ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      1
KAPITOLU 354
ATT DWAR L-ELEZZJONIJIET ĠENERALI
Biex jipprovdi dwar il-kwalifika ta’ eletturi, il-qsim tad-Distretti Elettorali, il-metodu ta’
reġistrazzjoni ta’ eletturi u l-Elezzjoni u l-Elezzjoni bil-għażla ta’ Membri tal-Parlament.
27 ta’ Settembru, 1991
L-ATT XXI ta’ l-1991, kif emendat bl-Atti XXIV ta’ l-1995 u XV ta’ l-1996; bl-Avviż Legali
178 ta’ l-1996; u bl-Atti VI ta’ l-2001 u XVI ta’ l-2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
TAQSIMA I.  Disposizzjonijiet Ġenerali  1-6
TAQSIMA II.  Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Elettorali  7-14
TAQSIMA III.  Eletturi 15-16
TAQSIMA IV.  Distretti Elettorali u Metodu ta’ l-Elezzjoni  17-18
TAQSIMA V.  Reġistrazzjoni ta’ Eletturi 19-29
TAQSIMA VI.  Pubblikazzjoni ta’ Reġistru Elettorali  30-35
TAQSIMA VII.  Appelli lill-Uffiċjal Reviżur 36-43
TAQSIMA VIII.  Avviżi, Dokumenti għall-Votazzjoni, Poloz 
tal-Votazzjoni 44-50
TAQSIMA IX.  Nomina ta’ kandidati 51-55
TAQSIMA X.  Assistenti Kummissjonarji  56-59
TAQSIMA XI.  Votazzjoni 60-79
TAQSIMA XII.  Votazzjoni fi Djar ta’ l-Anzjani  80-84
TAQSIMA XIII. Għadd tal-Voti 85-94
TAQSIMA XIV.  Rikonċiljazzjoni tar-Rendikont ta’ Poloz 
tal-Votazzjoni 95-104
TAQSIMA XV.  Klassifika tal-Voti, Elezzjonijiet Każwali u 
b’Għażla 105 
TAQSIMA XVI.  Pubblikazzjoni ta’ Riżultati 106-109
TAQSIMA XVII.  Disposizzjonijiet Penali  110-116
TAQSIMA XVIII.  Riserva u Tħassir 117-118
TAQSIMA XIX.  Riserva dwar il-Jedd ta’ Partiti Politiċi 119
L-EWWEL SKEDA: Formula ta’ Ġurament ta’ Kariga li jieħdu l-
Kummissjonarji Elettorali.
IT-TIENI SKEDA: Formula ta’ Applikazzjoni għal Reġistrazzjoni bħala 
Elettur
IT-TIELET SKEDA: Formula dwar Tibdiliet jew Trasferiment ta’ fejn
wieħed joqgħod
IR-RABA’ SKEDA: Formula ta’ Applikazzjoni għall-Korrezzjoni ta’ Isem
jew Indirizz
  2      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
IL-ĦAMES SKEDA: Applikazzjoni minn Eletturi Nisa għall-Korrezzjoni
tal-Kunjom u l-Indirizz wara Żwieġ
IS-SITT SKEDA: Formula ta’ Writ maħruġ mill-President ta’ Malta lill-
Kummissjonarji Elettorali
IS-SEBA’ SKEDA: Formula ta’ Dokument għall-Votazzjoni
IT-TMIEN SKEDA:  Formula tal-Polza
ID-DISA’ SKEDA:  Formula tan-Nomina
L-GĦAXAR SKEDA: Formula tal-Ġurament li jittieħed mill-Assistenti
Kummissjonarji Elettorali
IL-ĦDAX-IL SKEDA: Formula ta’ Ġurament li Assistent Kummissjonarju
jista’ jagħti lil Elettur
IT-TNAX-IL SKEDA: Rapport ta’ l-Ispejjez ta’ l-Elezzjoni
IT-TLETTAX-IL SKEDA: Regolamenti ta’ l-1991 dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali
(Klassifika tal-Poloz tal-Votazzjoni, Elezzjonijiet
Każwali u b’Għażla)
L-ERBATAX-IL SKEDA: Artikoli 41 sa 62 ta’ l-Ordinanza Elettorali dwar il-
Votazzjoni (Kap. 102)
IL-ĦMISTAX -IL SKEDA: Formola tal-Ġurament li Assistent Kummissjonarju
Elettorali għandu jagħti lil elettur.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      3
TAQSIMA I 
Disposizzjonijiet Ġenerali
Titolu fil-qosor.
Ġenerali.
Tifsir. 
Emendat:
XV. 1996.2;
XVI. 2002.2.
2. (1) F’dan l-Att u f’kull regolamenti magħmula bis-saħħa
tiegħu, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tfissirx xort’oħra - 
"dokument għall-votazzjoni" tfisser id-dokument għall-
votazzjoni li għandu jintbagħat lill-eletturi taħt l-artikolu 46; 
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati mwaqqfa bil-
Kostituzzjoni;
"kamra tal-votazzjoni" tfisser il-kamra li ġewwa fiha jattendu l-
eletturi f’jum il-votazzjoni sabiex jirċievu polza tal-votazzjoni,
jiktbu fuqha u jitfgħuha fil-kaxxa tal-voti;
Kap. 258.
"karta ta’ l-identità " tfisser dokument li hu karta ta’ l-identità
għall-finijiet ta’ l-Att dwar il-Karti ta’ l-Identità ;
"kaxxa tal-voti" tfisser kaxxa li ġewwa fiha l-eletturi huma
obbligati jitfgħu l-polza tal-votazzjoni markata tagħhom;
"kompartiment tal-votazzjoni" tfisser dik it-taqsima minn kamra
tal-votazzjoni fejn l-eletturi jimmarkaw il-polza tal-votazzjoni
tagħhom, u li għandha tkun mgħammra b’wiċċ ta’ mejda lixx li
fuqu wieħed ikun jista’ jikteb sew, u lapsijiet għal dak l-għan;
"Kummissjoni" għandha tfisser il-Kummissjoni Elettorali
mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni;
"partit politiku" għandha, għall-finijiet biss ta’ l-artikoli 10 u 14,
tfisser kull persuna jew grupp ta’ persuni li wara li jkunu
ikkontestaw l-elezzjoni ġenerali taħt isem wieħed ikunu
rappreżentati fil-Kamra b’mill-inqas membru wieħed jew kienu
hekk rappreżentati meta l-Kamra tkun ġiet l-aħħar xolta, u fil-każi
l-oħra kollha "partit politiku" għandha tfisser kull persuna jew
grupp ta’ persuni li jikkontestaw l-elezzjoni bħala grupp wieħed li
jkun iġib l-istess isem;
"post ta’ votazzjoni" tfisser l-iskola, bini jew kumpless jew
struttura oħra fejn ikunu jinsabu kamra jew kmamar tal-votazzjoni
u tinkludi, salvi d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 66, l-art
appartenenti, jekk ikun hemm, għal dak il-kumpless jew struttura; 
"timbru uffiċjali" tfisser it-timbru li l-Kummissjoni u l-partiti
politiċi jagħtu direttiva lill-Assistent Kummissjonarju, kif
rispettivament nominat minn kull wieħed minnhom, sabiex jużaw
fuq il-karta ta’ votazzjoni qabel ma dik il-karta ta’ votazzjoni
tingħata lill-elettur u t-timbru jista’ jkollu dik l-għamla hekk kif
kull wieħed minnhom jista’ jiddeċiedi sakemm it-timbru b’ebda
mod ma jikkostitwixxi xi forma ta’ propaganda u t-timbri tal-partiti
politiċi ma jkunux meħtieġa għall-validità  tal-karta ta’ votazzjoni.
Il-partiti politiċi li jagħżlu li jagħmlu użu minn timbri uffiċjali
għandhom jiddepożitaw stampat tat-timbru li jkun hekk se jintuża
mill- inqas siegħa qabel ma tibda l-votazzjoni. 
  4      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
(2) Kull meta b’dan l-Att hija stabbilita piena għal xi att li jsir
"qabel, matul jew wara" elezzjoni, ma għandux jittieħed kont ta’ xi
ħaġa li tkun saret qabel - 
(a) fil-każ ta’ xi elezzjoni miżmuma minħabba xoljiment
tal-Parlament skond l-artikolu 76(1) tal-Kostituzzjoni,
il-ħruġ ta’ Proklama li xxolji l-Kamra;
(b) fil-każ ta’ xi elezzjoni miżmuma minħabba xoljiment
tal-Parlament skond l-artikolu 76(2) tal-Kostituzzjoni,
tliet xhur qabel id-data ta’ dak ix-xoljiment.
Setgħa ta’ egħmil 
ta’ regolamenti. 
