persuna oħra taħt dan l-
artikolu wara li jgħaddu sentejn mill-ewwel jum li fih kienet taf bil-
kontravvenzjoni kemm-il darba ma jkunux inbdew proċedimenti
kontra dak li joħroġ it-titoli, l-applikant jew persuna dwar il-
kontravvenzjoni qabel l-egħluq ta’ dak il-perijodu.
(6) Għall-finijiet tas-subartikolu (5) -
(a) l-Awtorità  dwar l-Elenku għandha titqies li saret taf
b’kontravvenzjoni jekk ikollha nformazzjoni li b’mod
raġonevoli tista’ tindika l-kontravvenzjoni; u
(b) proċedimenti kontra persuna dwar kontravvenzjoni
għandhom jitqiesu li nbdew meta jingħatalha avviż
taħt l-artikolu 20.
Avviż ta’ penali 
jew ċensura.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
20. (1)  Jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tipproponi li tieħu
azzjoni kontra xi ħadd li joħroġ it-titoli, l-applikant jew persuna
taħt l-artikolu 19 għandha tagħti lil min joħroġ it-titoli, lill-
applikant jew lill-persuna avviż f’dan is-sens, li jagħti r-raġuni għal
dik l-azzjoni, u l-persuna li tirċievi dak l-avviż ikollha d-dritt li
tagħmel rappreżentazzjonijiet bil-miktub lill-Awtorità  dwar l-
Elenku fi żmien ħmistax-il jum minn meta tirċievi dak l-avviż.
(2) Avviż dwar proposta li tkun imposta penali għandu juri l-
ammont tal-penali proposta.
(3) Avviż dwar proposta li tiġi pubblikata dikjarazzjoni għandu
jagħti t-termini tad-dikjarazzjoni proposta.
(4)  Avviż li jimponi penali għandu juri l-ammont tal-penali.
(5) Avviż dwar il-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjoni għandu
jagħti t-termini tad-dikjarazzjoni.
(6) Jekk wara li tisma’ dawk ir-rappreżentazzjonijiet l-Awtorità
dwar l-Elenku tiddeċiedi li tieħu azzjoni kontra minn joħroġ it-
titoli, l-applikant jew persuna taħt l-artikolu 19, dak li joħroġ it-
titoli, l-applikant jew dik il-persuna jkollhom dritt għal appell lit-
Tribunal taħt l-artikolu 43.
Setgħat regolatorji 
u investigattivi ta’ 
l-Awtorità  dwar l-
Elenku.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
21. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha biex tiżgura t-tħaris ta’ kull
ħtieġa jew kondizzjoni għal titoli elenkati sabiex jibqgħu hekk
elenkati, l-Awtorità  dwar l-Elenku jkollha, mutatis mutandis is-
setgħat regolatorji u investigattivi ta’ l-awtorità  kompetenti skond
l-artikoli 32, 33 u 34.
Delega ta’ setgħat.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
22. L-Awtorità  dwar l-Elenku tista’ tiddelega kull waħda mis-
setgħat tagħha taħt l-artikolu 19 u taħt ir-regoli għall-elenku
magħmula taħt l-artikolu 13(b) u (ċ) lill-Borża jew dak l-exchange
ta’ investimenti rikonoxxut ieħor dwar kull titoli elenkati fil-Borża
jew fl-exchange ta’ investimenti rikonoxxut l-ieħor li jkun
konċernat:
Iżda:
(a) jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tiddelega xi waħda mis-
setgħat tagħha biex timponi penali amministrattiva
jew, li tippubblika dikjarazzjoni ta’ ċensura taħt l-
artikolu 19(1), (2) u (3) lill-Borża jew lill-exchange ta’
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    15
investimenti rikonoxxut li jkun konċernat, l-artikolu
19(4) u l-artikolu 20 għandhom japplikaw mutatis
mutandis għall-Borża jew għall-exchange ta’
investimenti rikonoxxut l-ieħor;
(b) kull penali mposta taħt l-artikolu 19 għandha, fil-
każijiet kollha, titħallas lill-Awtorità  dwar l-Elenku
kemm-il darba l-Awtorità  dwar l-Elenku ma tagħtix il-
kunsens tagħha bil-miktub biex isir mod ieħor:
Iżda wkoll, jekk l-Awtorità  dwar l-Elenku tiddelega xi
waħda mis-setgħat tagħha taħt l-artikolu 19(1), (2) u (3) kif intqal
qabel la l-Awtorità  dwar l-Elenku u lanqas il-Borża jew l-exchange
ta’ investimenti rikonoxxut l-ieħor li jkun konċernat li lilu jkunu
ġew delegati dawk is-setgħat, ma jistgħu jieħdu azzjoni kontra min
joħroġ it-titoli, l-applikant jew persuna oħra wara li jgħaddu
sentejn li jibdew mill-ewwel jum li fih l-Awtorità  dwar l-Elenku
jew il-Borża jew l-exchange ta’ investimenti rikonoxxut konċernat,
skond il-każ, kienu saru jafu bil-kontravvenzjoni kemm-il darba ma
jkunux inbdew proċedimenti kontra min joħroġ it-titoli, l-applikant
jew il-persuna l-oħra qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu.
M’hemmx 
responsabbilta għal 
atti li jkunu saru in 
bona fide.
Sostitwit:
XVII. 2002.114.
23. La l-Awtorità  dwar l-Elenku u lanqas xi kumitat, uffiċjal
jew impjegat tagħha, lanqas ebda persuna li tkun maħtura biex
taqdi xi funzjonijiet minnha, ma jkunu responsabbli għal danni
dwar xi ħaġa li tkun saret jew naqset milli ssir fil-qadi jew f’dak li
jkun jidher li hu l-qadi ta’ xi funzjoni ta’ l-Awtorità  dwar l-Elenku
taħt dan l-Att, kemm-il darba ma jintwerix li dak l-egħmil jew in-
nuqqas ikun sar b’male fide.
TAQSIMA IV
Il-Borża ta’ Malta
Twaqqif tal-Borża. 
Emendat:
V. 1992.2;
XIV. 1994.32;
XXV. 1995.433;
XVII. 2002.110; 
115.
24. (1) Ikun hemm korporazzjoni li tissejjaħ il-Borża ta’
Malta għall-finijiet, u li jkollha s-setgħat u l-funzjonijiet kif
stabbiliti f’dan l-Att.
(2) Il-Borża għandha, għall-finijiet u effetti kollha ta’ dan l-Att
u ta’ kull liġi oħra, tkun korp li dwaru l-awtorità  kompetenti tkun
ħarġet rikonoxximent skond it-Taqsima II ta’ dan l-Att, u kull
riferenza f’dan l-Att għal exchange ta’ investimenti rikonoxxut
għandha kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra,
titqies li tkun ukoll riferenza għall-Borża:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha titqies li
teżenta lill-Borża mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u iżda wkoll li
l-Borża għandu jkollha f’kull żmien il-ħtiġiet għal rikonoxximent
taħt dan l-Att.
(3) Il-Borża għandha tkun enti morali li jkollu personalità
ġuridika distinta u li tkun tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u ta’ l-istatut, tidħol f’kuntratti, tikseb, iżżomm u
tiddisponi minn kull proprjetà  għall-fini tal-funzjonijiet tagħha,
  16      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
tħarrek u titħarrek fil-qorti, u li tagħmel dawk il-ħwejjeġ kollha u
tidħol f’dawk l-operazzjonijiet kollha li jistgħu jkunu inċidentali
jew li jwasslu għat-twettiq jew egħmil tal-funzjonijiet tagħha taħt
dan l-Att.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att il-Borża
jkollha l-awtorità :
(a) li tipprovdi faċilitajiet għax-xiri u bejgħ ta’ titoli
kwotati;
(b) li tipprovdi l-post li jkun magħruf bħala "il-Borża"
għan-negozju ta’ titoli kwotati;
(ċ) li tipprovdi faċilitajiet biex jinżamm depożitarju
ċentrali tat-titoli;
(d) li taqdi l-funzjonijiet l-oħra kollha li soltu jitwettqu
minn exchange ta’ investimenti rikonoxxut;
(e) li tagħmel dak kollu li hu meħtieġ jew inċidentali biex
il-Borża taħdem tajjeb.
(5) Ir-rappreżentanza legali u ġuridika tal-Borża għandha tkun
vestita fiċ-chairman tal-Kunsill.
Kunsill. 
Emendat:
V. 1992.2;
XVII. 2002.110.
25. (1) Ikun hemm Kunsill tal-Borża għat-tmexxija u
amministrazzjoni tal-kummerċ tagħha.
(2) Il-Kunsill ikun magħmul minn chairman u dawk il-membri
oħra tal-Kunsill li jistgħu jinħatru, jiġu eletti jew magħżulin għalih,
hekk kif jista’ jiġi stabbilit fl-istatut.
Funzjonijiet tal-
Kunsill.
Emendat: 
V. 1992.2;
XVII. 2002.110; 
116.
26. (1) Bla ħsara għal kull setgħa jew funzjoni oħra mogħtijin
lill-Kunsill b’din it-Taqsima ta’ dan l-Att jew b’xi liġi oħra, il-
Kunsill ikun responsabbli u jkollu s-setgħat u l-funzjoni sabiex - 
(a) iżomm l-ogħla livelli etiċi fit-tmexxija tal-kummerċ
fil-Borża jew in konnessjoni miegħu;
(b) jippreskrivi u jżomm suq tat-titoli fuq il-Borża li jkun
ordnat, ġust u viżibbli;
(ċ) josserva sew kif isir in-negozjar u jaċċerta li n-
negozjar ikun qed jitmexxa b’mod ordinat;
(d) iwettaq il-funzjonijiet l-oħra kollha li huma meħtieġa
biex fuq il-Borża jkun stabbilit suq għal titoli kwotati;
u
(e) jagħmel dawk il-ħwejjeġ l-oħra kollha li jistgħu jkunu
meħtieġa jew inċidentali għat-twettiq u funzjonament
xieraq tal-Borża.
(2) Il-Kunsill jista’ jiddelega l-funzjonijiet kollha jew xi waħda
mill-funzjonijiet tiegħu taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att lill-
Kumitat Eżekuttiv stabbilit skond l-Istatut jew lil xi Kumitat
stabbilit mill-Kunsill skond l-Istatut.
(3) Il-Kunsill jista’ f’kull żmien jerġa’ jieħu lura l-funzjonijiet
kollha jew xi waħda mill-funzjonijiet trasferiti lill-Kumitat
Eżekuttiv jew lil xi Kumitat taħt id-disposizzjonijiet tas-
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    17
subartikolu (2).
Infurzar.
Miżjud:
XVII. 2002.117.
27. Il-Kunsill ikollu, bla ħsara għal xi disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att jew ta’ xi regolamenti jew direttivi magħmula taħtu, dawk is-
setgħat ta’ dixxiplina u nfurzar li huma murija fl-Istatut.
Statut u liġijiet 
sussidjarji.
Emendat: 
V. 1992.2;
XVII. 2002.110; 
118.
28. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u skond
kull regolament jew direttiva magħmula bis-saħħa tiegħu, l-Borża
għandha titmexxa skond l-istatut kif muri fl-Iskeda.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew ta’ xi
regolament jew direttiva magħmula bis-saħħa tiegħu, u għall-
istatut, il-Kunsill ikollu s-setgħa, bl-approvazzjoni ta’ l-awtorità
kompetenti, li jagħmel dawk il-bye-laws li ma jkunux inkonsistenti
ma’ l-Att jew ma’ xi regolamenti jew direttivi magħmula bis-saħħa
tiegħu jew ma’ l-istatut hekk kif jista’ jidhirlu meħtieġ għall-
funzjonament xieraq tal-Borża.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Taqsima V ta’ dan l-
Att, tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 17 u 19 u ta’ kull sanzjoni li
tista’ tkun stabbilita fir-regoli għall-elenku skond l-artikolu 13(i),
il-bye-laws jistgħu jistabbilixxu dawk ir-regoli li l-Kunsill jidhirlu
xierqa għall-investigazzjoni u sanzjoni ta’ ksur tal-bye-laws.
(4) Kopja ta’ dawk il-bye-laws għandha tinżamm mill-Borża, u
tkun disponibbli għall-ispezzjoni tal-pubbliku. Jekk il-bye-laws
jinżammu on line jitqies li saret pubblikazzjoni biżżejjed għall-
finijiet ta’ dan l-Att.
(5) Kull riferenza f’dan l-Att għal xi regoli jew bye-laws minn
exchange għal investimenti rikonoxxut għandha titqies bħala
riferenza għall-Istatut u l-bye-laws tal-Borża.
Emendi fl-istatut u 
fil-liġijiet 
sussidjarji. 
Emendat: 
V. 1992.2;
XVII. 2002.110; 
119.
