AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      1
KAPITOLU 352
ATT DWAR L-AWTORITÀ  MARITTIMA TA’ MALTA 
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ korp magħqud li jkun magħruf bħala l-Awtorità  Marittima
ta’ Malta, għat-trasferiment lil dik l-Awtorità  tas-setgħat mogħtija b’liġi lid-Direttur tal-
Portijiet, u għall-eżerċizzju u l-qadi minn jew f’isem dik l-Awtorità  ta’ funzjonijiet li
għandhom x’jaqsmu ma’ portijiet u bastimenti merkantili f’Malta; biex jipprovdi għat-
trasferiment ta’ xi attiv lill-imsemmija Awtorità ; u biex jipprovdi dwar ħwejjeġ anċillari
għalihom jew konnessi magħhom. 
2 ta’ Awissu, 1991;
1 ta’ Jannar, 1992;
1 ta’ Mejju, 1993
L-Att XVII ta’ l-1991, kif emendat bl-Atti: XV u XXIV ta’ l-1995, XIV u XVI ta’ l-1997; bl-
Avviż Legali 141 ta’ l-1998; u bl-Att XXIII ta’ l-2000.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
Preliminari  1-2
TAQSIMA I.  Kostituzzjoni, Għamla u Funzjonijiet ta’ l-Awtorità   3-12
TAQSIMA II.  Disposizzjonijiet Finanzjarji 13-20
TAQSIMA III.  Trasferiment ta’ Ċertu Attiv lill-Awtorità   21-23
TAQSIMA IV.  Uffiċjali u Impjegati ta’ l-Awtorità   24-26
TAQSIMA V. Dikjarazzjoni u Regolament ta’ Portijiet  27-38
TAQSIMA VI.  Drittijiet, Ħlasijiet u Rati tal-Port  39-53
TAQSIMA VII.  Pilutaġġ  54-64
TAQSIMA VIII.  Proċeduri Legali 65-67
TAQSIMA IX. Reati u Disposizzjonijiet Penali  68-80
TAQSIMA X. Riżerva  81-82
SKEDA 
  2      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
Preliminari 
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil qosor ta’ dan l-Att huwa l-Att dwar l-Awtorità
Marittima ta’ Malta.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra - 
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta mwaqqfa bl-
artikolu 3 u tinkludi d-Direttur Eżekuttiv li hemm provdut għalih
fl-artikolu 8(4);
"ħlasijiet" tfisser il-ħlasijiet li jistgħu jinġabru taħt l-artikolu 39;
"kuntrattur" tfisser persuna li taġixxi bis-saħħa ta’ ftehim li
tagħmel ma’ l-Awtorità  skond l-artikolu 8(3);
"drittijiet" tfisser id-drittijiet li jistgħu jinġabru taħt l-artikolu
39;
"Direttur Eżekuttiv" tfisser Direttur Eżekuttiv maħtur taħt l-
artikolu 8;
"pagamenti" tfisser il-pagamenti li jistgħu jinġabru taħt l-artikolu
39;
"sena finanzjarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jagħlaq fit-
tletin ta’ Settembru ta’ kull sena:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja tkun il-perijodu li jibda fid-
data li fiha titwaqqaf l-Awtorità  skond dan l-Att, u li jagħlaq fit-
tletin ta’ Settembru tas-sena ta’ wara;
"funzjoni" tinkludi setgħa u dmir; 
"oġġetti" tinkludi valiġġa, annimali (sew ħajjin jew mejtin) u
kull proprjetà  mobbli oħra tkun ta’ liema xorta tkun;
"ibħra interni" tinkludi kull port, bajja, qala, daħla tal-baħar jew
xatt;
"bastiment qiegħed" tfisser bastiment li jkun f’xi port u li ma
jkunx użat regolarment skond l-użu xieraq għal dak ix-xorta ta’
bastiment għal żmien ta’ aktar minn erbatax-il jum; u għall-fini ta’
din it-tifsira "bastiment" tinkludi floating dock, floating crane,
tagħmir ta’ salvataġġ jew ta’ rfigħ, sew fuq wiċċ il-baħar,
mgħarrqin jew immuntati fuq xi inġenji tal-baħar, u barkun, li
jitmexxew b’mezzi mekkaniċi jew xort’oħra jew irmunkati, iżda
ma tinkludix xi dgħajsa jew xi inġenji tal-baħar, użati biss għad-
divertiment jew għall-industrija tas-sajd, jew xi bastiment li jkun
qiegħed f’xi port biex jissewwa:
Iżda l-Awtorità  tista’, għall-finijiet ta’ din it-tifsira, fid-
diskrezzjoni tagħha, tiddikjara li dgħajsa jew inġenji tal-baħar ma
jkunux użati biss għad-divertiment jew għall-industrija tas-sajd,
jew li bastiment ma jkunx qiegħed għat-tiswija, u kull bastiment
bħal dak jitqies bħala bastiment qiegħed;
"kaptan" tfisser, meta wżata dwar xi bastiment, il-persuna li
jkollha l-kmand tal-bastiment jew tkun inkarigata minnu għal dak
iż-żmien, iżda ma tinkludix bdot;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-portijiet u għall-
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      3
bastimenti;
"irmiġġatur" tfisser persuna li għandha liċenza skond l-artikolu
58;
"għajnuna jew servizzi ta’ navigazzjoni" tinkludi kull għaj- nuna
jew servizz maħsuba biex jgħinu jew jiggwidaw il-moviment ta’
bastiment, u t-tbattil, it-tfondija u t-titjib ta’ xi port;
"uffiċjal" u "impjegat" dwar l-Awtorità  tinkludi uffiċjal pubbliku
imqabbad għal xogħol ma’ l-Awtorità ;
"sid" dwar bastiment tinkludi ċ-charterer jew l-operatur tal-
bastiment;
"bdot" tfisser persuna li għandha liċenza taħt l-artikolu 56;
"port" tfisser post dikjarat bħala port bl-artikolu 27 jew taħtu, u
tinkludi meta jkun xieraq ċentru tal-yachting kemm-il darba ma
jkunx provdut xort’oħra dwar dak iċ-ċentru;
"faċilitajiet tal-port" tfisser faċilitajiet għall-irmiġġ, irmonk,
ankrar jew moviment ta’ bastimenti ġewwa port jew fil-qarba
tiegħu, jew fid-dħul jew ħruġ ta’ port jew ta’ qarba tiegħu, għat-
tagħbija jew ħatt ta’ oġġetti, jew għall-imbark jew l-iżbark ta’
passiġġieri fuq jew minn xi bastiment bħal dan, jew għat-tagħbija
fil-braken jew għall-għażla, użin, ħażna jew maniġġar ta’ oġġetti, u
għall-ġarr ta’ passiġġieri jew oġġetti dwar xi faċilitajiet bħal dawn;
"preskritt" tfisser preskritt taħt dan l-Att;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 124 tal-Kostituzzjoni;
"rati" tfisser ir-rati li jistgħu jinġabru taħt l-artikolu 39;
"vapur" tfisser kull deskrizzjoni ta’ bastiment użat fin-
navigazzjoni, sew jekk imexxi lilu nnifsu sew jekk le, u tinkludi
braken, oil rigs, pontuni, ajruplani tal-baħar, u kull inġenji oħra u
bastimenti simili;
Kap. 226.
"ibħra territorjali" tfisser il-partijiet kollha tal-baħar miftuħ sa
tnax-il mil nawtiku ’l barra mill-kosta ta’ Malta, jew dik id-
distanza l-oħra li tista’ tkun stabbilita taħt l-artikolu 3 ta’ l-Att
dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, mkejla kif provdut
f’dak l-Att, u tinkludi l-ibħra magħluqin bejn il-linji bażi hemm
imsemmija u l-kosta;
"vettura" tfisser kull vettura barra vapur; 
"maħżen" tfisser kull tinda, bini, post, vagun, vapur jew vettura
meta wżati mill-Awtorità  jew minn kuntrattur għall-fini ta’ ħażna
jew depożitu għall-finijiet ta’ dan l-Att;
"yacht" tfisser bastiment reġistrat li jbaħħar użat biss għad-
divertiment u hekk aċċettat mill-Awtorità ;
"ċentru tal-yachting" tfisser dak il-post li jkun dikjarat bħala
ċentru tal-yachting bl-artikolu 27 jew taħtu.
TAQSIMA I
  4      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
Kostituzzjoni, Għamla u Funzjonijiet ta’ l-Awtorità
Kostituzzjoni ta’ l-
Awtorità  Marittima 
ta’ Malta. 
3. (1) B’dan qed jitwaqqaf korp, li jkun magħruf bħala "l-
Awtorità  Marittima ta’ Malta".
(2) L-Awtorità  tkun korp magħqud li jkollha personalità
ġuridika distinta u li tkun tista’, suġġetta biss għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, li tħarrek jew li tkun imħarrka,
tagħmel kull kuntratt, takkwista, iżżomm jew tiddisponi minn kull
proprjetà , mobbli jew immobbli, u b’kull titolu jkun li jkun, u li
tagħmel kull ħaġ’oħra hi x’inhi.
Għamla ta’ l-
Awtorità .
4. (1) L-Awtorità  tkun magħmula minn mhux inqas minn
seba’ u mhux iktar minn ħdax-il membru, li minnhom wieħed ikun
iċ-Chairman u ieħor ikun Viċi Chairman ta’ l-Awtorità .
(2) Iċ-Chairman, il-Viċi Chairman u l-membri l-oħra ta’ l-
Awtorità  jinħatru mill-Ministru:
Iżda d-Diretturi Eżekuttivi jkunu membri ex officio ta’ l-
Awtorità .
(3) Fin-nuqqas taċ-Chairman, jew jekk dan ma jkunx jista’
jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-Viċi Chairman għandu
jaqdi dawk il-funzjonijiet.
(4) 1l-membri ta’ l-Awtorità , barra mill-membri ex officio
għandhom iżommu l-kariga għal dak iż-żmien u b’dawk il-pattijiet
u l-kundizzjonijiet li l-Ministru jidhirlu xieraq; u meta membru
jispiċċa dan jista’ jerġa’ jinħatar membru:
Iżda l-Ministru jista’, f’kull żmien, itemm il-ħatra ta’ xi
membru, jekk, fil-fehma tiegħu, dak il-membru ma jkunx tajjeb
biex ikompli fil-kariga jew ma jkunx baqa’ kapaċi li jaqdi sewwa l-
funzjonijiet tiegħu bħala membru ta’ l-Awtorità .
(5) Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar, jew li tibqa’
membru, ta’ l-Awtorità  jekk -
(a) issir membru tal-Kamra tad-Deputati; jew
(b)ikollha nteress finanzjarju jew interess ieħor f’xi
mpriża jew attività  li x’aktarx jeffettwa l-qadi tal-
funzjonijiet tagħha bħala membru ta’ l-Awtorità :
Iżda l-iskwalifika ta’ persuna taħt dan il-
paragrafu tista’ titneħħa mill-Ministru jekk l-interess
ikun dikjarat u d-dikjarazzjoni tkun pubblikata fil-
Gazzetta.
(6) Kull membru ta’ l-Awtorità , barra minn membru ex officio,
jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu b’ittra ndirizzata lill-Ministru. 
(7) Il-ħatra ta’ kull persuna bħala membru ta’ l-Awtorità  u t-
tmiem ta’ dik il-kariga jew ir-riżenja ta’ dik il-persuna tkun avżata
fil-Gazzetta.
Rappreżentanza 
legali u ġuridika ta’ 
l-Awtorità . 
5. Ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-Awtorità  tkun
vestita fiċ-Chairman:
Iżda l-Awtorità  tista’ taħtar wieħed jew iktar mill-membri
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      5
tagħha, jew wieħed jew iktar mill-uffiċjali jew impjegati tagħha,
biex jidhru f’isimha jew għaliha f’kull proċediment ġudizzjarju u
fuq kull att, kuntratt, strument jew dokument ieħor ikun li jkun:
Iżda wkoll dwar kull ħaġa li taqa’ taħt il-funzjonijiet
delegati lil Direttur Eżekuttiv, ir-rappreżentanza legali u ġuridika
ta’ l-Awtorità  tkun ukoll vestita f’dak id-Direttur jew f’dak il-
membru, uffiċjal jew impjegat ieħor ta’ l-Awtorità , kif l-Awtorità
tista’ taħtar jew tawtorizza għal hekk.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità .
Emendat:
XXIII. 2000.30.
6. (1) Tkun il-funzjoni ta’ l-Awtorità :
(a) li tipprovdi, żżomm u tħaddem portijiet f’Malta, u li
tipprovdi, żżomm u tħaddem fihom u fil-qarba
tagħhom servizzi u faċilitajiet xierqa u effiċjenti li
minn żmien għal żmien jidhrilha meħtieġa jew
vantaġġużi biex jaħdmu tajjeb, bla periklu u b’mod
effiċjenti dawk il-portijiet jew kif l-Awtorità  jidhrilha
xort’oħra xieraq biex tipprovdi fl-interess pubbliku;
(b) bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra biex
teżerċita kontroll sħiħ dwar il-bon-ordni fl-ibħra
territorjali u interni ta’ Malta, f’kull port, u fl-art u fil-
baħar li jkun qarba ta’ kull port, u fuq il-mollijiet;
(ċ) li teżerċita kontroll fuq ix-xogħol kollu tal-port inkluż
il-provvediment ta’ ħaddiema tal-port għal xogħol tal-
port;
Kap. 234. 
(d) li tirregola u tikkontrolla l-ħwejjeġ kollha li għandhom
x’jaqsmu ma’ bastimenti merkantili jew li hemm
provdut għalihom taħt l-Att dwar il-Bastimenti
Merkantili jew taħt xi leġislazzjoni oħra li għandha
x’taqsam;
Kap. 348.
Ambjent, li tħares u tikkontrolla tinġiż biż-żejt jew xi
sustanza oħra ta’ kull port jew qarba tiegħu;
(f) li tippromovi l-faċilitajiet marittimi f’Malta; u
(g) li tagħti pariri lill-Gvern fuq kull ħaġa li għandha
x’taqsam ma’ portijiet, bastimenti merkantili, tħaris u
kontroll ta’ tniġġiż tal-baħar u fuq kull ħaġa li għandha
x’taqsam mal-funzjonijiet jew dmirijiet tagħha.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ikun id- dmir
ta’ l-Awtorità  -
(a) li tirregola u tikkontrolla navigazzjoni fil-limiti ta’
kull port u fil-qarba tiegħu;
(b) li tipprovdi jew tiżgura l-provvediment ta’ servizzi ta’
pilutaġġ u rmiġġ lil bastimenti;
(ċ) li tipprovdi jew tiżgura l-provvediment ta’ servizzi
xierqa għat-tifi tan-nar fil-portijiet;
(d) li tipprovdi u żżomm b’mod xieraq u effiċjenti, fanali,
antenni u dwal oħra, bagi u għajnuniet u servizzi oħra
ta’ navigazzjoni f’dawk il-postijiet, inklużi l-ibħra
territorjali ta’ Malta, kif l-Awtorità  jidhrilha xieraq;
  6      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
(e) li tippjana jew tipprovdi jew tiżgura jew tmexxi ’l
quddiem sistema għall-ġarr ta' passiġġieri u trasport
ta’ oġġetti bil-baħar fl-ibħra interni  u territorjali ta’
Malta li tkun integrata sewwa, mingħajr perikolu,
ekonomika u effiċjenti, u li tirregola u tikkontrolla l-
provdiment ta’ servizzi konnessi ma’ dik is-sistema,
inkluż li jiġu stabbiliti skedi u tabelli tal-ħinijiet biex
jintużaw għal dawk is-servizzi;
(f) li tipprovdi jew tiżgura l-provvediment ta’ ħaddiema
tal-port għal xogħol tal-port partikolari jew għal
prinċipali partikolari; 
(g) li tipprovdi u tuża jew tiżgura l-provvediment u l-użu
ta’ bastimenti, vetturi u mezzi oħra għas-salvataġġ jew
tħaris ta’ ħajja u proprjetà ;
(h) li tipprovdi jew tiżgura l-provvediment ta’ fuel u
ħtiġiet oħra lil bastimenti;
(i) li tippromovi, tiżviluppa, ttejjeb u tibdel kull port u
kull faċilità  li jkollu, magħduda t-tindif, l-iżbarazzar u
t-tfondija ta’ kull port jew qarba tiegħu;
(j) li tippromovi u tavvanza l-ħila ta’ baħħara u ta’
persuni mpjegati fil-portijiet u fl-industrija marittima u
l-effiċjenza ta’ tagħmir użat fihom;
(k) bla ħsara għal dak li ntqal hawn fuq, li tipprovdi jew
tiżgura l-provvediment ta’ dawk is-servizzi u l-
faċilitajiet l-oħra li fil-fehma ta’ l-Awtorità  jkunu
meħtieġa għat-tħaddim ta’ portijiet;
Kap.234.
(l) li tirregola u tamministra l-ħwejjeġ kollha u li
tipprovdi s-servizzi kollha maħsuba fl-Att dwar il-
Bastimenti Merkantili jew f’xi leġislazzjoni oħra li
għandha x’taqsam;
(m) li tirregola, tikkontrolla, tiżviluppa u tippromovi ċentri
tal-yachting;
(n) li taqdi kull dmir mogħti lilha b’dan l-Att jew b’xi liġi
oħra.
Setgħat ta’ l-
Awtorità .