Emendat:
XV. 1996.3;
VI. 2001.21.
3. (1) Il-Kummissjoni tista’ tagħmel regolamenti li ma
jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew li
jkunu jmorru kontrihom, sabiex tistabbilixxi l-formuli jew il-
proċeduri li għalihom ma hemmx proċedura espressa f’dan l-Att,
biex temenda l-formuli li hemm fl-iskeda li hawn ma’ dan l-Att, u,
in ġenerali, dwar l-esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Il-Prim Ministru għandu minnufih wara l-pubblikazzjoni ta’
regolamenti bħal dawk, ipoġġi l-istess fuq il-Mejda tal-Kamra.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’
b’regolamenti taħt dan is-subartikolu jistabbilixxi d-drittijiet li
għandhom jitħallsu fir-reġistri tal-qrati tal-Maġistrati (Malta) u fil-
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) f’dak li għandu x’jaqsam mal-
preżentata ta’ appelli u rikorsi lil Uffiċjali Reviżuri taħt dan l-Att:
Kap. 12.
Iżda sakemm dawk id-drittijiet jiġu hekk stabbiliti mill-
Ministru, għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li
tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(3) Il-bord imwaqqaf taħt l-artikolu 29 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili jista’ jagħmel regoli, li ma
jkunux inkonsistenti ma’ dan l-Att, li jirregolaw appelli u rikorsi lil
Uffiċjali Reviżuri.
Approprjazzjoni 
ta’ flejjes meħtieġa 
għall-iskopijiet ta’ 
dan l-Att. 
4. (1) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi għandu, minn
żmien għal ieħor, b’warrant taħt il-firma tiegħu mibgħut lill-
Accountant General, jawtorizza u jordna illi l-flejjes kollha li jkunu
b’mod raġonevoli meħtieġa għall-ispejjeż leġittimi li jsiru fl-
esekuzzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jitħallsu mill-Fond
Konsolidat mingħajr il-bżonn ta’ ebda approprjazzjoni oħra ħlief
dan l-Att.
(2) Rendikont ta’ l-ispejjeż hekk imħallsa għandu, mill-iżjed
fis li jista’ jkun, jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Estensjoni taż-
żmien.
Emendat:
XV. 1996.4.
5. Meta ż-żmien stabbilit fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att
għat-twettiq fis-seħħ ta’ xi proċedura jkun fil-fehma tal-President
mhux biżżejjed għal dak l-iskop, il-President jista’, b’avviż maħruġ
fil-Gazzetta, itawwal dak iż-żmien kif jidhirlu li jkun jinħtieġ.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      5
Kunsinna ta’ 
applikazzjonijiet 
jew 
komunikazzjonijiet
lill-Kummissjoni 
dwar ir-
reġistrazzjoni jew 
it-trasferiment ta’ 
eletturi. 
Emendat:
XV. 1996.5.
6. (1) L-applikazzjonijiet kollha li jistgħu jsiru lill-
Kummissjoni taħt dan l-Att dwar ir-registrazzjoni, it-tħassir, il-
korrezzjoni jew it trasferiment ta’ elettur jistgħu jiġu ikkunsinnati
fl-Uffiċċju Elettorali jew fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-lokalità
fejn ikun joqgħod l-elettur, jew lil uffiċjal tal-Pulizija fi stazzjon
tal-Pulizija f’Malta jew Għawdex inkella jistgħu jiġu mibgħuta bil-
posta lill-Kummissjoni mingħajr ħlas ta’ pustaġġ.
(2) Kull segretarju ta’ Kunsill Lokali u kull uffiċjal tal-Pulizija
li lilu tkun ġiet ikkunsinnata applikazzjoni bħal dik imsemmija fis-
subartikolu (1) għandu jagħti irċevuta lil min ikun wassallu l-
applikazzjoni, jikteb fuq l-applikazzjoni d-data li fiha jkun irċeviha
u għandu jibgħatha minnufh lill-Kummissjoni.
(3) Il-Kummissjoni għandha tagħti jew tibgħat lil kull
applikant irċevuta għal kull applikazzjoni li tirċievi.
(4) Kull avviż jew kumnikazzjoni oħra bil-miktub mill-
Kummissjoni taħt dan l-Att jistgħu jintbagħtu bil-posta u jitqiesu li
waslu għand il-persuna li lilha jkunu ndirizzati fil-jum li fih ittra li
tkun ġiet regolarment impustata, tiġi kunsinnata fil-kors normali
tal-posta: 
Iżda kull avviż jew kumnikazzjoni bil-miktub mibgħuta
mill-Kummissjoni lil xi persuna dwar il-jeddijiet tagħha bħala
elettur għandhom jintbagħtu bil-mezz ta’ posta reġistrata.
(5) Ikun id-dmir tal-Kummissjoni Elettorali li tiżgura li jkun
hemm provvista sew ta’ formuli f’kull żmien disponibbli ġewwa l-
uffiċċju ta’ Kunsilli Lokali u għases tal-Pulizija.
TAQSIMA II 
Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Elettorali
Il-Kummisjoni 
Elettorali. 
Emendat:
XV. 1996.6;
XVI. 2002.3.
7. (1) Ir-reġistrazzjoni, it-trasferiment, il-korrezzjoni u t-
tħassir ta’ eletturi, il-formazzjoni tar-Reġistru Elettorali, l-
elezzjoni tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati u t-tmexxija ta’ l-
Uffiċċju Elettorali għandhom ikunu r-responsabbiltà  waħdanija tal-
Kummissjoni mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni. Il-
Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jkun responsabbli għat-
tmexxija ġenerali ta’ kuljum ta’ l-Uffiċċju Elettorali u għall-
implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.
(2) Il-Kummissjoni għandha tkun magħmula mill-
Kummissjonarju Elettorali Prinċipali bħala chairman u tmien
membri li jkunu Kummissjonarji Elettorali.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tkun korp magħqud
b’personalità  ġuridika distinta li tista’, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, tagħmel kuntratti, takkwista,
iżżomm u tneħħi kull xorta ta’ proprjetà  għall-għanijiet tal-
funzjonijiet tagħha, li tħarrek u li tiġi mħarrka, u li tagħmel dak
kollu u tieħu sehem f’kull transazzjoni li jkunu inċidentali jew li
jwasslu għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att.
(4) Ir-rappreżentanza ġuridika tal-Kummissjoni tvesti fil-
Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jew f’dak il-membru ieħor
  6      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
jew dawk il-membri oħra tal-Kummissjoni kif il-Kummissjoni
tista’ tistabbilixxi b’riżoluzzjoni, liema riżoluzzjoni ma tibdiex
isseħħ qabel ma tiġi pubblikata fil-Gazzetta.
Ġuramenti li 
għandhom jittieħdu 
mill-
Kummissjonarji.
8. Il-Kummissjonarji għandhom, mal-ħatra tagħhom, jieħdu
quddiem l-Avukat Ġenerali l-ġurament ta’ lealtà  muri fil-
Kostituzzjoni u l-ġurament tal-kariga muri fl-Ewwel Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att.
Setgħat tal-
Kummissjonarji.
9. (1) Fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom taħt dan l-Att, il-
Kummissjonarji, fin-nuqqas ta’ disposizzjoni espressa f’dan l-Att,
għandhom jagħmlu dak kollu li jidhrilhom li hu meħtieġ għat-
twettiq ta’ dmirijiethom.
(2) Fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom taħt dan l-Att, il-
Kummissjonarji għandhom is-setgħat mogħtija mil-liġi lill-Qrati
tal-Maġistrati sabiex iżommu l-ordni fis-seduti tagħhom u
jassiguraw il-qima li tistħoqq lilhom.
Delegati tal-Partit. 
Emendat:
XV. 1996.7;
XVI. 2002.4.
10. (1) Kull partit politiku jkollu l-jedd li jinnomina żewġ
delegati (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "delegati tal-partit")
biex jirrappreżentaw il-partiti mal-Kummissjoni.
(2) Id-delegati tal-partit għandhom jirrapreżentaw lil dak il-
partit politiku li jkun għamel in-nomina tagħhom mal-Kummissjoni
u jkollhom il-jedd b’mod ġenerali li jiġu avżati bil-miktub mill-
inqas darba fix-xahar bis-seduti kollha u bid-deċiżjonijiet kollha
meħudin fihom.
(3) Id-delegati tal-partit, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull
liġi oħra, għandu jkollhom kull dritt u ħelsien li jidħlu fl-Uffiċċju
Elettorali, li jaraw kull dokumentazzjoni miżmuma f’dak il-lok, li
jingħataw kopji relattivi f’format bil-miktub jew elettro-manjetiku,
u li jqabblu, jivverifikaw u jiksbu kull tagħrif dwar ix-xogħol ta’ l-
Uffiċċju Elettorali; iżda l-Kummissjoni jkollha d-dritt li tinnomina
uffiċjal tal-Kummissjoni sabiex jakkumpanja lil dawk id-delegati
f’kull ħin.
(4) Id-delegati tal-partit għandhom jibqgħu f’dik il-kariga
sakemm huma jitneħħew mill-partit politiku li jkun għamel in-
nomina tagħhom.