29. (1) Il-Ministru jista’, fuq ir-rakkomandazzjoni ta’ l-
awtorità  kompetenti, jagħmel dawk ir-regolamenti li jidhirlu xierqa
biex jagħti effett lid-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-
Att, u bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel jista’ b’dawk
ir-regolamenti jemenda, jissostitwixxi jew jirrevoka l-Iskeda li
tinsab ma’ dan l-Att.
(2) Il-Ministru jista’ jirreferi lill-awtorità  kompetenti dawk il-
ħwejjeġ li jolqtu lill-Borża għall-konsiderazzjoni tagħha kif
jidhirlu xieraq u jista’ jirreferi lura lill-awtorità  kompetenti kull
rakkomandazzjoni li jirċievi mingħandha biex tikkunsidraha iktar.
(3) Il-liġijiet sussidjarji jistgħu jiġu emendati, sostitwiti jew
revokati mill-Kunsill bl-approvazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti.
Kopja ta’ kull emenda, sostituzzjoni jew revoka bħal dik għandha
tinzamm bil-mod kif provdut fl-artikolu 28(4). Dawk l-emendi,
sostituzzjonijiet jew revoki ma għandhomx ikunu retrospettivi.
Kapital u 
disposizzjoni 
finanzjarja.
Emendat:
V. 1992.2;
XVII. 2002.110; 
120.
30. (1) Għandu jitħallas mill-Fond Konsolidat mill-Gvern lill-
Borża, ammont li ma jeċċedix ħames mitt elf lira li jkun l-ammont
ta’ kapital tal-bidu tal-Borża, u dan mingħajr ebda approprjazzjoni
oħra għajr dan l-Att, b’ordni magħmul mill-Ministru li jkun
jawtorizza lill-Accountant General jagħmel dak il-ħlas:
Iżda mad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att jitħallas biss ammont
  18      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
ta’ mitejn elf lira u l-ammont li jifdal għandu jitħallas kif u meta
jkun meħtieġ mill-Borża.
(2) Il-Borża għandha tħabrek biex tiffinanzja l-ħdim kollu
tagħħa bid-dħul li għandha dritt tiġbor u għal dan il-għan il-Kunsill
jista’ permezz ta’ liġijiet sussidjarji jimponi dawk id-drittijiet u
ħlasijiet, magħdudin drittijiet għal sħubija u elenkar ta’
kumpanniji, kif jidhirlu xieraq.
(3) Sabiex iwettaq xi waħda mill-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-
Att, il-Kunsill jista’ jissellef jew jiġbor flus b’dak il-mod,
mingħand dik il-persuna, korp jew awtorità , u taħt dawk il-pattijiet
u l-kondizzjonijiet li jidhirlu xieraq u jista’ jiggarantixxi l-ħlas lura
ta’ kull flus li jissellef jew jiġbor b’ipoteki, piż jew pleġġ fuq il-
proprjeta’ jew l-assi kollha tiegħu jew fuq parti, sew preżenti jew
futuri.
(4) Il-Ministru jista’ jagħmel dawk l-avvanzi lill-Borża ta’
dawk l-ammonti ta’ flus kif jista’ jiftiehem li jkunu meħtieġa mill-
Kunsill biex iwettaq kull waħda mill-funzjonijiet tiegħu taħt dan l-
Att, liema avvanzi għandhom jitħallsu lura mill-Kunsill b’dawk il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet li l-Ministru jidhirlu xierqa.
Kontijiet annwali. 
Emendat:
V. 1992.2;
XVII. 2002.110;
121.
31. (1) Il-Kunsill għandu kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux
iktar tard minn erba’ xhur wara l-egħluq ta’ kull sena finanzjarja
tal-Borża, jibgħat lill-awtorità  kompetenti kopja tal-kontijiet
annwali verifikati u tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Borża
u għandu jippubblika dawk il-kontijiet u rapport f’mill-inqas żewġ
ġurnali ta’ kuljum fi żmien xahar minn meta jsir dan.
(2) Il-kontijiet tal-Borża għandhom jiġu verifikati minn udituri
maħtura mill-Kunsill bl-approvazzjoni ta’ l-awtorità  kompetenti.
(3) Kull profit magħmul mill-Borża għandu jitqiegħed ġewwa
fond ta’ riżerva li jintuża għal dawk l-għanijiet li l-Kunsill jista’
jqis li jkunu meħtieġa għat-twettiq ta’ l-għanijiet tal-Borża,
magħdud il-ħlas lura ta’ kull passiv.
TAQSIMA V
Setgħat Regolatorji u ta’ Sorveljanza
Setgħat li teħtieġ 
informazzjoni.
Miżjud:
XVII. 2002.122.
32. (1) L-awtorità  kompetenti tista’, b’avviz bil-miktub,
teħtieġ -
(i) lil kull exchange ta’ investiment rikonoxxut;
Kap. 370.
(ii) lil kull persuna li jkollha jew kellha liċenza taħt
l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, jew li tidher
li tkun jew li kienet qed taġixxi bħala detentur
ta’ liċenza taħt dak l-Att; jew
(iii) lil kull persuna li hi jew kienet uffiċjal, impjegat
jew aġent ta’ exchange ta’ investimenti
rikonoxxut jew lil xi persuna oħra li hi jew
kienet involuta fl-operat ta’ exchange ta’
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    19
investimenti rikonoxxut;
(iv) lil kull persuna li tkun jew li kienet tmexxi, jew
li tidher li tkun jew li kienet tmexxi xi attività
dwar titoli kwotati;
li tagħmel dak kollu li ġej jew xi ħaġa minnu:
(a) li tagħti lill-awtorità  kompetenti, f’dak iż-żmien u post
u f’dik il-forma li tista’ tispeċifika, dik l-informazzjoni
u dokumentazzjoni li tista’ teħtieġ;
(b) li tagħti lill-awtorità  kompetenti kull informazzjoni
jew dokumentazzjoni li tista’ teħtieġ biex tivverifika
kull ħaġa kif tista’ tispeċifika;
(ċ) biex tidher quddiem l-awtorità  kompetenti, jew
quddiem persuna maħtura minnha, f’dak il-ħin u f’dak
il-post li tista’ tispeċifika, biex twieġeb għal
mistoqsijiet u tipprovdi dik l-informazzjoni u
dokumentazzjoni li tista’ teħtieġ;
(d) li tagħti lill-awtorità  kompetenti kull għajnuna li tista’
teħtieġ u li dik il-persuna tista’ b’mod reġonevoli
tagħti.
(2) Bla ħsara għal kull ħaġa li l-awtorità  kompetenti tista’
teħtieġ taħt is-subartikolu (1), l-informazzjoni kollha dwar titoli
elenkati miżmuma fir-Reġistru tad-Depożitarju Ċentrali tat-Titoli
għandha tkun aċċessibbli għall-awtorità  kompetenti b’mod liberu.
(3) L-awtorità  kompetenti tista’ tagħmel kopji ta’ kull
dokumenti mogħtija, provduti jew li għandha aċċess għalihom taħt
dan l-artikolu.
Kap. 9.
Kodiċi Kriminali dikjarazzjoni magħmula u kull informazzjoni jew
dokumentazzjoni provduta skond xi ħtieġa ta’ dan l-artikolu tista’
tintuża bħala prova kontra kull persuna li għaliha tirreferi:
Iżda ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma tipprekludi lil xi
persuna, dwar xi mistoqsija li tista’ ssirilha, li titlob xi privileġġ li
jkollu xhud quddiem qorti ta’ ġurisdzzjoni kriminali dwar xi
mistoqsija li r-risposta għaliha tista’ tinkrimina lil dik il-persuna, u
meta l-awtorità  kompetenti ma tkunx taqbel li talba bħal dik tkun
ġustifikata, din tista’ b’rikors lill-Qorti ta’ l-Appell (Ġurisdizzjoni
Inferjuri), titlob lill-qorti biex tiddeċiedi fuq dik it-talba, u l-qorti
għandha, wara li tisma’ l-persuna li tkun talbet dak il-privileġġ u
lill-awtorità  kompetenti, tiddeċiedi dik il-kwistjoni b’urġenza:
Kap. 377.
Iżda wkoll ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha teħtieġ lil
xi persuna, li minħabba s-sengħa, il-professjoni jew il-kariga
tagħha tkun depożitarju ta’ xi sigriet fdat magħha li tikxef xi
informazzjoni jew tipproduċi xi dokument li jkun suġġett għad-
dmir tas-segretezza professjonali, kemm-il darba fuq rikors ta’ l-
awtorità  kompetenti l-Qorti ta’ l-Appell (Ġurisdizzjoni Inferjuri)
ma tkunx sodisfatta, wara li tisma’ lill-persuna konċernata u lill-
awtorità  kompetenti li minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
is-Segretezza Professjonali, il-kxif jew il-produzzjoni tkun
meħtieġa u għandha tingħata, u l-Qorti ta’ l-Appell għandha
  20      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
tiddeċċiedi kull kwistjoni riferita lilha taħt dan l-artikolu
b’urġenza.
(5) Is-setgħa li tinħtieġ il-produzzjoni ta’ dokumentazzjoni taħt
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu tkun bla ħsara għal kull pleġġ,
piż jew interess f’sigurtà  mitlub minn xi persuna dwar dik id-
dokumentazzjoni, iżda minkejja dak il-pleġġ, piż jew interess
f’sigurtà , l-awtorità  kompetenti jkollha d-dritt li teħtieġ il-
produzzjoni ta’ dak id-dokument u li tagħmel kopja tiegħu.
(6) Meta l-awtorità  kompetenti tkun ħatret persuna taħt is-
subartikolu (1)(ċ) dik il-persuna jkollha, għall-fini tat-twettiq tal-
funzjonijiet tagħha taħt il-ħatra, is-setgħat kollha mogħtija lill-
awtorità  kompetenti b’dan l-artikolu, magħduda s-setgħa li tagħmel
rikors lill-Qorti ta’ l-Appell fiċ-ċirkostanzi deskritti fis-subartikolu
(4), u ħtieġa magħmula minnha jkollha l-istess forza u effett bħal
ħtieġa magħmula mill-awtorità  kompetenti.
Kap. 12. (7) Il-Bord imsemmi fl-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli dwar kull
proċeduri taħt dan l-artikolu.
(8) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ jippreskrivi
d-drittijiet dwar proċeduri quddiem il-Qorti ta’ l-Appell taħt dan l-
artikolu.
Ħatra ta’ spetturi.
Sostitwit:
XVII. 2002.123.
33. (1) L-awtorità  kompetenti tista’, kull meta jidhrilha
meħtieġ jew spedjenti, taħtar spettur jew spetturi biex jinvestigaw u
jirrapportaw fuq l-affarijiet ta’ kull persuna msemmija fl-artikolu
32(1)(i) sa (iv).
(2) Spettur maħtur taħt is-subartikolu (1) -
(a) jista’, jekk jidhirlu meħtieġ jew spedjenti għall-finijiet
ta’ investigazzjoni, jinvestiga l-affarijiet ta’ kull
persuna msemmija fis-subartikolu (1);
(b) ikollu u jista’ jeżerċita s-setgħa kollha mogħtija lill-
awtorità  kompetenti bl-artikolu 32, inkluża s-setgħa li
jagħmel rikors lill-Qorti ta’ l-Appell fiċ-ċirkostanzi
deskritti fis-subartikolu (4), u kull ħtieġa magħmula
minnu għandha titqies li tkun u jkollha l-istess forza u
effett bħal ħtieġa ta’ l-awtorità  kompetenti;
(ċ) jista’, u jekk ordnat mill-awtorità  kompetenti għandu
jagħmel rapport interim u mal-konkluzzjoni ta’ l-
investigazzjoni tiegħu jagħmel rapport finali lill-
awtorità  kompetenti.
(3) Fil-ħatra ta’ spettur jew spetturi taħt is-subartikolu (1) l-
awtorità  kompetenti tista’ tordna li l-investigazzjoni titmexxa f’dak
iż-żmien u li tkun limitata għal dawk il-ħwejjeġ speċifiċi jew
ġenerali li l-awtorità  kompetenti jidhrilha xierqa.
(4) Fil-każ li jirriżulta li persuna investigata tkun kisret xi
disposizzjoni tal-liġi, regolament jew kondizzjoni tal-liċenza, l-
awtorità  kompetenti jkollha s-setgħa li tordna li l-ispejjeż
raġonevoli għal investigazzjoni taħt dan l-artikolu jitħallsu minn xi
waħda mill-persuni konċernati. Kull ordni bħal dak għandu jiġi
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    21
komunikat lill-persuni konċernati b’avviż għall-ħlas. Avviż għall-
ħlas taħt dan l-artikolu għandu:
(a) ikun bil-miktub; u
(b) jeħtieġ lill-persuna awtorizzata biex tħallas l-ispejjeż
ta’ l-investigazzjoni u l-ispejjeż inċidentali għaliha
qabel it-tmiem ta’ dak il-perijodu, li ma jkunx inqas
minn erbatax-il jum mid-data tan-notifika ta’ l-avviż,
kif jista’ jiġi speċifikat fl-avviż.
