SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI   ġKAP. 353.    1
KAPITOLU 353
ATT DWAR IS-SIGURTÀ 
FL-AVJAZZJONI ĊIVILI
Biex jagħti seħħ lill-Konvenzjoni dwar Reati u Ċerti Atti Oħra Imwettqa Abbord Ajruplani
(Tokyo, 1963); lill-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Qbid Illegali ta’ Ajruplani  (The Hague,
1970); u lill-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Atti Illegali Kontra s-Sigurezza ta’ l-Avjazzjoni
Ċivili (Montreal, 1971); u lill-Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ Montreal (1988).
(9 ta’ Awissu, 1991)*
Sar liġi bl-Att XX ta’ l-1991.
TAQSIM TA’ L-ATT 
Artikoli
TAQSIMA I.  Preliminari 1-2
TAQSIMA II. Disposizzjonijiet li jagħtu seħħ lill-Konvenzjoni ta’ 
Tokyo (1963)  3-10
TAQSIMA III. Disposizzjonijiet li jagħtu seħħ lill-Konvenzjoni ta’ 
The Hague (1970)  11-17
TAQSIMA IV. Disposizzjonijiet li jagħtu seħħ lill-Konvenzjoni ta’ 
Montreal (1971) u lill-Protokoll għall-Konvenzjoni 
ta’ Montreal (1988) 18-23
Ġenerali 24-27
*Ara n-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 573 tad-9 ta’ Awissu, 1991.
 2      KAP. 353.ħ      SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI
TAQSIMA I 
Preliminari 
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni
Ċivili.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, l-espressjonijiet li ġejjin għandhom rispettivament it-
tifsir li ġej, jiġifieri:
"ajruplan" tfisser kull inġenji ta’ l-ajru, sew jekk ikun inġenji ta’
l-ajru taħt kontroll Malti sew jekk le, li ma jkunx - 
(a) ajruplan militari; jew
(b) ajruplan, li ma jkunx ajruplan militari, li jkun
jappartjeni lill-Gvern ta’ Malta jew li jkun
esklussivament imħaddem fis-servizz tal-Gvern ta’
Malta għal skopijiet ta’ dwana jew pulizija:
Iżda l-Ministru jista’ b’ordni, li jista’ jinbidel jew jiġi
revokat b’ordni sussegwenti, jipprovdi li kull disposizzjoni ta’ dan
l-Att tkun tapplika b’modifikazzjonijiet jew mingħajrhom għal
ajruplani bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu (b) ta’ din it-tifsira;
"kmandant" b’riferenza għal ajruplan tfisser il-membru ta’ l-
ekwipaġġ maħtur bħala kmandant ta’ dak l-ajruplan mill-operatur
tiegħu, jew, jekk ma tkunx dik il-persuna, il-persuna li dak il-ħin
tkun il-pilota fi kmand ta’ l-ajruplan;
"il-Konvenzjoni ta’ The Hague" tfisser il-Konvenzjoni għat-
Trażżin ta’ Qbid Illegali ta’ Ajruplani, magħmula f’The Hague fis-
16 ta Diċembru, 1970;
"ajruplan taħt kontroll Malti" tfisser ajruplan -
(a) li dak iż-żmien ikun reġistrat f’Malta; jew
(b) li ma jkunx dak iż-żmien reġistrat f’xi pajjiż iżda li fil-
każ tiegħu jew l-operatur ta’ l-ajruplan jew kull min
ikollu dritt bħala sid għal xi interess legali jew
benefiku fih ikun jissodisfa dawn il-ħtiġiet li ġejjin,
jiġifieri - 
(i) li jkun persuna kwalifikata li tkun sid ta’ interess
legali jew benefiku f’ajruplan reġistrat f’Malta;
u
(ii) li jkun residenti f’Malta jew li jkollu l-post
prinċipali ta’ negozju tiegħu f’Malta; jew
(ċ) li, li jkun dak iż-żmien reġistrat f’xi pajjiż ieħor, ikun
dak iż-żmien mikri b’amministrazzjoni sħiħa jew
mikri mingħajr ekwipaġġ lil persuna li tissodisfa, jew
lil persuni li kull waħda minnhom tissodisfa, il-ħtiġiet
imsemmijin qabel jew ikun mikri kemm mingħajr
ekwipaġġ kif ukoll b’ekwipaġġ lil kumpannija ta’ l-
ajru reġistrata Malta;
"ajruplan militari" tfisser ajruplan tal-forzi navali, militari jew
ta’ l-ajru ta’ kull pajjiż;
SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI   ġKAP. 353.    3
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja; 
"operatur" b’riferenza għal ajruplan tfisser il-persuna li dak iż-
żmien ikollu t-tmexxija ta’ dak l-ajruplan;
"pilota fi kmand" b’riferenza għal ajruplan tfisser persuna li dak
il-ħin tkun inkarigata biex tippilota l-ajruplan mingħajr ma tkun
taħt ordni ta’ xi pilota ieħor fuq l-ajruplan;
"il-Konvenzjoni ta’ Montreal" tfisser il-Konvenzjoni għat-
Trażżin ta’ Atti Illegali Kontra s-Sigurezza ta’ l-Avjazzjoni Ċivili,
magħmula f’Montreal fit-23 ta’ Settembru, 1971;
"il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ Montreal" tfisser il-Protokoll
għat-Trażżin ta’ Atti Illegali ta’ Vjolenza f’Ajruporti li Jservu l-
Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, Supplimentari għall-
Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Att Illegali Kontra s-Sigurezza ta’ l-
Avjazzjoni Ċivili, magħmula f’Montreal fit-23 ta’ Settembru, 1971,
liema Protokoll ġie ffirmat f’Montreal fl-24 ta’ Frar, 1988;
"il-Konvenzjoni ta’ Tokyo" tfisser il-Konvenzjoni dwar Reati u
Ċerti Atti Oħra Kommessi Abbord Ajruplan, magħmula fl-14 ta’
Settembru, 1963;
Kap. 164. 