(5) Id-delegati tal-partiti għandhom id-dritt li jfittxu u jiksbu
mingħand il-Kummissjonarji kif ukoll mingħand kull uffiċjal ieħor
li għandu x’jaqsam mat-tmexxija, sorveljar jew sigurtà  fl-
elezzjonijiet jew ma’ xi aspett tagħhom, informazzjoni li tkun
tixhed dwar jekk dawk il-persuni ikunux qegħdin jieħdu jew ma
jieħdux miżuri biżżejjed sabiex jikkonformaw ruħhom mad-
disposizzjonijiet tal-liġi fl-elezzjonijiet li jkunu sejrin jew qegħdin
isiru, u l-Kummissjonarji jew dawk il-persuni oħra ikunu, minkejja
kull liġi oħra jew regolament ieħor, marbutin li jagħtu dik l-
informazzjoni minnufih.
(6) Minkejja kull disposizzjoni f’dan l-Att li tagħti lid-delegati
tal-partit il-jedd li jistħarrġu u jiksbu tagħrif jew il-jedd tagħhom li
jingħataw kopji ta’ dokumenti u listi mill-Kummissjoni jew minn
dipartimenti tal-gvern, dak il-jedd ma jinkludix il-jedd ta’ viżjoni
ta’ dokumenti mediċi jew ta’ dokumenti dwar l-adozzjoni ta’
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      7
eletturi jew ta’ fotografiji ta’ persuni li jkollhom dokument ta’ l-
identità  u l-jedd ta’ għarfien qabel il-jum tal-votazzjoni ta’ aspetti
ta’ sigurtà  li għandhom x’jaqsmu ma’ poloz tal-votazzjoni,
dokumenti għall-votazzjoni u t-timbru uffiċjali użat mill-
Kummissjoni fuq il-poloz. It-tagħrif, dokumenti jew listi għandhom
jingħataw lid-delegati tal-partiti oralment jew miktubin, stampati
jew f’għamla elettronika hekk kif id-delegati jistgħu jeħtieġu u
hekk kif il-Kummissjoni jkollha l-kapaċità  teknika li tipprovdi.
Fejn it-tagħrif, dokumenti jew listi ikunu ta’ natura konfidenzjali
id-delegati tal-partiti jkunu marbutin bl-istess obbligu ta’
segretezza bħal persuna li minn għandha jinkiseb it-tagħrif,
dokumenti jew listi.
Twaqqif ta’ 
Uffiċċju Elettorali. 
Emendat:
XV. 1996.8.
11. (1) Għandu jitwaqqaf Uffiċċju Elettorali bil-għan illi
jħaddem ir-reġistrazzjoni, it-trasferiment u t-tħassir ta’ eletturi, l-
organizzazzjoni meħtieġa għat-tmexxija ta’ elezzjonijiet u dak ix-
xogħol amministrattiv kollu li jista’ jkun meħtieġ li jitwettaq mill-
Kummissjoni Elettorali.
(2) L-Uffiċċju Elettorali għandu jitħaddem minn persuni fis-
servizz pubbliku u filwaqt li dawn il-persuni jkunu qegħdin jagħtu
s-servizz tagħhom fl-Uffiċċju Elettorali, huma għandhom ikunu
biss responsabbli lejn il-Kummissjoni fi ħwejjeġ dwar it-tħejjija u
l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet ġenerali.
(3) Il-Kummissjoni għandha tassigura li jiġu osservati
proċeduri ta’ kontrolli u sigurtà  partikolarment fl-aċċess għat-
terminals, l-introduzzjoni, l-użu u l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni,
u l-istampar ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni. Il-Kummissjoni
għandha tassigura wkoll li d-database tar-Reġistru Elettorali tkun
tinkludi biss dettalji dwar persuni eliġibbli għall-vot. Il-partiti
jkollhom ukoll id-dritt, qabel ma jingħata bidu għal xi proċess
elettro-manjetiku fil-proċess elettorali, li jitolbu li ssir dummy run
sabiex jassiguraw il-validità  ta’ l-istess proċess elettro-manjetiku. 
Ġurament li jieħdu 
l-persunal ta’ l-
Uffiċċju Elettorali 
u setgħa li jagħtu 
ġurament.
12. (1) Il-persunal ta’ l-Uffiċċju Elettorali għandhom, hekk
kif jinħatru, jieħdu ġurament quddiem il-Kummissjonarju Elettorali
Prinċipali li jagħmlu fedelment id-dmirijiet tal-kariga tagħhom
skond il-liġi.
(2) Kull wieħed mill-Kummissjonarji u kull uffiċjal ieħor
awtorizzat mill-Kummissjoni f’isimhom, jistgħu jagħtu ġurament
lil kull persuna meta jidhrilhom li dak il-ġurament ikun meħtieġ
sabiex jinkiseb tagħrif skond dan l-Att.
Ħatra ta’ Uffiċjali 
Reviżuri.
Emendat:
XV. 1996.9.
13. (1) Bis-saħħa ta’ dan l-Att il-Maġistrati kollha li jservu
fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
għandhom jitqiesu li huma Uffiċjali Reviżuri.
(2) L-Uffiċjali Reviżuri jistgħu jagħmlu seduti f’kull qorti jew
uffiċċju ta’ Kunsilli Lokali biex jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet
jew appelli dwar ir-reġistrazzjoni, it-trasferiment, il-korrezzjoni,
jew it-tħassir ta’ xi elettur.
(3) Dawk l-appelli jew applikazzjonijiet kollha lil Uffiċjal
Reviżur għandhom ikunu iffirmati mill-applikant jew minn persuna
li taġixxi f’isem u li tkun awtorizzata mill-applikant jew mill-
  8      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
appellant jew minn avukat jew minn prokuratur legali, u dawn
għandhom jiġu ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati
(Malta) jew tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), skond il-każ.
(4) L-Uffiċjal Reviżur għandu jistabbilixxi jum għas-smigħ ta’
l-applikazzjoni jew appell u għandu jordna li kopja ta’ l-
applikazzjoni jew appell flimkien mad-data tal-jum stabbilit għas-
smigħ għandhom jiġu notifikati lill-applikant jew l-appellant, lill-
Kummissjoni u lil kull persuna oħra li tkun tinteressaha dik l-
applikazzjoni jew dak l-appell.
(5) In-notifika ssir bil-mezz ta’ posta reġistrata. Meta persuna
li tkun se tiġi notifikata bl-applikazzjoni jew bl-appell bil-mezz ta’
posta reġistrata tibqa’ ma tinstabx, l-Uffiċjal Reviżur jordna li dik
il-persuna għandha tiġi notifikata minn uffiċjal tal-qorti. Meta dik
il-persuna tibqa’ ma tinstabx minn dak l-uffiċjal tal-qorti, l-Uffiċjal
Reviżur għandu jordna, wara li jsirlu rapport mill-uffiċjal tal-qorti
li l-applikazzjoni jew l-appell jitwaħħlu fil-post fejn soltu jitwaħħlu
l-avviżi fl-għassa tal-Pulizija u fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-
lokalità  fejn il-persuna interessata tkun toqgħod u li jiġu pubblikati
darbtejn fil-gazzetti kollha lokali ta’ kuljum u meta jkun meħtieġ,
għandu jistabbilixxi jum ieħor għas-smigħ.
(6) In-notifika tal-persuni kollha interessati għandha ssir mill-
inqas tlett ijiem qabel il-jum stabbilit għas-smigħ ta’ l-
applikazzjoni jew l-appell.
(7) Jekk l-applikant jew l-appellant jonqos li jidher fil-ġurnata
stabbilita għas-smigħ u ma jidhirx għalih avukat jew prokuratur
legali jew xi ħadd ieħor, l-applikazzjoni jew l-appell għandhom
jitqiesu bħala mitluqa.
(8) Fil-każ ta’ applikazzjoni għat-tneħħija ta’ isem ta’ persuna
mir-Reġistru Elettorali, jekk din il-persuna tonqos li tidher fil-jum
stabbilit għas-smigħ u ma jidhirx għaliha avukat jew prokuratur
legali jew xi ħadd ieħor, l-applikazzjoni tista’ tiġi maqtugħa fil-
kontumaċja.
(9) Fil-każ ta’ applikazzjoni jew appell imsejsa fuq inabilità
tal-moħħ, l-Uffiċjal Reviżur għandu, għad li jkunu assenti l-
applikanti jew l-appellant jew l-avukat, il-prokuratur legali jew
persuna oħra li tkun qed tirrappreżentah, jirreferi l-applikazzjoni
jew l-appell lill-Bord Mediku għad-deċiżjoni tiegħu.
(10) Fid-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni l-Uffiċjal Reviżur
għandu jiddikjara x’ikunu r-raġunijiet li fuqhom tkun imsejsa d-
deċiżjoni tiegħu u l-applikant jew l-appellant, il-Kummissjoni jew
l-elettur involut ikollhom jedd ta’ appell quddiem il-Qorti ta’ l-
Appell dwar punt ta’ liġi billi jsir rikors li jiġi preżentat fi żmien
sebat ijiem mill-konsenja tad-deċiżjoni ta’ l-Uffiċjal Reviżur.