(5) Kull persuna li tħossha aggravata b’deċiżjoni ta’ l-awtorità
kompetenti dwar ordni għall-ispejjeż ta’ investigazzjoni jew spejjeż
inċidentali għaliha taħt dan l-artikolu jkollha dritt għal appell lit-
Tribunal skond l-artikolu 43.
Dritt għal dħul.
Miżjud:
XVII. 2002.124.
34. (1) Kull uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-awtorità
kompetenti, mal-produzzjoni, jekk mitlub, tal-prova ta’ l-awtorità
tiegħu, jista’ jidħol f’post okkupat minn persuna li lilha jkun ġie
notifikat avviż taħt l-artikolu 32 jew li l-affarijiet tagħha jkunu qed
jiġu investigati taħt l-artikolu 33, sabiex minn hemm jikseb l-
informazzjoni jew dokumenti meħtieġa b’dak l-avviż, jew
xort’oħra għall-fini ta’ l-investigazzjoni, u sabiex jeżerċita kull
waħda mis-setgħat mogħtija bl-imsemmija artikoli.
(2) Meta uffiċjal, impjegat jew aġent ta’ l-awtorità  kompetenti
jkollu raġuni jemmen li jekk l-avviż imsemmi fis-subartikolu (1)
kien ikun notifikat ma kienx jiġi mħares jew li xi dokumenti li
għalihom jista’ jirrelata jitneħħew, ikunu mbagħbsa jew distrutti,
dak l-uffiċjal, impjegat jew aġent jista’, mal-produzzjoni, jekk
mitlub, tal-prova ta’ l-awtorità  tiegħu, jidħol f’kull post imsemmi
fis-subartikolu (1) sabiex minn hemm jikseb kull informazzjoni jew
dokumenti speċifikati fl-awtorità , liema nformazzjoni jew
dokumenti setgħu kienu meħtieġa b’dak l-avviż kif imsemmi fis-
subartikolu (1).
(3) Għall-finijiet ta’ kull azzjoni meħuda taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-awtorità  kompetenti tista’
titlob l-għajnuna tal-Kummissarju tal-Pulizija, li jista’ għal dan l-
għan jeżerċita dawk is-setgħat li huma vestiti fih bil-liġi.
Ebda stħarriġ dwar 
l-affarijiet ta’ xi 
persuna li 
tinnegozja fuq 
exchange ta’ 
investimenti 
rikonoxxut.
Sostitwit:
XVII. 2002.125.
Kap. 375.
35. Ebda ħaġa f’dan l-Att jew xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu, jew xi regoli jew bye-laws ta’ exchange ta’
investimenti rikonoxxut ma tawtorizza lill-Ministru, lill-awtorità
kompetenti, lill-Awtorità  dwar l-Elenku, xi exchange ta’
investimenti rikonoxxut jew xi persuna tkun li tkun, li tistħarreġ
jew iġġiegħel li jsir stħarriġ fl-affarijiet ta’ xi persuna, ħlief sabiex
ikun żgurat it-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu, ir-regoli u bye-laws ta’ exchange ta’
investimenti rikonoxxut konċernat u l-Att dwar Reati kontra l-
Insider Dealing u Abbuż mis-Suq jew xi regolamenti magħmula
bis-saħħa tiegħu.
Insider dealing u 
abbuż mis-suq.
Miżjud:
XVII. 2002.126.
Kap. 375.
36. (1) Meta l-Borża jew xi exchange ta’ investimenti
rikonoxxut jissospetta li jistgħu jeżistu ċerti ċirkostanzi li juru li xi
reat skond l-Att dwar Reati kontra Insider Dealing u Abbuż mis-
Suq, ikun qed isir jew fiċ-ċirkostanzi x’aktarx li jsir, dan għandu
jirrapporta dak is-suspett lill-awtorità  kompetenti.
  22      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
(2) Meta l-awtorità  kompetenti, sew fuq rapport skond is-
subartikolu (1), sew xort’oħra, tissospetta li jistgħu jeżistu
ċirkostanzi li juru li setgħa sar reat kontra l-Att dwar Reati kontra
Insider Dealing u Abbuż mis-Suq, din għandha taħtar spettur jew
spetturi taħt l-artikolu 33 biex jagħmlu investigazzjoni sabiex
jistabbilixxi jekk xi reat skond l-imsemmi Att ikunx sar, ikunx qed
isir jew fiċ-ċirkostanzi hux x’aktarx isir, u li jirrapportaw lilha r-
riżultati ta’ l-investigazzjoni.
(3) Meta minn rapport finali ta’ spettur l-awtorità  kompetenti
jkollha raġuni temmen li jkun sar reat skond l-Att dwar Reati
kontra l-Insider Dealing u Abbuż mis-Suq, l-awtorità  kompetenti
għandha tirreferi l-kwistjoni flimkien ma’ kopja tar-rapport lill-
Kummissarju tal-Pulizija.
(4) Persuna misjuba ħatja ta’ insider dealing jew abbuz mis-
suq tista’ teħel li tħallas lil dik il-persuna kif jista’ jiġi stabbilit mit-
Tribunal, kumpens f’ammont ta’ flus li jiġi stabbilit mit-Tribunal
fuq rikors ta’ kull persuna li fl-operazzjoni għax-xiri jew bejgħ ta’
titoli li tagħmel mal-ħati jew mal-persuna li taġixxi għal jew f’isem
il-ħati, iġġarrab telf. Azzjoni taħt dan is-subartikolu tkun preskritta
wara sentejn mid-data li fiha s-sentenza fejn persuna jkollha tħallas
kumpens tkun instabet ħatja tkun saret res judicata.
(5) Id-dritt li jintalab kumpens taħt dan l-artikolu ma
jippreġudikax, u jkun b’żieda mad-dritt ta’ kull persuna li titlob
danni taħt xi liġi oħra.
Koperazzjoni ma’ 
l-awtorita 
regolatorja 
barranija.
Miżjud:
XVII. 2002.126.
Emendat:
IV. 2003.20.
37. (1) L-awtorità  kompetenti tista’ teżerċita s-setgħat li
ġejjin fuq it-talba ta’ jew sabiex tgħin lil awtorità  regolatorja
barranija:
(a) is-setgħat għal stħarriġ taħt l-artikolu 32;
(b) is-setgħa li taħtar spetturi taħt l-artikoli 33 u 36;
(ċ) is-setgħa li tikkomunika ma’ l-awtorità  regolatorja
barranija nformazzjoni li tkun fil-pussess ta’ l-awtorità
kompetenti, sew bħala riżultat jew le ta’ l-eżerċizzju
ta’ xi waħda mis-setgħat ta’ hawn fuq.
Kap. 370.
(2) Bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lill-awtorità  kompetenti bis-
saħħa ta’ dan l-artikolu, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 17(2) ta’
l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment għandhom japplikaw mutatis
mutandis.
Konfidenzjalità  ta’ 
informazzjoni.
Emendat:
V. 1992.2.
Sostitwit:
XVII. 2002.127.
Emendat:
IV. 2003.20.
Kap. 370.
38. (1) Exchanges ta’ investimenti rikonoxxuti u l-uffiċjali u
l-persunal tagħhom għandhom jittrattaw dwar kull dokument u
tagħrif ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-exchange ta’ investimenti
rikonoxxut rilevanti jew dwar kull trattazzjoni miegħu jew fih, jew
li xort’oħra jinkiseb għall-finijiet ta’, jew skond, xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti magħmula bis-
saħħa tiegħu u li ma jkunx għadu nħareġ uffiċjalment, u kull oġġett
u ħaġa oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk id-dokumenti jew
tagħrif bħala konfidenzjali u protetti bid-dmir tas-segretezza
professjonali, u ma għandhomx jikxfuhom lil xi persuna oħra, u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 26 ta’ l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment għandhom japplikaw mutatis mutandis.
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    23
(2) L-awtorità  kompetenti, l-uffiċjali u l-persunal l-ieħor
tagħha huma projbiti milli jużaw dawk id-dokumenti u tagħrif u
kull ħaġa oħra li skond is-subartikolu (1) huma konfidenzjali u
protetti bid-dmir tas-segretezza professjonali u li jsiru jafu bihom
bis-saħħa tal-kariga tagħhom, sabiex jiksbu xi vantaġġ għalihom
jew għal terzi sew jekk dawn it-terzi jkollhom jew ma jkollhomx
x’jaqsmu mas-suq tat-titoli.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) japplikaw mutatis
mutandis għall-exchanges ta’ investimenti rikonoxxuti kollha u
għall-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom.
Kap. 375.
(4) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(2) jew (3) tkun, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
Reati għal Insider Dealing u Abbuz mis-Suq, ħatja ta’ reat kontra
dan l-Att, u teħel meta tinsab ħatja multa ta’ ħamest elef lira jew
priġunerija ta’ mhux iktar minn sentejn, jew dik il-multa u
priġunerija flimkien.
(5) Kull persuna, barra minn dawk imsemmija fis-subartikoli
(1) u (2), li tikseb xi dokumenti jew informazzjoni oħra li għalihom
jirreferu l-imsemmija subartikoli u li tuża dawk id-dokumenti jew
informazzjoni, bil-ħsieb li tikseb vantaġġ jew għaliha nnifisha jew
għal xi persuna oħra, tkun, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar Reati għal Insider Dealing jew Abbuż mis-Suq, ħatja ta’ reat
kontra dan l-Att u teħel, meta tinsab ħatja, l-istess piena stabbilita
għal reat kontra d-disposizzjonijiet tas-subartikoli (2) u (3).
Setgħat tal-Qorti li 
tagħmel ċerti 
ordnijiet.
Miżjud:
XVII. 2002.128.
39. (1) Jekk, fuq rikors ta’ l-awtorità  kompetenti magħmul fil-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, l-imsemmija qorti tkun sodisfatta:
(a) li jkun hemm probabbiltà  raġonevoli li persuna tkun
ser tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
tar-regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jew ta’ xi
regoli jew bye-laws ta’ exchange ta’ investimenti
rikonoxxut, jew li tikser jew tonqos li tħares xi
obbligu, ħtieġa, direttiva jew ordni magħmula jew
mogħtija taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, tar-regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu jew
tar-regoli jew bye-laws ta’ exchange ta’ investimenti
rikonoxxut; jew
(b) li persuna tkun kisret xi disposizzjoni bħal dawk jew
tkun naqset milli tħares xi obbligi, ħtieġa, direttiva jew
ordni bħal dawk u jkun hemm probabbiltà  raġonevoli
li l-kontravvenzjoni se tkompli jew se tiġi ripetuta, 
il-qorti tista’ tagħti dawk l-ordnijiet li jidhrilha xierqa biex trazzan
il-kontravvenzjoni.
(2) Jekk, fuq rikors magħmul mill-awtorità  kompetenti fil-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, l-imsemmija qorti tkun sodisfatta -
(a) li persuna tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, tar-regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu, tar-regoli ta’ exchange ta’ investimenti
rikonoxxut jew xi obbligu, ħtieġa, direttiva, jew ordni
magħmula jew mogħtija taħt xi waħda mid-
  24      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
disposizzjonijiet ta’ l-Att jew taħt ir-regoli jew bye-
laws ta’ exchange ta’ investimenti rikonoxxut; u 
(b) li jkun hemm passi li jistgħu jittieħdu biex il-
kontravvenzjoni tkun rimedjata,
il-qorti tista’ tagħti dawk l-ordnijiet li jidhrilha xierqa biex teħtieġ
lil dik il-persuna u lil kull persuna oħra li tkun tidher lill-qorti li
tkun xjentement involuta fil-kontravvenzjoni, biex jieħdu dawk il-
passi li l-qorti tista’ tordna biex jirrimedjawha, jew biex itaffu l-
effett tagħha, skond kif xieraq.
(3) Jekk, fuq rikors mill-awtorità  kompetenti magħmul fil-
Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, il-Qorti tkun sodisfatta-
(a) li persuna tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, tar-regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu, tar-regoli jew bye-laws ta’ exchange ta’
investimenti rikonoxxut jew xi obbligu, ħtieġa,
direttiva, jew ordni magħmul jew mogħti taħt xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tar-regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu jew tar-regoli jew bye-
laws ta’ exchange ta’ investimenti rikonoxxut; jew
(b) li xi persuna kienet xjentement involuta fil-
kontravvenzjoni, 
il-qorti tista’ tagħmel ordni li jirrestrinġiha milli tiddisponi minn,
jew li xort’oħra tittratta dwar, xi assi tagħha, li l-qorti tkun
sodisfatta li jkun hemm probabbiltà  raġonevoli li dik il-persuna
tkun ser tiddisponi minnhom jew tittratta dwarhom.