"Uffiċjal tal-Pulizija" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha fl-
Ordinanza dwar il-Pulizija ta’ Malta.
TAQSIMA II
Disposizzjonijiet li jagħtu seħħ lill-Konvenzjoni ta’ 
Tokyo (1963)
Tifsir għat-
Taqsima II. 
3. (1) F’din it-taqsima, ħlief fejn ir-rabta tal-kliem teħtieġ
xort’oħra, l-espressjonijiet li ġejjin għandhom rispettivament it-
tifsiriet li ġejjin, jiġifieri - 
"pajjiż tal-Konvenzjoni" tfisser pajjiż li fih tkun dak il-ħin
qiegħda sseħħ il-Konvenzjoni ta’ Tokyo; u l-Ministru jista’,
b’ordni jiċċertifika li kull pajjiż speċifikat fl-ordni jkun dak il-ħin
pajjiż tal-Konvenzjoni, u kull ordni bħal dak li dak il-ħin ikun fis-
seħħ, li iżda jista’ jiġi mibdul jew revokat b’ordni sussegwenti,
għandu jkun xiehda konklussiva li l-pajjiż in kwestjoni jkun dak il-
ħin pajjiż tal-Konvenzjoni;
Kap. 217.
"Uffiċjal ta’ l-Immigrazzjoni" għandha l-istess tifsir kif mogħti
lilha bl-artikolu 2 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni u tinkludi kull
uffiċjal pubbliku li jkun qed jaġixxi taħt dik l-awtorità.
(2) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, il-perijodu li matulu
ajruplan ikun qiegħed itir għandu jitqies li jinkludi - 
(a) kull perijodu mill-mument meta tiġi applikata l-
enerġija għall-iskop li jinqata’ mill-art fuq titjira sal-
mument meta jieqaf wara li jinżel l-art; u
(b) għall-finijiet ta’ l-artikolu 6 - 
(i) kull perijodu mill-mument meta l-bibien esterni
kollha ta’ l-ajruplan jingħalqu wara l-imbark
għal titjira sal-mument meta xi bieb tali jinfetaħ
għall-iżbark wara dik it-titjira; u
 4      KAP. 353.ħ      SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI
(ii) jekk l-ajruplan jagħmel inżul forzat, kull
perijodu wara dak l-inżul sal-ħin meta awtorità
kompetenti tassumi responsabbiltà għall-
ajruplan u għall-persuni u l-proprjetà abbord l-
ajruplan; u
(ċ) kull perijodu meta l-ajruplan, għalkemm fuq il-wiċċ
tal- baħar jew ta’ l-art, ma jkunx ġewwa l-limiti
territorjali ta’ xi pajjiż.
(3) F’din it-Taqsima, kull riferenza għal pajjiż jew il-limiti
territorjali tiegħu tinkludi riferenza għall-ibħra territorjali, jekk
ikun hemm, ta’ dak il-pajjiż.
Applikazzjoni tal-
liġi kriminali għal 
reati fuq ajruplani.
4. (1) Bla ħsara għas-subartikolu (2), kull att li jsir abbord ta’
ajruplan taħt kontroll Malti waqt li jkun f’titjira x’imkien ieħor
milli fi jew fuq Malta u li, jekk isir f’Malta, ikun jikkostitwixxi reat
taħt il-liġi fis-seħħ f’Malta jikkostitwixxi dak ir-reat.
(2) Is-subartikolu (1) ma għandux japplika għal xi att li jkun, bi
jew taħt il-liġi fis-seħħ f’Malta, espressament jew impliċitament
awtorizzat meta jsir barra minn Malta.
Ġurisdizzjoni. 
Kap. 9. 