(11) Ebda dritt ma jiġi intaxxat mir-Reġistru dwar ebda
applikazzjoni jew appell, għan-notifika tagħhom, għal kull
proċediment ieħor li jsir b’konsegwenza tagħhom jew għal kull
deċiżjoni dwarhom.
Ħatra ta’ Bord 
Mediku.
14. (1) Għandu jitwaqqaf Bord Mediku li lilu jiġu riferiti
kwistjonijiet dwar jekk persuna li tkun applikat biex tiġi reġistrata
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      9
bħala elettur jew li tkun diġà  hekk reġistrata, tkunx skwalifikata
milli tiġi hekk reġistrata skond l-artikolu 58(a) tal-Kostituzzjoni.
(2) Il-Bord Mediku għandu jkun magħmul minn tabib maħtur
mill-Kummissjoni, li għandu jippresjedi, u tabib maħtur minn kull
wieħed mill-partiti politiċi. Il-Bord Mediku għandu jitqies bħala li
jkun twaqqaf validament ġaladarba jkun inħatar it-tabib li
jippresjedi jew xi wieħed mill-membri.
TAQSIMA III 
Eletturi
Kwalifika għal 
eletturi.
15. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu li jaħbat
minnufih wara dan, persuna jkollha dritt li tkun reġistrata bħala
elettur għall-elezzjoni tal-Membri tal-Kamra jekk ikollha, u ma
jkollhiex dritt li tkun hekk reġistrata jekk ma jkollhiex, il-kwalifiki
meħtieġa bl-artikolu 57 tal-Kostituzzjoni u sakemm ma tiġix hekk
skwalifikata bis-saħħa ta’ l-artikolu 58 tal-Kostituzzjoni jew skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Dritt ta’ votazzjoni 
fl-elezzjonijiet. 
Emendat:
XV. 1996.10.
16. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ dan l-Att ,
kull min ikun reġistrat bħala elettur f’distrett elettorali għandu,
sakemm jibqa’ hekk reġistrat, ikollu dritt li jivvota fl-elezzjoni ta’
Membri tal-Kamra għal dak id-distrett.
(2) Ħadd ma jista’ jivvota fl-elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra
f’xi distrett ieħor li ma jkunx id-distrett li fih ikun reġistrat bħala
elettur. 
(3) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) jkun
ħati ta’ reat u jeħel, meta jinstab ħati, l-piena stabbilita għar-reati
taħt l-artikolu 112.
TAQSIMA IV
Distrett Elettorali u Metodu ta’ l-Elezzjoni
Distretti elettorali u 
numru ta’ Membri 
tal-Parlament.
17. (1) Għall-finijiet ta’ l-elezzjoni tal-Membri tal-Kamra,
Malta tkun maqsuma fi tlettax-il distrett elettorali.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 52(1) tal-
Kostituzzjoni, il-Kamra tkun magħmula minn ħamsa u sittin
membru, u kull distrett elettorali jtella’ ħames membri.
(3) Il-konfini tad-distrett elettorali msemmija fis-subartikolu
(1) jkunu dawk stabbiliti skond l-artikolu 61 tal-Kostituzzjoni.
(4) Kull tibdil fin-numru tad-distretti elettorali jew fil-konfini
tagħhom, jew fin-numru tal-Membri tal-Kamra, għandu jkollu
effett kif provdut fl-artikolu 61(2) u (3), u fl-artikolu 66(6) tal-
Kostituzzjoni:
Iżda, meta tibdil fil-konflni tad-distretti elettorali jkun ġie
pubblikat skond l-artikolu 61(3)(d) tal-Kostituzzjoni, ebda ħaġa
f’dan is-subartikolu ma għandha tiftiehem li timpedixxi l-
pubblikazzjoni ta’ xi reġistru elettorali rivedut jew li timpedixxi xi
ħtieġa oħra taħt dan l-Att li għandha x’taqsam mar-reġistrazzjoni
  10      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
ta’ l-eletturi milli tiġi esegwita skond dak it-tibdil qabel ix-
xoljiment tal-Parlament li minnu jibda jseħħ it-tibdil.
Metodu ta’ l-
elezzjoni.
18. L-elezzjoni tal-Membri tal-Kamra għandha ssir fuq il-
prinċipju tar-rappreżentanza proporzjonali, u kull elettur għandu
vot wieħed trasferibbli.
TAQSIMA V 
Reġistrazzjoni ta’ Eletturi
Investigazzjonijiet 
mill-Kummissjoni.
Emendat:
XV. 1996.11.
19. (1) Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk l-
investigazzjonijiet, u teħtieġ mingħand kull persuna dak it-tagħrif,
li jidhrilha meħtieġ sabiex issib jekk persuna għandhiex il-jedd li
tiġi reġistrata bħala elettur jew li tibqa’ hekk reġistrata jew il-post
fejn għandha tiġi reġistrata.
(2) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tiżgura li jkun hemm
persunal adegwat bil-għan ewlieni li jivverifikaw il-kwalifiki u r-
reġistrazzjoni ta’ l-eletturi u għandhom iwettqu dik il-verifika sew
ma’ l-elettur u ma’ persuni oħra li jistgħu jagħtu t-tagħrif meħtieġ,
kif ukoll ma’ kull dipartiment tal-gvern li jista’ jkollu t-tagħrif
relevanti.
Dmir ta’ l-
impjegati tal-
Gvern li jagħtu 
informazzjonijiet. 
Emendat:
XXIV. 1995.362;
XV. 1996.12.
20. (1) L-uffiċjali pubbliċi kollha fis-servizz tal-Gvern ta’
Malta u l-uffiċjali kollha ta’ kull korp imwaqqaf b’liġi huma,
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, b’din il-liġi
awtorizzati u fid-dmir li jagħtu lill-Kummissjoni l-
informazzjonijiet kollha li hija titlob sabiex hija tkun tista’ ssib
jekk persuna għandhiex il-jedd li tiġi reġistrata bħala elettur jew li
tibqa’ hekk reġistrata.
(2) Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jassisti lill-
Kummissjoni billi jordna li jsiru investigazzjonijiet, li jittieħdu
informazzjonijiet u li jiġu verifikati talbiet, u b’kull mod ieħor li
jkun meħtieġ.
(3) L-uffiċjal pubbliku jew l-uffiċjali pubbliċi responsabbli
għal kull Reġistru Pubbliku f’Malta u f’Għawdex għandhom, fl-
ewwel ħamest ijiem ta’ kull xahar, jibagħtu lill-Kummissjoni lista
bl-isem, kunjom, numru tal-karta ta’ l-identità , jekk ikun hemm, u
partikolaritajiet oħra ta’ kull persuna li l-mewt tagħha tkun ġiet
reġistrata fix-xahar ta’ qabel kif ukoll lista li jkun fiha
partikolaritajiet bħal dawk tal-persuni kollha li jkunu żżewġu matul
ix-xahar ta’ qabel u lista li jkun fiha partikolaritajiet bħal dawk tal-
persuni kollha li jkunu għalqu l-età  ta’ tmintax-il sena matul ix-
xahar ta’ qabel.
(4) Ir-Reġistratur tal-Qrati f’Malta u r-Reġistratur tal-Qrati ta’
Għawdex jew dawk il-persuni oħrajn li jkollhom dik il-funzjoni
għandhom, kull wieħed għal dik il-qorti li qiegħed fiha, fl-ewwel
ħamest ijiem ta’ kull xahar jibagħtu lill-Kummissjonarju lista bl-
isem, kunjom, numru tal-karta ta’ l-identità , jekk ikun hemm, u
partikolaritajiet oħra ta’ kull min ikun ġie interdett minħabba
f’inabilità  tal-moħħ minn qorti kompetenti kif ukoll lista li jkun
fiha partikolaritajiet bħal dawk ta’ dawk il-persuni kollha li jkunu
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      11
ngħataw kundanna ta’ priġunerija (tkun kif tkun imsejħa) ta’ aktar
minn tnax-il xahar imposta fuqhom minn Qorti ta’ Malta jew
kundanna ta’ priġunerija bħal dik li l-esekuzzjoni tagħha tkun ġiet
sospiża.
(5) Kull uffiċjal pubbliku jew persuna oħra responsabbli għal
ħabs f’Malta għandu matul l-ewwel ħamest ijiem ta’ kull xahar
jgħaddi lill-Kummissjoni lista li jkun fiha l-isem, il-kunjom, in-
numru tal-karta ta’ l-identità , jekk ikollha, u partikolaritajiet oħra
ta’ kull persuna li tkun inħelset mill-ħabs matul ix-xahar ta’ qabel.
(6) L-uffiċjal pubbliku jew persuna oħra responsabbli għall-
uffiċċju fejn tingħata jew tiġi irtirata ċ-ċittadinanza għandu matul l-
ewwel ħamest ijiem ta’ kull xahar jgħaddi lista li jkun fiha l-isem,
il-kunjom, in-numru tal-karta ta’ l-identità , jekk ikollha, u
partikolaritajiet oħra ta’ kull persuna li tkun ingħatat iċ-
ċittadinanza jew li kellha ċ-ċittadinanza tagħha irtirata matul ix-
xahar ta’ qabel.