(4) Jekk, fuq rikors magħmul taħt is-subartikolu (1), il-qorti
tkun ukoll sodisfatta li-
(a) profitti jkunu nkisbu minn xi persuna bħala riżultat tal-
kontravvenzjoni; jew
(b) investitur ikun ġarrab telf jew xort’oħra jkun milqut
negattivament bħala riżultat tal-kontravvenzjoni,
il-qorti tista’ tordna lill-persuna responsabbli għall-
kontravvenzjoni biex tħallas fil-qorti dik is-somma li jidhrilha li
tkun ġusta meta tikkunsidra l-limitu tal-profitt, telf jew effett
negattiv kif intqal qabel, u tordna li dik is-somma titħallas kif il-
qorti tista’ tordna lill-persuni li jkunu daħlu f’operazjonijiet li
riżultat tagħhom ikunu saru l-profitti, jew it-telf jew l-effett
negattiv ikun iġġarrab kif intqal qabel.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu l-qorti tista’ tordna l-
produzzjoni minn kull persuna ta’ dawk il-kontijiet u l-għoti ta’ dik
l-informazzjoni, u verifikati b’dak il-mod, li l-qorti jidhrilha
xierqa.
(6) Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili għandha, wara li tisma’ l-
persuna jew persuni msemmija f’dan l-artikolu u lill-awtorità
kompetenti, tiddeċiedi r-rikors magħmul taħt dan l-artikolu
b’urġenza.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkunu bla ħsara għal
kull jedd ta’ xi persuna aggravata biex tibda proċedimenti
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    25
direttament dwar kull jedd li dik il-persuna jista’ xort’oħra jkollha
indipendentement mill-awtorità  kompetenti.
Kap. 12.
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jkunu bla ħsara għall-
jedd ta’ kull persuna li titlob il-ħruġ ta’ xi att kawtelatorju taħt it-
Titolu VI tat-Tielet Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili.
Reati.
Miżjud:
XVII. 2002.128.
40. (1) Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32 jew xi ordni tal-qorti
magħmul taħt l-artikolu 39 jew li tonqos li tħares xi kondizzjoni,
obbligu, ħtieġa, ordni, direttiva, regola jew regolamenti magħmula
jew mogħtija taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att tkun
ħatja ta’ reat taħt dan l-Att.
(2) Kull persuna li f’dak li jidher li jkun it-tħaris ta’ xi ħtieġa
mposta b’dan l-Att jew taħt dan l-Att, ir-regolamenti magħmula
bis-saħħa tiegħu jew ir-regoli jew bye-laws ta’ exchange ta’
investimenti rikonoxxut, xjentement jew bi traskuraġni tagħti lill-
awtorità  kompetenti, lil xi persuna maħtura minnha taħt l-artikolu
32(1)(ċ) jew lil xi spettur maħtur taħt l-artikolu 33 informazzjoni li
tkun falza jew qarrieqa f’xi partikolar materjali tkun ħatja ta’ reat.
(3) Kull persuna li bil-ħsieb li tevita l-kxif ta’ l-egħmil ta’ reat
taħt dan l-Att, tneħħi, tiddistruġġi, tikxef jew b’qerq tibdel xi ktieb,
dokument jew karta oħra, tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-Att.
(4) Kull persuna li bil-ħsieb tfixkel persuna milli teżerċita
drittijiet mogħtija b’dan l-Att, tkun ħatja ta’ reat taħt dan l-Att.
Proċedimenti 
kriminali.
Miżjud:
XVII. 2002.128.
41. (1) Persuna misjuba ħatja ta’ reat taħt id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 40 tista’ teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed
minn mitejn elf lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
erba’ snin, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Ma jinbdew ebda proċedimenti għal reat taħt dan l-Att
mingħajr il-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma għandhomx jolqtu xi
proċedimenti kriminali li jistgħu jittieħdu taħt xi liġi oħra.
TAQSIMA VI
Tribunal dwar Servizzi Finanzjarji
Appell li-Tribunal 
dwar Servizzi 
Finanzjarji.
Miżjud:
XVII. 2002.128.
42. (1) It-Tribunal ikollu l-kompetenza esklużiva li jiddeċiedi
l-appelli kollha li għalihom hemm riferenza taħt l-artikoli 4(10),
16(7), 17(3), 18(6), 20(6) u 33(5) jew taħt xi regolamenti
magħmula mill-Ministru taħt l-artikoli 3 u 49. 
(2) Appell jista’ wkoll isir lit-Tribunal minn deċiżjoni tal-
Kunsill tal-Borża ta’ Malta taħt il-paragrafi 5(1), 6(1) u 6(2) ta’ l-
Istatut kif ukoll minn kull deċiżjoni ta’ exchange ta’ investimenti
rikonoxxut li tissospendi jew tirrevoka l-affiljazzjoni ta’ xi wieħed
mill-membri tiegħu jew li jimponi penali ta’ iżjed minn ħames mitt
lira Maltija.
  26      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
Bażijiet għal 
appell.
Miżjud:
XVII. 2002.128.
43. (1) Appell lit-Tribunal taħt l-artikolu 42 jista’ jsir biss fuq
wieħed mill-bażijiet li ġejjin:
(a) li l-awtorità  kompetenti, l-Awtorità  dwar l-Elenku, il-
Borża jew exchange ta’ investimenti rikonoxxut,
skond il-każ, ikun applika ħażin xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tar-regolamenti
magħmula bis-saħħa tiegħu jew tar-Regoli jew bye-
laws tal-Borża jew ta’ exchange ta’ investimenti
rikonoxxut konċernat; jew 
(b) li d-deċiżjoni ta’ l-awtorità  kompetenti, ta’ l-Awtorità
dwar l-Elenku, tal-Borża jew ta’ l-exchange ta’
investimenti rikonoxxut konċernat, skond il-każ,
tikkostitwixxi abbuż ta’ diskrezzjoni, kemm-il darba
d-diskrezzjoni ta’ kull waħda mill-korpi li ssemmew
ma tistax, sakemm tkun ġiet eżerċitata sewwa, tkun
indagata mit-Tribunal. 
(2) Appell magħmul taħt dan l-artikolu ma għandux, kemm-il
darba t-Tribunal ma jiddeċidix xort’oħra waqt il-proċedimenti,
jissospendi l-operat ta’ xi deċiżjoni li minnha l-appell ikun qed isir,
ħlief fil-każ ta’ appell minn:
(a) id-deċiżjoni li xi titoli ma jibqgħux elenkati kif
imsemmi fl-artikolu 18(5); u 
(b) deċiżjoni li tkun pubblikata dikjarazzjoni ta’ ċensura
taħt l-artikolu 20:
Iżda deċiżjoni fuq kull waħda mill-ħwejjeġ imsemmija fil-
paragrafi (a) u (b) għandu jkollha effett mid-data tad-deċiżjoni tat-
Tribunal li ma tilqax l-appell, jew mid-data li fih l-appell ikun
abbandunat.
Appell minn 
deċiżjoni tat-
Tribunal dwar 
Servizzi 
Finanzjarji.
Miżjud:
XVII. 2002.128.
44. Għandu jkun hemm appell fuq punti ta’ liġi biss minn
deċiżjoni tat-Tribunal lill-Qorti ta’ l-Appell (Ġurisdizzjoni
Inferjuri). Mas-smigħ ta’ dak l-appell, il-Qorti ta’ l-Appell ikollha
s-setgħat kollha tat-Tribunal biex tagħmel ordnijiet.
TAQSIMA VII
Mixxellanji
Negozju barra 
minn exchanges ta’ 
investimenti 
rikonoxxuti.
Miżjud:
XVII. 2002.128.
45. (1) Titoli kwotati ma jistgħux jiġu negozjati barra minn
exchanges ta’ investimenti rikonoxxuti li fihom ikunu elenkati:
Iżda, b’seħħ minn dik id-data li l-Ministru jista’ b’ordni
jistabbilixxi u bla ħsara għal dak li jista’ jiġi stabbilit xort’oħra
b’regolamenti magħmula mill-Ministru skond l-artikolu 3(g), titoli
kwotati jistgħu jiġu negozjati barra minn exchange ta’ investimenti
rikonoxxut li fih dawk it-titoli jkunu elenkati u barra mill-mezzi ta’
faċilitajiet provduti minn kull exchange ta’ investiment rikonoxxut
bħal dak.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-Att ma tipprekludi:
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    27
Kap. 386.
(a) dawk l-azzjonijiet jew debentures kwotati kif
imsemmi fl-artikolu 395(1)(b) ta’ l-Att dwar il-
Kumpanniji milli jiġu negozjati barra exchange ta’
investimenti rikonoxxut u barra minn dawk il-mezzi
ta’ faċilitajiet provduti minn exchange ta’ investimenti
rikonoxxut;
Kap. 370.
Investiment, ta’ skema ta’ investiment kollettiv
liċenzjata taħt dak l-Att, sew jekk ikunu jew le titoli
kwotati, milli jkunu negozjati barra exchange ta’
investiment rikonoxxut u barra mill-mezzi ta’
faċilitajiet provduti minn exchange ta’ investimenti
rikonoxxut, minn jew mal-manager ta’ l-iskema jew
persuna li taġixxi f’ismu jew taħt l-awtorità  tiegħu;
(ċ) titoli maħruġa jew garantiti mill-Gvern milli jkunu
jistgħu jiġu negozjati wkoll f’postijiet barra exchange
ta’ investimenti rikonoxxut kif jista’ jistabilixxi l-
Ministru.
Trasferiment ta’ 
titoli.
Miżjud:
XVII. 2002.128.
46.  Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, it-
trasferiment ta’ titoli kwotati f’kumpaniji kwotati ma għandhomx
għalfejn isiru bi strument bil-miktub.
Il-Kodiċi Ċivili.
Miżjud:
XVII. 2002.128.
Kap. 16.
47. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1966(3) u (4) tal-Kodiċi
Ċivili ma japplikawx dwar titoli kwotati u l-privileġġ imsemmi fit-
Titlu XXI tat-Taqsima II tat-Tieni Ktieb ta’ l-imsemmi Kodiċi
jinqala’ meta l-pleġġ ikun reġistrat kif imiss mal-Borża skond il-
bye-laws.
Sospensjoni 
temporanja ta’ 
operazzjonijiet. 
Emendat:
V. 1992.2.
Sostitwit:
XVII. 2002.129.
48. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 17, l-
Awtorità  dwar l-Elenku jkollha s-setgħa li tissospendi
temporanjament in-negozju ta’ titoli fuq kull exchange ta’
investimenti rikonoxxut, jekk fil-fehma tagħha, l-operazzjoni
b’mod ordinat tan-negozju tkun qed tinżamm, jew x’aktarx
tinżamm milli ssir minħabba f’xi:
(a) emerġenza jew diżastru naturali;
(b) kriżijiet ekonomiċi, finanzjarji jew politiċi; jew
(ċ)  avveniment ieħor li jħarbat in-negozju.
(2) Il-Ministru jista’ jirrakkomanda lill-Awtorità  dwar l-Elenku
s-sospensjoni temporanja tan-negozju jekk ikun tal-fehma li l-
operazzjoni b’mod ordinat tan-negozju ta’ exchange ta’
investimenti rikonoxxut tkun tista’ titħarbat minħabba xi waħda
mill-ġrajjiet imsemmija fis-subartikolu (1)(a), (b) jew (ċ) li fil-
fehma tal-Ministru tagħti lok għal dak l-għeluq.
(3) L-Awtorità  dwar l-Elenku tista’ tordna li għal dak iż-żmien
li tista’ tistabbilixxi, ebda negozju ta’ ebda xorta ma jkun jista’ jiġi
operat f’xi titolu wieħed jew iktar speċifikati ta’ kumpaniji kwotati
jekk ikollha għaliex taħseb li jkun fl-aħjar interess ta’ l-exchange
ta’ investimenti rikonoxxut, tal-pubbliku jew ta’ l-investituri
ġeneralment li jsir dan:
Iżda sospensjoni temporanja ordnata mill-Awtorità  dwar l-
  28      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
Elenku taħt dan l-artikolu ma tistax tkun għal aktar minn tletin jum
f’perijodu ta’ tliet xhur kemm-il darba l-Ministru ma japprovax
sospensjoni itwal.
(4) Ebda operazzjoni ma tkun tista’ titwettaq fil-waqt ta’ xi
sospensjoni temporanja ta’ negozju taħt dan l-artikolu. Kull
operazzjoni li hekk titwettaq bi ksur ta’ dan is-subartikolu tkun
waħda invalida.
Setgħa għall-
għemil ta’ 
regolamenti.