7. (1) Bla ħsara għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan l-Att, iżda suġġetta għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att, l-Awtorità  jkollha s-setgħa - 
(a) li tipprojbixxi, tikkontrolla u xort’oħra tirregola -
(i) l-użu minn xi persuna ta’ xi port jew xi faċilità
ta’ port;
(ii) il-preżenza ta’ xi persuna, bastiment, vettura jew
oġġetti f’xi port;
(b) li tgħabbi jew tħott xi bastiment f’kull port;
(ċ) li tagħmel dak ix-xogħol u attivitajiet oħra, li tagħmel
dawk il-ħwejjeġ kollha u li tagħmel dawk it-
transazzjonijiet kollha li fil-fehma ta’ l-Awtorità  jkunu
meħtieġa, konvenjenti jew vantaġġużi biex hi tkun
tista’ tmexxi jew taqdi jew tagħmel, għall-qadi jew li
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      7
għandu x’jaqsam mal-qadi tal-funzjonijiet tagħha, jew
li fil-fehma ta’ l-Awtorità  huma inċidentali għal dan
jew iwasslu għalih.
(2) L-Awtorità  tista’ ġġiegħel jew tawtorizza lil kull wieħed
mill-uffiċjali jew impjegati tagħha biex jitla’ abbord xi bastiment
f’port jew barra port jew jekk hekk jidhrilha meħtieġ li tagħmel fil-
qadi ta’ xi funzjoni tagħha taħt dan l-Att jew taħt xi liġi oħra jew
jekk jidhrilha li hemm raġunijiet xierqa li taħseb li jkun sar jew li
jkun se jsir xi reat kontra dan l-Att, jew kontra xi liġi oħra, jew xi
regolament, regola jew ordni magħmul bis-saħħa tagħhom.
(3) L-Awtorità  tista’ ġġiegħel jew tawtorizza lil kull wieħed
mill-uffiċjali jew impjegati tagħha, flimkien ma’ dawk il-ħaddiema
li jkunu meħtieġa li - 
(a) jidħlu f’kull art jew bini sabiex jibnu jew jieħdu ħsieb
xi fanal jew lanterna jew xi għajnuna oħra ta’
navigazzjoni għall-bastimenti, jew biex jeżaminaw,
isewwu, jibdlu jew ineħħu xi wieħed minn dawk il-
fanali, antenni jew għajnuniet oħra, u li jibqgħu hemm
għal dak iż-żmien xieraq għal dak l-għan;
(b) li jibnu jew jieħdu ħsieb fanali jew għajnuniet oħra
msemmija qabel fuq jew f’xi art, bini, xatt, moll, jew
ix-xtajta jew qiegħ il-baħar u li jibdlu jew ineħħu kull
fanal, antenna jew għajnuna oħra hemm imqegħda:
Iżda - 
(i) l-Awtorità  għandha, meta tkun tista’, tagħti
avviż lill-okkupant ta’ kull art jew bini li fuqha
jkun maħsub li se jsir dħul skond is-setgħat
mogħtija b’dan is-subartikolu; u
(ii) l-Awtorità , fl-eżerċizzju ta’ l-imsemmija setgħat
għandha tagħmel l-inqas ħsara possibbli fiċ-
ċirkostanzi u għandha tħallas kumpens għal kull
ħsara li tkun saret u għall-ħolqien jew
rekwisizzjoni ta’ xi jeddijiet fuq proprjetà .
(4) Bla ħsara għal kull regolament magħmul taħt dan l-Att, l-
Awtorità  jkollha wkoll is-setgħa - 
(a) li tordna fejn xi bastiment għandu jsorġi, jirmiġġa jew
jankra f’xi port u l-mod kif jankra fil-port;
(b) li tneħħi jew li tordna li bastiment jitneħħa minn xi
rmiġġ, stazzjon jew ankraġġ għal port ieħor, u l-ħin li
fih għandu jitneħħa dak il-bastiment;
(ċ) li tirregola l-moviment ta’ bastimenti fil-portijiet u
bejniethom, jew fil-qarba ta’ port jew fl-ibħra
territorjali.
(5) Meta tkun saret xi ħsara lil xi xogħlijiet, impjant jew
makkinarju f’xi port jew lil xi proprjetà  oħra ta’ l-Awtorità  minn
bastiment jew minn xi persuna li tkun qed taħdem xogħol fuq jew
dwar bastiment, l-Awtorità  tista’ żżomm lil dak il-bastiment u
għandha ma’ dan tgħarraf lill-kaptan, lis-sid jew lill-aġent ta’ dak
il-bastiment, jew lill-aġent jew rappreżentant ta’ dak is-sid, biex
  8      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
fiż-żmien speċifikat fl-avviż, jipprovdi garanzija biżżejjed biex
tagħmel tajjeb għall-ħlas tal-ħsarat li jkunu hekk saru, u l-bastiment
ma jinħelisx sakemm tingħata dik il-garanzija.
Diretturi Eżekuttivi 
u delega ta’ 
funzjonijiet.
8. (1) L-Awtorità  għandha taħtar mhux iktar minn erba’
Diretturi Eżekuttivi, li minnhom wieħed ikun responsabbli għal
bastimenti merkantili, ieħor għall-portijiet, u ieħor għal ċentri dwar
yachting, u tiddelegalhom, suġġetti għas-sorveljanza u l-kontroll
komplet tagħha, dawk mill-funzjonijiet tagħha li għandhom
x’jaqsmu ma’ ħwejjeġ li għalihom huma responsabbli, u dawk il-
ħwejjeġ l-oħra li l-Awtorità  jidhrilha xierqa, li bihom dawk id-
Diretturi jkunu jistgħu jwettqu l-policies ta’ l-Awtorità  u biex
xort’oħra jkunu jistgħu b’mod effettivi u effiċjenti jaqdu l-
funzjonijiet ta’ l-Awtorità  fl-oqsma rispettivi tagħhom ta’ xogħol:
Iżda l-ewwel Diretturi Eżekuttivi jinħatru mill-Ministru.
(2) Kull wieħed mid-Diretturi Eżekuttivi jkun uffiċjal pubbliku
dettaljat għal dmirijiet ma’ l-Awtorità  jew impjegat permanenti ta’
l-Awtorità , f’kull każ li jkollu tagħrif biżżejjed dwar bastimenti
merkantili jew fit-tħaddim ta’ portijiet jew f’ċentri dwar yachting,
skond il-każ.
(3) Il-funzjonijiet kollha delegati taħt dan l-artikolu għandhom
jiġu pubblikati fil-Gazzetta. L-Awtorità  u kull wieħed mid-Diretturi
Eżekuttivi jistgħu jeżerċitaw waħda jew iżjed mill-funzjonijiet,
direttament jew bil-mezz ta’ kull uffiċjal jew impjegat ta’ l-
Awtorità  li jkun awtorizzat għal hekk, jew bil-mezz ta’ kuntrattur
jew persuna oħra li magħha jkun sar ftehim għall-qadi ta’ waħda
jew iżjed minn dawk il-funzjonijiet.
(4) Meta f’dan l-Att xi ħaġa għandha ssir minn jew kontra jew
dwar l-Awtorità , jew xi avviż għandu jew jista’ jingħata mill-
Awtorità , kull ħaġa jew avviż bħal dawk jistgħu wkoll isiru minn
jew kontra jew dwar jew jingħataw lid-Direttur Eżekuttiv li l-ħaġa
tkun taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu minħabba delega ta’
funzjonijiet lil dak id-Direttur; u għall-finijiet imsemmija kull
referenza f’dan l-Att għall-Awtorità  tinkludi riferenza għad-
Direttur Eżekuttiv li jkun.
Proċeduri ta’ l-
Awtorità . 
9. (1) Il-laqgħat ta’ l-Awtorità  jissejħu miċ-Chairman fuq
inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ tnejn mill-membri l-oħra.
(2) Nofs in-numru ta’ membri li għaż-żmien jikkostitwixxi l-
Awtorità  jagħmel quorum. Id-deċiżjonijiet jittieħdu f’laqgħa li
għaliha quorum ikun preżenti b’maġġoranza tal-membri li jkunu
preżenti u li jivvotaw. Iċ-Chairman, jew il-persuna l-oħra li tkun
qed tippresjedi l-laqgħa, jkollhom vot oriġinali u, fil-każ ta’ voti
ndaqs, vot konklużiv.
(3) Kull membru li jkollu nteress dirett jew indirett f’xi
kuntratt magħmul jew propost li jsir mill-Awtorità , li ma jkunx
interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa’ membru,
għandu jikxef ix-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel laqgħa ta’ l-
Awtorità  wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti. Dak il-kxif għandu
jkun reġistrat fil-minuti tal-laqgħa, u dak il-membru għandu jirtira
minn kull laqgħa waqt li dak il-kuntratt ikun qed jiġi diskuss jew
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      9
deċiż mill-Awtorità .
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għall-
proċeduri li jistgħu jiġu preskritti, l-Awtorità  tista’ tirregola l-
proċeduri tagħha stess.
(5) Kull egħmil magħmul minn xi persuna li taġixxi in bona
fede bħala membru ta’ l-Awtorità  jkun validu daqslikieku kienet
membru minkejja xi difett li wara jinkixef fil-ħatra jew fil-kwalifiki
tagħha.
(6) Kull dokument li juri li hu att magħmul jew maħruġ mill-
Awtorità  u li jkun iffirmat miċ-Chairman f’isimha jittieħed bħala
prova u għandu, sakemm ma jkunx ippruvat kuntrarju, jitqies li hu
att magħmul jew maħruġ mill-Awtorità .
Relazzjonijiet bejn 
il-Ministru u l-
Awtorità .
10. (1) Fil-qadi tal-funzjonijiet ta’ l-Awtorità , l-Awtorità  u d-
Diretturi Eżekuttivi għandhom -
(a) jagħtu effett, kemm jista’ jkun malajr, lil kull direttiva
li l-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-
Awtorità , jagħti lill-Awtorità  taħt il-firma tiegħu dwar
kull ħaġa li fil-fehma tiegħu tolqot l-interess pubbliku
fuq il-policy li għandha timxi fuqha l-Awtorità  jew xi
azzjoni li għandha tagħmel fil-qadi tal-funzjonijiet
tagħha;
(b) jagħtu lill-Ministru faċilitajiet biex jikseb tagħrif dwar
il-proprjetà  u l-ħidma ta’ l-Awtorità  u jagħtuh dawk il-
prospetti, kontijiet u tagħrif ieħor dwar dan u jagħtuh
faċilitajiet biex jivverifika kull tagħrif mogħti, b’dak
il-mod u f’dawk iż-żminijiet li l-Ministru b’mod
xieraq jeħtieġ.
(2) Jekk l-Awtorità  tonqos li tħares xi direttiva maħruġa taħt
dan l-artikolu, l-Prim Ministru jista’ jagħmel ordni li jittrasferixxi
lill-Ministru, għal kollox jew f’parti, kull waħda mill-funzjonijiet
ta’ l-Awtorità .
Eżenzjoni. 
Sostitwit:
XV.1995.9.
11. L-Awtorità  tkun eżentata minn kull responsabbiltà  għall-
ħlas ta’ kull taxxa, ħlief dazju ta’ importazzjoni jew tas-sisa, jew
taxxa fuq l-income jew taxxa fuq dokumenti li f’dak iż-żmien ikunu
jseħħu f’Malta.
Kumitat 
Konsultattiv ta’ 
min juża l-Portijiet. 
12. (1) Għandu jkun hemm Kumitat Konsultattiv ta’ min juża
l-Portijiet biex jagħti pariri u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-
Ministru u lill-Awtorità  fuq titjib tas-servizzi, faċilitajiet u
xogħlijiet fil-portijiet.
(2) Il-Kumitat ikun magħmul minn chairman u minn dak in-
numru ta’ membri fost il-korpi u l-organizzazzjonijiet li
jirrappreżentaw lil min juża l-portijiet, kif il-Ministru jista’ jaħtar
minn żmien għal żmien.
(3) F’kull laqgħa tal-Kumitat iċ-Chairman u nofs in-numru tal-
membri li jiffurmaw il-Kumitat jagħmlu quorum.
(4) Il-Kumitat għandu jiltaqa’ għall-anqas tliet darbiet fis- sena
f’dak il-ħin u f’dak il-post stabbilit miċ-Chairman.
  10      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-
Kumitat jista’ jirregola l-proċedura tiegħu stess.
TAQSIMA II 
Disposizzjonijiet Finanzjarji
L-Awtorità  tħallas 
l-infiq mid-dħul.
13. (1) L-Awtorità  tingħata kapital inizjali ta’ tliet mija u
ħamsin elf lira, li jitħallas mill-Gvern mill-Fond Konsolidat, bla
ħtieġa ta’ approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, b’ordni maħruġ taħt
il-firma tal-Ministru tal-Finanzi li jawtorizza lill-Accountant
General jagħmel dak il-ħlas.
(2) L-Awtorità  għandha wkoll titħallas mill-Gvern mill-Fond
Konsolidat dawk is-somom li l-Parlament jista’ minn żmien għal
żmien jawtorizza li jkun approprjati u mħallsa minn dak il-Fond
sabiex jitħallsu xogħlijiet speċifiċi li għandhom jitkomplew,
jitlestew jew xort’oħra jsiru mill-Awtorità , li jkunu xogħlijiet ta’
infrastruttura jew ta’ xorta kapitali simili.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu,
l-Awtorità  għandha tmexxi l-affarijiet tagħha b’dak il-mod li l-
infieq meħtieġ għall-qadi xieraq tal-funzjonijiet tagħha, kemm
jista’ jkun, jitħallas mid-dħul tagħha.
Kap. 234.
(4) L-Awtorità  għandha tiġbor kull dritt u taxxa tal-port u kull
pagament, rata u ħlas ieħor preskritt jew meqjus li huwa preskritt
b’dan jew taħt dan l-Att jew l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili
jew xi liġi oħra li għandha x’taqsam mas-setgħat u l-funzjonijiet ta’
l-Awtorità .
(5) Kull dħul li jkun iktar mill-infiq għandu, skond dawk id-
direttivi li l-Ministru, wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, jista’ jagħti minn żmien għal żmien,
ikun użat mill-Awtorità  biex tibni fondi ta’ riżervi biex jintużaw
għall-finijiet ta’ l-Awtorità ; u bla ħsara għall-ġeneralità  tas-setgħat
mogħtija lill-Ministru b’dan is-subartikolu, kull direttiva mogħtija
mill-Ministru kif intqal qabel tista’ tordna t-trasferiment lill-Gvern,
jew l-użu b’dak il-mod kif jista’ jiġi speċifikat fid-direttiva, ta’ kull
parti minn dak id-dħul żejjed.
(6) Kull fond ta’ l-Awtorità  li ma jkunx immedjatament
meħtieġ biex jitħallas l-infiq jista’ jkun investit b’dak il-mod li
minn żmien għal żmien ikun approvat mill-Ministru.
Setgħa għal self ta’ 
kapital.
14. (1) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-
Ministru mogħtija wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli
għall-finanzi, tissellef jew tiġbor flus, b’dak il-mod, mingħand dik
il-persuna, korp jew awtorità , taħt dawk il-pattijiet u l-
kundizzjonijiet u b’dik il-garanzija li tista’ tqis xieraq, għal xi
wieħed jew iktar mill-għanijiet li ġejjin:
(a) il-provvediment ta’ kapital biex taħdem; 
(b) it-twettiq tal-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  taħt dan l-Att;
(ċ) il-provvediment ta’ kapital għall-espansjoni ta’, jew
żieda ma’, l-attiv fiss ta’ l-Awtorità ;
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      11
(d) il-fidwa ta’ kull obbligazzjonijiet, stock ta’
obbligazzjonijiet jew sigurtajiet oħra li l-Awtorità
tista’ teħtieġ jew tkun meħtieġa li tifdi;
(e) kull infiq ieħor li jista’ jiġi addebitat lil kont kapitali.
(2) L-Awtorità  tista’ wkoll, minn żmien għal żmien, tissellef
permezz ta’ overdraft jew b’mod ieħor, dawk is-somom li tkun
teħtieġ biex taqdi l-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att:
Iżda tkun meħtieġa l-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru
għal kull ammont li jeċċedi ħamsin elf lira.
Self mingħand il-
Gvern.
15. (1) Meta jkun meħtieġ li l-Awtorità  tieħu b’self mingħand
il-Gvern xi ammonti li jkollha bżonn biex twettaq il-funzjonijiet
tagħha taħt dan l-Att, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’,
wara li jikkonsulta mal-Ministru, b’ordni taħt il-firma tiegħu u bla
ħtieġa ta’ ebda approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, jawtorizza lill-
Accountant General li jsellef lill-Awtorità  mid-dħul ta’ xi self
miftiehem jew magħmul għal dak il-għan jew mill-Fond
Konsolidat; u dak is-self għandu jsir taħt dawk il-pattijiet u l-
kondizzjonijiet li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
jordna.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal kull
ħtieġa ta’ l-Awtorità  ta’ natura kapitali, jissellef flus, jew jidħol
f’obbligi, għal dak iż-żmien u taħt dawk il-pattijiet u l-
kundizzjonijiet li jidhirlu xierqa, u kull ammont dovut dwar jew in
konnessjoni ma’ kull self jew obbligu bħal dan ikun piż fuq il-Fond
Konsolidat.
(3) Avviż dwar self jew obbligi li jkunu magħmula taħt id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandu jingħata lill-
Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr.