(7) Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lid-delegati tal-partiti
kopja ta’ dawk il-listi fi żmien ħamest ijiem minn meta jkunu
waslulha.
Applikazzjoni 
għar-reġistrazzjoni.
21. (1) Kull min ikollu l-kwalifiki meħtieġa biex jivvota
f’elezzjonijiet ta’ Membri tal-Kamra jagħmel applikazzjoni għar-
reġistrazzjoni lill-Kummissjoni fil-formula li tinsab fit-Tieni Skeda
li hawn ma’ dan l-Att; iżda l-Kummissjoni għandha tirreġistra
bħala elettur lil kull min ikollu jedd li jiġi hekk reġistrat sew jekk
tkun saret dik l-applikazzjoni sew jekk le.
(2) Il-Kummissjoni għandha tirrifjuta applikazzjoni minn
persuna biex tiġi reġistrata bħala elettur u l-Kummissjoni ma
għandhiex, b’inizjattiva tagħha skond is-subartikolu (1), tirreġistra
persuna bħala elettur biss jekk dik il-persuna:
(a) tkun tilfet xi kwalifika meħtieġa sabiex tiġi reġistrata
bħala elettur skond l-artikolu 57 tal-Kostituzzjoni; jew
(b) tkun ġiet skwalifikata milli tiġi hekk reġistrata
minħabba f’xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-
artikolu 58 tal-Kostituzzjoni.
Metodu ta’ 
reġistrazzjoni.
22. Min ikollu l-jedd li jiġi reġistrat għall-vot għandu jiġi biss
reġistrat fid-distrett u bl-indirizz li fih huwa soltu jgħammar: 
Iżda jekk jiġi ppruvat għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni li
persuna ma tkunx reġistrata fid-distrett u skond l-indirizz li fih
huwa soltu jgħammar, il-Kummissjoni ma jkollhiex dritt tħassar ir-
reġistrazzjoni ta’ dik il-persuna iżda hija għandha tapplika d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23.
Trasferiment u 
korrezzjonijiet.
23. Kull min ismu jidher bħala elettur u li jkun jeħtieġ li ssir
korrezzjoni fl-isem jew indirizz tiegħu jew f’partikolaritajiet oħra
jew li jkollu ismu trasferit f’indirizz jew f’distrett elettorali ieħor
jista’ japplika lill-Kummissjoni Elettorali fil-formula li tinsab fit-
Tielet, Raba’ jew Ħames Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, skond il-
każ:
Iżda dik il-korrezzjoni jew trasferiment jistgħu jsiru mill-
  12      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Kummissjoni sew jekk tkun saret dik l-applikazzjoni sew jekk le,
sew b’inizjattiva tal-Kummissjoni nnifisha jew wara l-
applikazzjoni minn kull elettur reġistrat ieħor, hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ l-applikant, jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta
li dik il-korrezzjoni jew dak it-trasferiment ikun ġustifikat u
sakemm hija l-ewwel tavża bid-deċiżjoni tagħha bil-miktub lill-
persuna konċernata u lill-applikant, jekk ikun hemm, u kull wieħed
minnhom ikollu d-dritt ta’ appell lill-Uffiċjal Reviżur.
Tħassir ta' 
reġistrazzjoni.
24. Meta l-Kummissjoni tkun sodisfatta wara li ssirilha
applikazzjoni minn kull elettur reġistrat ieħor, hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ l-applikant, jew fuq inizjattiva tagħha stess, li xi
persuna reġistrata bħala elettur u li isimha jkun jidher fuq ir-
Reġistru Elettorali ma jkollhiex il-kwalifiki li tkun reġistrata bħala
elettur, il-Kummissjoni għandha, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 26, tħassar ir-reġistrazzjoni ta’ dak l-elettur u taqta’ ismu
barra mir-Reġistru Elettorali.
Deċiżjoni mill-
Kummissjoni dwar 
applikazzjoni, 
reġistrazzjoni, 
trasferiment, 
korrezzjoni jew 
tħassir.
25. (1) Il-Kummissjoni għandha tavża lill-appellant u lill-
elettur konċernat bid-deċiżjoni tagħha dwar kull applikazzjoni għal
reġistrazzjoni bħala elettur jew biex tikkoreġi, tittrasferixxi jew
tħassar ir-reġistrazzjoni ta’ elettur u b’kull reġistrazzjoni,
korrezzjoni, trasferiment jew tħassir li tagħmel b’inizjattiva tagħha
stess.
(2) Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk it-tibdiliet meħtieġa
fir-reġistru skond id-deċiżjoni tagħha u għandha tavża lill-elettur
konċernat u lill-applikant bid-dritt tiegħu li jappella quddiem
Uffiċjali Reviżuri.
Talba ta’ tagħrif 
mill-Kummissjoni.
Emendat:
XV. 1996.13;
XVI. 2002.5.
26. (1) Qabel ma l-Kummissjoni tgħaddi biex tħassar ir-
reġistrazzjoni ta’ elettur skond l-artikolu 24, hija għandha b’avviż
bil-miktub titlob lil dik il-persuna biex tagħti dak it-tagħrif jew dik
il-prova jew xiehda li jista’ jidhrilha meħtieġa biex jiġi stabbilit id-
dritt ta’ dik il-persuna biex tibqa’ reġistrata bħala elettur, u jekk dik
il-persuna tonqos, egħluq għaxart ijiem mill-impustar ta’ dak l-
avviż mill-Kummissjoni, milli tipprovdi bil-miktub dak it-tagħrif,
prova jew xiehda għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, il-
Kummissjoni tista’ tħassar ir-reġistrazzjoni ta’ dik il-persuna jew
taqta’ ’l barra isimha mir-Reġistru Elettorali:
Iżda fil-każ ta’ nuqqas totali ta’ persuna milli twieġeb l-
avviż fuq imsemmi egħluq il-perijodu ta’ żmien fuq imsemmi, il-
Kummissjoni ma għandhiex tipproċedi bit-tħassir tar-reġistrazzjoni
ta’ dik il-persuna jew bil-qtugħ ’il barra ta’ isimha mir-Reġistru
Elettorali qabel ma tkun innotifikat lil dik il-persuna avviż ieħor
bil-miktub biex tagħti dak it-tagħrif, prova jew xiehda għas-
sodisfazzjon tal-Kummissjoni egħluq perijodu ta’ għaxart ijiem
min-notifika ta’ dak l-avviż l-ieħor. Kopji ta’ avviżi magħmulin
konformi ma’ dan l-artikolu għandhom ukoll jiġu kkunsinnati lid-
delegati tal-partiti.
(2) Kull komunika bil-miktub li l-Kummissjoni teħtieġ li
ssirilha taħt dan l-artikolu tista’ jew tiġi konsenjata fl-Uffiċċju
Elettorali jew mibgħuta lill-Kummissjoni mingħajr ħlas ta’
pustaġġ.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      13
(3) L-avviż l-ieħor imsemmi fil-proviso tas-subartikolu (1)
għandu jiġi notifikat minn uffiċjal tal-Pulizija jew minn xi persuna
oħra maħtura għal hekk mill-Kummissjoni, u dan l-avviż għandu
jitqies li jkun ġie notifikat bil-konsenja ta’ l-avviż lill-persuna li
lilha jkun ġie indirizzat, jew lil persuna li tkun jew li
raġonevolment tkun tidher mhux taħt l-età  ta’ erbatax-il sena u li
tkun jew membru tal-familja jew tad-dar tagħha jew tkun impjegata
magħha, fl-indirizz ta’ l-elettur kif muri fir-Reġistru Elettorali.
(4) Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li taqta’ ’il barra l-isem ta’
l-elettur mir-Reġistru Elettorali, din għandha tgħarraf lill-elettur
b’dan bil-mezz ta’ ittra li tiġi lilu indirizzata u għandha wkoll
tibgħat kopja ta’ dik l-ittra lid-delegati tal-partiti.
Rifjut jew tħassir 
minħabba 
f’inabilità  tal-
moħħ.
27. (1) Il-Kummissjoni ma tistax tirrifjuta applikazzjoni minn
persuna sabiex tiġi reġistrata bħala elettur, jew tħassar ir-
reġistrazzjoni ta’ elettur, jew taqta’ ismu ’l barra mir-Reġistru
Elettorali skond l-artikolu 58(a) tal-Kostituzzjoni qabel ma l-
Kummissjoni tikseb id-deċiżjoni tal-Bord Mediku mwaqqaf bis-
saħħa ta’ l-artikolu 14 jew ħlief jekk dik il-persuna tkun ġiet
interdetta minħabba f’inabilità  tal-moħħ minn qorti kompetenti.
(2) Id-deċiżjoni tal-Bord Mediku tkun finali u torbot kemm lill-
Kummissjoni u lill-elettur u ma jista’ jsir ebda appell dwarha.