Miżjud:
XVII. 2002.130.
Sostitwit:
IV. 2003.22.
49. Il-Ministru, li jaġixxi fuq il-parir ta’ l-awtorità  kompetenti,
jista’ jagħmel regolamenti:
(a) sabiex jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att,
inklużi regolamenti għar-regolamentazzjoni aħjar ta’
exchanges ta’ investiment rikonoxxuti u, jew l-
ammissibbiltà  għall-elenku ta’ titoli fihom u sabiex
jipprovdu għal sħubija diretta jew indiretta ta’, jew
aċċess għal, exchanges ta’ investiment rikonoxxuti fit-
termini u skond obbligi internazzjonali ta’ Malta;
(b) sabiex jirregolaw it-trasferiment tal-proprjetà  u, jew il-
kunsinna ta’ titoli kwotati fuq exchange ta’
investiment rikonoxxut, clearing u konklużjoni ta’
operazzjonijiet imwettqa fuq exchange ta’ investiment
rikonoxxut, ħlas għal trasferiment ta’ titoli kwotati fuq
exchange ta’ investiment rikonoxxut, rahan ta’ titoli
kwotati fuq exchange ta’ investiment rikonoxxut;
(ċ) sabiex jirregolaw l-applikazzjoni ta’ l-artikolu 50 għal
exchanges ta’ investiment rikonoxxuti, barra mill-
Borża, u għal soċjetajiet kummerċjali barra minn
kumpanniji;
(d) sabiex jirregolaw it-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni
u jagħtu effett lid-disposizzjonijiet, ħtiġiet, obbligi u
rabtiet dwar ir-regolamentazzjoni ta’ exchanges ta’
investiment rikonoxxuti u, jew l-ammissibbiltà  għall-
elenku ta’ titoli fihom li jinqalgħu minn sħubija,
affiljazzjoni jew relazzjoni ma’ organizzazzjonijiet
internazzjonali jew reġjonali jew gruppi ta’ pajjiżi jew
taħt xi trattat, konvenzjoni jew ftehim internazzjonali
ieħor sew jekk bilaterali, reġjonali jew multilaterali, li
Malta tkun parti fih.
Eżenzjonijiet mit-
taxxa fuq l-income 
u taxxa fuq 
dokumenti. 
Emendat:
V. 1992.5;
XVI. 1994.14;
XVII. 2002.110; 
131.
Kap. 123.
50. (1) Minkejja kull ħaġa oħra li tinsab fl-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income, jew f’kull liġi li ssir minflok dak l-Att meta
kumpannija tikseb l-istatus ta’ kumpannija kwotata fuq il-Borża, ir-
rata ta’ taxxa fuq l-income li titħallas fuq il-qligħ jew profitti li
kumpannija jkollha għandha titnaqqas dwar dak il-qligħ jew dawk
il-profitti li hi jkollha matul is-sena li fiha tikseb l-istatus ta’
kumpannija kwotata, u fis-sentejn li jiġu ta’ wara kif ġej:
- b’żewġ punti perċentwali meta 20% jew iktar iżda
inqas minn 30% tal-kapital azzjonarju votanti maħruġ
ikun offert lill-pubbliku bħala titolu elenkat;
-  bi 3.5 punti perċentwali meta 30% jew iktar iżda inqas
minn 40% tal-kapital azzjonarju votanti maħruġ ikun
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    29
offert lill-pubbliku bħala titolu elenkat;
- b’ħames punti perċentwali meta 40% jew iktar tal-
kapital azzjonarju votanti maħruġ ikun offert lill-
pubbliku bħala titolu elenkat:
Iżda kull tnaqqis fil-punti perċentwali msemmija aktar
qabel għandu jkun japplika mal-ħruġ ta’ ishma ġodda, jew meta
ishma eżistenti fil-limitu tal-proporzjon perċentwali msemmi jkunu
attwalment offerti għall-bejgħ lill-pubbliku mill-azzjonisti
eżistenti, u jkun effettiv għall-fini ta’ taxxa mis-sena li fiha l-ishma
ġodda jew l-ishma eżistenti jinħarġu kif imsemmi qabel:
Iżda wkoll it-tnaqqis fir-rata ta’ taxxa japplika biss dwar
kumpannija kwotata li tkun hekk kwotata fi żmien ħames snin mid-
data meta dan l-Att jidħol fis-seħħ iżda l-Ministru jista’ b’avviż fil-
Gazzetta jestendi dan iż-żmien għal għaxar snin jekk ikun hekk
jidhirlu li jkun fl-interess pubbliku:
Iżda wkoll kumpannija ma tistax tikseb benefiċċju iktar
minn darba fl-imsemmi perijodu ta’ ħames jew għaxar snin kif ikun
il-każ iżda t-tnaqqis fit-taxxa fi gradi perċentwali kif imsemmi
qabel jista’ jiżdied kif suġġett għall-perċentwali ta’ kapital
azzjonarju votanti maħruġ offert lill-pubbliku matul it-tliet snin
mid-data meta l-kumpannija tkun kisbet l-istatus ta’ kumpannija
kwotata kif imsemmi qabel.
Kap. 364.
Dokumenti u Trasferimenti jew f’kull Att ieħor li jissostitwixxi dak
l-Att, ebda taxxa ma għandha titħallas bis-saħħa ta’ dak l-Att dwar
kull trasferiment ta’ xi titoli ta’ kumpannija kwotata, jew it-
trasferiment ta’ xi titoli tal-Gvern jew ta’ xi enti morali stabbilit bl-
liġi, meta dak it-trasferiment isir fil-Borża.
Titolu eżekuttiv.
Miżjud:
XVII. 2002.132.
Kap. 12.
51. (1) Ordni għall-ħlas ta’ spejjeż ta’, u inċidentali għal,
investigazzjoni taħt l-artikolu 33(4) għandom jikkostitwixxu titolu
eżekuttiv kif imfisser u għall-finijiet tat-Titlu VII tat-Taqsima I tat-
Tieni Ktieb tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Jekk l-ammont kollu jew parti mill-ammont li għandu
jitħallas taħt ordni skond l-artikolu 33(4) jibqa’ ma jitħallasx fi
tmiem il-perijodu speċifikat, l-awtorità  kompetenti tista’ tipproċedi
biex tinforza l-ħlas wara jumejn min-notifika lid-debitur ta’
intimazzjoni għall-ħlas magħmula b’att ġudizzjarju.
Esklużjoni ta’ 
responsabbiltà .
Miżjud:
XVII. 2002.132.
52. La l-awtorità  kompetenti, la l-Awtorità  dwar l-Elenku,
lanqas xi uffiċjal jew impjegat ta’ l-awtorità  kompetenti jew ta’ l-
Awtorità  dwar l-Elenku, lanqas xi persuna oħra maħtura minnhom
biex taqdi xi funzjoni taħt dan l-Att ma tkun responsabbli għad-
danni dwar xi ħaġa li tkun saret jew li tkun naqset milli ssir fit-
twettiq jew dak li jkun jidher li hu t-twettiq ta’ xi funzjonijiet taħt
dan l-Att jew ta’ xi regoli jew regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu, kemm-il darba dak l-egħmil jew nuqqas ma jintwerix li kien
in mala fede.
  30      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
Emendata:
A.L.2 ta’ l-1992;
V.1992.2.
Sostitwita:
A.L.76 ta’ l-1994.
Emendata:
IX. 1997.5;
A.L.90 ta’ l-1999;
A.L.91 ta’ l-1999;
A.L.124 ta’ l-2000.
Sostitwita:
XVII. 2002.133.
Emendata:
A.L. 370 ta’ l-
2003.
SKEDA 
(Artikolu 28)
L-ISTATUT
1. Applikabilità
Dan l-Istatut japplika għall-Borża ta’ Malta.
2. Tifsir u Disposizzjonijiet ġenerali
(1) F’dan l-Istatut sakemm is-suġġett jew ir-rabta tal-kliem ma
taħtieġx xort’oħra:
"l-Att" tfisser l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji;
"Kulleġġ ta’ Ditti ta’ Stockbroking tfisser il-Kulleġġ imwaqqaf
bl-artikolu 9 ta’ l-Istatut;
"Kumitat" tfisser kull Kumitat imwaqqaf taħt l-artikolu 10 ta’ l-
Istatut;
"titoli" tfisser -
(a) azzjonijiet, stocks, bonds, debentures, ċertifikati ta’
depożiti, noti u kull strumenti oħra simili li jindikaw
pussess jew jirrikonoxxu debitu:
Iżda madankollu titoli ma tfissirx:
(i) xi strument li jirrikonoxxi jew joħroġ debitu, jew
flus mislufa biex titħallas il-konsiderazzjoni
pagabbli taħt kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti
jew servizzi;
(ii) ċekk jew kambjala oħra draft tal-bank jew ittra
ta’ kreditu; jew
(iii) karta ta’ flus, prospett li juri bilanċ f’kont
kurrenti ta’ depożitu jew ta’ tifdil jew (minħabba
xi obbligu finanzjarju li jkun jinsab fih) għal kiri
jew disponiment ieħor ta’ proprjetà , jew ta’
polza ta’ assigurazzjoni;
Kap. 370.
(b) unitajiet fi skema ta’ investiment kollettiv kif imfisser
fl-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
(ċ) warrants, options, jew ċertifikati jew strumenti oħra,
inkluż kull record sew jekk f’forma ta’ dokument sew
jekk le, li jagħti l-jedd lid-detentur tiegħu biex
jissottoskrivi għal, jakkwista, ibiegħ jew xort’oħra
jiddisponi minn, jagħmel underwriting ta’ jew
jikkonverti xi strument jew interess f’xi strument li
jaqa’ taħt din it-tifsira, jew għal xi flus;
(d) ċertifikati jew strumenti oħra li jagħtu drittijiet ta’
proprjetà  dwar xi strument li jaqa’ taħt din it-tifsira;
(e) futures u kuntratti ta’ kambju barranin li jsiru għal
finijiet ta’ investiment jew kambju miksuba jew
miżmuma għal skopijiet ta’ investiment;
(f) drittijiet taħt kuntratt għal differenzi jew taħt xi
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    31
kuntratt ieħor li l-għan tiegħu jew l-għan maħsub
tiegħu huwa li jiżgura profitt jew jevita telf b’riferenza
għal varjazzjonijiet fil-valur jew fil-prezz ta’ proprjetà
ta’ kull deskrizzjoni jew f’indiċi jew f’fattur ieħor
maħsub għal dak l-għan fil-kuntratt.
3. Sħubija
Membri.
Cap. 370.
(1) Il-membri tal-Borża jkunu stockbrokers liċenzjati skond l-
Att dwar Servizzi ta’ Investiment, sabiex iwettqu funzjonijiet ta’
broker għax-xiri jew bejgħ ta’ titoli kwotati:
Iżda persuna jew persuni maħtura mill-Bank Ċentrali
għandu jkollhom liċenza biex jagħmluha ta’ stockbroker biex
jinnegozjaw unikament f’titoli maħruġa mill-Gvern u li jesegwixxu
operazjonijiet f’isem il-Gvern, ta’ titoli kkwotati ta’ kumpanniji
jew ta’ entitajiet oħra, li jkunu proprjetà  assoluta jew parzjali tal-
Gvern, bla ħsara għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) dik il-persuna jew dawk il-persuni ma jkollhomx jedd
għal vot f’xi laqgħa tal-membri tal-Borża jew tal-
Kulleġġ ta’ l-Istockbrokers;
(b) dik il-persuna jew dawk il-persuni jieħdu pożizzjoni u
jagħmluha ta’ prinċipal għall-Bank Ċentrali;
(c) dik il-persuna jew dawk il-persuni jkunu eżenti mill-
applikabbiltà  tad-disposizzjonijiet tal-paragrafi (b) u
(ċ) tas-subartikolu (3), tas-subartikoli minn (4) sa (6),
(9), (13) u (14) ta’ dan l-artikolu.
Applikazzjoni.
membru bil-miktub lill-General Manager, f’dik il-forma li l-
Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi bil-bye-laws.
Kwalifiki.
darba dik il-persuna:
Cap. 370.
Servizzi ta’ Investiment (liema persuna qiegħda
hawnhekk iżjed ’il quddiem tissejjaħ "stockbroker
liċenzjat");
(b) ma tkunx fil-fehma tal-Kunsill, persuna idoneja u
xierqa biex tkun membru tal-Borża;
(ċ) ma tiddepożitax dik il-garanzija u, jew dak l-
indennizz, jekk ikun hemm, li l-Kunsill jista’
jistabbilixxi fil-bye-laws:
Iżda l-garanzija u, jew, indennizz għandu jkun
stabbilit f’ammont li jkun indaqs għal kull
stockbroker, b’dak il-mod illi l-Kunsill jista’ f’kull
żmien, bil-kunsens ta’ l-awtorità  kompetenti, jibdel l-
ammont tal-garanzija u, jew, indennizz hekk kif
jidhirlu xieraq, u jagħti meta dak l-ammont jiżdied,
mill-anqas tletin jum li matulhom stockbrokers
liċenzjati ikollhom żmien sabiex jikkonformaw
ruħhom; u
(d) ma jkollhiex dawk il-kwalifiki l-oħra li jistgħu minn
  32      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
żmien għal żmien jigu stabbiliti bil-bye-laws.