(4) Sakemm jinġabar xi self hekk kif imsemmi fis-subartikolu
(2), jew sabiex l-Awtorità  tkun provduta b’kapital biex taħdem, il-
Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, b’ordni maħruġ taħt il-
firma tiegħu, u bla ħtieġa ta’ approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att,
jawtorizza lill-Accountant General li jagħmel self lill-Awtorità
mill-Fond ta’ Ħelsien tat-Teżor b’dawk il-pattijiet li l-Ministru
jista’ jispeċifika meta jagħmel l-ordni.
(5) Id-dħul minn kull self miġbur għall-finijiet ta’ avvanzi lill-
Awtorità , u kull flejjes oħra li jkunu avvanzati lill-Awtorità  taħt dan
l-artikolu, għandhom jitħallsu f’fond li jkun stabbilit b’mod
speċjali għal dan il-għan u li jkun magħruf bħala "il-Fond ta’ Self
ta’ l-Awtorità  Marittima".
(6) Somom riċevuti mill-Accountant  General mingħand l-
Awtorità  dwar avvanzi magħmula mill-Awtorità  taħt is-subartikolu
(1) għandhom jitħallsu fil-"Fond ta’ Self ta’ l-Awtorità  Marittima" .
(7) Somom riċevuti mill-Accountant  General mingħand l-
Awtorità  dwar avvanzi magħmula lill-Awtorità  taħt is-subartikolu
(4) għandhom jitħallsu dwar ammonti riċevuti bħala ħlas lura ta’
kapital fil-Fond ta’ Ħelsien tat-Teżor u, dwar ammonti riċevuti
bħala imgħax, fil-Fond Konsolidat.
  12      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
Kuntratti għall-
provvista jew 
xogħlijiet. 
16. Ħlief bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija għal
raġunijiet speċjali, l-Awtorità  ma’ tista’ tagħmel ebda kuntratt
għall-provvista ta’ oġġetti jew materjali jew sabiex isir xi xogħol
jew biex jingħataw xi servizzi lil jew għall-benefiċċju ta’ l-
Awtorità , li skond l-Awtorità  jkun stmat li jilħaq spiża ta’ aktar
minn għaxart elef lira, ħlief wara li avviż li l-Awtorità  tkun bi
ħsiebha tagħmel ikun ġie pubblikat u jkunu ħarġu offerti
b’kompetizzjoni.
Estimi ta’ l-
Awtorità .
17. (1) Kull sena finanzjarja l-Awtorità  għandha tieħu ħsieb
tħejji, u għandha mhux iktar tard minn erba’ ġimgħat wara t-tmiem
ta’ dik is-sena tadotta, estimi ta’ dħul u nfiq ta’ l-Awtorità  għas-
sena finanzjarja li tiġi wara, fejn tagħżel, b’mod partikolari, bejn
bastimenti merkantili, portijiet u ċentri tal-yachting.
(2) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandu jkun
fihom dak it-tagħrif u dawk il-paraguni ma’ estimi ta’ qabel kif il-
Ministru jista’ jordna.
(3) Kopja ta’ l-estimi għandha, malli dawn ikunu adottati mill-
Awtorità , tintbagħat minnufih lill-Ministru.
(4) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux iktar
tard minn erba’ ġimgħat wara li jkun irċieva kopja ta’ l-estimi ta’ l-
Awtorità , jew, jekk f’dak iż-żmien il-Kamra tad-Deputati ma tkunx
qed tiltaqa’, fi żmien erba’ ġimgħat mill-bidu tas-sessjoni li tiġi
minnufih wara, jieħu ħsieb li dawk l-estimi jitqiegħdu quddiem il-
Kamra, flimkien ma’ mozzjoni li l-Kamra tapprova l-imsemmija
estimi. Għandha tingħata seduta waħda biex il-Kamra tiddiskuti dik
il-mozzjoni; u kemm dik il-mozzjoni kif ukoll l-approvazzjoni ta’ l-
estimi mill-Kamra jistgħu jkunu b’emendi għall-estimi jew
mingħajr emendi.
(5) Ma jista’ jsir ebda nfiq mill-Awtorità  jekk dan ma jkunx
approvat mill-Kamra tad-Deputati: 
Iżda - 
(a) sakemm jgħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja, jew sakemm il-Ministru japprova l-estimi
għal dik is-sena, skond liema tkun l-ewwel data, l-
Awtorità  tista’ tagħmel infiq biex taqdi l-funzjonijiet
tagħha skond dan l-Att ta’ mhux iktar b’kollox minn
nofs l-ammont approvat għas-sena finanzjarja ta’
qabel;
(b) infiq approvat dwar kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, jsir dwar kap jew
sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) jekk dwar sena finanzjarja jinstab li l-ammont
approvat mill-Kamra ma jkunx biżżejjed, jew tinqala’
l-ħtieġa għal infiq li ma jkunx provdut għaliha fl-
estimi, l-Awtorità  tista’ tadotta estimi supplimentari
għall-approvazzjoni tal-Kamra u, sakemm dawn ikunu
approvati, bil-kundizzjoni li din tingħata, l-Awtorità
tista’ f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvazzjoni tal-
Ministru, tagħmel l-infiq relattiv; u d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att li japplikaw għall-estimi għandhom,
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      13
safejn ikunu prattikabbli, japplikaw għall-estimi
supplimentari:
Iżda wkoll dwar l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità  dan
l-artikolu għandu japplika daqskieku kien jeħtieġ lill-Awtorità  li
tadotta estimi għal dik is-sena mhux aktar tard minn għoxrin
ġimgħa wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu u daqslikieku l-infiq
totali li jista’ jsir mill-Awtorità  sakemm ikunu approvati l-estimi
għal dik is-sena mill-Kamra ma jkunx iżjed minn nofs l-ammont
muri f’dawk l-estimi.
(6) L-estimi u l-estimi supplimentari kollha approvati mill-
Kamra tad-Deputati għandhom, kemm jista’ jkunu malajr, ikunu
pubblikati fil-Gazzetta.
Kontijiet u 
verifika. 
Emendat:
XVI. 1997.8.
18. (1) L-Awtorità  għandha tieħu ħsieb li jinżammu kotba ta’
kontijiet xierqa u records oħra dwar ix-xogħol tagħha u għandha
tieħu ħsieb li tħejji prospett ta’ kontijiet dwar kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu verifikati minn
awditur jew awdituri maħtura minnha u approvati mill-Ministru: 
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jeħtieġ li l-
kotba u r-records l-oħra ta’ l-Awtorità  jkunu verifikati jew
eżaminati mill-Awditur Ġenerali li għal dan il-għan ikollu s-setgħa
li jagħmel kull verifika fiżika u l-verifika l-oħra, u jista’ jeħtieġ dak
it-tagħrif, li jidhirlu meħtieġ.
(3) Wara li tispiċċa kull sena finanzjarja, fl-istess ħin li kopja
ta’ l-estimi ta’ l-Awtorità  tintbagħat lill-Ministru skond l-artikolu
17, l-Awtorità  għandha tieħu ħsieb li kopja tal-prospett tal-kontijiet
verifikat kif imiss tintbagħat lill-Ministru flimkien ma’ kopja tar-
rapport magħmul mill-awditur jew mill-awdituri fuq dak il-prospett
jew il-kontijiet ta’ l-Awtorità .
(4) Il-Ministru għandu jieħu ħsieb li kopja ta’ kull prospett u
rapport bħal dawk jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati
flimkien mal-mozzjoni mqiegħda quddiem il-Kamra skond l-
imsemmi artikolu 17.
Depożiti ta’ flus u 
ħlasijiet.
19. (1) Il-flus kollha ta’ l-Awtorità  għandhom jitqiegħdu
f’bank jew f’banek maħtura minnha bl-approvazzjoni tal-Ministru.
Dawk il-flus għandhom, kemm jista’ jkun, jitqiegħu fil-bank minn
jum għal ieħor, ħlief għal dik is-somma li tkun meħtieġa li tinżamm
biex jitħallsu nfiq żgħir u ħlasijiet immedjati.
(2) Il-ħlasijiet kollha mill-fondi ta’ l-Awtorità , barra minn nfiq
żgħir sa somma stabbilita mill-Awtorità , għandhom isiru minn dak
l-uffiċjal jew dawk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità  li din tista’ taħtar jew
tqabbad għal dan il-għan.
(3) Ċekkijiet miġbuda jew żbanek magħmula minn kull kont
tal-bank ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu iffirmati minn dak l-
uffiċjal ta’ l-Awtorità  li din tista’ tqabbad għal hekk u għandhom
ikunu kontrofirmati miċ-Chairman jew minn dak il-membru jew
uffiċjal ieħor ta’ l-Awtorità  kif ikun awtorizzat mill-Awtorità .
(4) L-Awtorità  għandha tipprovdi wkoll għal - 
  14      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
(a) il-mod li bih ħlasijiet għandhom ikunu approvati u l-
uffiċjali li għandhom japprovawhom;
(b) l-isem ta’ kull kont fil-bank jew fil-banek li fihom
jitħallsu l-flus ta’ l-Awtorità , u t-trasferiment ta’ fondi
minn kont għal ieħor; 
(ċ) il-mod li jkun użat biex isiru ħlasijiet mill-fondi ta’ l-
Awtorità ;
(d) b’mod ġenerali l-ħwejjeġ kollha meħtieġa biex
jinżammu u jkunu kontrollati kif jixraq il-kontijiet, il-
kotba u r-records l-oħra u l-kontroll tal-finanzi ta’ l-
Awtorità .
Rapport annwali.  20. (1) L-Awtorità  għandha, mhux iktar tard minn sitt ġimgħat
wara li tintemm kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-
Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi, rapport dwar l-
attivitajiet tagħha matul dik is-sena, fejn tiddistingwi, b’mod
partikolari, bejn bastimenti merkantili, portijiet u ċentri ta’
yachting, u li jkun fih dak it-tagħrif dwar il-proċeduri ta’ l-Awtorità
li l-Ministru minn żmien għal ieħor jeħtieġ, magħduda kull direttivi
mogħtija mill-Ministru.
(2) Il-Ministru għandu jieħu ħsieb li kopja ta’ kull rapport bħal
dak titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati kemm jista’
jkun malajr.
TAQSIMA III 
Trasferiment ta’ Ċertu Attiv lill-Awtorità
Trasferiment ta’ 
attiv lill-Awtorità .
21. (1) Il-proprjetà  u l-impriżi li kienu proprjetà  tal-Gvern u li
kienu wżati minnu għat-tħaddim ta’ xi port minnufih qabel id-data
tal-bidu fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att għandhom, fl-
imsemmija data, bis-saħħa ta’ dan l-Att u mingħajr aktar
assikurazzjoni, jiġu trasferiti lil u jkunu vestiti fl-Awtorità  bl-istess
titolu li bih kienu miżmuma mill-Gvern minnufih qabel l-
imsemmija data.
(2) Dak it-trasferiment u l-vestiment għandhom jestendu għal
dik il-proprjetà  u dawk l-impriżi kollha u, bla ħsara għall-ġeneralità
ta’ dak li ntqal qabel, jinkludi kull impjant, tagħmir ta’ maniġġ ta’
merkanzija, mekkaniku jew le, u tagħmir ieħor, l-apparat, l-
istrumenti, il-vetturi, l-bastimenti, l-inġenji, ix-xtut, il-mollijiet, il-
piers, il-bankini, il-bini, l-istrutturi, l-istallazzjonijiet, l-artijiet, ix-
xogħlijiet, l-istokkijiet kollha u proprjetà  oħra, mobbli jew
immobbli, kull attiv, setgħa, jedd u privileġġ u kull ħaġa meħtieġa
jew anċillari għalihom li tkun miżmuma jew posseduta dwarhom
jew li għandha x’taqsam magħhom, kif ukoll l-obbligi kollha li
jolqtu jew li għandhom x’jaqsmu ma’ kull waħda mill-imsemmija
proprjetà  jew impriżi jew kull ħaġa nkluża fihom kif intqal qabel:
Iżda, dwar xtut, mollijiet, piers u bankini, l-imsemmija
trasferiment u vestiment ma jestendux għall-proprjetà  tagħhom iżda
jkunu limitati għall-użu, amministrazzjoni u tħaddim tagħhom,
inkluż kull benefiċċju li jinkiseb minn dak l-użu, amministrazzjoni
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      15
u tħaddim, b’mod li l-Awtorità  tkun suġġetta għall-obbligu li tieħu
ħsieb u żżomm dik il-proprjetà  kollha, f’kull żmien, f’ordni u
kundizzjoni tajba, u għall-finijiet ta’ l-artikoli 22 u 23 ta’ dan l-Att
dik il-proprjetà  għandha titqies li hi nkluża fil-proprjetajiet
trasferiti lill-Awtorità  b’dan l-Att jew taħtu.
Ftehim ta’ liġijet, 
kuntratti, eċċ., 
dwar attiv trasferit. 
22. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull liġi,
regola, regolament, ordni, sentenza, digriet, deċiżjoni, rabta’,
kuntratt, ftehim, att, dokument, mandat u arranġament ieħor,
eżistenti minnufih qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ din it-Taqsima
ta’ dan l-Att li jolqtu jew għandhom x’jaqsmu ma’ proprjetà  jew
impriża trasferita lill-Awtorità  b’dan l-Att jew taħtu għandhom
iseħħu u jkollhom effett sħiħ kontra jew favur l-Awtorità , u jistgħu
jitwettqu għal kollox u b’effett sħiħ, bħalliekieku minflok il-Gvern
jew awtorità  tal-gvern, l-Awtorità  kienet imsemmija fihom jew
kienet parti fihom, u xort’oħra b’sostituzzjoni tal-Gvern jew l-
awtorità  tal-gvern.
Disposizzjonijiet 
tranżitorji.
23. (1) Meta xi ħaġa tkun inbdiet bis-saħħa jew taħt l-awtorità
tal-Gvern qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’ dan
l-Att u dik il-ħaġa tkun dwar xi proprjetà  jew impriża jew xi dritt
jew responsabbiltà  trasferita lill-Awtorità  b’dan l-Att jew taħtu, dik
il-ħaġa tista’ titkompla u tiġi mitmuma mill-Awtorità  jew kif
awtorizzat minnha.
(2) Meta minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ din it-Taqsima ta’
dan l-Att, jkunu pendenti xi proċedimenti legali li fihom il-Gvern
ikun jew ikollu jedd li jkunu parti, u dawk il-proċedimenti jkunu
dwar xi proprjetà  jew impriża, jew xi dritt jew responsabbiltà
trasferita b’dan l-Att jew taħtu, l-Awtorità  għandha, mid-data
msemmija, tiġi sostitwita f’dawk il-proċedimenti minflok il-Gvern,
jew għandha tkun parti fihom bl-istess mod kif seta’ kien il-Gvern,
u dawk il-proċedimenti m’għandhomx jintemmu minħabba s-
sostituzzjoni.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk id-disposiz-
zjonijiet inċidentali, konsegwenzjali u supplimentari li jidhru
meħtieġa jew spedjenti sabiex jistabbilixxi, kif xieraq, l-attiv
trasferit lill-Awtorità  b’dan l-Att u sabiex jiżgura u jagħti effett
sħiħ għat-trasferiment ta’ kull proprjetà  jew impriża, jew kull dritt
jew responsabbiltà  ta’ l-Awtorità  skond dan l-Att u jista’ jagħmel
dawk l-ordnijiet li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex xi setgħat u
dmirijiet eżerċitati mill-Gvern dwar xi proprjetà  jew impriża
trasferita jsiru eżerċitabbli minn jew f’isem l-Awtorità .
TAQSIMA IV
Uffiċjali u Impjegati ta’ l-Awtorità
Ħatra ta’ uffiċjali u 
mpjegati ta’ l-
Awtorità . 
24. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-
Awtorità  għandha minn żmien għal żmien taħtar u timpjega dawk l-
uffiċjali u mpjegati, b’dik ir-rimunerazzjoni u taħt dawk il-pattijiet
u kundizzjonijiet li jidhrilha xierqa, għall-qadi xieraq u effiċjenti
tal-funzjonijiet tagħha.
  16      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
Kap. 9.
(2) Il-membri ta’ l-Awtorità , id-Diretturi Eżekuttivi u l-membri
tal-Kumitat Konsultattiv ta’ min juża’ l-Portijiet u uffiċjali u
impjegati oħra kollha ta’ l-Awtorità  għandhom, għall-finijiet tal-
Kodiċi Kriminali u ta’ kull liġi jew disposiz-zjoni ta’ liġi oħra ta’
xorta penali, jitqiesu li huma uffiċjali pubbliċi, iżda mhux
xort’oħra.
Allokazzjoni ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
għal xogħol ma’ l-
Awtorità .
25. (1) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba ta’ l-Awtorità , minn
żmien għal ieħor jordna li xi uffiċjal pubbliku jkun allokat għal
xogħol ma’ l-Awtorità  f’dik il-kariga u b’effett minn dik id-data li
tista’ tiġi speċifikata fl-ordni.