(3) Id-deċiżjonijiet tal-Bord Mediku li elettur ikollu inabiltà
tal-moħħ għandhom jittieħdu b’vot unanimu u għandhom jitwasslu
bil-miktub lill-Kummissjoni li wara tgħarraf lill-elettur bihom.
(4) Kull uffiċjal pubbliku għandu jipprovdi lill-Bord b’kull
tagħrif li jista’ jeħtieġ dwar is-saħħa ta’ persuna li l-jedd tagħha li
tiġi reġistrata jew li tkompli tiġi reġistrata bħala elettur ikun
qiegħed jiġi ikkunsidrat mill-Bord.
(5) Il-Bord Mediku għandu jirregola l-proċeduri tiegħu stess. 
Tagħrif dwar 
reġistrazzjonijiet 
ġodda, eċċ.
Emendat:
XV. 1996.14.
28. Il-Kummissjoni għandha, mill-inqas, kull xahar kalendarju
tagħti lil kull delegat ta’ partit lista li jkun fiha r-reġistrazzjonijiet
ġodda, korrezzjonijiet, trasferimenti u tħassir li jkun sar minnha
bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att li jkunu
jindikaw l-isem u l-partikolaritajiet kollha tal-persuna konċernata u
r-raġuni għaliex tkun qiegħda ssir xi bidla kif ukoll lista li jkun fiha
kull tibdil fl-ismijiet tat-toroq u l-partikolaritajiet ta’ dawk l-
eletturi li jkunu ntlaqtu minn kull bidla bħal dik.
Id-delegati tal-
partit għandhom 
jedd jiksbu tagħrif.
Emendat:
XV. 1996.15.
29. Id-delegati tal-partit għandu jkollhom l-istess setgħat
mogħtija lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ l-artikolu 19 sabiex jiksbu
tagħrif, permezz tal-Kummissjoni, mingħand uffiċjali pubbliċi
dwar il-jedd ta’ persuna li tkun reġistrata bħala elettur u d-dmir ta’
dawk l-uffiċjali pubbliċi li jagħtu dak it-tagħrif għandu jkun
japplika wkoll fir-rigward tad-delegati tal-partit. Dan it-tagħrif
għandu jingħata bid-dettalji kollha meħtieġa u għandu jingħata
minnufih. Il-Kummissjoni għandha tagħti kopja ta’ kull talba għal
tagħrif u ta’ kull risposta ukoll lid-delegati tal-partiti l-oħra.
  14      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
TAQSIMA VI 
Pubblikazzjoni ta’ Reġistru Elettorali
Reġistru Elettorali. 30. (1) Il-listi tal-persuni kollha li jkollhom jedd ikunu
reġistrati bħala eletturi għall-elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandhom jiffurmaw ir-Reġistru
Elettorali.
(2) Ir-Reġistru Elettorali għandu jintgħamel skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Ir-Reġistru Elettorali għandu jintgħamel b’dak il-mod li l-
pubbliku jsir jaf min huma dawk il-persuni li jkunu reġistrati
eletturi, u b’dak il-mod li bih ikun jista’ jintgħaraf kull elettur u
sabiex kull elettur ikollu l-opportunità  li joġġezzjona għad-dħul fil-
lista ta’ kull elettur ieħor skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Kif jintgħamel ir-
Reġistru Elettorali.
Emendat:
XV. 1996.16.
Kap. 363.
31. (1) Ir-Reġistru Elettorali għandu jintgħamel minn daqstant
taqsimiet daqskemm ikun hemm lokalitajiet, taqsima għal kull
lokalità , u kull lokalità  għandha terġa’ tinqasam f’daqstant
taqsimiet daqskemm il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ jew
konvenjenti. Għall-għanijiet ta’ din it-Taqsima ta’ l-Att, il-kelma
"lokalità " għandha l-istess tifsir bħalma għandha mogħti lilha fl-Att
dwar Kunsilli Lokali.
(2) Kull taqsima tar-Reġistru Elettorali għandha tintgħamel
f’ordni alfabetiku skond l-isem ta’ kull triq, u l-eletturi għandhom
jidhru skond l-ordni alfabetiku ta’ kunjomhom taħt isem it-triq fejn
ikunu reġistrati, u għandhom jidhru maġenb isem kull elettur dak
il-post fejn ikun soltu joqgħod u numru tad-dokument ta’ identità
tiegħu.
(3) Ir-Reġistru Elettorali jista’ jinkludi wkoll maġenb isem kull
elettur kull partikolarità  oħra li tista’ titqies meħtieġa sabiex kull
elettur ikun jista’ jiġi identifikat sew.
(4) Kull żball ta’ l-istampar f’xi partikolarità  li tidher ma
għandhiex minnha nnifisha tolqot il-jedd ta’ persuna li tivvota.
Kontenut tar-
Reġistru Elettorali.
32. (1) Ir-Reġistru Elettorali għandu jinkludi lil dawk il-
persuni kollha li għandhom jedd li jiġu reġistrati bħala eletturi
skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att, fil-jum imsemmi
fl-artikolu li jiġi wara dan.
(2) Ir-Reġistru Elettorali ma għandux jinkludi lil xi persuna li
ma jkollhiex jedd li tiġi reġistrata bħala elettur skond id-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Att, fil-jum imsemmi fl-artikolu
li jiġi wara dan.
Pubblikazzjoni tar-
Reġistru Elettorali.
Emendat:
XV. 1996.17.
33. (1) Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li jinħareġ
Reġistru Elettorali rivedut fil-Gazzetta darbtejn fis-sena, jiġifieri
fix-xahar ta’ April u fix-xahar ta’ Ottubru. Dan ir-reġistru għandu
jkun fih il-korrezzjonijiet, iż-żidiet, it-trasferimenti u t-taħsiriet
kollha li jkun hemm fil-wieħed u tletin ta’ Marzu u fit-tletin ta’
Settembru li jaħbat sew sew qabel il-ħruġ ta’ dak ir-Reġistru.
(2) Ir-Reġistru Elettorali għandu jiġi pubblikat f’żewġ għamliet
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      15
distinti. L-ewwel għamla tinqasam f’daqstant taqsimiet daqskemm
ikun hemm lokalitajiet filwaqt li t-tieni għamla tinqasam f’daqstant
taqsimiet daqs kemm ikun hemm distretti.
Għall-għanijiet ta’ dan l-Att, ir-Reġistru Elettorali kif
pubblikat fl-ewwel għamla għandu jitqies li jkun ir-Reġistru
Elettorali meħtieġ b’dan l-Att u t-tibdiliet li għandhom x’jaqsmu
mar-reġistrazzjoni ta’ eletturi f’dak ir-reġistru kif jidhru f’dik l-
ewwel għamla għandhom isiru wkoll u jiġu pubblikati mill-
Kummissjoni fir-reġistru kif pubblikat fit-tieni għamla.
(3) Kull waħda mill-għamliet tar-Reġistru Elettorali għandha
turi l-għadd sħiħ ta’ eletturi li jkunu reġistrati f’kull lokalità  jew
distrett skond il-każ, u iktar maqsumin skond it-triq, taqsima ta’
lokalità  jew lokalità  skond il-każ, kif ukoll l-għadd sħiħ ta’ eletturi
għal kull lokalità  u distrett skond il-każ li jkunu żdiedu, tħassru,
ġew trasferiti minn lokalità  jew distrett, skond il-każ, għal lokalità
oħra jew distrett ieħor, u għandha turi bil-mezz ta’ sinjal distintiv l-
ismijiet ta’ l-eletturi kollha li jkunu ġew reġistrati għall-ewwel
darba jew li jkunu żdiedu fir-reġistru wara li r-reġistrazzjoni
tagħhom tkun qabel tħassret mill-Kummissjoni. Dak it-tagħrif
għandu jingħata f’dik l-għamla li l-Kummissjoni tista’ tqis li tkun
l-iktar faċli għall-pubbliku biex jifhimha.
(4) Meta l-Kummissjoni fit-twettiq tas-setgħat tagħha skond l-
artikolu 31(1), taqsam iktar lil xi lokalità  din għandha turi dak it-
tagħrif għal kull parti minn dik il-lokalità  li tkun ġiet hekk
maqsuma iktar. 
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu ma jibqgħux iseħħu
mid-data tax-xoljiment tal-Kamra sa tmiem l-elezzjoni ġenerali li
ssir wara.
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar subartikolu qabel
dan, meta, qabel xi xoljiment tal-Kamra tad-Deputati - 
(a) xi tibdil fil-konfini tad-distretti elettorali jkun ġie
approvat mill-Kamra bis-saħħa tad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 61 tal-Kostituzzjoni; u
(b) dak it-tibdil ma jkunx intwera f’Reġistru Elettorali
rivedut skond is-subartikolu (1),
il-Kummissjoni għandha tara li jiġi pubblikat fil-Gazzetta, kemm
jista’ jkun malajr wara dak ix-xoljiment u f’kull każ mhux aktar
tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tar-Writ ta’ l-
elezzjoni fil-Gazzetta, Reġistru Elettorali rivedut, li r-reviżjoni
tiegħu tikkonsisti f’illi l-ismijiet inklużi fir-Reġistru Elettorali
pubblikat l-aħħar jintwerew skond dak it-tibdil.