Notifikazzjoni. (4) Malli jirċievi applikazzjoni għal sħubija ta’ membru l-
Kunsill għandu jistabbilixxi data li fiha jkun se jikkunsidra dik l-
applikazzjoni u, mill-inqas sitt ġimgħat qabel dik id-data, għandha
twaħħal avviż fil-Borża li bih tiddikjara l-isem, l-indirizz u dettalji
rilevanti oħra ta’ l-applikant, u tagħti d-data, li ma għandhiex tkun
ta’ inqas minn erba’ ġimgħat wara d-data tat-twaħħil ta’ l-avviż, sa
meta xi persuna tkun tista’ tagħmel sottomissjonijiet lill-Kunsill
dwar dik l-applikazzjoni.
Konsiderazzjoni. (5) Applikazzjonijiet għal sħubija ta’ membru għandhom
ikunu kunsidrati mill-Kunsill fid-data stabbilita skond is-
subartikolu (4) u sussegwentment f’kull laqgħa oħra li l-Kunsill
iqis li tkun meħtieġa.
Votazzjoni. (6) Ebda persuna ma tidħol bħala membru ħlief b’riżoluzzjoni
tal-Kunsill appoġġata b’mill-inqas erba’ voti.
Aċċettazzjoni/ 
Ċaħda.
(7) Il-General Manager, kif jiġi dirett mill-Kunsill wara li
jittieħed dak il-vot, għandu jinforma lill-applikant bil-miktub bid-
deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu. Malli jiġi
msieħeb mill-Kunsill il-kandidat isir membru tal-Borża.
Raġunijiet. (8) Il-Kunsill ikun meħtieġ jagħti r-raġunijiet għad-deċizjoni
tiegħu.
Applikazzjonijiet 
miċħuda.
(9) Meta tinċaħad applikazzjoni għal sħubija bħala membru, l-
applikant ma jistax jerġa’ japplika għal sħubija qabel ma jgħaddu
tnax-il xahar kalendarju mid-data ta’ dik iċ-ċaħda.
Indirizzi reġistrati. (10) Kull stockbroker liċenzjat li jkun imsieħeb bħala membru
tal-Borża kif intqal qabel għandu jagħti lill-General Manager l-
indirizz kummerċjali f’Malta, li ma jkunx numru ta’ kaxxa postali,
li fih jintbagħtu kull kommunikazzjonijiet u korrispondenza. Il-
membri għandhom javżaw lill-General Manager b’kull tibdil fl-
indirizz.
Reġistru tal-
Membri.
(11) Reġistru ta’ membri flimkien ma’ l-indirizzi reġistrati
tagħhom għandu jinżamm mill-Borża u jkun miftuħ għall-
ispezzjoni tal-membri u tal-pubbliku matul is-sigħat normali tax-
xogħol.
Riżenja. (12) (a) Membru li jkun jixtieq jirriżenja mis-sħubija tiegħu
għandu jagħmel dan bil-miktub lill-Kunsill, li għandu
minnufih iwaħħal avviż dwar dan mal-bord ta’ l-avviżi
tal-Borża. Dak l-avviż għandu jibqa’ mwaħħal għal
dak iż-żmien li jista’ jiġi stabbilit fil-bye-laws.
(b) Il-membri tal-Borża, magħdud dak il-membru li jkollu
ħsieb jirriżenja għandu, sa dak iż-żmien li jista’ jiġi
stabbilit fil-bye-laws jgħarraf lill-Kunsill dwar kull
debiti, obbligazzjonijiet jew irbit ieħor tal-membru li
jkun bi ħsiebu jirriżenja u dwar kull negozju u
operazjonijiet pendenti li fihom jista’ jkun involut dak
il-membru f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-attivitajiet
tiegħu bħala membru tal-Borża.
(ċ) Minkejja r-riżenja tiegħu kull membru għandu jibqa’
responsabbli għall-obbligi u l-passiv kollha tiegħu taħt
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    33
dan l-Att, dan l-Istatut u l-bye-laws sakemm il-Kunsill
ma jkunx ħeles lil dak il-membru minnhom bil-miktub.
Dħul lura.
tiegħu jista’ jerġa japplika biex jidħol lura; dik l-applikazzjoni
ġdida tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet applikabbli għad-dħul ta’
membri ġodda fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni.
4. Proċedura Dixxiplinari
Fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu skond il-liġi:
(1) Il-Kunsill ikollu -
(a) dawk is-setgħat regolatorji u ta’ sorveljanza dwar min
joħroġ titoli elenkati kif jistgħu jkunu speċifikati bir-
regoli ta’ l-elenku magħmula taħt it-Taqsima III ta’ l-
Att;
(b) dawk is-setgħat dixxiplinari u ta’ nfurzar dwar min
joħroġ titoli elenkati kif jistgħu jkunu speċifikati bir-
regoli ta’ l-elenku magħmula taħt it-Taqsima III ta’ l-
Att;
(ċ) dawk is-setgħat l-oħra li jistgħu jiġu delegati lill-
Kunsill mill-Awtorità  dwar l-Elenku taħt l-Att.
(2) Ikun id-dmir tal-Kunsill li jinforza l-Istatut u l-bye-laws u
li jiżgura ruħu li dawn jiġu mħarsa minn:
(a) il-membri tal-Borża;
Kap. 370.
Servizzi ta’ Investiment, li jkunu qed jaġixxu jew li
jkunu jidhru li qed jaġixxu bħala intermedjarji
b’relazzjoni mal-membri tal-Borża.
(3) Kull waħda mill-persuni msemmija fis-subartikoli (1) u (2)
ta’ dan l-artikolu li l-kondotta tagħha tkun qed tiġi investigata mill-
Kunsill, għandha tingħata l-opportunità  li tidher quddiem il-Kunsill
għad-difiża tagħha, jew hi personalment jew mgħejjuna minn
avukat, f’dak il-jum u f’dak il-ħin li jistabbilixxi l-Kunsill, li ma
jkunx iqsar minn erbatax-il jum minn notifika ta’ avviż lil dik il-
persuna fejn tingħata t-tagħrif tal-jedd tagħha li tagħmel
sottomissjonijiet u li tipproduċi dawk il-provi li l-Kunsill jista’
jippermetti.
5. Sospensjoni u Revoka ta’ Sħubija
(1) Il-Kunsill jista’ jissosspendi jew jirrevoka s-sħubija lil xi
stockbroker liċenzjat:
Kap. 370.
(a) jekk il-membru ma jibqax detentur ta’ liċenza bħala
stockbroker skond l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment;
(b) jekk fil-fehma tiegħu dik il-persuna ma tkunx iktar
persuna idoneja u xierqa biex tibqa’ membru tal-
Borża;
(ċ) jekk il-membru ma jibqax jissodisfa il-ħtiġiet ta’ jew
ikun naqas li jissodisfa jew iħares jew ikun kiser xi
disposizzjonijiet ta’ l-Istatut jew tal-bye-laws jew meta
kien jidher li qed iħares xi disposizzjonijiet bħal dawk
  34      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
ikun issottometta lill-Kunsill informazzjoni falza,
mhux preċiża jew li tiżgwida, jew ikun aġixxa b’mod
li hu ta’ ħsara għall-Borża, il-membri tagħha, jew il-
pubbliku ġeneralment;
(d) f’kull ċirkostanzi oħra kif jista’ jiġi provdut fl-Istatut u
fil-bye-laws.
(2) Sospensjoni ta’ sħubija taħt dan l-Att għandha tkun għal
dak il-perijodu li ma jkunx iżjed minn sena hekk kif il-Kunsill
jista’ jistabilixxi, b’dan illi din is-sospensjoni tkun tista’ tiġġedded
mill-Kunsill għal raġuni tajba u suffiċjenti. Matul dak il-perijodu
ta’ sospensjoni l-membru sospiż ma għandux ikompli sejjer bin-
negozju bħala membru tal-Borża. Kopja ta’ l-avviż tar-revoka jew
sospensjoni ta’ sħubija għandha tinżamm fi ktieb miżmum għal
hekk mill-Kunsill, liema ktieb għandu jkun miftuħ għall-ispezzjon
mill-pubbliku fil-ħinijiet kollha xierqa.
(3) Qabel ma jissospendi jew jirrevoka s-sħubija ta’
stockbroker liċenzjat il-Kunsill għandu jagħti lill-istockbroker
liċenzjat avviż bil-miktub dwar dan fejn jaghti r-raġunijiet ta’ dik
is-sospensjoni jew revoka ta’ sħubija.
(4) Meta membru jkun irriżenja, jew meta s-sħubija ta’
membru tkun revokata jew meta membru jkun fallut jew ma jkunx
jista’ jħallas il-passiv tiegħu lil membri oħra jew lill-Borża, il-
Kunsill ikollu s-setgħa li jżomm jew jirrikjama l-garanzija
depożitata skond l-artikolu 3(iii)(ċ) ta’ dan l-Istatut u li jqiegħed
dawk il-flus jew ammonti oħra li jinġabru minnha f’dik ir-riżerva
jew kont ieħor li l-Kunsill iqis xieraq u li juża dawk il-flus kollha
jew parti minnhom sabiex jillikwida l-passiv ta’ dak il-membru fil-
konfront tal-membri sħabu tal-Borża u kull ma jibqa’ żejjed,
għandu jitħallas lura lill-membru.
6. Miżuri Dixxiplinari Oħra
(1) Jekk ikun jidher lill-Kunsill li membru tal-Borża jkun kiser
jew naqas li jħares xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Istatut
jew tal-bye-laws, il- Kunsill għandu jippubblika dikjarazzjoni f’dan
is-sens.
(2) Jekk ikun jidher lill-Kunsill li membru jkun kiser jew
naqas li jħares xi waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Istatut jew
tal-bye-laws, il-Kunsill jista’ jitlob lill-membru biex iħallas penali
amministrattiva ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira (Lm5,000)
dwar il-kontravvenzjoni jew dak in-nuqqas. Penali taħt dan is-
subartikolu għandha titħallas lill-Borża.
(3) Qabel ma jippubblika dikjarazzjoni taħt is-subartikolu (1)
jew ma jimponi penali amministrattiva taħt is-subartikolu (2), il-
Kunsill għandu:
(a) jagħti lill-persuna konċernata avviż bil-miktub tad-
dikjarazzjoni proposta fejn jagħti r-raġunijiet għaliex u
fejn juri t-termini tad-dikjarazzjoni; jew
(b) jagħti lill-persuna konċernata avviż bil-miktub tal-
penali amministrattiva proposta, fejn jagħti l-ammont
tal-penali u r-raġunijiet għaliex qed jipproponi li
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    35
jaġixxi.
(4) Meta r-raġunijiet mogħtija fl-avviż bil-miktub tad-
dikjarazzjoni proposta jirreferu speċifikament għal ħwejjeġ li -
(a) jirreferu għal persuna identifikata fl-avviż barra mill-
persuna li tkun is-suġġett ta’ l-avviż; u
(b) jkunu, fil-fehma tal-Kunsill, ta’ preġudizzju ta’ dik il-
persuna f’xi kariga jew impieg,
il-Kunsill għandu, sakemm ma jikkunsidrax li jkun imprattikabbli
li hekk jagħmel, jinnotifika kopja ta’ dak l-avviż lil dik il-persuna.
(5) Avviż notifikat lil persuna skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikoli (3) u (4) għandu jagħti partikolaritajiet tad-dritt ta’ dik
il-persuna għal appell taħt l-artikolu 42 ta’ l-Att u tad-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (6) ta’ dan l-artikolu.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), meta
jgħaddi dak iż-żmien li jista’ jiġi speċifikat fl-avviż, (li ma jkunx
inqas minn erbatax-il jum mid-data tan-notifika ta’ l-avviż taħt is-
subartikolu (3) jew ta’ kopja ta’ l-avviż taħt is-subartikolu (4),
skond liema tkun l-aħħar), il-Kunsill jista’ jippubblika d-
dikjarazzjoni proposta u, wara l-pubblikazzjoni jibgħat kopja lil dik
il-persuna u lil kull persuna li lilha kopja ta’ avviż tkun ġiet
notifikata taħt is-subartikolu (4).
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (5), meta
jgħaddi dak iż-żmien li jista’ jiġi speċifikat fl-avviż taħt is-
subartikolu (3), (li ma jkunx inqas minn erbatax-il jum mid-data
tan-notiifika ta’ l-avviż), il-Kunsill għandu jagħti lill-persuna
konċernata avviż għal ħlas. Avviż għal ħlas taħt dan is-subartikolu
għandu:
(a) ikun bil-miktub; u
(b) jeħtieġ lill-persuna notifikata biex tħallas il-penali
qabel ma jgħaddi dak iż-żmien (li ma jkunx inqas minn
erbatax-il jum mid-data tan-notifika ta’ l-avviż) kif
jista’ jiġi speċifikat fl-avviż.