5. Għall-fini ta’ l-artikolu 5 tal-Kodiċi Kriminali, reat li
għalih jirreferi s-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 4, għandu jitqies li
jkun sar f’Malta.
Setgħat tal-
kmandant ta’ 
ajruplan.
6. (1) Jekk, dwar xi persuna li tkun abbord ta’ l-ajruplan li
jkun qed itir, il-kmandant ikollu raġonevolment għalfejn jaħseb li l-
persuna in kwistjoni tkun għamlet jew tkun se tagħmel xi reat
kriminali jew li tkun għamlet jew tkun se tagħmel abbord ta’ l-
ajruplan xi att li jqiegħed fil-periklu jew jista’ jqiegħed fil-periklu - 
(a) is-sigurezza ta’ l-ajruplan jew tal-persuni jew
proprjetà abbord ta’ l-ajruplan; jew 
(b) il-bonordni jew dixxiplina abbord ta’ l-ajruplan,
allura, bla ħsara għall-artikolu 7, il-kmandant jista’ dwar dik il-
persuna jieħu dawk il-miżuri raġonevoli, magħdud it-trażżin tal-
persuna tagħha, skond kif ikun meħtieġ - 
(i) biex tiġi protetta s-sigurezza ta’ l-ajruplan jew
tal-persuni jew proprjetà abbord ta’ l-ajruplan;
jew
(ii) biex jinżammu l-bonordni u d-dixxiplina abbord
ta’ l-ajruplan; jew
(iii) biex il-kmandant ikun jista’ jikkonsenja dik il-
persuna skond l-artikolu 7.
(2) Meta l-kmandant ta’ l-ajruplan ikun intitolat taħt is-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu li jrażżan lil xi persuna - 
(a) kull membru ta’ l-ewkwipaġġ ta’ l-ajruplan jew kull
persuna oħra abbord l-ajruplan jistgħu -
(i) fuq it-talba jew bl-awtorità tal-kmandant, jagħti
l-għajnuna biex iseħħ dak it-trażżin;
(ii) mingħajr ma jiksbu l-awtorità tal-kmandant,
jistgħu dwar xi persuna abbord l-ajruplan, jieħdu
SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI   ġKAP. 353.    5
kull miżura bħal dawk imsemmija fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu li huma
jkollhom raġonevolment għalfejn jaħsbu li tkun
immedjatament meħtieġa biex tiġi protetta s-
sigurezza ta’ 1-ajruplan jew tal-persuni jew
proprjetà abbord l-ajruplan; u 
(b) kull membru ta’ l-ekwipaġġ għandu, jekk il-kmandant
ikun hekk jeħtieġ, jagħti dik l-għajnuna li l-kmandant
jista’ jordna. 
(3) Kull membru ta’ l-ekwipaġġ ta’ ajruplan li volontarjament
u bla kawża raġonevoli jonqos li jassisti lill-kmandant ta’ l-
ajruplan fit-trażżin ta’ xi persuna meta jkun hekk meħtieġ ikun
suġġett għal multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
Disposizzjonjiet 
anċillari għas-
setgħat taħt l-
artikolu 6.
7. (1) Meta persuna tkun taħt trażżin fuq ajruplan bis-saħħa
ta’ l-artikolu 6, il-kmandant ta’ l-ajruplan għandu hekk kif ikun
prattikabbli u jekk ikun possibbli qabel jinżel f’xi pajjiż, igħarraf
lill-awtoritajiet f’dak il-pajjiż bil-fatt li abbord għandu persuna
mrażżna u jagħti r-raġunijiet ta’ dak it-trażżin.
(2) Kull trażżin impost fuq xi persuna abbord ta’ ajruplan li jsir
bis-saħħa ta’ l-artikolu 6 ma għandux jitkompla wara l-waqt meta
għall-ewwel darba wara dak it-trażżin l-ajruplan jieqaf milli jibqa’
jtir ħlief - 
(a) għal kull perijodu (magħdud il-perijodu ta’ xi titjira
oħra) bejn dak il-ħin u l-ewwel okkażjoni ta’ wara li
fiha l-kmandant ikun jista’ b’kull kunsens meħtieġ ta’
l-awtoritajiet xierqa jiżbarka jew jikkonsenja l-persuna
mrażżna skond is-subartikolu (3); jew
(b) jekk il-persuna mrażżna taqbel li tkompli l-vjaġġ
tagħha taħt trażżin abbord ta’ dak l-ajruplan.