(2) Il-perijodu li matulu ordni kif intqal qabel għandu japplika
għal kull uffiċjal speċifikat fih, kemm-il darba l-uffiċjal ma jirtirax
mis-servizz pubbliku, jew xort’oħra ma jtemmx qabel milli jżomm
kariga, jew kemm-il darba ma tkunx speċifikata fl-ordni data
differenti, għandu jtemm malli sseħħ xi waħda mill-ġrajjiet li
ġejjin, jiġifieri - 
(a) l-aċċettazzjoni minn dak l-uffiċjal ta’ offerta ta’
trasferiment għas-servizz ta’, u mpieg permanenti ma’,
l-Awtorità  li ssir skond l-artikolu 26; jew
(b) ir-revoka mill-Prim Ministru ta’ xi ordni magħmul
minnu taħt dan l-artikolu dwar dak l-uffiċjal.
(3) Meta ordni dwar xi uffiċjal kif intqal qabel ikun revokat
mill-Prim Ministru, il-Prim Ministru jista’, b’ordni ieħor, jalloka lil
dak l-uffiċjal jagħmel xogħol ma’ l-Awtorità , f’dik il-kariga u
b’effett minn dik id-data li tista’ tkun speċifikata fl-ordni l-ieħor, u
d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) għandhom ma’ dan
japplikaw sakemm idum iseħħ l-ordni l-ieħor dwar dak l-uffiċjal.
(4) Meta uffiċjal pubbliku jkun allokat għal xogħol ma’ l-
Awtorità  skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
dak l-uffiċjal għandu, matul iż-żmien li fih l-ordni jkollu effett
dwaru, ikun taħt l-awtorità  amministrattiva u l-kontroll ta’ l-
Awtorità , iżda għandu għall-finijiet u effetti oħra jibqa’, u jitqies u
jiġi trattat bħala uffiċjal pubbliku.
(5) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, uffiċjal
allokat għal xogħol kif ingħad qabel - 
(a) m’għandux matul iż-żmien li dwaru jkun hekk
allokat - 
(i) ikun preklus milli japplika għal trasferiment
għal Dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kundizzjonijiet ta’ servizz annessi mal-ħatra
tiegħu li kellu mal-Gvern fid-data li fiha jkun
ġie allokat għal xogħol;
(ii) ikun hekk impjegat li r-rimunerazzjoni u l-
kundizzjonijiet tas-servizz tiegħu jkunu anqas
vantaġġużi minn dawk annessi mal-ħatra tiegħu
li kellu mal-Gvern fid-data li fiha jkun ġie
allokat għal xogħol kif intqal qabel jew li kienu
jkunu annessi ma’ dik il-ħatra, matul dak il-
perijodu, kieku dak l-uffiċjal ma kienx allokat
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      17
għa1 xogħol ma’ l-Awtorità ; u 
Kap. 93. 
Kap. 58. 
(b) ikollu l-jedd li s-servizz tiegħu ma’ l-Awtorità  jitqies
bħala servizz mal-Gvern għall-fini ta’ kull pensjoni,
gratifikazzjoni taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u
l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltima,
u ta’ kull jedd jew privileġġ ieħor li għalih kien ikollu
dritt, u suġġett għal kull responsabbiltà  li għaliha kien
ikun suġġett, kieku mhux għall-fatt li hu kien allokat
għal xogħol ma’ l-Awtorità .
(6) Meta ssir applikazzjoni kif provdut fis-subartikolu (5)(a)(i),
din għandha tingħata l-istess konsiderazzjoni bħallikieku l-
applikant ma kienx allokat għal xogħol ma’ l-Awtorità .
(7) L-Awtorità  għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li jistgħu minn żmien għal ieħor ikunu stabbiliti
mill-Ministru responsabbli għall-finanzi għal kemm jiswew il-
pensjonijiet u l-gratifikazzjonijiet dovuti lil uffiċjal allokat għal
xogħol ma’ l-Awtorità  kif intqal qabel matul il-perijodu li fih ikun
hekk allokat.
Offerta ta’ mpieg 
permanenti lil 
uffiċjali pubbliċi.
26. (1) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru,
toffri lil kull uffiċjal pubbliku allokat għal xogħol ma’ l-Awtotità
ta ħ t  l - artikolu 25 impieg permanenti ma’ l-Awtorità
b’rimunerazzjoni u b’pattijiet u kondizzjonijiet speċifikati fl-
offerta.
(2) Kull uffiċjal li jaċċetta impieg permanenti ma’ l-Awtorità  li
jkun offrut lilu taħt dan l-artikolu għandu, għall-finijiet kollha
jitqies li spiċċa mis-servizz tal-Gvern u li jkun daħal f’servizz ma’
l-Awtorità  fid-data ta’ l-aċċettazzjoni tiegħu.
TAQSIMA V 
Dikjarazzjoni u Regolament ta’ Portijiet
Dikjarazzjoni ta’ 
portijiet. 
27. (1) Il-Ministru, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità , jista’
b’ordni* - 
(a) jiddikjara kull post flimkien ma’ kull area ta’ art
f’Malta bħala port, jew ċentru tal-yachting, għall-
finijiet ta’ dan l-Att;
(b) jistabbilixxi l-limiti ta’ kull post, dikjarat bħala port,
jew ċentru tal-yachting skond il-paragrafu (a);
(ċ) jiddikjara kull ilmiet navigabbli jew area ta’ art bħala
qarba ta’ port jew ċentru tal-yachting, skond kif
imfisser f’dan l-Att.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-artikolu l-
postijiet speċifikati fit-Taqsima I u II ta’ l-Ewwel Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att qed jiġu b’dan dikjarati bħala portijiet; u l-postijiet
speċifikati fit-Taqsima IV ta’ l-imsemmija Skeda qed jiġu b’dan
dikjarati bħala ċentri tal-yachting.
*Ara l-Avviż Legali 14 ta’ l-1998.
  18      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
(3) Bla ħsara għas-setgħat tiegħu li jirrevoka, jibdel jew
jissostitwixxi xi ordni magħmul taħt dan l-artikolu, il-Ministru
jista’ wkoll, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità , b’ordni jirrevoka,
jibdel jew jissostitwixxi l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
28. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità,
jagħmel regolamenti għall-manutenzjoni, kontroll u tmexxija ta’ l-
ibħra territorjali u interni ta’ Malta u kull port u l-art u l-baħar li
jkunu qarba ta’ kull port u biex tinżamm il-bon-ordni fihom u jista’
jagħmel regolamenti separati u differenti għall-ibħra territorjali u
interni ta’ Malta, għall-ġarr ta’ passiġġieri u trasport ta’ oġġetti bil-
baħar, għal portijiet u ċentri tal-yachting u għal bastimenti u
yachts; u b’mod partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak
li ntqal qabel jista’ jagħmel regolamenti għall-għanijiet kollha li
ġejjin jew għal xi wieħed minnhom:
(a) sabiex jinżamm il-bon-ordni f’kull parti ta’ l-ibħra
territorjali u interni ta’ Malta, f’kull port u fl-art u fil-
baħar li jkunu qarba ta’ kull port, u fuq il-mollijiet, u
għal kull għan ieħor dwar dawn;
(b) biex jirregolaw it-traffiku fil-limiti ta’ port jew l-art u
l-baħar fil-qarba tiegħu;
(ċ) biex jirregolaw l-irmiġġi, l-istazzjonijiet u l-ankraġġi
li għandhom ikunu okkupati minn bastimenti u t-
tneħħija ta’ bastimenti minn irmiġġ, stazzjon jew
ankraġġ ieħor, u ż-żmien li matulu dik it-tneħħija
għandha ssir;
(d) biex jirregolaw bastimenti waqt li jkunu jgħabbu jew
iniżżlu ekwipaġġ, passiġġieri, merkanzija jew saborra,
skond il-każ, jew waqt li jkunu qed jieħdu fuel jew
ħażniet;
(e) biex iżommu passaġġi liberi ta’ dik il-wisa’ li titqies
meħtieġa, f’xi port u matul, fuq jew ħdejn il-piers,
bankini, postijiet ta’ żbark, xtut, mollijiet, baċiri,
rmiġġi u xogħlijiet oħra bħal dan li jkunu fihom jew
imissu magħhom jew ma’ postijiet oħra bħalhom; u
biex jimmarkaw il-postijiet sabiex jibqgħu hekk liberi;
(f) biex jirregolaw, jikkontrollaw u jipprojbixxu l-
preżenza ta’ kull persuna f’xi post jew bini f’port jew
l-użu minn xi persuna ta’ dak il-post jew bini;
(g) biex jirregolaw l-ankraġġ, l-irbit, l-irmiġġ u t-tneħħija
ta’ l-irmiġġ u t-tmexxija bil-ġbid ta’ gerlin ta’
bastimenti u l-użu ta’ gerlini, bażi għall-irmiġġ, ankri,
ktajjen u rmiġġi oħra f’xi port;
(h) biex jirregolaw it-traffiku, jevitaw ingombru u jżommu
l-ordni fuq kull area, pier, bankina, post ta’ żbark, xatt,
moll u baċir f’port jew fl-art u l-baħar tal-qarba tiegħu
u sabiex ikun żgurat ħarsien mill-periklu ta’ kull
wieħed mill-imsemmija postijiet u xogħlijiet;
(i) biex jirregolaw l-użu ta’ nirien u dwal u s-sinjali li
għandhom jintużaw bi nhar u bil-lejl u l-miżuri li
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      19
għandhom jittieħdu f’każ ta’ nar f’port;
(j) biex jirregolaw l-użu ta’ dwal ta’ navigazzjoni jew
dwal tas-sinjali minn bastimenti, l-użu ta’ bandieri u
sinjali li jintużaw minn bastimenti li jaslu, jkunu fi jew
li jitilqu minn port u l-użu minn bastimenti ta’ sfafar
ta’ l-istim, sireni ta’ l-istim u strumenti oħra bħal
dawn;
(k) biex jipprojbixxi t-tlaqqix, it-tqaxxir, it-tħaddim bil-
makna jew it-tiswijiet fuq bastimenti, skond il-każ,
ħlief f’dawk l-ankraġġi jew postijiet stabbiliti mill-
Awtorità ;
(l) biex jirregolaw il-galleġġar ta’ kull ħaġa f’xi port jew
fil-qarba ta’ xi port u t-tfiegħ jew id-depożitu ta’ xi
korp mejjet, saborra, żibel jew ħaġa oħra fl-ibħra
territorjali jew interni ta’ Malta, jew f’xi port jew
qarba ta’ xi port;
(m) biex ifissru oġġetti perikolużi, riskjużi, infjammabbli,
esplożivi jew ta’ ħsara, biex jirregolaw il-movimenti u
l-ankraġġ ta’ bastimenti li jkollhom fuqhom dawk l-
oġġetti u biex jippreskrivu d-dmirijiet ta’ kaptani ta’
kull bastiment bħal dawn u ta’ persuni mqabbdin fi jew
li jissorveljaw it-tagħbija, il-ħatt, l-iżbark u t-trasport
ta’ kull oġġett bħal dawn;
(n) biex ma jitħallewx isiru, biex jitneħħew u biex ikunu
mmarkati ostakoli f’xi port u l-qarba tiegħu u biex
jitħares u jkun kontrollat it-tniġġiż bi żjut u sustanzi
oħra, jew b’xi mod ieħor, ta’ kull port u l-qarba tiegħu;
(o) biex jirregolaw it-tqegħid u l-manutenzjoni ta’ rmiġġi
u bagi f’xi port;
(p) biex jittieħdu miżuri biex bastimenti ma jitħallewx
jitilqu minn xi port jekk ikunu mgħobbija ż-żejjed,
mgħobbija mhux kif imiss, jew jekk xort’oħra mhux
tajbin biex ibaħħru, bla ħsara għad-disposizzjonijiet
ta’ kull liġi dwar bastimenti merkantili;
(q) biex bastimenti, passiġġieri u merkanzija jkunu
protetti, u biex jitneħħew bastimenti u l-merkanzija
tagħhom u l-oġġetti li għandhom x’jaqsmu magħhom
li jkunu qed jingumbraw jew li x’aktarx jingumbraw xi
port, biex jitħallsu lura spejjeż li għandhom x’jaqsmu
ma’ dan, u l-imposizzjoni u l-ġbir ta’ kera biex buk ta’
bastiment jew bastimenti mġarrfa jew fdalijiet ta’
bastiment mgħarraq jitħallew qiegħda f’xi port jew fil-
qarba tiegħu;
(r) biex jirregolaw, jiddikjaraw u jfissru x-xtut, il-
mollijiet, il-baċiri, il-piers u postijiet fil-portijiet, li
minnhom jew fuqhom persuni jitniżżlu jew jitgħabbew
u oġġetti jkunu mbarkati jew żbarkati;
(s) biex jirregolaw il-mod li bih, u l-kundizzjonijiet li
taħthom it-tagħbija u l-ħatt ta’ bastimenti, u t-tagħbija
jew ħatt bi braken, il-maniġġar u l-ħażna ta’ oġġetti,
  20      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
magħduda l-konsenja minn maħżen, għandhom isiru;
(t) biex jirregolaw l-użu ta’ mħażen, xtut, mollijiet,
baċiri, piers u postijiet oħra fil-portijiet li fuqhom jew
minnhom oġġetti jkunu mbarkati jew żbarkati u l-
imġieba ta’ persuni li jieħdu sehem fl-imbark fuq jew
fl-iżbark minn bastiment f’xi port;
(u) biex jipprovdu għad-dixxiplina ta’ l-impjegati ta’ l-
Awtorità  jew tal-kuntrattur, sew jekk regolari jew
każwali, u l-proċeduri li għandhom jitħarsu għal dan
il-għan, magħduda l-ħatra ta’ bord ta’ dixxiplina u t-
tmexxija u l-proċedura tiegħu, u biex jipprovdu għall-
penalitajiet li jistgħu jingħataw minn dak il-bord;
(v) biex jeħtieġu u jirregolaw l-użu ta’ liċenza lil persuna
biex tkun aġent ta’ bastiment, il-kondizzjonijiet li
taħthom tinħareġ dik il-liċenza u l-ġbir ta’ pagament li
għandu jsir għall-ħruġ ta’ dik il-liċenza, u b’mod ieħor
biex jirregolaw u jikkontrollaw l-attivitajiet ta’ aġenti
tal-bastimenti u persuni li jirrappreżentaw sidien ta’
bastimenti safejn dawk l-attivitajiet ikunu dwar
bastimenti li jistgħu jkunu jew li kienu f’port;
(w) biex jirregolaw il-mod li bih bastimenti li jitħallew
qiegħda f’port, għal iktar minn dak iż-żmien permess
mill-Awtorità , jew li jitħallew jew għal kollox
waħedhom jew mingħajr ekwipaġġ biżżejjed fuqhom,
għandhom ikunu trattati u x’isir minnhom;
(x) biex jirregolaw kull ħaġa minn dan li ġej:
(i) it-tneħħija ta’ oġġetti li jitħassru jew ma ssirx
talba għalihom li jinsabu f’xi port;
(ii) il-projbizzjoni ta’ tipjip f’kull parti ta’ xi port
jew il-qarba tiegħu;
(iii) il-bejgħ ta’ oġġetti f’kull parti ta’ xi port;
(y)* biex jirregolaw ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’
purtiera, dawk li jġorru u ħaddiema oħra li jkunu
impjegati fil-limiti ta’ port, il-ħruġ ta’ liċenzi għat-
twettiq ta’ dak ix-xogħol u kull ħaġa oħra li għandha
x’taqsam mad-dixxiplina ta’ dawk il-ħaddiema:
Iżda ix-xogħol tal-porters tal-bagalji jkun taħt it-
treġija u l-kontroll ta’ l-Awtorità :
Iżda wkoll il-Gvern jew l-Awtorità  ma jagħmlu
tajjeb għall-ebda telf jew ħsara li jsiru waqt it-tagħbija,
ħatt jew trasbord ta’ bagalji minn porter tal-bagalji
b’liċenza;
(z) biex jipprovdu għall-għoti, tiġdid, tħassir u
sospensjoni ta’ liċenzji dwar vapuri użati għall-ġarr ta’
passiġġieri u trasport ta’ oġġetti bil-baħar;
(aa) biex jipprovdu dwar l-istabbiliment u r-
*L-ittra y, li ma tinstabx fl-alfabet Malti, tidħol hawnhekk biex taqbel fis-
sekwenza ta’ l-ittri tat-test Ingliż.
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      21
regolamentazzjoni ta’ nollijiet li jistgħu jinġabru
għall-ġarr ta’ passiġġieri u trasport ta’ oġġetti bil-
baħar;
Kap. 234.
Merkantili, biex jipprovdu għal ħtiġiet addizzjonali
dwar ir-regolamentazzjoni u liċenzjar ta’ sewwieqa ta’
vapuri li jaħdmu fil-ġarr ta’ passiġġieri u trasport ta’
oġġetti jew persuni oħra impjegati fit-tħaddim ta’
dawk il-vapuri;
(ċċ) biex jippreskrivu kull ħaġa li b’dan l-Att tista’ jew
għandha tkun preskritta jew li għandha x’taqsam ma’
xi funzjoni jew dmir ta’ l-Awtorità  mogħtija lilha
b’dan l-Att jew taħtu.
(2) Kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ xi wieħed mir-regolamenti magħmula jew li
huma meqjusa li saru taħt dan l-artikolu tkun ħatja ta’ reat u teħel,
meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn erbat elef lira jew
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien, u fil-każ ta’ reat kontinwu l-ħlas ta’
multa addizzjonali ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira għal kull
jum li matulu jkompli r-reat.
Reġistrazzjoni u 
liċenzar ta’ 
dgħajjes u 
bastimenti ma’ u 
mill-Awtorità . 