(8) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tirrestrinġi jew
xort’oħra tippreġudika s-setgħat ta’ l-awtorità  kompetenti jew ta’ l-
Awtorità  dwar l-Elenku taħt l-Att.
7. Setgħa għall-ħruġ ta’ direttivi
(1) Bla ħsara għal kull setgħa delegata lilu taħt l-Att jew kull
setgħa mogħtija lilu b’dan l-Istatut, il-Kunsill jista’, kull meta
jidhirlu meħtieġ, jagħti lil kull waħda mill-persuni msemmija fis-
subartikolu 4(2) ta’ dan l-Istatut, b’avviż bil-miktub, dawk id-
direttivi li jidhirlu xierqa fiċ-ċirkostanzi, u kull persuna kif
imsemmija fis-subartikolu 4(2) ta’ dan l-Istatut li lilha jingħata
avviż għandha tobdi, tħares u xort’oħra tagħti effett lil kull
direttiva bħal dik fiż-żmien u bil-mod imsemmi fid-direttiva jew
direttiva ulterjuri.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dan l-artikolu, direttiva taħt dan l-artikolu tista’ -
(a) teħtieġ li xi ħaġa għandha ssir jew li ma ssirx, jew
  36      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
timponi kull probizzjoni, restrizzjoni jew limitazzjoni,
jew xi ħtieġa oħra, u tagħti setgħat, dwar kull
operazjoni jew att ieħor, jew dwar kull attiv, jew dwar
kull ħaġa oħra tkun li tkun;
(b) teħtieġ li xi persuna li jkollha funzjonijiet dwar il-
persuni msemmija fis-subartikolu 4(2) ta’ dan l-Istatut
titneħħa jew titneħħa u tiġi sostitwita minn xi persuna
oħra aċċettabbli għall-Kunsill;
(ċ) fil-każ ta’ membru li jkun ser jieqaf jew ikun waqaf
jinnegozja jew ikun ser ixolji jew ikun xolja l-affarijiet
tiegħu, tipprovdi għall-ħatra ta’ persuna biex tieħu
pussess ta’, u tikkontrolla, id-dokumenti, ir-records, l-
assi u l-proprjetà  kollha li jkunu ta’, jew fil-pussess ta’
jew taħt il-kontroll tal-membru minħabba jew
b’konnessjoni mas-sħubija tiegħu fil-Borża.
(3) Is-setgħa għall-għoti ta’ direttivi taħt dan l-artikolu
għandha tinkludi s-setgħa li tvarja, tibdel, iżżid ma’ jew tirtira kull
direttiva, kif ukoll is-setgħa li toħroġ direttivi ġodda jew direttivi
oħra.
(4) Meta l-Kunsill ikun sodisfatt li ċ-ċirkostanzi hekk jitolbu,
dan jista’ f’kull żmien, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 5 ta’ dan l-Istatut, jagħmel pubblika kull direttiva li jkun
għamel taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
8. Kunsill
(1) Il-Kunsill imwaqqf bis-saħħa ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Att
għandu jkun kostitwit skond il-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-artikolu.
Chairman (2) Il-Ministru għandu jaħtar wieħed mill-membri tal-Kunsill
bħala Chairman.
Sħubija fil-Kunsill (3) (a) Il-Kunsill ikun magħmul minn Chairman u minn erba’
membri oħra.
(b) Il-membri tal-Kunsill, inkluż iċ-Chairman, għandhom
jinħatru mill-Ministru minn fost persuni li, fil-fehma
tiegħu, kellhom esperjenza u wrew kapaċità
f’attivitajiet kummerċjali, finanzjarji, f’xi professjoni
jew studju akkademiku.
Membri magħżula (4) B’żieda mal-membri msemmija qabel il-Kunsill jista’
jagħżel mhux iktar minn żewġ persuni oħra sabiex ikunu membri
tal-Kunsill kif jista’ jidhirlu spedjenti.
Deputat Chairman (5) Il-Kunsill għandu jeleġġi wieħed mill-membri tiegħu bħala
Deputat Chairman u dan jagħmilha ta’ Chairman fin-nuqqas taċ-
Chairman.
Żmien tal-kariga (6) Il-membri tal-Kunsill għandhom jibqgħu fil-kariga għal
perijodu ta’ mhux iktar minn tliet snin iżda jkunu eliġibbli li
jerġgħu jinħatru.
Executive 
Committee
(7) Il-Kunsill għandu jwaqqaf Kumitat Eżekuttiv li jkun
responsabbli biex jimplimenta l-policies tal-Kunsill u sabiex
jippjana u jofformula policies ta’ żvilupp ġodda għall-
approvazzjoni tal-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaħtar Kap Eżekuttiv
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    37
biex ikun il-kap tal-Kumitat Eżekuttiv u jista’ jaħtar lil dawk l-
uffiċjali l-oħra biex jaqdu dawk id-dmirijiet tal-Kumitat Eżekuttiv
kif il-Kunsill jidhirlu xieraq.
General Manager
responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Borża skond
il-policy stabbilita mill-Kunsill.
(b) Il-General Manager ikollu dawk id-dmirijiet li huma
mogħtija b’dan l-Istatut jew bil-bye-laws u għandu
jaġixxi taħt id-direzzjoni ġenerali tal-Kunsill.
Meta membru tal-
Kunsill ikun 
involut fil-materja 
diskussa
(9) Meta xi membru tal-Kunsill ikun direttament jew
indirettament involut f’xi materja li tkun qed tiġi diskussa fil-
Kunsill, dan għandu jirtira minn dik is-seduta tal-Kunsill meta dik
il-materja tkun qed tiġi diskussa jew tkun qed tittieħed deċiżjoni
dwarha u f’każ bħal dan, għall-għanijiet kollha, il-Kunsill ikun
kostitwit mill-membri l-oħra kollha.
Min jiddeċiedi 
dwar jekk membru 
huwiex involut
(10) Id-deċiżjoni dwar jekk membru tal-Kunsill huwiex
direttament jew indirettament involut f’xi materja bħal dik, tkun
tmiss esklużivament lill-membri l-oħra tal-Kunsill bl-esklużjoni ta’
dak il-membru.
9. Kulleġġ ta’ Stockbrokers
(1) (a) Għandu jkun hemm Kulleġġ ta’ Stockbrokers li jkun
magħmul minn membri tal-Borża, skond il-paragrafu
(a) ta’ dan is-subartikolu, hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ "il-Kulleġġ" li jkollu l-ħidma:
(i) li jagħti pariri lill-Kunsill dwar ħwejjeġ li jolqtu
l-proċeduri ta’ negozju;
(ii) li jirrapporta lill-Kunsill kull ħaġa li tirrigwarda
l-membri tal-Borża jew li tkun inċidentali għall-
funzjonament sew tal-Borża;
(iii) li jeżamina kull ilment u, jew rapport li jiġi
riċevut minn membri tal-Borża, klijenti u, jew il-
Kunsill dwar allegazzjonijiet ta’ mġieba ħażina
jew nuqqas ta’ membru li jżomm l-ogħla
standards etiċi jew ta’ xi allegazzjoni ta’ nuqqas
minn membru li jħares l-Att, l-Istatut u bye-
laws;
(iv) li jirrapporta lill-Kunsill dwar kull riżultanza li
jista’ jkun hemm u li jagħmel dik ir-
rakkomandazzjoni li l-Kulleġġ jidhirlu meħtieġ.
(b) Fit-twettiq tal-ħidma msemmija fil-paragrafu
(1)(a)(iii), il-Kulleġġ ikollu dawk is-setgħat kollha,
inkluża s-setgħa li jkollu laqgħat ma’ kull min jagħmel
xi lment jew ma’ xi persuna li tagħmel rapport kif
imsemmi qabel, hekk kif jista’ jkun meħtieġ jew
spedjenti.
(ċ) Kull stockbroker li jissieħeb bħala membru tal-Borża
ikun membru tal-Kulleġġ.
(d) Kull membru tal-Kulleġġ għandu jaħtar individwu
biex jirrapreżentah fil-Kulleġġ u jattendi kull laqgħa
  38      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
tiegħu.
(e) Il-Kulleġġ għandu jeleġġi minn fost l-individwi
maħtura biex jirrappreżentaw il-membri tiegħu,
Chairman, Deputat Chairman u Segretarju.
(f) Kull individwu elett fil-kariga ta’ Chairman, Deputat
Chairman, u Segretarju għandu jżomm il-kariga għal
sena li tibda mill-ewwel jum ta’ April b’dan li jkun
elegibbli li jerġa’ jinħatar.
Vakanzi fil-
Kullerġġ
(2) (a) Il-ħatra ta’ l-individwu maħtur biex jirrapreżenta
membru tal-Kulleġġ għandha tintemm f’dawn il-
każijiet li ġejjin:
(i) jekk ma jibqax jirrappreżenta lill-membru
konċernat, għal xi raġuni tkun li tkun;
(ii) mar-riżenja notifikata bil-miktub liċ-Chairman
tal-Kulleġġ;
(iii) fil-każ li jiġi aġġudikat fallut jew jinsab ħati ta’
xi delitt li jinvolvi l-fiduċja pubblika;
(iv) fil-każ li jkun ġie interdett jew inkapaċitat;
(b) Meta tinqala’ vakanza fost l-individwi maħtura biex
jirrappreżentaw membri tal-Kulleġġ dik il-vakanza
għandha timtela minn rappreżentant ieħor tal-membru
li qabel kien rappreżentat mir-rappreżentant li joħloq
il-vakanza.
Laqgħat tal-
Kulleġġ
(3) (a) Il-Kulleġġ għandu jiltaqa’ f’dawk il-ġranet u f’dawk
il-postijiet li ċ-Chairman tal-Kulleġġ jista’ jistabilixxi
minn żmien għal żmien iżda illi l-Kulleġġ għandu
jiltaqa’ mill-anqas darba f’kull xahar kalendarju.
(b) Avviż dwar il-ġurnata, post u ħin tal-laqgħa tal-
Kulleġġ u fejn jiġi dikjarat xi tkun l-aġenda tal-laqgħa,
għandu jingħata bil-miktub miċ-Chairman tal-Kulleġġ
lil kull membru tal-Kulleġġ.
(ċ) Fil-każ li rappreżentant maħtur ma jkunx jista’
jattendi, il-membru jkollu d-dritt li jiġi rappreżentat
fil-laqgħa minn rappreżentant alternattiv minflok ir-
rappreżentant maħtur.
(d) Ma jista’ jsir ebda xogħol f’xi laqgħa tal-Kulleġġ
kemm-il darba ma jkunx hemm preżenti quorum. Il-
quorum meħtieġ biex isir xogħol għandu jkun mill-
inqas ħamsin fil-mija tal-membri li jkollhom dritt
jattendu. Jekk sa tletin minuta wara l-ħin stabbilit
għal-laqgħa r-rappreżentanti preżenti ma jkunux
biżżejjed biex jagħmlu quorum, dik il-laqgħa għandha
tiġi aġġornata għall-istess jum fil-ġimgħa ta’ wara, fl-
istess ħin u post, u għandu jintbagħat avviż li jkun
igħid dan lill-membri kollha.
(e) Jekk fil-laqgħa aġġornata ma jkunx hemm quorum sa
tletin minuta mill-ħin stabbilit għal-laqgħa, il-membri
preżenti għandhom imbagħad jagħmlu quorum.
(f) Kull membru tal-Kulleġġ ikollu vot.
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    39
(g) Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kulleġġ ikunu jeħtieġu
appoġġ ta’ għall-inqas sittin fil-mija tar-rappreżentanti
preżenti fil-laqgħa.
(h) Jistgħu jitlaqqgħu laqgħat speċjali tal-Kulleġġ miċ-
Chairman tal-Kulleġġ fuq talba bil-mezz ta’ avviz bil-
miktub ta’ mhux inqas minn ħamsin fil-mija tal-
membri tal-Kulleġġ u għandhom isiru fi żmiem
ġimgħa minn meta ssir dik it-talba. Avviż dwar xi
laqgħa speċjali, li jkun jagħti l-iskopijiet tagħha,
għandu jingħata miċ-Chairman lil kull rappreżentant
għall-inqas tnejn u sebghin siegħa qabel id-data
stabbilita għal dik il-laqgħa.
(i) Kull membru tal-Kulleġġ li jkun sew direttament jew
indirettament involut f’xi kwistjoni li tkun qed tiġi
diskussa mill-Kulleġġ għandu jirtira minn dik il-
laqgħa meta dik il-kwistjoni tkun qed tiġi diskussa jew
deċiża u f’kull każ bħal dak, għall-finijiet u effetti
kollha l-laqgħa għandha tkun kostitwita mill-membri l-
oħra kollha:
Iżda meta l-Kulleġġ ikun qed iwettaq ħidma
msemmija fl-artikolu 9(1)(a)(iii) ta’ l-Istatut dan
għandu jagħti opportunità  lill-membru konċernat biex
ikun jista’ jippreżenta l-każ tiegħu.