(3) Jekk fil-każ ta’ xi persuna abbord ta’ ajruplan il-kmandant
ta’ ajruplan ikollu għalfejn raġonevolment - 
(a) jaħseb kif imsemmi fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 6;
u 
(b) jaħseb li jkun meħtieġ li jagħmel hekk sabiex tiġi
protetta s-sigurezza ta’ l-ajruplan jew tal-persuni jew
proprjetà abbord ta’ l-ajruplan jew biex tinżamm il-
bonordni u d-dixxiplina abbord ta’ l-ajruplan,
huwa jista’ jiżbarka lil dik il-persuna f’kull pajjiż li fih jista’ jkun
dak l-ajruplan u, jekk ikun konvenjenti, jikkonsenjaha lil persuna li
jkollha l-funzjoni ta’ pulizija jew ta’ uffiċjal ta’ l-immigrazzjoni.
(4) Il-kmandant ta’ ajruplan - 
(a) jekk jiżbarka lil xi persuna bis-saħħa tas-subartikolu
(3), fil-każ ta’ ajruplan taħt kontroll Malti, f’xi pajjiż
jew, fil-każ ta’ kull ajruplan ieħor, f’Malta, għandu
jirraporta l-fatt ta’ l-iżbark, u r- raġunijiet għalih, lill-
awtoritajiet fil-pajjiż ta’ l-iżbark u għandu wkoll jitlob
lill-awtoritajiet biex jinnotifikaw rappreżentant
diplomatiku jew konsulari tal-pajjiż tan-nazzjonalità
 6      KAP. 353.ħ      SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI
ta’ dik il-persuna; jew
(b) jekk jikkonsenja lil xi persuna bis-saħħa tas-
subartikolu (3), għandu fil-ħin tal-konsenja jagħti lill-
uffiċjal xieraq dik ix-xiehda u dak it-tagħrif li
leġittimament ikunu fil-pussess tiegħu dwar il-ħtieġa li
jieħu miżuri kontra dik il-persuna bis-saħħa ta’ l-
artikolu 6.
(5) Kull kmandant ta’ ajruplan li volontarjament u mingħajr
kawża raġonevoli jonqos li jħares il-ħtieġa tas-subartikolu (4)
jeħel, meta jinstab ħati, multa ta’ ħames mitt lira.
Ġurisdizzjoni ta’ 
pajjiżi tal-
Konvenzjoni għal 
finijiet ta’ 
estradizzjoni. 
Kap. 276. 
8. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Att dwar l-
Estradizzjoni għal delitti kommessi abbord ta’ ajruplan li jkun
qiegħed itir, kull ajruplan reġistrat f’pajjiż tal-Konvenzjoni jista’,
f’kull ħin waqt li dak l-ajurplan ikun qiegħed itir, jitqies li jkun fil-
ġurisdizzjoni ta’ dak il-pajjiż sew jekk f’dak il-ħin ikun jew ma
jkunx ukoll fil-ġurisdizzjoni ta’ xi pajjiż ieħor.
Disposizzjonijiet 
dwar xiehda 
f’konnessjoni ma’ 
ajruplani. 
9. (1) Meta, fi proċedimenti quddiem xi qorti f’Malta għal
reat magħmul abbord ta’ ajruplan, tkun tenħtieġ ix-xiehda ta’ xi
persuna u l-qorti tkun sodisfatta li dik il-persuna ma tkunx tista’
tinstab f’Malta, tkun ammissibbli bħala xiehda quddiem dik il-qorti
kull dikjarazzjoni dwar is-suġġett ta’ dawk il-proċedimenti li tkun
saret qabel bil-ġurament minn dik il-persuna u li tkun hekk saret -
(a) fil-preżenza tal-persuna imputata bir-reat; u
(b) f’xi pajjiż ieħor tal-Konvenzjoni lil uffiċjal li jkollu
funzjonijiet li jkunu jikkorrispondu għall-funzjonijiet,
f’Malta, jew ta’ mħallef jew ta’ maġistrat jew ta’
uffiċjal konsulari.
(2) Kull xiehda bħal dik għandha tiġi awtentikata bil-firma ta’
l-imħallef, ta’ maġistrat jew uffiċjal konsulari, li quddiemu tkun
saret, u għandha tiġi ċċertifikata minnu bħala li tkun ittieħdet fil-
preżenza tal-persuna imputata kif intqal qabel.
(3) Ma jkunx meħtieġ fi proċedimenti li tiġi ppruvata l-firma
jew il-karattru uffiċjali tal-persuna li tkun qed tidher bħala li
awtentikat xi xiehda, jew li tkun tat dak iċ-ċertifikat kif intqal
qabel; u dak iċ-ċertifikat għandu, kemm-il darba ma jiġix ippruvat
il-kuntrarju, jkun prova biżżejjed f’kull proċediment li l-persuna
imputata kif intqal qabel kienet preżenti waqt li kienet qiegħda
tingħata x-xiehda.
Eżenzjoni minn 
responsabbiltà għal 
atti kontra ħatjin 
taħt din it-
Taqsima.