Emendat:
XXIII. 2000.30.
Kap. 234.
29. (1) L-ebda dgħajsa jew bastiment ma għandu jintuża fl-
ibħra territorjali jew interni ta’ Malta, jekk dik id-dgħajsa jew
bastiment ma jkunx reġistrat ma’ l-Awtorità  f’Reġistru għal
Bastimenti Żgħar mwaqqaf skond regolamenti magħmula taħt dan
l-artikolu, jew jekk dik id-dgħajsa jew bastiment ma jkunx reġistrat
taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jew jekk dik id-dgħajsa
jew bastiment ma jkunx reġistrat jew dokumentat għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  taħt il-liġi ta’ xi pajjiż ieħor li mhux
Malta.
(2) L-ebda dgħajsa jew bastiment ma għandu jintuża għal jew
b’konnessjoni ma’ xi negożju, kummerċ jew żjarar fl-ibħra
territorjali u interni ta’ Malta -
(a) jekk dik id-dgħajsa jew bastiment ma jkunx liċenzat
kif meħtieġ mill-Awtorità  għal dak in-negozju,
kummerċ jew żjarar; jew
(b) Imħassar bl-Att XXIII. 2000.30.
(ċ) jekk, meta dik id-dgħajsa jew bastiment li jkun qed
jintuża bħala dgħajsa tas-sajd, ma jkunx liċenzat għal
dan l-iskop mill-Ministru responsabbli għas-sajd.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti:
(a) biex jirregolaw il-mod ta’ reġistrazzjoni ta’ xi dgħajsa
jew bastiment f’Reġistru għal Bastimenti Żgħar
imsemmi fis-subartikolu (1);
(b) biex jippreskrivu l-ħtiġiet li għandhom jiġu sodisfatti
għal dik ir-reġistrazzjoni, magħduda it-tiġdid u t-
temma tagħha; 
(ċ) biex jippreskrivu, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dan is-
  22      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
subartikolu, il-ħlas pagabbli ma’ dik ir-reġistrazzjoni u
għal kull servizz konness magħha;
(d) biex jippreskrivu l-ħtiġiet għall-użu ta’ kull dgħajsa
jew bastiment fl-ibħra territorjali u interni ta’ Malta, u
għall-użu ta’ kull dgħajsa jew bastiment reġistrat fir-
Reġistru għall-Bastimenti Żgħar kif provdut f’dan l-
artikolu;
(e) biex jirregolaw l-użu ta’ kull dgħajsa jew bastiment fl-
ibħra territorjali jew interni ta’ Malta;
(f) biex jirregolaw -
(i) is-servizzi li għandhom jingħataw f’bastiment
jew dgħajsa liċenzjati biex jintużaw f’xi
kummerċ, negozju jew sengħa; u
(ii) is-servizzi li jistgħu jew li ma jistgħux jingħataw
skond xi liċenzja kif issemma qabel;
(g) biex jirregolaw il-liċenzjar ta’ kull kummerċ, negozju
jew sengħa li tinvolvi l-użu ta’ dgħajsa jew bastiment
kif imsemmi fis-subartikolu (2).
Tagħrif li għandu 
jingħata mal-wasla 
ta’ bastiment. 
30. Il-kaptan ta’ kull bastiment li jasal f’Malta minn xi post ’il
hemm mill-ibħra għandu jagħti lill-Awtorità  -
(a) ir-reġistru tal-bastiment u l-karti tal-bastiment;
(b) il-manifest, f’duplikat, tal-merkanzija kollha li tkun se
tiġi żbarkata f’Malta;
u għandu wkoll jagħti lill-Awtorità  dak it-tagħrif l-ieħor dwar il-
bastiment u l-passiġġieri, l-annimali u merkanzija li jkollu fuqu kif
jista’ jkun preskritt, u kull tagħrif bħal dan li l-Awtorità  tista’
teħtieġ fid-diskrezzjoni tagħha.
Tagħrif li għandu 
jingħata qabel 
jitlaq bastiment.
31. (1) Qabel ma japplika għal ħelsien biex joħroġ minn port
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ xi liġi oħra li tkun fiż-
żmien isseħħ, il-kaptan ta’ bastiment għandu jagħti lill-Awtorità  - 
(a) lista li jkun fiha n-numru ta’ passiġġieri żbarkati jew
imbarkati f’Malta;
(b) rendikont bil-miktub tal-kwalitajiet, kwantitajiet,
piżijiet u qisien tal-merkanzija żbarkata jew
mgħobbija f’Malta;
u għandu wkoll jagħti lill-Awtorità  dak it-tagħrif l-ieħor dwar il-
bastiment u l-passiġġieri, l-annimali u merkanzija li jkollu fuqu kif
jista’ jkun preskritt jew kif l-Awtorità  tista’ teħtieġ fid-diskrezzjoni
tagħha:
Iżda l-kaptan ta’ bastiment jista’ jkun eżentat minn dawk
id-dmirijiet meta s-sid jew l-aġent, jew ir-rappreżentant tas-sid jew
l-aġent tal-bastiment jiggarantixxi għas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorità
illi jaqdi dawn id-dmirijiet minflok il-kaptan f’dak iż-żmien u taħt
dawk il-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu preskritti jew kif l-Awtorità
tista’ tistabbilixxi.
(2) Il-partikolaritajiet meħtieġa taħt is-subartikolu (1)
għandhom jingħataw jew ikunu provduti f’dik il-forma, f’dak in-
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      23
numru ta’ kopji u f’dak iż-żmien li jista’ jkun preskritt jew kif l-
Awtorità  tista’ teħtieġ.
Tagħrif dwar 
oġġetti ppreżentati 
għall-imbark jew 
biex jitqiegħdu 
f’imħażen. 
32. (1) Kull persuna li tippreżenta oġġetti lill-Awtorità  jew
lill-kuntrattur biex ikunu mbarkati jew jitqiegħdu f’maħżen, jew li
titlob konsenja ta’ oġġetti minn maħżen għandha tagħti dak it-
tagħrif dwar l-oġġetti kif jista’ jkun preskritt jew kif l-Awtorità  jew
il-kuntrattur jistgħu jeħtieġu.
(2) Il-partikolaritajiet meħtieġa skond is-subartikolu (1)
għandhom jingħataw jew ikunu provduti f’dik il-forma u f’dak iż-
żmien li jistgħu jkunu preskritti jew kif l-Awtorità  jew il-kuntrattur
jistgħu jeħtieġu.
(3) Meta l-għoti ta’ dokumenti biex ikunu rtirati oġġetti minn
maħżen ikun preskritt taħt dan l-Att għall-finijiet ta’ dan l-artikolu,
l-Awtorità  jew il-kuntrattur għandhom ikunu meħlusa minn kull
responsabbiltà  għall-konsenja ta’ l-oġġetti jekk l-Awtorità  jew il-
kuntrattur jikkonsenjaw l-oġġetti li għalihom jirreferu d-dokumenti
lill-persuna li tippreżenta dawk id-dokumenti.
Bastiment f’port 
għandu jkollu l-
ekwipaġġ xieraq. 
33. Il-kaptan u l-aġenti ta’ bastiment ikunu responsabbli biex
jiżguraw li l-bastiment f’kull ħin fil-waqt li jkun qiegħed f’port
ikollu ekwipaġġ xieraq fuqu kif meħtieġ mill-Awtorità :
Iżda l-Awtorità  tista’, bil-miktub u taħt dawk il-
kundizzjonijiet li jidhrilha xierqa, tagħti permess biex bastiment
ikollu fuqu numru inqas ta’ ekwipaġġ.
Tħollija ta’ 
bastiment qiegħed. 
34. (1) Il-kaptan, is-sid jew l-aġent ta’ bastiment, m’għandux
iħalli dak il-bastiment qiegħed jew iżommu għal iktar minn kemm
ikun meħtieġ f’port ħlief bil-permess miktub bil-quddiem ta’ l-
Awtorità .
(2) Fl-għoti ta’ dak il-permess l-Awtorità  tista’ tagħmel dawk
il-kundizzjonijiet li jidhrilha xierqa u b’mod partikolari tista’
tispeċifika ż-żmien li matulu dak il-bastiment hekk jista’ jitħalla
qiegħed.
(3) Malli jagħlaq dak iż-żmien, jew ma’ xi ksur jew nuqqas ta’
tħaris ta’ xi waħda mill-imsemmija kundizzjonijiet, il-permess
mogħti mill-Awtorità  jiskadi, sakemm l-Awtorità  ma ġġeddidx dak
il-permess.
(4) L-Awtorità  tista’, ma’ l-għoti ta’ avviż ta’ mhux inqas minn
tlett ijiem, tħassar kull permess mogħti taħt dan l-artikolu.
Bastiment li jkun 
tħalla qiegħed.
Emendat: 
XXIV.1995.362.
35. (1) L-Awtorità  tista’ tordna li kull bastiment li jkun tħalla
qiegħed f’port f’Malta bla permess iħalli dak il-port f’dak iż-żmien
li tista’ tistabbilixxi.
(2) Tkun ir-responsabbiltà  tal-kaptan, sid jew aġent tal-
bastiment, li jħares kull ordni mogħti kif intqal qabel.
(3) Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ liġi, bastiment li jkun
tħalla qiegħed f’xi port f’Malta, wara li jkun ingħata ordni biex
jitlaq, ikun suġġett li jinbiegħ kif provdut f’dan l-artikolu.
(4) Ma’ l-avviż ta’ erbatax-il jum lill-kaptan tal-bastiment, l-
  24      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
Awtorità  tista’ tapplika lill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili biex toħroġ
ordni biex il-bastiment jinbiegħ bil-qorti; u l-bejgħ bil-qorti għandu
jsir fi żmien ħamsa u erbgħin jum mid-data li fiha jkun sar l-ordni
tal-qorti.
Garanzija għall-
ħlas ta’ drittijiet, 
rati, eċċ.
36. Il-kaptan, is-sid jew l-aġent ta’ bastiment, jistgħu
individwalment, jew solidalment, ikunu meħtieġa li jagħtu dik il-
garanzija għall-ġbir ta’ drittijiet, rati, u pagamenti jew spejjeż
dovuti lill-Awtorità  dwar dak il-bastiment f’dak l-ammont li l-
Awtorità  tista’ teħtieġ.
Setgħat ta’ l-
Awtorità  jistgħu 
jiġu eżerċitati 
minkejja mandat. 
37. Is-setgħat mogħtija b’dan l-Att lill-Awtorità  dwar
bastiment li jkun tħalla qiegħed jistgħu jiġu eżerċitati mill-Awtorità
minkejja kull mandat maħruġ minn xi qorti dwar il-bastiment li
fuqu jkunu qed jiġu eżerċitati dawk is-setgħat, b’dana li f’każ fejn
ikun maħruġ mandat dwar dak il-bastiment, dawk is-setgħat jistgħu
jiġu eżerċitati biss jekk il-Ministru jiddikjara li dak l-eżerċizzju
jkun meħtieġ fl-interess nazzjonali, u d-dikjarazzjoni tal-Ministru
bħal dik ma tkunx tista’ tiġi kontestata f’ebda qorti.
Aġent ma jistax 
jitlaq aġenzija. 
38. Aġent ta’ bastiment, li jkun wettaq xi egħmil dwar il-
bastiment li b’xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att huwa
meħtieġ li jsir jew li jkun daħal għal jew għamel xi ħlas jew ħa xi
responsabbiltà  dwar bastiment f’xi port, għandu, għall-finijiet ta’
dan l-Att, jitqies li hu l-aġent tal-bastiment, sakemm dak il-
bastiment jibqa’ Malta.
TAQSIMA VI 
Drittijiet, Ħlasijiet u Rati tal-Port
Ġbir ta’ drittijiet, 
eċċ.
39. (1) L-Awtorità  għandha tiġbor id-drittijiet, ir-rati, il-
ħlasijiet u l-pagamenti li minn żmien għal żmien jistgħu jkunu
preskritti taħt l-artikolu 52.
(2) Il-persuni li ġejjin ikunu responsabbli għall-ħlas ta’ kull
dritt, ħlas jew pagament miġbur taħt dan l-Att:
(a) il-kaptan jew sid tal-bastiment;
(b) l-aġent tal-bastiment, li jkun ħallas jew ħa r-respon-
sabbiltà  li jħallas xi ħlas akkont ta’ dak il-bastiment.
(3) Meta xi drittijiet, ħlasijiet jew pagamenti miġbura taħt dan
l-artikolu jitħallsu mill-aġent jew mir-rappreżentant li jkun ħa r-
responsabbiltà  għall-ħlas skond il-paragrafu (b) tas-subartikolu (2),
dak l-aġent jew rappreżentant jista’ jżomm mill-flus li jkollu
f’idejh li jkun irċieva akkont tal-bastiment, jew tas-sid tiegħu, l-
ammont imħallas minnu flimkien ma’ kull spejjeż xierqa li jkun
seta’ għamel minħabba dak il-ħlas jew dik ir-responsabbiltà .
Pleġġ jew privileġġ 
dwar rati.
40. (1) Għall-ammont tar-rati kollha li għandhom jinġabru
taħt dan l-artikolu dwar kull oġġett, l-Awtorità  jkollha pleġġ jew
privileġġ fuq dawk l-oġġetti u jkollha dritt li taqbadhom u
żżommhom sakemm dawk ir-rati jitħallsu għal kollox.
(2) Ir-rati dwar oġġetti li jkunu se jiġu żbarkati għandhom
jitħallsu minnufih ma’ l-iżbark ta’ dawk l-oġġetti.
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      25
(3) Ir-rati dwar oġġetti li jkunu se jitneħħew minn imħażen,
jew li jkunu se jiġu mbarkati, għandhom jitħallsu qabel ma dawk l-
oġġetti jitneħħew jew ikunu mbarkati, skond il-każ:
Iżda, sabiex ikun evitat dewmien, l-Awtorità  tista’ tħalli li
oġġetti jkunu mbarkati qabel ma jitħallsu dawk ir-rati, u f’dawn il-
każijiet l-Awtorità  għandha żżomm ir-riċevuti tal-bastiment bħala
garanzija għall-ħlas ta’ dawk ir-rati.
(4) Il-pleġġ jew privileġġ għal dawk ir-rati jkollhom
preċedenza fuq il-privileġġi u l-ipoteki l-oħra kollha fuq l-oġġetti u
talba dwar dawk ir-rati għandha titħallas bi preferenza għal kull
talba oħra, kemm jekk privileġġata jew jekk ipotekata, fuq dawk l-
oġġetti, minkejja kull disposizzjoni oħra tal-liġi f’sens kuntrarju.
Pleġġ għan-noll u 
drittijiet oħra.
Kap. 37.
41. (1) Jekk il-kaptan jew is-sid ta’ bastiment jew aġent jew
rappreżentant ta’ xi waħda minn dawk il-persuni, jew il-persuna li
minnha jkunu żbarkati l-oġġetti, jagħtu avviż xieraq bil-miktub lill-
Awtorità  illi xi oġġetti li se jkunu żbarkati jew li jkunu ġew
żbarkati f’xi maħżen ikunu suġġetti għal pleġġ jew privileġġ tan-
noll, għal avarija ġenerali, jew għal drittijiet sa ammont li
jissemma’ f’dak l-avviż, l-Awtorità  tista’ żżomm dawk l-oġġetti,
għar-riskju u għas-spejjeż tas-sid ta’ l-oġġetti, sakemm il-pleġġ jew
privileġġ ikun meħlus kif hawnhekk iżjed ’il quddiem jingħad, jew
sakemm ikollha dritt, skond id-disposizzjonijiet hawnhekk iżjed ’il
quddiem speċifikati, li tbiegħhom, jew sakemm l-oġġetti jkunu
trasferiti f’maħżen tal-Gvern kif imfisser fl-Ordinanza tad-Dwana
skond id-disposizzjonijiet ta’ dik l-Ordinanza.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tinftiehem bħala li
teħtieġ lill-Awtorità  jew kuntrattur, skond il-każ, li jieħu taħt il-
kustodja tiegħu xi oġġetti li l-Awtorità  jew kuntrattur jistgħu
jirrifjutaw li jaċċettaw skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew
bħala li teħtieġ lill-Awtorità  li tara dwar il-validità  ta’ xi talba
magħmula f’xi avviż mogħti taħt is-subartikolu (1).
Ħelsien ta’ pleġġ.
għall-ammont mitlub bħala dovut, jew ħelsien għall-ammont ta’ xi
pleġġ jew privileġġ li għalih oġġetti jkunu suġġetti taħt l-artikolu
40 ta’ dan l-Att mill-persuna li minnha jew f’isimha jkun ingħata
dak l-avviż, l-Awtorità  tista’ tagħti permess li dawk l-oġġetti
jitneħħew mingħajr ma jitqies il-pleġġ jew privileġġ, kemm-il
darba l-Awtorità  tkun użat attenzjoni xierqa biex tistabbilixxi li dak
id-dokument ikun awtentiku.
Setgħa ta’ l-
Awtorità  li tbiegħ 
oġġetti. 