(7) Il-Kummissjoni għandha b’żieda tippubblika r-Reġistru
Elettorali f’format elettro-manjetiku.
Żidiet, taħsir u 
korrezzjonijiet 
magħmulin mill-
Uffiċjal Reviżur.
34. Kull żieda, taħsira, jew korrezzjoni li tiġi ordnata li ssir fir-
Reġistru Elettorali minn Uffiċjal Reviżur skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att għandhom jiġu pubblikati mill-Kummissjoni fil-
Gazzetta u jagħmlu parti mir-Reġistru Elettorali.
  16      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
L-eletturi 
f’elezzjoni huma 
dawk miġjuba fl-
aħħar Reġistru 
Elettorali.
35. Kull meta għandha ssir elezzjoni, l-eletturi jkunu l-persuni
li isimhom ikun jidher fir-Reġistru Elettorali rivedut li jkun ħareġ l-
aħħar, suġġett għal dawk iż-żidiet, tifsiriet jew korrezzjonijiet li
jiġu ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, u l-Kummissjoni ma jkollhiex
jedd li ma tagħtix xi dokument ta’ votazzjoni lil elettur li jkun hekk
reġistrat sakemm dak l-elettur ma jkunx miet:
Iżda xejn milli jinsab f’dan l-artikolu ma għandu jagħti jedd
lil xi persuna li tivvota meta din ma jkunx għad għandha l-
kwalifikazzjonijiet meħtieġa biex tivvota, jew jeħles lil dik il-
persuna minn xi pieni li jistgħu jistħoqqulha jekk tivvota hekk.
Lanqas ma għandha ebda ħaġa f’dan l-artikolu tagħti l-jedd lil xi
persuna li tivvota jekk ma tkunx tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dan l-Att.
TAQSIMA VII 
Appelli lill-Uffiċjal Reviżur
Appelli fil-każ ta’ 
korrezzjoni jew 
trasferiment li jsiru 
bis-saħħa tal-liġi.
Emendat:
XV. 1996.18.
36. Kull min ikollu ismu jew xi partikolarità  oħra fir-Reġistru
Elettorali korretti, jew ismu trasferit għal xi indirizz jew distrett
ieħor bis-saħħa tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni bil-proviso li
jinsab ma’ l-artikolu 23 jista’ jappella lill-Uffiċjal Reviżur mhux
aktar tard minn wieħed u għoxrin jum mill-jum meta jiġi
uffiċjalment mgħarraf bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Appelli fil-każ ta’ 
rifjut ta’ 
applikazzjoni.
Emendat:
XV. 1996.19.
37. Kull min ikollu l-applikazzjoni tiegħu sabiex jiġi reġistrat
bħala elettur jew għall-korrezzjoni ta’ ismu jew partikolaritajiet
oħra li jidhru fir-Reġistru jew għat-trasferiment ta’ ismu f’indirizz
jew distrett ieħor, miċħuda mill-Kummissjoni, ikollu dritt ta’ appell
lill-Uffiċjal Reviżur mhux aktar tard minn wieħed u għoxrin jum
mill-jum meta jiġi uffiċjalment mgħarraf bid-deċiżjoni tal-
Kummissjoni.
Appelli fil-każ ta’ 
taħsir ta’ 
reġistrazzjoni.
Emendat:
XV. 1996.20;
XVI. 2002.6.
38. (1) Kull min ikollu r-reġistrazzjoni tiegħu bħala elettur
imħassra mir-Reġistru Elettorali bis-saħħa tas-setgħa mogħtija lill-
Kummissjoni skond l-artikolu 24 ikollu l-jedd li jappella lill-
Uffiċjal Reviżur.
(2) Dak l-appell jista’ jiġi ppreżentat f’kull żmien sa ħmistax-il
ġurnata qabel il-ġurnata stabbilita għall-elezzjoni, u jitħalla jsir
appell bħal dak jekk 1-applikant ikollu, fil-ġurnata meta jkun
ippreżenta l-appell, il-kwalifiki kollha li jiġi reġistrat bħala votant.
Appelli wara l-
pubblikazzjoni tar-
Reġistru Elettorali.
39. (1) Kull min ismu ma jkunx iddaħħal fir-Reġistru
Elettorali u li jgħid li jkollu l-kwalifiki meħtieġa sabiex jivvota, u,
kull elettur li jgħid li ismu, l-indirizz jew partikolaritajiet oħra
tiegħu ma jkunux intwerew b’mod korrett fir-Reġistru Elettorali,
jista’ jappella lill-Uffiċjal Reviżur sabiex ismu jiddaħħal fir-
Reġistru Elettorali jew sabiex ikollu ismu, indirizz jew
partikolaritajiet oħra korretti skond il-każ, mhux aktar tard minn
wieħed u għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tar-Reġistru Elettorali.
(2) Uffiċjal Reviżur jista’ jordna d-dħul ta’ isem persuna fir-
Reġistru Elettorali jew il-korrezzjoni ta’ ismu, l-indirizz jew
partikolaritajiet oħra tiegħu skond is-subartikolu (1) minkejja li ma
tkun saret ebda applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni għal dak il-
għan.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      17
Appelli minn terzi 
wara l-
pubblikazzjoni tar-
Reġistru Elettorali.
Emendat:
XV. 1996.21.
40. (1) Kull elettur reġistrat li jgħid li xi persuna oħra li
isimha jidher fir-Reġistru Elettorali jew ma għandhiex jedd li tkun
reġistrata bħala elettur, jew, li l-isem, l-indirizz jew partikolaritajiet
oħra relattivi tagħha ma humiex murija b’mod korrett fir-Reġistru
Elettorali skond id-disposiz-zjonijiet ta’ dan l-Att, ikollu dritt ta’
appell lill-Uffiċjal Reviżur mhux aktar tard minn wieħed u għoxrin
jum wara l-pubblikazzjoni tar-Reġistru Elettorali jew sabiex
jinqata’ barra isem dak l-elettur mir-Reġistru Elettorali jew sabiex
ismu, l-indirizz jew partikolaritajiet oħra tiegħu jidhru b’mod
korrett.
(2) Uffiċjal Reviżur jista’ jordna t-tħassir tar-reġistrazzjoni ta’
dak l-elettur jew il-korrezzjoni ta’ ismu, l-indirizz jew
partikolaritajiet oħra tiegħu skond is-subartikolu (1) minkejja li ma
tkun saret ebda applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni għal dak il-
għan.
Smigħ ta’ appelli.
Emendat:
XV. 1996.22.
41. (1) Uffiċjal Reviżur għandu qabel ma jaqta’ xi appell
jisma’ lill-appellant, lill-Kummissjoni u lill-persuna, jekk ikun
hemm, li kontriha jsir l-appell, jekk ikun hemm, u jippermetti dik
ix-xiehda oħra u jisma’ kull xhieda oħra li jista’ jqis meħtieġa.
(2) Meta l-applikazzjoni tkun għat-tħassir tar-reġistrazzjoni ta’
elettur minħabba f’inabilità  tal-moħħ, l-Uffiċjal Reviżur għandu
minnufih jirreferi dik l-applikazzjoni lill-Bord Mediku msemmi fl-
artikolu 27.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) għandhom mutatis
mutandis japplikaw għal proċedimenti quddiem il-Bord Mediku
hekk kif japplikaw għal proċedimenti quddiem Uffiċjal Reviżur.
(4) Id-deċiżjoni tal-Bord Mediku għandha tiġi iffirmata mill-
membri kollha tal-Bord Mediku u ċ-Chairman tiegħu għandu
jirreferiha lill-Uffiċjal Reviżur li għandu jaqta’ l-appell skond dik
id-deċiżjoni.
Differimenti ta’ 
appelli pendenti.
Emendat:
XV. 1996.23.
42. L-Uffiċjali Reviżuri u l-Qorti ta’ l-Appell għandhom
jiddiferixxu sine die t-trattazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet kollha
preżentati taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u li jkunu għadhom
pendenti erbatax-il jum qabel id-data appuntata għall-elezzjoni.
Ċertifikat li għandu 
jintbagħat lill-
Kummissjoni. 
Emendat:
XV. 1996.24.
43. Ir-Reġistratur ta’ kull waħda mill-Qrati tal-Maġistrati
għandu, mingħajr dewmien, jibgħat lill-Kummissjoni ċertifikat
iffirmat mir-Reġistratur personalment, bl-ismijiet, indirizzi u
partikolaritajiet tal-persuni kollha illi, b’ordni ta’ l-Uffiċjal Reviżur
għandhom jiżdiedu jew jinqatgħu ’l barra mir-Reġistru Elettorali
jew li isimhom, l-indirizz jew partikolarità  oħra tagħhom
għandhom jiġu korretti u l-Kummissjoni għandha tirrevedi r-
Reġistru Elettorali skond dak iċ-ċertifikat. Kopji ta’ dawk iċ-
ċertifikati jintbagħtu mill-Kummissjoni lid-delegati tal-partiti fi
żmien ħamest ijiem minn meta jkunu waslu għand il-Kummissjoni
u għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta kemm jista’ jkun malajr.