10. Il-kmandant ta’ ajruplan, kull membru ieħor ta’ l-
ekwipaġġ, kull passiġġier, kull sid jew operatur ta’ ajruplan jew
kull min għan-nom tiegħu ssir titjira jieħu azzjoni kontra xi persuna
bis-saħħa ta’ din it-Taqsima jkun eżenti minn responsabbiltà ta’ xi
miżuri meħuda kontra min jagħmel ir-reat skond din it-Taqsima
sew jekk min ikun għamel ir-reat jinstab ħati sew jekk le.
SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI   ġKAP. 353.    7
TAQSIMA III
Disposizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-Konvenzjoni ta’ The Hague 
(1970)
Tifsir. 
teħtieġx xort’oħra -
"pajjiż tal-konvenzjoni" tfisser pajjiż li f’dak il-waqt fih tkun
isseħħ il-Konvenzjoni ta’ The Hague.
Ħtif ta’ ajruplani. 
forza jew theddida ta’ forza jew b’xi forma oħra ta’ intimidazzjoni,
jieħu f’idejh jew jeżerċita l-kontroll ta’ dak l-ajruplan, jikkommetti
r-reat ta’ ħtif ta’ dak l-ajruplan.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, ajruplan jitqies li jkun
f’titjira f’kull ħin mill-mument meta l-bibien esterni kollha tiegħu
jingħalqu wara l-imbark sal-mument meta xi bieb minn dawk
jinfetaħ għall-iżbark, u fil-każ ta’ nżul forzat, it-titjira titqies li
tkompli sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li fih isir dak l-
inżul forzat jieħdu fuqhom ir-responsabbiltà għall-ajruplan u għall-
persuni u l-proprjetà abbord.
Piena għal ħtif ta’ 
ajruplan. 
13. Kull min jikkommetti r-reat ta’ ħtif ta’ ajruplan tingħatalu
piena ta’ priġunerija għal għomru.
Piena għal atti ta’ 
vjolenza konnessi 
ma’ ħtif ta’ 
ajruplan. 
14. (1) Kull min, meta jkun persuna li tkun qed tikkommetti r-
reat ta’ ħtif ta’ ajruplan, jikkommetti, f’konnessjoni ma’ dak ir-
reat, xi att ta’ vjolenza kontra xi passiġġier jew membru ta’ l-
ekwipaġġ ta’ dak l-ajruplan, jeħel l-istess piena li biha kien
punibbli taħt xi liġi li f’dak il-waqt tkun isseħħ f’Malta kieku dak l-
att kien sar f’Malta.
Kap. 9.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu "att ta’
vjolenza" tfisser kull att li jikkostitwixxi reat skond l-artikoli 211,
212, 214, 216, 217, 218, 220 u 222 tal-Kodiċi Kriminali.
Ġurisdizzjoni.
meta reat taħt din it-Taqsima jiġi kommess ’il barra minn Malta, il-
persuna li tagħmel dak ir-reat tista’ tiġi trattata dwaru daqslikieku
dak ir-reat twettaq f’Malta.
(2) Ebda qorti ma għandha tieħu konjizzjoni ta’ reat punibbli
taħt din it-Taqsima u li jsir barra minn Malta ħlief meta - 
(a) dak ir-reat isir abbord ajruplan reġistrat f’Malta; jew
(b) dak ir-reat isir abbord ajruplan li dak il-ħin ikun mikri
mingħajr ekwipaġġ lil kerrej li jkollu l-post prinċipali
ta’ negozju tiegħu, jew fejn ma jkollu ebda post ta’
negozju bħal dak, ir-residenza permanenti tiegħu
f’Malta; jew
(ċ) min ikun allegat li għamel ir-reat ikun ċittadin ta’
Malta jew ikun abbord l-ajruplan li dwaru jkun sar dak
ir-reat meta l-ajruplan jinżel Malta jew jinstab f’Malta.
 8      KAP. 353.ħ      SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI
Disposizzjonijiet 
dwar estradizzjoni. 
16. (1) Ir-reati taħt din it-Taqsima għandhom jitqiesu li jkunu
ġew inklużi bħala reati ta’ estradizzjoni u li jkun ġie provdut
għalihom fit-trattati ta’ estradizzjoni kollha magħmula minn Malta
mal-pajjiżi tal-Konvenzjoni u li jestendu għal, u jkunu obbligatorji
għal, Malta fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Kap. 276. (2) Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Att dwar l-
Estradizzjoni għal reati taħt din it-Taqsima ta’ dan l-Att, kull
ajruplan reġistrat f’Pajjiż tal-Konvenzjoni għandu, f’kull ħin waqt
li dak l-ajruplan ikun f’titjira, jitqies li jkun fil-ġurisdizzjoni ta’
dak il-pajjiż, kemm jekk dak il-ħin ikun ukoll fil-ġurisdizzjoni ta’
xi pajjiż ieħor u sew jekk ma jkunx.