43. (1) Minkejja kull pleġġ jew privileġġ imsemmi fl-artikoli
40 u 41 ta’ dan l-Att, jekk ir-rati li għandhom jitħallsu lill-Awtorità
dwar xi oġġetti ma jkunux tħallsu, l-Awtorità  tista’, malli jgħaddu
disgħin jum miż-żmien meta l-oġġetti jkunu tqegħdu taħt il-
kustodja tagħha jew tal-kuntrattur, jew jekk l-oġġetti jkunu ta’
xorta li jistgħu jitħassru f’dak iż-żmien qabel, li ma jkunx inqas
minn erbgħa u għoxrin siegħa, wara l-iżbark ta’ l-oġġetti, kif l-
Awtorità  jidhrilha xieraq, tbiegħ b’irkant pubbliku l-imsemmija
oġġetti jew daqs kemm ikun meħtieġ biex jitħallsu l-ispejjeż, u
jitħallsu r-rati u t-talbiet l-oħra li skond ma jingħad hawnhekk iżjed
’il quddiem għandhom jitħallsu mid-dħul ta’ dak il-bejgħ.
  26      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
(2) Qabel ma jsir dak il-bejgħ għandu jingħata avviż ta’ għaxart
ijiem dwaru fil-Gazzetta kemm-il darba l-oġġetti ma jkunux ta’
xorta li jistgħu hekk jitħassru li, fil-fehma ta’ l-Awtorità , ikun
meħtieġ u konsiljabbli l-bejgħ immedjat tagħhom, f’liema każ dak
l-avviż għandu jingħata skond kif teħtieġ l-urġenza tal-każ.
(3) Jekk l-indirizz tas-sid ta’ l-oġġetti jew ta’ l-aġent tiegħu
jkun dikjarat fuq il-manifest tal-merkanzija, jew f’xi wieħed mid-
dokumenti mogħtija lill-Awtorità , jew ikun xort’oħra magħruf, u
dak l-indirizz ikun f’Malta, għandu jingħata wkoll avviż lis-sid ta’
dawk l-oġġetti b’ittra konsenjata f’dak l-indirizz jew mibgħuta bil-
posta; iżda t-titolu ta’ xerrej in bona fede ma jkunx invalidat
minħabba n-nuqqas li jintbagħat dak l-avviż, l-anqas ma għandu
dak ix-xerrej ikun marbut li jara jekk dak l-avviż ikunx intbagħat.
(4) Jekk fl-irkant li jsir skond dan l-artikolu xi oġġetti jibqgħu
ma jinbigħux, l-Awtorità  tista’ tiddisponi minnhom bil-mod li
jidhrilha xieraq.
X’isir mid-dħul tal-
bejgħ.
44. (1) Dak li jidħol minn kull bejgħ jew tneħħija ta’ oġġetti
skond l-artikolu 43, għandu jkun applikat kif ġej, u fl-ordni li ġej - 
(a) għall-ħlas ta’ l-ispejjeż tal-bejgħ jew tat-tneħħija;
(b) għall-ħlas tar-rati u spejjeż li jkollhom jitħallsu lill-
Awtorità  dwar l-oġġetti;
(ċ) għall-ħlas tan-noll jew ta’ talbiet oħra jew pleġġ jew
privileġġ li avviż dwarhom ikun ingħata taħt l-artikolu
41;
(d) għall-ħlas ta’ dazju ta’ importazzjoni jew ta’ sisa u
kull levy li tista’ tkun dovuta fuq dawk l-oġġetti;
u dak li jifdal, jekk ikun hemm, jitħallas lis-sid ta’ l-oġġetti fuq
talba tiegħu:
Iżda fejn dak li jidħol minn dak il-bejgħ jew tneħħija ma
jkunx biżżejjed biex ikopri id-dazji jew levies imsemmija fil-
paragrafu (d) ta’ hawnhekk, dak il-bejgħ jew tneħħija għandu
jitkompla u dawk id-dazji u levies jitqiesu li tnaqqsu għal dik is-
somma, jekk ikun hemm, li tibqa’ għal ħlas tagħhom.
(2) F’każ li talba bħal din ma ssirx fi żmien sena mill-bejgħ ta’
l-oġġetti, dak li jifdal għandu jinżamm mill-Awtorità , u ma’ dan id-
drittijiet kollha tas-sid għalihom għandhom jispiċċaw.
Ħelsien jinżamm 
sakemm jitħallsu r-
rati.
Kap. 37.
45. Jekk xi ammont dwar drittijiet, rati, pagamenti jew ħlasijiet
oħra li għandhom jinġabru skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
kontra xi bastiment ikunu għadhom ma tħallsux, f’dan il-każ, fuq
it-talba ta’ l-Awtorità , dak il-bastiment ma għandu jingħata ebda
ħelsien jew permess għall-ħruġ taħt l-Ordinanza tad-Dwana
sakemm - 
(a) l-ammont ta’ dawk id-drittijiet, rati, ħlasijiet jew
pagamenti jkun tħallas; jew
(b) ma tkunx ingħatat garanzija għas-sodisfazzjon ta’ l-
Awtorità  għall-ħlas tagħhom.
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      27
L-Awtorità  tista’ 
titla’ fuq 
bastiment.
46. Id-Direttur Eżekuttiv responsabbli għall-portijiet, u kull
persuna oħra awtorizzata mill-Awtorità , tista’ titla’ fuq kull
bastiment f’port jew barra minnu, biex tistabbilixxi l-ammont li
għandu b’mod xieraq jitħallas dwar dak il-bastiment.
Użin u kejl ta’ 
oġġetti f’każ ta’ 
kwistjoni. 
47. Jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ qbil bejn l-Awtorità  u l-
kaptan jew sid ta’ bastiment, jew is-sid ta’ xi oġġetti, jew l-aġent
ta’ xi waħda mill-persuni msemmija, dwar il-piż jew kejl ta’ l-
oġġetti li dwarhom xi drittijiet, rati jew ħlasijiet ikollhom jitħallsu,
l-Awtorità  għandha tara li dawk l-oġġetti jintiżnu jew jitkejlu u
tista’, jekk jidhrilha xieraq, iżżomm il-bastiment li minnu dawk l-
oġġetti jkunu nħattu sakemm dawn jintiżnu jew jitkejlu.
Ħlas ta’ spejjeż ta’ 
użin u kejl. 
48. (1) Jekk l-użin jew kejl ta’ dawk l-oġġetti jirriżulta li jkun
iktar minn dak muri fil-partikolaritajiet mogħtija mill-kaptan jew
is-sid ta’ l-oġġetti, jew l-aġent ta’ xi waħda minn dawk il-persuni
skond l-artikoli 30, 31 u 32 ta’ dan l-Att, l-ispejjeż ta’ dak l-użin
jew kejl għandhom jitħallsu lill-Awtorità  mill-kaptan tal-bastiment,
jew mis-sid ta’ l-oġġetti, jew l-aġent ta’ xi waħda minn dawk il-
persuni, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u jkunu jinġabru
bl-istess mod kif jinġabru drittijiet, rati jew ħlasijiet taħt dan l-Att.
(2) Jekk l-użin jew il-kejl ta’ dawk l-oġġetti jirriżulta li jkun l-
istess bħal, jew inqas minn, dak muri fil-partikolaritajiet mogħtija
kif intqal qabel, l-Awtorità  għandha tħallas l-ispejjeż kollha ta’ dak
l-użin jew kejl.
Ordni li jinżamm 
bastiment.
49. (1) Jekk il-kaptan ta’ bastiment li dwaru għandhom
jitħallsu drittijiet, rati jew ħlasijiet li għandhom jinġabru skond dan
l-Att jiċħad jew jittraskura milli jħallas dawk id-drittijiet, rati jew
ħlasijiet meta hekk mitlub, l-Awtorità  tista’ toħroġ ordni biex dak
il-bastiment jinżamm milli jsiefer; u f’kull każ bħal dan l-Awtorità
għandha fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-ħruġ ta’ l-ordni
tibda proċedimenti kontra l-kaptan b’taħrika quddiem il-Qorti tal-
Maġistrati, fejn titlob il-konferma ta’ l-ordni li tarresta jew iżżomm
il-bastiment sakemm jitħallsu dawk id-drittijiet, rati jew ħlasijiet.
(2) Meta xi ordni ta’ tiżmim magħmul taħt is-subartikolu (1)
ikun konfermat mill-qorti dan għandu jibqa’ jseħħ sakemm ikun
irtirat mill-Awtorità  jew revokat mill-qorti.
(3) Jekk sa perijodu ta’ erbatax-il jum ordni ta’ tiżmim
magħmul taħt is-subartikolu (1) ikun ġie konfermat mill-qorti - 
(a) xi drittijiet, rati jew ħlasijiet dovuti, jew
(b) xi spejjeż ta’ tiżmim, magħduda spejjeż li jkollhom
x’jaqsmu mat-taħrika, jew l-arrest jew detenzjoni tal-
bastiment, 
jibqgħu mhux imħallsa, l-Awtorità  tista’ ġġiegħel li dak il-
bastiment, jew xi parti mit-tackle, għodod, armamenti, jew tagħmir
jinbiegħu b’irkant pubbliku, u minn dak li jidħol minn dak il-bejgħ
l-Awtorità  tista’ żżomm l-ammont dovut flimkien ma’ l-ispejjeż tal-
bejgħ u dawk l-ammonti l-oħra li jistgħu jkunu dovuti minħabba li
l-bastiment ikun baqa’ fil-port, u tagħti l-bilanċ, jekk ikun hemm,
lill-kaptan tal-bastiment.
(4) Meta xi ordni ta’ tiżmim magħmul taħt is-subartikolu (1)
  28      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
ma jkunx konfermat mill-qorti dan għandu jintemm u jkun bla ebda
effett.
Indennizz meta l-
oġġetti jintalbu 
minn iktar minn 
persuna waħda. 
50. Meta - 
(a) xi oġġetti jew id-dħul mill-bejgħ jew tneħħija ta’ xi
oġġetti jkunu fil-pussess ta’ l-Awtorità  jew ta’
kuntrattur u dawk l-oġġetti jew dħul jintalbu minn
żewġ persuni jew iżjed; jew
(b) xi persuna li titlob xi oġġetti li jkunu fil-pussess ta’ l-
Awtorità  jew ta’ kuntrattur ma tipproduċix id-
dokumenti li juru li jkollha jedd li tieħu l-konsenja
tagħhom,
l-Awtorità  jew il-kuntrattur jista’ ma jikkonsenjax dawk l-oġġetti
jew id-dħu1 sakemm il-persuna li fil-fehma ta’ l-Awtorità  jew tal-
kuntrattur ikollha jedd għalihom ma tagħtix indennizz għas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorità  u l-kuntrattur kontra talbiet li jistgħu
jsiru minn xi persuna oħra dwar dawk l-oġġetti jew dħul.
Jeddijiet oħra ta’ l-
Awtorità . 
51. Minkejja dak kollu li jinsab f’dan l-Att, l-Awtorità  tista’
tieħu kull azzjoni ġudizzjarja taħt kull liġi oħra biex tiġbor kull
dritt, rata, ħlas, spiża, kost u dejn ieħor jew, fil-każ ta’ bejgħ, biex
tiġbor il-bilanċ tagħhom, meta d-dħul mill-bejgħ ma jkunx
biżżejjed.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti għall-
ġbir ta’ drittijiet, 
ħlasijiet jew 
pagamenti.
52. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-
Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità , jagħmel
regolamenti - 
(a) għall-ġbir ta’ drittijiet, ħlasijiet jew pagamenti minn
kull bastiment, jiġifieri -
(i) drittijiet, ħlasijiet jew pagamenti dwar
bastimenti li jidħlu f’port jew jitilqu minnu, jew
meta jkunu f’port jew fl-ibħra territorjali ta’
Malta;
(ii) drittijiet, ħlasijiet jew pagamenti tal-port dwar
passiġġieri, annimali jew merkanzija li jinġarru
minn xi bastiment;
(iii) drittijiet dwar pilutaġġ, dwal, irmiġġi, bagi,
ankrar jew tressiq, jew drittijiet, ħlasijiet jew
pagamenti oħra dwar bastimenti;
(b) għall-ġbir ta’ xi ħlasijiet jew ta’ rati għall-użu ta’ xi
xogħlijiet, apparat jew tagħmir provdut jew għal xi
servizz mogħti jew li jkun se jingħata dwar xi
bastiment jew xi oġġetti, mill-Awtorità  jew minn
kuntrattur, u bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal
qabel, għal kull ħaġa minn dawn li ġejjin:
(i) l-iżbark, l-imbark, xogħol fuq ix-xatt, xogħol
bil-gruwa, ħażna, ġarr jew demurrage ta’ oġġetti
li jinħattu minn, jew jitgħabbew fuq, jew
ippreżentati biex jitgħabbew fuq xi bastiment;
(ii) l-użu minn xi bastiment jew persuna, ta’ xi xatt,
moll, pier, baċir, post ta’ żbark jew ta’ xi faċilità
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      29
jew stallazzjoni oħra proprjetà  ta’ l-Awtorità  jew
li fuqha tkun teżerċita awtorità ;
(iii) l-użu ta’ xi gear, tackle,  għodod, strumenti,
tagħmir, tavlar jew vetturi provduti mill-
Awtorità  jew minn kuntrattur; 
(iv) l-użu ta’ xi bastiment jew barkun, jew xi makna,
dgħajsa jew vettura, jew ta’ xi apparat għat-tifi
tan-nar li jkun proprjetà  ta’ jew amministrat
minn jew fil-pussess ta’ l-Awtorità  jew
kuntrattur;
(v) il-ġbid ta’, u l-għoti ta’ għajnuna u servizz lil, xi
bastiment, f’xi post;
(vi) għal ilma provdut lil xi bastiment mill-Awtorità
jew minn kuntrattur;
(vii) dwar id-drittijiet jew rati li għandhom jitħallsu
minn riċevituri, minn kunsinnaturi jew spedituri,
ta’ merkanzija lil persuni li jkunu ħadu l-
inkarigu tal-ħatt, żbark, imbark, spedizzjoni, jew
maniġġ ta’ merkanzija bejn l-istiva jew il-gverta
u l-battaljola, rampa, bieb jew mattjatura ta’
bastiment jew xi moll jew xi post ieħor stabbilit
għal hekk jew bejn il-battaljola, rampa, bieb jew
mattjatura ta’ xi bastimenti u xi moll;
(ċ) li jagħtu s-setgħa lill-Awtorità  li xxebbah għal kull
wieħed mill-għanijiet ta’ l-artikolu 39, kull xogħol,
servizz jew faċilità  li ma jkunux b’mod speċifiku
imsemmija f’xi regolamenti magħmula taħt dan is-
subartikolu ma’ dawk imsemmijin b’mod speċifiku
f’dawk ir-regolamenti li magħhom, fil-fehma ta’ l-
Awtorità , tista’ ssir analoġija;
(d) li jippreskrivu l-kondizzjonijiet li taħthom xi xogħol
jew servizz li dwaru tinġabar rata jew ħlas għandu jsir
jew ikun provdut mill-Awtorità  jew kuntrattur;
(e) li jipprovdu għall-eżenzjoni ta’ xi bastiment, jew
klassi jew klassijiet ta’ bastimenti, jew ta’ xi
passiġġieri, annimali jew oġġetti minn kull jew uħud
mid-drittijiet, rati, ħlasijiet jew pagamenti jew biex
dawn jitħallsu lura jew jinħafru għal kollox jew
f’parti;
(f) li jippreskrivu pagamenti dwar xi liċenza jew permess
maħruġ jew mogħti mill-Awtorità  taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(g) li jippreskrivu kull ħaġa li taħt dan l-Att għandha jew
tista’ tiġi preskritta;
(h) b’mod ġenerali biex jingħata effett aħjar lil kull waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Biex ikun evitat kull dubju, regolamenti magħmula taħt dan
l-artikolu jistgħu -
(a) jippreskrivu drittijiet, rati, ħlasijiet u pagamenti
  30      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
differenti għal portijiet differenti u għal ċentri tal-
yachting;
(b) jippreskrivu drittijiet, rati, ħlasijiet u pagamenti
differenti għal klassijiet ta’ bastimenti jew passiġġieri,
annimali jew oġġetti differenti;
(ċ) jipprovdu li l-Awtorità  tkun tista’ tagħmel kull ftehim
speċjali dwar kull ħaġa msemmija f’dan l-artikolu
minflok xi drittijiet, rati, ħlasijiet jew pagamenti li
għandhom jinġabru taħt dan l-Att.
Applikazzjoni ta’ 
din it-Taqsima.
53. Id-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw għal oġġetti li huma proprjetà  tal-Gvern, iżda
ma japplikawx għal - 
(a) kull bastiment reġistrat f’Malta u wżat biss jew
prinċipalment fl-industrija tas-sajd jew fil-kummerċ
tas-sajd;
(b) xi bastiment ta’ Gvern barrani, iżda li ma jkunx qed
jagħmel negozju jew kummerċ;
(ċ) inġenji tal-baħar, kemm jekk imexxu lilhom infushom
kemm jekk le, ta’ anqas minn għaxar tunnellati gross.
TAQSIMA VII 
Pilutaġġ
Pilutaġġ 
obbligatorju.