(j) Il-Kulleġġ ikollu s-setgħa, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Istatut, li jistabbilixxi l-
laqgħat tiegħu stess u li jirregola l-proċeduri tiegħu
nnifsu.
10. Kumitati
(1) Il-Kunsill jista’ jistabbilixxi kull kumitat jew kumitati biex
ikunu responsabbli biex iwettqu dawk il-funzjonijiet li l-Kunsill
jista’ jordna u biex jagħtu pariri lill-Kunsill fuq dawk il-ħwejjeġ li
jistgħu jiġu deċiżi mill-Kunsill.
(2) Il-Kunsill jista’ jaħtar wieħed mill-membri tiegħu biex
imexxi xi kumitat stabbilit hawnhekk u jista’ jaħtar kull persuna
jew persuni (sew jekk membru jew le tal-Kunsill jew tal-Borża)
biex joqgħodu fuq kumitat bħal dak.
(3) Il-Kunsill jista’ f’kull żmien ineħħi jew jibdel xi membru li
joqgħod fuq xi kumitat stabbilit hawnhekk jew jekk jidhirlu xierqa
li jxolji għal kollox kull kumitat bħal dak.
(4) Kull kumitat bħal dak għandu jistabilixxi l-frekwenza tal-
laqgħat tiegħu u għandu jirregola l-proċedura tiegħu stess.
11. Vakanzi fil-Kunsill
Vakanzi
(a) mar-riżenja notifikata bil-miktub lill-Ministru;
(b) jekk ma tibqax kwalifikata biex tkun maħtura jew
nominata bħala membru tal-Kunsill;
(ċ) fil-każ li tiġi aġġudikata falluta jew tinsab ħatja ta’ xi
delitt li jinvolvi l-fiduċja pubblika;
  40      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
(d) fil-każ li tkun ġiet interdetta jew inkapaċitata;
(e) fin-nuqqas ta’ attendenza mhux ġustifikata għal-
laqgħat tal-Kunsill fi tliet okkażjonijiet konsekuttivi.
Interess personali (2) Ebda membru tal-Kunsill ma jista’ jiġi sfurzat iħalli l-
kariga tiegħu għar-raguni biss li jkun membru, direttur jew uffiċjal
ta’ xi kumpanija li tkun għamlet kuntratti ma’, jew xogħol għal
Borża, iżda membru għandu jikxef kull interess personali li jkollu
f’xi operazjoni jew kuntratt u ma jistax jivvota dwar xi kuntratt jew
xogħol bħal dak. Membru tal-Kunsill li jaġixxi bi ksur ta’ dan il-
paragrafu jista’ jitneħħa b’ordni tal-Ministru u jkun responsabbli li
jikkumpensa lill-Borża għal xi telf li jkun kawżat minnu minħabba
dak l-għemil.
Tneħħija (3) Mal-ġrajja ta’ xi waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fis-
subartikolu (1), il-Kunsill għandu jiddikjara l-post tal-membru
konċernat bħala li sar vakanti.
Vakanzi oħra (4) Meta jkun hemm xi vakanza fost il-membri tal-Kunsill, dik
il-vakanza għandha timtela bil-ħatra ta’ persuna oħra mill-Ministru,
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8(3) ta’ dan l-Istatut.
Votazzjoni (5) Kull membru tal-Kunsill ikollu vot wieħed biss f’laqgħa
tal-Kunsill minbarra ċ-Chairman, jew id-Deputat Chairman fin-
nuqqas taċ-Chairman, li jkollu vot oriġinali u vot deċiżiv.
Deċiżjonijiet tal-Kunsill jittieħdu b’maġġoranza sempliċi kemm-il
darba l-Istatut ma jipprovdix xort’oħra.
Rimunerazzjoni (6) Iċ-Chairman u l-membri tal-Kunsill għandhom jitħallsu
dik ir-rimunerazzjoni li tista’ tiġi approvata mill-Ministru. Ir-
rimunerazzjoni taċ-Chief Executive u tal-General Manager tkun
stabbilita mill-Kunsill.
Indennizz (7) Kull membru tal-Kunsill ikun indennizzat mill-Borża
kontra kull responsabbilità , kost, telf u spejjeż li għalihom dak il-
membru tal-Kunsill jista’ jsir responsabbli minħabba xi materja jew
ħaġa li tkun saret minnu in bona fide fil-qadi ta’ dmirijietu bħala
membru tal-Kunsill:
Iżda ebda membru bħal dak ma jista’ jaċċetta
responsabbilità  mingħajr l-awtorità  tal-Kunsill.
12. Laqgħat tal-Kunsill
Frekwenza (1) Il-laqgħat tal-Kunsill għandhom isiru f’dawk id-dati u
f’dawk il-postijiet hekk kif iċ-Chairman tal-Kunsill jista’
jistabilixxi minn żmien għal żmien iżda b’dan illi l-Kunsill għandu
jiltaqa’ mill-anqas darba f’kull xahar kalendarju.
Avviż (2) Avviż dwar id-data, post u ħin ta’ laqgħa tal-Kunsill li
jagħti l-aġenda tax-xogħol tal-laqgħa għandu jingħata bil-miktub
mill-General Manager lil kull membru tal-Kunsill.
Quorum (3) (a) Ma jista’ jsir ebda xogħol f’xi laqgħa tal-Kunsill
kemm-il darba ma jkunx hemm preżenti quorum tal-
membri. Il-quorum meħtieġ biex jista’ jsir xogħol ikun
ta’ tliet membri kwalifikati biex jivvotaw.
(b) Jekk sa tletin minuta wara l-ħin stabbilit għal-laqgħa l-
membri preżenti ma jkunux biżżejjed biex jagħmlu
SWIEQ FINANZJARJI ġ K AP. 345.    41
quorum, dik il-laqgħa għandha tiġi aġġornata għall-
istess jum tal-ġimgħa ta’ wara, fl-istess ħin u post, u
għandu jintbagħat avviż f’dan is-sens lill-membri
kollha.
(ċ) Jekk fil-laqgħa aġġornata ma jkunx hemm quorum sa
tletin minuta mill-ħin stabbilit għal-laqgħa, il-membri
preżenti għandhom jagħmlu quorum:
Iżda, b’danakollu, laqgħa bi quorum hekk
imnaqqas ma jkollhiex is-setgħa li temenda l-bye-laws.
Proċeduri
ta’ dan l-Istatut, li jistabbilixxi l-laqgħat tiegħu stess u li jirregola l-
proċeduri tiegħu nnifsu.
13. Finanzi
Fondi
l-Kunsill jistabbilixxi minn żmien għal żmien. Ċekk maħruġ akkont
tal-Borża għandu jkun iffirmat minn dik il-persuna jew persuni li l-
Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Dħul
unikament għall-promozzjoni ta’ l-oġġettivi u fl-interess tal-Borża
kif il-Kunsill jista’ jistabbilixxi.
Kotba tal-kontijiet 
miżmuma sew
(3) Il-Kunsill għandu jieħu ħsieb li jinżammu sew kotba tal-
kontijiet dwar:
(a) kull ammont ta’ flus imdaħħal jew minfuq mill-Borża
u l-ħwejjeġ li dwarhom dak id-dħul u nfiq isir;
(b) kull bejgħ u xiri li jsir mill-Borża; u
(ċ) l-attiv u l-passiv tal-Borża.
Viżjoni vera u ċara
dawn jagħtu viżjoni vera u ċara tal-qagħda tal-Borża u sabiex
jispjegaw l-operazjonijiet tagħha.
Fejn jinżammu l-
kontijiet
(5) Il-kotba tal-kontijiet għandhom jinżammu fl-uffiċċju
reġistrat tal-Borża u għandhom ikunu dejjem miftuħa għall-
ispezzjon tal-membri tal-Kunsill, u hekk kif il-Kunsill jista’ minn
żmien għal żmien jistabbilixxi.
Ħatra ta’ udituri
ir-rimunerazzjoni li jiftiehem dwarha l-Kunsill.
Fond ta’ Kumpens
L.S. 370.09
Il-Fond ta’ Kumpens u l-Kumitat Magħżul stabbilit minn
Bye-laws skond din l-Iskeda ma għandhomx jibqgħu fis-seħħ mid-
data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti u l-Fond ta’
Kumpens għandu jiġi assorbit minn dik id-data bħala parti integrali
ta’ l-Iskema għall-Kumpens ta’ l-Investituri stabbilita taħt ir-
Regolamenti għal Skema ta’ Kumpens lill-Investituri bla ħsara
għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan il-paragrafu:
  42      KAP. 345. ħ          SWIEQ FINANZJARJI
L.S. 370.09
(1) Il-Bye-laws kif ikunu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’
dawn ir-regolamenti għandhom, mutatis mutandis, jibqgħu
jirregolaw kull talba magħmula minn investitur skond il-Bye-law
7.03 b’referenza għal okkorrenzi li saru qabel it-3 ta’ Jannar 2003 u
kull referenza għall-Kunsill għandha titqies li hi referenza għall-
Kumitat ta’ Tmexxija ta’ l-Iskemi għall-Kumpens stabbilit skond
ir-Regolamenti għal Skema ta’ Kumpens lill-Investituri.
(2) (a) Il-porzjon tal-Fond ta’ Kumpens li tikkostitwixxi l-
ħlasijiet magħmulin mill-Borża ta’ Malta skond il-Bye-law 7.12(b)
għandha tkun trasferita lura lill-Borża ta’ Malta:
Iżda l-Borża ta’ Malta għandha żżomm dik il-porzjon tal-
Fond ta’ Kumpens separata u distinta minn kull fond jew assi oħra.
(b) Il-Borża ta’ Malta għandha tipprovdi indennizz favur l-
Iskema ta’ Kumpens lill-Investitur sa l-ammont ta’ fondi
miżmumin separati u distinti skond il-klawsola kondizzjonali għas-
subregolament li jiġi immedjatament qabel dan u fi proporzjon
għall-perċentwali tal-fondi li jikkostitwixxu l-Fond ta’ Kumpens li
ġew trasferiti lura lilha, u hi għandha tibqa’ responsabbli skond id-
disposizzjoni ta’ l-ewwel klawsola kondizzjonali għall-paragrafu
(b) tas-subregolament (3) sat-3 ta’ Jannar, 2008, għal kull talba li
tista’ tirriżulta b’referenza għal okkorrenzi li ġraw qabel it-3 ta’
Jannar 2003.
L.S. 370.09
(3) (a) Porzjon tal-Fond ta’ Kumpens li tħallset mill-membri
tal-Borża ta’ Malta skond il-Bye-law 7.12(a) u kull fond ieħor li
jifdal u li jappartjeni lill-Fond ta’ Kumpens għandu jkun trasferit
fl-Iskema ta’ Kumpens lill-Investitur kif stabbilit taħt ir-
Regolamenti għal Skema ta’ Kumpens lill-Investitur u għandu jsir
parti integrali minnha:
Iżda għandu jkun permess moratorium favur il-membri tal-
Borża ta’ Malta li kienu ħallsu din il-porzjon lill-Fond ta’ Kumpens
kif kien fis-seħħ immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-
regolamenti, biex il-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom lill-Fond
ta’ Kumpens jinqatgħu kontra kontribuzzjonijiet li issa huma
dovuti jagħtu lill-Iskema ta’ Kumpens lill-Investitur.
(b) L-Iskema ta’ Kumpens lill-Investitur għandha tkun
responsabbli għal talbiet magħmulin kontra l-Fond ta’ Kumpens
minn investituri skond il-Bye-law 7.03 u li jirriżultaw minn jew
b’riferenza għal okkorrenzi li ġraw qabel it-3 ta’ Jannar 2003:
Iżda talbiet aċċettati biex jitħallsu mill-Kumitat ta’
Tmexxija ta’ l-Iskemi għall-Kumpens għandhom jitħallsu minn
fondi trasferiti mill-Fond ta’ Kumpens fl-Iskema ta’ Kumpens lill-
Investitur u lill-Borża ta’ Malta pro rata:
Iżda wkoll ir-responsabbiltà  ta’ l-Iskema ta’ Kumpens lill-
Investitur ma għandhiex taqbeż l-ammont ta’ fondi trasferiti skond
id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) tas-subregolament (3) u r-
responsabbiltà  ta’ l-Iskema ta’ Kumpens lill-Investitur għandha
tieqaf fit-3 ta’ Jannar, 2008.
(4) Kull referenza f’xi liġi għall-Fond ta’ Kumpens stabbilit
mill-Bye-laws skond din l-Iskeda għandha, minn issa ’l quddiem,
titqies li hi referenza għall-Iskema ta’ Kumpens lill-Investitur.