Kap. 276. (3) Meta l-Att dwar l-Estradizzjoni ma jkunx japplika fil-każ
ta’ xi Stat li jkun parti fil-Konvenzjoni ta’ The Hague, il-Ministru
jista’ jagħmel ordni li jipprovdi sabiex l-Att dwar l-Estradizzjoni
jkun japplika fil-każ ta’ dak l-Istat bl-istess effett u skond l-istess
patti u kondizzjonijiet daqskieku awtorizzat bl-artikoli 4 u 7 ta’ l-
Att dwar l-Estradizzjoni u, għall-finijiet ta’ xi ordni bħal dak, dik
il-Konvenzjoni tkun ekwivalenti għall-ispeċifikazzjoni ta’ pajjiż
tal-Commonwealth taħt l-imsemmi artikolu 4 u għandha tiġi trattata
bħala arranġament bħal dak imsemmi fl-imsemmi artikolu 7.
Kap. 276. (4) Meta l-Att dwar l-Estradizzjoni jkun japplika għal xi Stat
bis-saħħa biss ta’ ordni magħmul taħt is-subartikolu (3), ebda
applikazzjoni għal estradizzjoni minn dak l-Istat ma għandha
tirreferixxi għal xi delitti ta’ estradizzjoni skond it-tifsir mogħti fl-
Att dwar l-Estradizzjoni bl-eċċezzjoni ta’ reati meqjusa li huma
nklużi fil-lista ta’ delitti ta’ estradizzjoni skond is-subartikolu (1).
Partijiet Kontraenti 
fil-Konvenzjoni. 
17. Il-Ministru jista’, b’ordni fil-Gazzetta, jiċċertifika min
huma l-partijiet kontraenti fil-Konvenzjoni ta’ The Hague u sa fejn
huma jkunu approfittaw ruħhom mid-disposizzjonijiet tal-
Konvenzjoni, u kull ordni bħal dik tkun prova konklussiva tal-
materji ċċertifikati fiha.
TAQSIMA IV
Disposizzjonijiet li jagħtu seħħ lill-Konvenzjoni ta’ Montreal 
(1971) u l-Protokoll għall-Konvenzjoni ta’ Montreal (1988)
Tifsir. 18. (1) F’din it-Taqsima, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra - 
"ajruport" tfisser kull area ta’ art jew ilma maħsuba, mgħammra,
maqtugħa għaliha jew komunement użata biex toffri faċilitajiet
għat-tlugħ u nżul ta’ l-ajruplani;
"pajjiż tal-Konvenzjoni" tfisser pajjiż li fih f’dak il-ħin ikunu fis-
seħħ il-Konvenzjoni ta’ Montreal (1970) u l-Protokoll għall-
Konvenzjoni ta’ Montreal (1988).
(2) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima - 
(a) ajruplan jitqies li jkun f’titjira f’kull ħin mill-mument
meta l-bibien esterni kollha tiegħu jingħalqu wara l-
imbark sal mument meta xi bieb minn dawk jinfetaħ
għall-iżbark, u fil-każ ta’ nżul forzat, it-tijira titqies li
SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI   ġKAP. 353.    9
tkompli sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li
fih isir dak l-inżul forzat jieħdu fuqhom ir-
responsabbiltà għall-ajruplan u għall-persuni u l-
proprjetà abbord;
(b) ajruplan jitqies li jkun qed jagħmel servizz mill-bidu
tat-tħejjija ta’ qabel it-titjira ta’ l-ajruplan mill-
persunal ta’ l-art jew mill-ekwipaġġ għal titjira
speċifika sa erbgħa u għoxrin siegħa wara xi nżul u l-
perijodu ta’ dak is-servizz għandu jinkludi l-perijodu
sħiħ li matulu l-ajruplan ikun qed itir.
Reat ta’ egħmil ta’ 
vjolenza abbord 
ajruplan f’titjira, 
eċċ.
19. (1) Kull min illegalment u bil-ħsieb - 
(a) jagħmel att ta’ vjolenza kontra persuna abbord
ajruplan f’titjira li jista’ jipperikola s-sigurezza ta’ dak
l-ajruplan; jew
(b) jiddistruġġi ajruplan li jkun qed jagħmel servizz jew
jikkaġuna ħsara lil dak l-ajruplan b’tali mod li
tinabilitah milli jtir jew li jista’ jipperikola s-sigurezza
tiegħu f’titjira; jew
(ċ) iqiegħed jew jikkaġuna li titqiegħed fuq ajruplan li
jkun qed jagħmel servizz, b’xi mezz ikun li jkun,
artifizju jew sustanza li jistgħu jiddistruġġu dak l-
ajruplan, jew li jikkaġunawlu ħsara li tista’ tipperikola
s-sigurezza tiegħu f’titjira; jew
(d) jikkomunika tali informazzjoni li hu jkun jaf li hija
falza sabiex jipperikola s-sigurezza ta’ ajruplan
f’titjira, 
ikun suġġett għal priġunerija għal għomru.