54. (1) Il-portijiet speċifikati fit-Taqsima III ta’ l-Ewwel
Skeda li tinsab ma’ dan l-Att ikunu portijiet ta’ pilutaġġ
obbligatorju; u l-bastimenti kollha, ħlief bastimenti li għalihom qed
issir eċċezzjoni taħt is-subartikolu (2), għandhom, fil-waqt li jkunu
qed jinnavigaw, sew billi jidħlu, iħallu jew jimxu fil-limiti ta’ port
ta’ pilutaġġ obbligatorju, ikunu taħt il-pilutaġġ ta’ bdot:
Iżda meta bastiment li għalih qed issir eċċezzjoni - 
(a) ma jkunx ħa rmiġġ mogħti lilu mill-Awtorità , u, fil-
fehma ta’ l-Awtorità , ikun imħabbel jew x’aktarx
jitħabbel ma’ xi marka, baga jew xi bastiment ieħor
minħabba xi raġuni tkun li tkun; jew
(b) ikun ankra fil-passaġġ ta’ xi port,
f’dak il-każ, mingħajr ħsara għal kull proċeduri kriminali li jistgħu
jittieħdu kontra l-kaptan ta’ dak il-bastiment, l-Awtorità  tista’
tordna li dak il-bastiment ikun irmiġġat jew irmiġġat mill-ġdid taħt
id-direzzjoni ta’ bdot:
Iżda wkoll meta xi bastiment li dwaru qed issir eċċezzjoni
għandu jkun irmiġġat jew jitneħħa minn irmiġġ f’xi moll, xatt,
bankina, pier jew baga l-Awtorità  tista’ tordna illi dak il-bastiment
ikun irmiġġat jew irmiġġat mill-ġdid taħt id-direzzjoni ta’ bdot.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, il-bastimenti li ġejjin
għandhom ikunu bastimenti li dwarhom qed issir eċċezzjoni - 
(a) bastimenti tal-Gvern ta’ Malta jew imħaddma minnu; 
(b) bastimenti tal-gwerra ta’ qawwa barranija;
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      31
(ċ) yachts u bastimenti tas-sajd;
Kap.234.
(d) bastimenti ta’ anqas minn ħames mitt tunnelleta gross
ikkalkolati skond ir-regoli li għal dak iż-żmien ikunu
fis-seħħ għall-kejl ta’ bastimenti taħt l-Att dwar il-
Bastimenti Merkantili;
(e) bastimenti li jikkumerċjaw biss bejn portijiet f’Malta;
(f) rmonki, gangmi, ċattri jew bċejjeċ tal-baħar bħal dawn
li l-kors ordinarju tan-navigazzjoni tagħhom ma jkunx
barra l-limiti ta’ l-ibħra territorjali ta’ Malta;
(g) bastimenti li ma jkunux jistgħu jiksbu s-servizz ta’
bdot minħabba maltemp.
(3) L-Awtorità  tista’ teżenta minn pilutaġġ obbligatorju kull
bastiment f’xi każ partikolari.
(4) Meta xi port ikun port ta’ pilutaġġ obbligatorju, il-Ministru
jista’ b’ordni jfisser il-limiti ta’ dak il-port għall-finijiet ta’
pilutaġġ obbligatorju.
Bord dwar il-
Pilutaġġ. 
55. (1) Qiegħed b’dan jitwaqqaf Bord dwar il-Pilutaġġ (f’din
it-Taqsima msejjaħ "il-Bord") li għandu jeżerċita u jaqdi l-
funzjonijiet mogħtija lilu b’din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(2) Il-Bord ikun magħmul minn Chairman u minn dak in-
numru ta’ membri oħra kif il-Ministru jista’ jaħtar minn żmien għal
żmien, hekk iżda li mhux inqas minn tnejn mill-membri, ikunu
membri li jkollhom esperjenza fin-nawtika jew fil-pilutaġġ.
(3) Ikun id-dmir tal-Bord li - 
(a) imexxi eżamijiet dwar l-għoti ta’ liċenzi lil bdoti;
(b) jaħtar listi ta’ eżaminaturi għall-fini ta’ l-imsemmija
eżamijiet;
(ċ) imexxi proċedimenti dixxiplinari dwar bdoti skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att;
(d) jagħti lil bdoti misjuba ħatja ta’ ksur ta’ dixxiplina
dawk il-pieni li minn żmien għal ieħor jistgħu jkunu
preskritti; u
(e) jagħti pariri lill-Awtorità  dwar kull ħaġa li l-Awtorità
tista’ tirreferilu dwar is-servizz ta’ pilutaġġ.
(4) F’kull laqgħa tal-Bord iċ-Chairman u żewġ membri oħra, li
minnhom għall-inqas wieħed ikollu esperjenza fin-nawtika jew fil-
pilutaġġ, jagħmlu quorum.
(5) Il-Bord għandu jiltaqa’ għall-anqas darba kull ħamsa u
erbgħin jum f’dak il-ħin u post kif stabbilit miċ-Chairman.
(6) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, il-Bord
jista’ jirregola l-proċedura tiegħu stess.
Għoti ta’ liċenzi ta’ 
bdoti.
56. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-
Awtorità  tista’ tagħti liċenza lil bdoti biex irieġu bastimenti fl-ibħra
ta’ Malta.
(2) Ebda persuna ma tingħata liċenza bħala bdot jekk ma
  32      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
tkunx- 
(a) għaddiet dawk l-eżamijiet ta’ kwalifika li jistgħu jkunu
preskritti;
(b) ingħatat liċenza bħala bdot temporanju bi prova għal
dak iż-żmien li jista’ jkun preskritt;
(ċ) kisbet dik l-esperjenza prattika fil-pilutaġġ ta’
bastimenti f’Malta matul iż-żmien ta’ prova msemmi
fil-paragrafu (b) kif jista’ jkun preskritt;
(d) konfermata mill-Bord il-liċenza tagħha; u
(e) issodisfat dawk il-kondizzjonijiet l-oħra li jistgħu
jkunu preskritti minn żmien għal żmien.
(3) Il-liċenza maħruġa lil bdot għandha turi safejn id-detentur
tal-liċenza jkun kwalifikat jaħdem.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, l-Awtorità
tista’, jekk jidhrilha li jkun espedjenti, tawtorizza kull persuna biex
trieġi bastiment f’port taħt dawk it-termini u kundizzjonijiet li
jidhrilha xierqa. 
Att dwar is-Sigurtà  
Soċjali. Kap. 318.
57. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Sigurtà
Soċjali bdoti u rmiġġaturi għandhom jitqiesu, għall-finijiet biss ta’
ħlas ta’ kontribuzzjonijiet u biex jiġu riċevuti benefiċċji taħt dak l-
Att, li huma impjegati tas-sidien, tal-kaptani, taċ-charterers jew ta’
l-aġenti ta’ bastiment jew ta’ xi persuni oħra li jitolbu s-servizzi
tagħhom u dawk is-sidien, kaptani, charterers jew aġenti jew
persuni oħra għandhom jitqiesu li huma l-prinċipal tal-bdoti u l-
irmiġġaturi.
Kap. 318.
(2) L-Awtorità  għandha tnaqqas mill-qliegħ tal-bdoti u l-
irmiġġaturi u għandha tiġbor mingħand il-kaptan, l-aġent, iċ-
charterer jew is-sid ta’ bastiment jew mingħand xi persuna oħra li
titlob is-servizzi ta’ bdoti u irmiġġaturi dawk il-kontribuzzjonijiet
b’dik ir-rata li minn żmien għal żmien tkun fis-seħħ dwar impjegati
u prinċipali rispettivament taht id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
is-Sigurtà  Soċjali, u għandha tibgħat dawk il-kontribuzzjonijiet lid-
Dipartiment tat-Taxxi Nterni.
Kap. 318.
(3) Il-Ministru responsabbli għall-portijiet bi ftehim mal-
Ministru responsabbli għall-politika soċjali jista’ jagħmel
regolamenti li jipprovdu għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet tas-
sigurtà  soċjali taħt dan l-artikolu u għall-ħlasijiet ta’ kull benefiċċji
li għandhom jitħallsu lill-bdoti u lill-irmiġġaturi taħt l-Att dwar is-
Sigurtà  Soċjali.
Irmiġġaturi.  58. L-Awtorità  għandha tagħmel dawk l-arranġamenti dwar
irmiġġaturi magħduda l-ħtiġiet ta’ liċenza u l-provvediment għal
dixxiplina, kif tista’ tiddeċiedi wara li tikkonsulta lill-Ministru:
Kap. 170. 
Iżda kull arranġament li jkun sar kif intqal qabel għandu
b’mod xieraq jipproteġi lill-irmiġġaturi li għandhom liċenza taħt l-
Ordinanza dwar il-Portijiet*.
*Imħassra b’dan l-Att.
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      33
Limitazzjoni ta’ 
responsabbiltà .
Sostitwit:
XIV. 1997.2.
59. (1) Ir-responsabbiltà  għal danni ċivili, ta’ bdot li jkollu
liċenza sew filwaqt li jkun imbarkat fuq bastiment sew band’oħra
għal xi telf jew ħsara, inklużi l-mewt u ħsara fil-persuna, li
jirriżultaw minn xi kawża waqt it-twettiq ta’ dmirijietu
m’għandhiex tkun ta’ iktar minn ħamest elef lira għal kull vjaġġ u
kemm ikunu jiswew id-drittijiet ta’ pilutaġġ għar-rigward ta’ dak
il-vjaġġ li matulu tkun tnisslet ir-responsabbiltà .
(2) Meta, mingħajr ma jkun hemm xi att jew nuqqas mill-
Awtorità , xi mewt jew ħsara fil-persuna, jew telf jew ħsara fil-
bastiment, lil xi proprjetà  fuq il-bastiment jew lil xi proprjetà  jew
drittijiet ta’ liema xorta jkunu, jiġu kaġunati minn bdot li jkollu
liċenza, l-Awtorità  ma tkunx responsabbli għal danni li jkunu
jammontaw għal iktar minn ħamest elef lira.
(3) Dak il-limitu ta’ responsabbiltà  li hu muri f’dan l-artikolu
għandu jkun japplika għall-ammont sħiħ ta’ kull telf u danni li
jistgħu jitnisslu f’xi okkażjoni waħda indipendenti għalkemm dawk
it-telfiet u danni jistgħu jiġġarrbu minn iktar minn persuna waħda.
(4) L-għoti jew tiġdid ta’ liċenza lil bdot mill-Awtorità  skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ma joħloqx jew jinftiehem li
joħloq xi responsabbiltà  lill-Awtoritià  jew lill-Gvern ta’ Malta għal
xi telf jew ħsara minħabba xi egħmil jew nuqqas ta’ xi bdot, sew
jekk l-impjieg ta’ bdot ikun obbligatorju jew le.
Tħassir jew revoka 
ta’ liċenza. 
60. (1) Il-liċenza maħruġa lil bdot għandha titħassar
awtomatikament mill-Awtorità  malli l-bdot jirtira meta jilħaq dik l-
età  ta’ rtirar li tista’ tkun preskritta minn żmien għal żmien, jew
jekk dak il-bdot jinsab minn bord mediku maħtur mill-Awtorità  li
fiżikament ma jkunx tajjeb biex jaqdi dmirijietu.
(2) L-Awtorità  tista’ wkoll tissospendi jew tirrevoka l-liċenza
maħruġa lil bdot bħala riżultat ta’ deċiżjoni mill-Bord ta’ penali li
tikkonsisti fis-sospensjoni jew revoka tal-liċenza, jew jekk il-bdot
jonqos li jmur għal dmirijietu għal aktar minn sena.
(3) Bla ħsara għal kull kundizzjoni li l-Bord jista’ jagħmel, l-
Awtorità  tista’ toħroġ mill-ġdid liċenza lil bdot li l-liċenza tiegħu
tkun ġiet revokata taħt is-subartikolu (2).
(4) Liċenza maħruġa lil bdot għandha tingħata lura lill-
Awtorità  kull meta għal xi raġuni tkun imħassra, sospiża jew
revokata. 
Dikjarazzjoni dwar 
kemm ipixka 
bastiment. 
61. Bdot jista’ jeħtieġ lill-kaptan ta’ kull bastiment li hu jkun
qed irieġi biex jiddikjara kemm ipixka l-bastiment, it-tul u l-wisgħa
tiegħu, u dak it-tagħrif l-ieħor li jista’ jkun meħtieġ għall-pilutaġġ
bla periklu tal-bastiment, u l-kaptan għandu jħares kull ħtieġa bħal
dik.
Bdot irid 
jipproduċi l-
liċenza. 
62. Kull bdot, meta jagħmilha ta’ hekk, ikun provdut bil-
liċenza tiegħu u għandu, jekk mitlub, jipproduċiha lill-kaptan tal-
bastiment li jkun irieġi.
Responsabbiltà  ta’ 
sid jew kaptan.
63. Minkejja kull ħaġa li tinsab f’xi liġi oħra, is-sid jew il-
kaptan ta’ bastiment li jkun qed jinnaviga f’ċirkostanzi li fihom il-
pilutaġġ ikun obbligatorju, għandu jwieġeb għal kull telf jew ħsara
  34      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
li ssir mill-bastiment jew minħabba xi żball fin-navigazzjoni tal-
bastiment bl-istess mod bħallikieku l-pilutaġġ ma kienx
obbligatorju.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti dwar 
pilutaġġ.
64. (1) Il-Ministru jista’, b’konsultazzjoni ma’ l-Awtorità,
jagħmel regolamenti għall-għanijiet kollha li ġejjin jew għal uħud
minnhom:
(a) biex jistabbilixxu l-kwalifiki li jkunu meħtieġa minn
persuni li jkunu jridu liċenza biex jagħmluha ta’ bdoti
u biex jipprovdu dwar dawk l-eżamijiet bil-miktub,
orali jew fil-prattika li jitqiesu meħtieġa għal dak il-
għan;
(b) biex jistabbilixxu ż-żmien li matulu liċenza tibqa’
sseħħ u l-kundizzjonijiet li taħthom tista’ tiġġedded;
(ċ) biex jipprovdu l-mod li bih, u l-kondizzjonijiet li
taħthom, bdoti għandhom jaqdu d-dmirijiet tagħhom
taħt dan l-Att;
(d) biex jipprovdu għall-maniġġ tajjeb ta’ bdoti bil-liċenza
u bdoti bi prova u b’mod partikolari biex jiżguraw l-
imġieba tajba tagħhom u l-attendenza kontinwa għal, u
l-qadi ta’, id-dmirijiet tagħhom, sew fuq il-baħar
kemm fl-art;
(e) biex jipprovdu għall-ħatra ta’ persuni fil-kariga ta’
Bdot Ewlieni u biex jistabbilixxu d-dmirijiet ta’ din il-
kariga;
(f) biex jipprovdu dwar il-proċeduri ta’ dixxiplina tal-
Bord u l-penalitajiet li jista’ jagħti, magħduda multi ta’
mhux iżjed minn ħamsin lira, u s-sospensjoni jew it-
tħassir ta’ liċenzi;
(g) biex jipprovdu għall-ġbir ta’ drittijiet ta’ pilutaġġ u
għat-tqassim tagħhom bejn il-bdoti, kif u meta jkun
xieraq, u biex flus jitqiegħdu f’fondi stabbiliti jew li se
jitkomplew taħt dan l-Att;
(h) biex jipprovdu li jkunu stabbiliti jew jitkomplew Fond
ta’ Stabilizzazzjoni, Fond għall-Manutenzjoni u
Tiswija ta’ Laneċ ta’ Pilutaġġ, u Fond għal Bdil ta’
Laneċ ta’ Pilutaġġ u għat-tmexxija ta’ dawk il-fondi;
(i) biex jipprovdu għall-għanijiet li għalihom dawk il-
fondi għandhom jintużaw;
(j) biex jippreskrivu l-mod li bih dawk il-fondi għandhom
ikunu finanzjati u biex jipprovdu dwar il-ġbir
mingħand min jagħmel użu mis-servizz ta’ pilutaġġ li
jmur għal dawk il-fondi kollha jew għal uħud jew
wieħed minnhom;
(k) biex jippreskrivu l-mod li bih jiġu addebitati dawk il-
fondi;
(l) biex jirregolaw l-użu, il-bdil, il-manutenzjoni u t-
tiswija ta’ laneċ, tagħmir u faċilitajiet li jkunu għad-
disposizzjoni ta’ bdoti; 
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      35
(m) biex jipprovdu għal titjib fis-servizz tal-pilutaġġ;
(n) biex jirregolaw il-mod li bih u l-kundizzjonijiet li
taħthom il-bdoti għandhom jitilgħu u jinżlu minn
bastimenti;
(o) biex jippreskrivu l-età  ta’ rtirar ta’ bdoti;
(p) biex ifissru u jirregolaw l-użu ta’ bandiera u sinjali ta’
pilutaġġ;
(q) biex jipprojbixxu l-ħlas jew ir-riċeviment ta’ drittijiet
għal servizzi ta’ pilutaġġ, jew għal servizzi anċillari
għal, jew minn bdoti, b’żieda ma’ dawk id-drittijiet li
jistgħu jkollhom jitħallsu taħt dan l-Att;
(r) biex jippreskrivu kull ħaġa li għandha jew li tista’ tkun
preskritta taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(2) Kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi regolamenti
magħmula, jew meqjusa li huma magħmula, taħt dan l-artikolu tkun
ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn
elf lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur
jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
TAQSIMA VIII 
Proċeduri Legali
Limitazzjoni ta’ 
azzjoni. 
65. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, ma tista’
tittieħed ebda azzjoni kontra l-Awtorità  jew kuntrattur dwar ir-
responsabbilitajiet tagħhom taħt dan l-Att, jew għal xi telf jew
ħsara li ssir lil xi persuna, bastiment, oġġetti, vetturi jew ħwejjeġ
oħra huma x’inhuma abbord bastiment kemm-il darba -
(a) talba bil-miktub, li tagħti dawk il-partikolaritajiet li
jistgħu jkunu b’mod xieraq meħtieġa, ma tingħatax
lill-Awtorità  jew lill-kuntrattur, skond il-każ, mhux
iktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha l-oġġetti kienu
aċċettati mill-Awtorità  jew mill-kuntrattur;
(b) l-azzjoni ma tinbedix fi żmien tnax-il xahar mill-
imsemmija data:
Iżda l-Awtorità  jew il-kuntrattur, skond il-każ, jista’
jestendi ż-żmien speċifikat fil-paragrafu (a) b’dak iż-żmien l-ieħor
ta’ mhux iżjed minn sitt xhur li jidhrilha xieraq jekk tkun sodisfatta
li t-talba ma setgħetx issir b’mod xieraq fiż-żmien speċifikat kif
intqal qabel:
Iżda wkoll l-Awtorità  jew il-kuntrattur, skond il-każ, ma
jkunux responsabbli għal aktar mil-limiti jew mill-ammonti
stabbiliti b’liġi, jew f’dawk iċ-ċirkostanzi li jistgħu jkunu
preskritti.
Ħlas żejjed jew 
nieqes.
66. Jekk l-ammont imħallas lill-Awtorità  jew lill-kuntrattur
għal xi drittijiet, rati, ħlasijiet jew pagamenti dovuti taħt dan l-Att,
jinsab li ma jkunx korrett, f’dak il-każ, jekk dak l-ammont ikun -
(a) ħlas żejjed, il-persuna li tkun ħallset id-drittijiet, ir-
  36      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
rati, il-ħlasijiet jew il-pagamenti jkollha dritt għall-
ħlas lura ta’ l-ammont imħallas żejjed;
(b) ħlas inqas, l-Awtorità  jew il-kuntrattur ikollhom id-
dritt li jiġbru l-ammont nieqes mingħand il-persuna li
tkun ħallset id-drittijiet, ir-rati, il-ħlasijiet jew il-
pagamenti:
Iżda, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, dak il-
ħlas żejjed jew ħlas nieqes ma jkunx jista’ jittieħed lura jekk avviż
bil-miktub, li jkollu dawk il-partikolaritajiet li b’mod xieraq ikunu
meħtieġa, ma jingħatax mill-parti li titlob il-ħlas lura jew il-ġbir
lill-parti li mingħandha jkun qed jintalab, mhux iktar tard minn
sentejn wara li l-Awtorità  jew il-kuntrattur skond il-każ, ikunu
aċċettaw l-oġġetti, hekk iżda li meta dak il-ħlas inqas ikun sar
minħabba xi deskrizzjoni jew tagħrif li wara jinsabu li ma kienux
korretti, dak iż-żmien ta’ sentejn għandu jibda jgħodd mid-data li
fiha l-Awtorità , jew il-kuntrattur, skond il-każ, għall-ewwel darba
jsiru jafu li dik id-deskrizzjoni jew it-tagħrif ma kienux korretti.
Notifika ta’ avviż.  67. Kull avviż jew dokument ieħor meħtieġ jew awtorizzat
b’dan l-Att jew taħtu li jkun notifikat lil xi persuna mill-Awtorità
jew mill-kuntrattur, jista’ jkun notifikat -
(a) billi jkun konsenjat lill-persuna; jew
(b) billi jintbagħat bil-posta reġistrata indirizzat lill-
persuna fl-indirizz tagħha tas-soltu jew fl-aħħar
indirizz magħruf tagħha;
u jekk in-notifika ssir kif provdut fil-paragrafu (b), biex tiġi
ppruvata n-notifika, ikun biżżejjed li jintwera li l-avviż jew
dokument ieħor kien indirizzat u mpustat sewwa.
TAQSIMA IX
Reati u Disposizzjonijiet Penali
Reati dwar fanali, 
bagi, eċċ. 
68. Kull persuna li, xjentement jew bi traskuraġni -
(a) tneħħi jew tibdel xi fanal, baga, anterna jew dawl ieħor
imqiegħda mill-Awtorità , jew
(b) tgħaddi minn ħdejn, torbot ma’, jew titħabbel ma’ xi
fanal, baga, anterna jew dawl ieħor kif intqal qabel,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ mhux iżjed
minn elf lira.
Wiri ta’ dawl li 
jista’ jiġi mitfixkel 
ma’ fanali, eċċ.
69. (1) Kull meta xi dawl ikun espost f’xi post jew b’dak il-
mod li jista’ jiġi mitfixkel ma’ dawl li jkun ġej minn fanal, baga
jew anterna, jew dawl ieħor imqiegħed mill-Awtorità , l-Awtorità
tista’ tinnotifika avviż lis-sid jew okkupant tal-post fejn id-dawl
ikun espost jew lill-persuna li tkun inkarigata mid-dawl, li jordna
lis-sid, lill-okkupant jew lill-persuna l-oħra, biex fi żmien xieraq li
jkun speċifikat fl-avviż, jieħdu l-passi meħtieġa biex dak id-dawl
jintefa’ jew jitgħatta b’mod effettiv u biex ma jħallux li l-istess
dawl jew dawl bħalu wara jerġa’ jkun espost.
(2) Dan l-avviż jista’ wkoll ikun notifikat billi jitwaħħal f’post
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      37
fejn jidher sewwa ħdejn id-dawl li għalih jirriferixxi l-avviż.
(3) Kull sid, okkupant jew persuna oħra li lilhom ikun ġie
notifikat avviż skond dan l-artikolu, li jonqsu mingħajr raġuni
xierqa milli jħarsu d-direttivi li jkun hemm fl-avviż, ikunu ħatja ta’
reat u jeħlu meta jinsabu ħatja, multa ta’ mhux iżjed minn elf lira u
multa oħra ta’ mhux iżjed minn mitt lira għal kull jum li matulu
jkompli r-reat.
Tfixkil ta’ dħul 
awtorizzat. 
70. Kull minn xjentement ifixkel lil xi uffiċjal ta’ l-Awtorità  fil
qadi ta’ dmirijietu taħt dan l-Att, jew lil xi persuna fit-twettiq ta’ xi
egħmil li tkun awtorizzata tagħmel mill-Awtorità , ikun ħati ta’ reat
u jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn elfejn lira, jew dik il-
multa u priġunerija flimkien.
Navigazzjoni 
mingħajr bdot.
71. Jekk -
(a) xi bastiment jinnaviga mingħajr bdot f’ċirkostanzi li
għandu jitqabbad bdot taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew
(b) il-kaptan ta’ bastiment jirrifjuta li jħares xi talba
magħmula taħt l-artikolu 61, jew jagħmel jew ikun jaf
li persuna oħra tkun għamlet xi dikjarazzjoni falza bi
tweġiba għal talba bħal dik,
il-kaptan ta’ dak il-bastiment ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab
ħati, multa ta’ mhux iżjed minn elfejn lira.
Ksur ta’ dmir minn 
bdot.
72. (1) Kull bdot li, waqt li jkun qed jippilota bastiment, bi
ksur volontarju ta’ dmir, jew b’negliġenza ta’ dmir jew minħabba
sokor -
(a) jagħmel xi att li jista’ jġib it-telf immedjat,
distruzzjoni jew ħsara serja lil dak il-bastiment jew li
jista’ minnufih iqiegħed f’periklu l-ħajja ta’ xi persuna
jew lil dik il-persuna; jew
(b) jiċħad jew jonqos milli jagħmel xi att leġittimu xieraq
u meħtieġ li jsir minnu biex iħares dak il-bastiment
minn telf, distruzzjoni jew ħsara serja, jew biex iħares
mill-periklu l-ħajja ta’ xi persuna jew lil dik il-
persuna,
ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sena jew multa ta’ mhux iżjed minn ħamest
elef lira, jew dik il-priġunerija u l-multa flimkien.
(2) Kull bdot li jonqos li jħares id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 62 ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’
mħux iżied minn ħames mitt lira.
Pilutaġġ illegali.
taġixxi bħala bdot mingħajr il-permess ta’ l-Awtorità  u mingħajr
ma jkollha l-liċenza xierqa, jew waqt li l-liċenza tagħha tkun
imħassra, sospiża jew revokata, u kull bdot li jislef il-liċenza tiegħu
lil, jew iħalli li l-liċenza tiegħu tkun użata minn xi persuna oħra,
jew jippilota bastimenti barra mil-limiti speċifikati fil-liċenza
tiegħu jew li jagħmilha ta’ bdot waqt li jkun taħt l-influwenza ta’
  38      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
xorb jew drogi, ikun ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab ħati,
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sena jew multa ta’
mhux iżjed minn ħamest elef lira, jew dik il-priġunerija u multa
flimkien.
Evażjoni ta’ 
drittijiet, rati, eċċ.
74. Jekk il-kaptan, is-sid jew l-aġent ta’ bastiment jew sid jew
l-ispeditur jew il-kunsinnatarju ta’ xi oġġetti, jevadi jew jipprova
jevadi, b’xi mezz ikun li jkun, il-ħlas ta’ xi drittijiet, rati, ħlasijiet
jew pagamenti li għandhom jinġabru taħt dan l-Att, ikun ħati ta’
reat u jeħel, meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn tnax-il xahar jew multa ta’ mhux iżjed minn elf lira, jew dik
il-priġunerija u multa flimkien u jista’ b’żieda jeħel li jħallas lill-
Awtorità  bħala penali t-tripplu ta’ l-ammont tad-drittijiet, rati,
ħlasijiet jew pagamenti li jkun evada jew li jkun ipprova jevadi.
Nuqqas ta’ tħaris 
ta’ l-artikoli 30 u 
31.
75. Kull kaptan ta’ bastiment li jikser xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 30 jew 31 ikun ħati ta’ reat u jeħel,
meta jinsab ħati, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn tliet
xhur, jew multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira, jew dik il-
priġunerija u l-multa flimkien.
Prospetti foloz.  76. Kull persuna li tagħmel, sew xjentement jew bi
traskuraġni, xi dikjarazzjoni li tkun falza f’xi partkolarità
sostanzjali f’xi prospett, talba jew dokument ieħor li jkun meħtieġ
jew awtorizzat li jsir b’dan l-Att jew taħtu, tkun ħatja ta’ reat u
teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn
tnax-il xahar jew multa ta’ mhux iżjed minn tliet elef lira, jew dik
il-priġunerija u l-multa flimkien.
Persuni li 
jipperikolaw ħajja 
jew proprjetà . 
77. Jekk xi persuna tieħu sehem fit-tagħbija, ħatt jew tqegħid
f’maħżen ta’ oġġetti f’xi port, tqiegħed f’periklu l-ħajja ta’ xi
persuna jew lil dik il-persuna jew tipperikola proprjetà  -
(a) billi tikser xi waħda mis-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolamenti magħmula jew meqjusa li saru
taħtu; jew
(b) b’xi att imferfex jew negliġenti,
tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, priġunerija għal żmien
ta’ mhux iżjed minn sitt xhur jew multa ta’ mhux iżjed minn elf
lira, jew dik il-priġunerija u multa flimkien.
Nuqqas ta’ tħaris 
ta’ direttiva ta’ l-
Awtorità  jew ta’ xi 
disposizzjoni ta’ 
dan l-Att. 
78. Kull persuna li tonqos li tħares xi direttiva mogħtija mill-
Awtorità  fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha taħt dan l-Att, jew li
tonqos li tħares xi disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolamenti
magħmula taħtu, tkun ħatja ta’ reat, u jekk xi penali ieħor ma jkunx
stabbilit f’dan l-Att għal dak ir-reat, teħel, meta tinsab ħatja, multa
ta’ mhux iżjed minn ħamest elef lira jew priġunerija ta’ mhux iżjed
minn tnax-il xahar, jew dik il-priġunerija u l-multa flimkien, u fil-
każ ta’ reat kontinwu multa oħra ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
lira għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA   ġ K AP. 352.      39
Kuntrattur jitqies 
bħala uffiċjal 
pubbliku għall-
finijiet tal-Kodiċi 
Kriminali. 
Kap. 171.
Kap. 9.
79. Kuntrattur u kull wieħed mill-impjegati tiegħu, barra minn
ħaddiema tal-port reġistrati taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza
dwar il-Ħaddiema tal-Port, fil-waqt li jkunu qed jaħdmu ix-xogħol
tagħhom skond ftehim li jkun sar bejn l-Awtorità  u l-kuntrattur taħt
l-artikolu 8(3) jitqiesu li huma uffiċjal jew impjegat pubbliku għall-
finijiet tal-Kodiċi Kriminali u ta’ kull liġi oħra ta’ xorta penali.
Riżerva għal 
disposizzjonijiet 
penali oħra.
Kap. 9.
80. Il-pieni provduti b’dan l-Att jew taħtu għandhom
japplikaw kemm-il darba l-egħmil ma jikkostitwix reat aktar gravi
taħt il-Kodiċi Kriminali jew xi liġi oħra, f’liema każ dak il-Kodiċi
jew dik il-liġi l-oħra għandhom japplikaw, hekk iżda li ebda
persuna ma tkun penalizzata darbtejn għall-istess egħmil jew
nuqqas.
TAQSIMA X 
Riżerva
Riżerva.
Kap. 170.
Kap. 100.
81.* (1) Ir-regolamenti, l-ordnijiet u l-leġislazzjoni sussidjarja
kollha magħmula taħt jew miżmuma fis-seħħ bl-Ordinanza dwar il-
Portijiet# jew bl-Ordinanza dwar id-Drittijiet tal-Portijiet#, u li
jkunu fis-seħħ qabel ma jiġi fis-seħħ dan l-artikolu, għandhom
ikomplu fis-seħħ wara daqslikieku kienu magħmula taħt id-
disposizzjoni korrispondenti ta’ dan l-Att u għandhom hekk
jitqiesu.
(4) Kull fondi stabbiliti b’xi waħda jew taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet tal-liġijiet imħassra b’dan l-artikolu għandhom,
minkejja dak it-tħassir, u mid-data tiegħu, ikomplu jseħħu
daqslikieku kienu stabbiliti taħt id-disposizzjoni korrispondenti ta’
dan l-Att, u għandhom hekk jitqiesu.
(5) Kull liċenza, permess jew awtorità  oħra mogħtija taħt xi
waħda mid-disposizzjonijiet tal-liġijiet imħassra b’dan l-Att u li
jkunu għadhom fis-seħħ minnufih qabel dak it-tħassir, għandhom
ikomplu fis-seħħ wara daqslikieku kienu liċenza, permess jew
awtorità  mogħtija taħt id-disposizzjonijiet korrispondenti ta’ dan l-
Att, u għandhom hekk jitqiesu.
Att dwar il-
Portijiet Ħielsa ta’ 
Malta.
Kap. 334.
82. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 81 l-ebda
wieħed mill-jeddijiet, dmirijiet, setgħat u obbligi mogħtija lill-
Awtorità  bis-saħħa ta’ dan l-Att, ma għandha tnaqqas jew tibdel xi
wieħed mill-jeddijiet, dmirijiet, setgħat u obbligi mogħtija lill-
Awtorità  tal-Portijiet Ħielsa bis-saħħa ta’ l-Att dwar il-Portijiet
Ħielsa ta’ Malta.
*Dan l-artikolu oriġinarjament kien jikkonsisti f’ħames subartikoli. Is-subartikoli
(1) u (2) oriġinali ġew imħollija barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji.
#Imħassra b’dan l-Att.
  40      KAP. 352. ħ        AWTORITÀ MARITTIMATA’MALTA
Emendata:
A.L. 141 ta’ l-
1998.
SKEDA 
(Artikoli 27 u 54)
Taqsima I
Il-Port il-Kbir tal-Belt Valletta esklużi dawn l-arei li ġejjin:
(a) il-biċċa art delineata bl-aħmar fuq il-pjanta L.D. 91A/98
(b) il-biċċa art delineata bl-aħmar fuq il-pjanta L.D. 97/98
(ċ) il-biċċa art delineata bl-aħdar fuq il-pjanta L.D. 91B/98
(d) il-biċċa art delineata bl-aħdar fuq il-pjanta L.D. 91C/98.
Il-pjanti L.D. 91A/98, L.D. 97/98, L.D. 91B/98 u L.D. 91C/
98 jinsabu annessi ma’ 1-att datat 1-1 ta’ Gunju, 1998 pubblikat
min-Nutar Vincent Miceli bejn il-Gvern ta’ Malta u 1-Awtorità
Marittima ta’ Malta.
Taqsima II
l. Il-Port ta’ Marsamxett. 
2. Il-Port ta’ Marsaxlokk. 
3. San Pawl il-Baħar.
4. Il-postijiet ta’ żbark -
(a) fir-Ramla-il-Bir; 
(b) fiċ-Ċirkewwa.
5. L-Imġarr, Għawdex. 
Taqsima III
1. Il-Port il-Kbir tal-Belt Valletta minbarra dawk l-arei tiegħu
li huma esklużi fit-Taqsima I. 
2. Il-Port ta’ Marsamxett.
3. Il-Port ta’ Marsaxlokk.
4. Il-Port ta’ l-Imġarr, Għawdex. 
Taqsima IV
1. Iċ-Ċentru tal-Yachting f’Ta’ Xbiex. 
2. Iċ-Ċentru tal-Yachting fl-Imsida.
3. Iċ-Ċentru tal-Yachting f’Tas-Sliema.
4. Iċ-Ċentru tal-Yachting fl-Imġarr, Għawdex. 