(2) Kull min illegalment u bil-ħsieb bl-użu ta’ xi artifizju,
sustanza jew arma -
(a) jagħmel att ta’ vjolenza kontra persuna f’ajruport li
jservi avjazzjoni ċivili internazzjonali li jikkaġuna jew
li jista’ jikkaġuna ferita gravi jew mewt; jew
(b) jiddistruġġi jew serjament jagħmel ħsara lill-
faċilitajiet ta’ ajruport li jservi avjazzjoni ċivili
internazzjonali jew l-ajruplani ta’ ġo fih li ma jkunux
qed jagħmlu servizz jew jisfratta s-servizzi ta’ l-
ajruport,
jekk dak l-att jipperikola jew jista’ jipperikola s-sigurezza f’dak l-
ajruport ikun suġġett għal priġunerija għal għomru jew għal xi
kastig anqas, li ma jkunx anqas minn priġunerija għal tliet snin
skond ma jidhrilha l-qorti li hu xieraq.
Kap. 9.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu "att ta’ vjolenza" tfisser kull
att li jikkostitwixxi reat skond l-artikoli 211, 212, 214, 216, 217,
218, 220 u 222 tal-Kodiċi Kriminali jew xi att li bih issir splużjoni
li min-natura tagħha tista’ tpoġġi l-ħajja fil-perikolu, jew tikkawża
ħsara serja lill-proprjetà u hija malizzjożament ikkawżata permezz
ta’ sustanza esplossiva, kemm jekk issir ħsara lil persuni jew lil
proprjetà jew le; "sustanza esplożiva" għandha l-istess tifsir kif
 10      KAP. 353.ħ      SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI
mogħti lilha bl-artikolu 314 tal-Kodiċi Kriminali.
Distruzzjoni ta’, 
jew ħsara lil, 
faċilitajiet ta’ 
navigazzjoni fl-
ajru.
20. Kull min illegalment u bil-ħsieb jiddistruġġi jew jagħmel
ħsara lil faċilitajiet ta’ navigazzjoni fl-ajru jew ifixkel it-tħaddim
tagħhom b’tali mod li jista’ jipperikola s-sigurezza ta’ l-ajruplan
fit-titjira jkun suġġett għal priġunerija għal għomru.
Ġurisdizzjoni.  21. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
meta reat taħt l-artikolu 19 jiġi kommess ’il barra minn Malta, il-
persuna li tagħmel dak ir-reat tista’ tiġi trattata dwaru daqskieku
dak ir-reat kien sar f’Malta.
(2) Ebda qorti ma għandha tieħu konjizzjoni ta’ reat punibbli
taħt l-artikolu 19 li jsir ’il barra minn Malta ħlief meta -
(a) dak ir-reat isir abbord ajruplan reġistrat f’Malta; jew 
(b) dak ir-reat isir abbord ajruplan li dak il-ħin ikun mikri
mingħajr ekwipaġġ lil kerrej li jkollu l-post prinċipali
ta’ negozju tiegħu, jew fejn ma’ jkollu ebda post ta’
negozju bħal dak, ir-residenza permanenti tiegħu
f’Malta; jew
(ċ) min ikun allegat li għamel ir-reat ikun ċittadin ta’
Malta jew ikun abbord l-ajruplan li dwaru jsir ir-reat
meta jinżel f’Malta jew jinstab f’Malta.
Disposizzjonijiet 
dwar estradizzjoni.
22. (1) Ir-reati taħt din it-Taqsima għandhom jitqiesu li jkunu
ġew inklużi bħala reati ta’ estradizzjoni u li jkun ġie provdut
għalihom fit-trattati ta’ estradizzjoni kollha magħmula minn Malta
mal-pajjiżi tal-Konvenzjoni u li jestendu għal, u jkunu obbligatorji
għal, Malta fid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att.
Kap. 276.
(2) Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Att dwar l-
Estradizzjoni għal reati taħt dan l-Att, kull ajruplan reġistrat
f’pajjiż tal-Konvenzjoni għandu, f’kull ħin waqt li dak l-ajruplan
ikun f’titjira, jitqies li jkun fil-ġurisdizzjoni ta’ dak il-pajjiż sew
jekk dak il-ħin ikun ukoll fil-ġurisdizzjoni ta’ xi pajjiż ieħor u sew
jekk ma jkunx.
Kap. 276. (3) Meta l-Att dwar l-Estradizzjoni ma jkunx japplika fil-każ
ta’ xi Stat li jkun parti fil-Konvenzjoni ta’ Montreal, jew fil-
Protokol ta’ dik il-Konvenzjoni, il-Ministru jista’ jagħmel ordni li
jipprovdi sabiex l-Att dwar l-Estradizzjoni jkun japplika fil-każ ta’
dak l-Istat bl-istess effett u skond l-istess patti u kondizzjonijiet kif
awtorizzat bl-artikoli 4 u 7 ta’ l-Att dwar l-Estradizzjoni u, għall-
finijiet ta’ dak l-ordni, dik il-Konvenzjoni tkun ekwivalenti għall-
ispeċifikazzjoni ta’ pajjiż tal-Commonwealth taħt l-imsemmi
artikolu 4 u għandha tiġi trattata bħala arranġament bħal dak
imsemmi fl-imsemmi artikolu 7.
Kap. 276. (4) Meta l-Att dwar l-Estradizzjoni jkun japplika għal xi Stat
bis-saħħa biss ta’ ordni magħmul taħt is-subartikolu (3), ebda
applikazzjoni għal estradizzjoni minn dak l-Istat ma għandha
tirreferixxi għal xi delitti ta’ estradizzjoni skond is-subartikolu (1).
Partijiet kontraenti 
tal-Konvenzjoni. 
23. Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta, jiċċertifika min
huma l-partijiet kontraenti fil-Konvenzjoni ta’ Montreal u l-
Protokol ta’ dik il-Konvenzjoni u sa fejn huma jkunu approfittaw
SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI   ġ K AP. 353.
ruħhom mid-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni, u kull ordni bħal
dik tkun konklussiva tal-materji ċċertifikati fiha.
ĠENERALI 
Ajruplani 
mħaddma minn 
oganizzazzjoni 
mista jew 
internazzjonali. 
24. Jekk il-Ministru b’ordni jiddikjara - 
(a) li xi żewġ Stati jew iżjed imsemmijin fl-ordni jkunu
waqqfu organizzazzjoni jew aġenzija li tħaddem
ajruplani; u
(b) li wieħed minn dawk l-Istati ikun ġie speċifikat biex
jeżerċita s-setgħa ta’ l-Istat ta’ reġistrazzjoni, jew biex
ikun ikkunsidrat bħala l-Istat tagħha, dwar l-ajruplani
kollha jew xi ajruplan hekk imħaddem,
allura, għall-finijiet ta’ dawk id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li l-
Ordni jista’ jippreskrivi, l-Istat hekk speċifikat jew ikkunsidrat taħt
il-paragrafu (b) jitqies li jkun l-Istat li fih l-ajruplani kollha hekk
imħaddma, jew (skond il-każ) kull tali ajruplan speċifikat fl-ordni,
huma reġistrati.
Regolamenti.
jingħata seħħ lil dan l-Att u mingħajr ħsara għall-ġeneralità ta’ dak
imsemmi qabel, jista’ jipprovdi -
(a) għall-proċedura fl-għoti ta’ għajnuna lil min jagħmel
ir-reat biex jikkomunika ma’ rappreżentant ta’ l-Istat li
tiegħu ikun ċittadin; 
(b) għan-notifikazzjoni lil xi Stat barrani ta’ xi materja li
għandha tiġi notifikata taħt dan l-Att;
(ċ) għall-għoti lura u l-konservazzjoni tal-kontroll ta’
ajruplan lill-kmandant ta’ l-ajruplan;
(d) għall-għoti lura ta’ ajruplan u t-tagħbija tiegħu, wara li
dak l-ajruplan u t-tagħbija jkunu ġew illegalment
maqbuda, lil kull persuna li tkun leġittimament
intitolata għall-pussess tagħhom;
(e) għall-għoti ta’ għajnuna lill-passiġġieri u lill-
ekwipaġġ biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom wara l-qbid
illegali ta’ ajruplan; u 
(f) għal biex issir kull investigazzjoni dwar atti illegali
jew perikolużi abbord ajruplan.
Protezzjoni ta’ 
azzjoni meħuda 
bona fidi. 
26. (1) Ebda kawża, prosekuzzjoni jew proċediment legali
ieħor ma jistgħu jsiru kontra xi persuna għal xi ħaġa li ssir jew tkun
maħsuba li ssir f’bona fidi in segwitu tad-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att.
(2) Ebda kawża jew proċediment legali ieħor ma jistgħu jsiru
kontra l-Gvern ta’ Malta għal xi ħsara kkaġunata jew li tista’ tiġi
kkaġunata għal xi ħaġa li ssir jew tkun maħsuba li ssir f’bona fidi in
segwitu tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
 12      KAP. 353.ħ      SIGURTÀ FL-AVJAZZJONIĊIVILI
Awtorizzazzjoni 
għar-ratifika ta’ 
dawn il-
Konvenzjonijiet.
27. Bis-saħħa ta’ dan l-Att, il-Gvern ta’ Malta huwa awtorizzat
li jirratifika l-Konvenzjonijiet ta’ Tokyo, ta’ The Hague u ta’
Montreal, u l-Protokol ta’ l-1988 għall-Konvenzjoni ta’ Montreal.