  18      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
TAQSIMA VIII
Avviżi, Dokumenti għall-Votazzjoni u Poloz tal-Votazzjoni
Ir-Writ ta’ l-
elezzjoni.
44. (1) Kull meta jmissha ssir elezzjoni, il-President għandu
jagħti avviż tagħha lill-Kummissjonarji b’ Writ taħt il-firma tiegħu,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ir-Writ", fil-formula miġjuba
fis-Sitt Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(2) Il-Kummissjonarji għandhom jieħdu l-ħsieb biex ir-Writ
jinħareġ fil-Gazzetta.
Avviż li għandu 
jinħareġ mill-
Kummissjonarji.
Emendat:
XV. 1996.25.
45. Fi żmien tlett ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Writ il-
Kummissjonarji għandhom jieħdu l-ħsieb li jinħarġu avviż jew
avviżi fil-Gazzetta illi jkun fihom:
(a) il-lok, u d-data u l-ħin li fihom il-Kummissjonarji
joqogħdu biex jirċievu n-nomini ta’ kandidati għall-
elezzjoni bħala Membri tal-Kamra, u kull opposizzjoni
għal dawk in-nomini, u dan il-post huwa hawnhekk
iżjed ’il quddiem f’dan l-Att imsejjaħ bħala l-Uffiċċju
Elettorali. Iż-żmien li fih nomini ta’ kandidati għall-
elezzjoni jistgħu jsiru, ma jistax ikun anqas minn tlett
ijiem u ma jibdiex igħodd qabel sitt ijiem mid-data tal-
pubblikazzjoni ta’ l-avviż imsemmi f’dan l-artikolu u
ż-żmien li matulu jistgħu jsiru l-opposizzjonijiet ma
għandux jestendi għal aktar minn jumejn mit-temm
taż-żmien stabbilit biex jiġu riċevuti n-nomini;
(b) il-postijiet u l-ġurnata u l-ħinijiet li fihom għandha ssir
il-votazzjoni. Il-votazzjoni ma tistax issir qabel ma
jgħaddu tlett ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-
avviż imsemmi fl-artikolu 54(3);
(ċ) il-post fejn il-kaxex tal-voti għandhom jittieħdu mill-
Assistenti Kummissjonarji wara li ssir il-votazzjoni, li
jkun ukoll il-post fejn dawk il-kaxex għandhom
jinżammu sa ma jingħaddu l-voti;
(d) il-post, u d-data u l-ħin li fihom għandhom jinfetħu 1-
kaxex tal-voti u għandu jsir il-għadd tal-voti.
Dokument għall-
votazzjoni.
Emendat:
XV. 1996.26.
46. (1) Il-Kummissjoni għandha fi żmien mhux aktar tard
mid-dsatax-il jum wara l-pubblikazzjoni tar-Writ, tibgħat lil kull
elettur li ismu jkun jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali rivedut,
dokument f’dan 1-Att imsejjaħ "dokument għall-votazzjoni" skond
il-forma msemmija fis-Seba’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, u li jkun
magħmul minn dik il-karta ta’ sigurezza u dak il-materjal u b’dik l-
għamla li fil-fehma tal-Kummissjoni jipprovdi ħarsien biżżejjed
kontra falsifikazzjoni. Id-dokumenti għall-votazzjoni għandhom
jiġu enumerati b’mod konsekuttiv, b’dan li kull dokument ikollu
numru distint stampat fuq quddiem:
Iżda kull meta l-Kummissjoni tkun sodisfatta li persuna li
isimha jkun jidher fir-Reġistru Elettorali tkun mejta, id-dokument
għall-votazzjoni relattiv ma għandux hekk jingħadda, u meta dak
id-dokument għall-votazzjoni jkun hekk ingħadda, il-Kummissjoni
għandha tirtirah:
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      19
Iżda wkoll meta l-Kummissjoni ma tibgħatx dokument
għall-votazzjoni lil xi elettur li l-Kummissjoni ma jkollhiex ritratt
fotografiku tiegħu, u dwar dawk l-eletturi il-Kummissjoni għandha
timxi skond din il-proċedura:
(i) fi żmien tlett ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Writ,
il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-
Gazzetta lista ta’ l-eletturi msemmija li tkun turi
l-isem, kunjom, residenza u numru tal-karta ta’
l-identità  tagħhom;
(ii) l-ismijiet ta’ dawk l-eletturi ma għandhomx jiġu
pubblikati fil-lista msemmija fis-subartikolu (5);
(iii) id-dokument għall-votazzjoni ta’ dawk l-eletturi
għandu biss jinħareġ jekk l-elettur ikun
jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-artikolu 47 u għandu
jkun skond id-disposizzjonijiet ta’ dak l-
artikolu.
(2) Il-partiti politiċi għandhom jingħataw kull faċilità
raġonevoli li josservaw l-istampar tad-dokumenti għall-votazzjoni
kollha, li jivverifikaw l-eżattezza tagħhom u b’mod ġenerali li
jassiguraw li jiġu stampati biss id-dokumenti għall-votazzjoni ta’
eletturi li jkollhom jedd għalihom.
Il-Kummissjoni għandha wkoll tistampa fuq id-dokument
għall-votazzjoni dak il-kodiċi ta’ sigurezza raġonevoli li jista’ hekk
jintalab mill-partiti politiċi u hekk kif il-Kummissjoni jista’
jidhrilha li jkun sew, b’dan illi l-partiti politiċi għandhom
jikkonsenjaw dak il-kodiċi ta’ sigurezza lill-Kummissjoni
immedjatament qabel ma jinbeda l-istampar tad-dokumenti għall-
votazzjoni jew mhux aktar tard minn dak iż-żmien, li ma jkunx
aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel l-istampar, li l-
Kummissjoni tista’ tistabbilixxi minħabba esiġenzi tekniċi; id-
delegati għandhom jingħataw ukoll il-faċilità  li jivverifikaw l-
eżattezza tagħhom anke permezz ta’ dummy run tal-proċess u
permezz ta’ audit trails li jistabbilixxu l-validità  tas-sistema f’kull
ħin tal-proċess u jingħatalhom kopja ta’ l-audit trail.
(3) Id-dokumenti għall-votazzjoni stampati skond is-
subartikolu ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandhom, sakemm dawn
jingħataw lill-eletturi, jinżammu f’kaxex siġillati bis-siġill tal-
Kummissjoni. Id-delegati tal-partiti jkollhom il-jedd jagħmlu s-
siġilli tagħhom fuq dawk il-kaxex u li jkunu preżenti kull meta
dawk is-siġilli jinkisru. Dan l-artikolu għandu japplika wkoll
mutatis mutandis għal dawk id-dokumenti għall-votazzjoni li
jibqgħu ma jitqassmux, skond is-subartikolu (4), meta jinħarġu d-
dokumenti għall-votazzjoni skond is-subartikolu (6), u għal dawk
id-dokumenti għall-votazzjoni li jibqgħu ma jitqassmux.
(4) Id-dokument għall-votazzjoni għandu jiġi nnotifikat lil kull
elettur minn uffiċjal tal-Pulizija jew minn persuna oħra maħtura
għaldaqshekk mill-Kummissjoni, u dan id-dokument jitqies li ġie
innotifikat bil-kunsinna tiegħu lill-elettur li għalih ikun indirizzat,
jew lil persuna ta’ l-età , li jew tkun toqgħod fl-istess indirizz jew li
tkun fl-impieg tiegħu, fl-indirizz ta’ l-elettur kif miġjub fir-
Reġistru Elettorali. Il-partiti politiċi jkollhom il-jedd li kull wieħed
  20      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
jinnomina rappreżentant sabiex jakkumpanja lil kull uffiċjal tal-
Pulizija jew persuna oħra li jkunu qegħdin jagħmlu n-notifiki kif
imsemmi qabel.
(5) Meta l-Kummissjonarji ma jkunux jistgħu jesegwixxu n-
notifika tad-dokument hawn fuq imsemmi huma għandhom, mill-
aktar fis li jista’ jkun, joħorġu fil-Gazzetta lista bl-ismijiet, numru
tal-karta ta’ l-identità  u indirizzi tal-persuni li ma jkunux ġew
innotifikati bid-dokument għall-votazzjoni, u għandhom jagħtu r-
raġuni li għaliha ma tkunx saret in-notifika.
(6) Kull min ma jkunx ġie innotifikat bid-dokument għall-
votazzjoni u li ismu jkun miġjub fuq il-lista maħruġa skond is-
subartikolu ta’ qabel dan, jista’ sal-Ħamis sew sew qabel il-ġurnata
ta’ l-elezzjoni, jidher quddiem wieħed mill-Kummissjonarji jew
persuni oħra maħturin mill-Kummissjoni sabiex jagħmluha flok il-
Kummissjonarji u jitlob il-kunsinna tad-dokument.
(7) Il-Kummissjonarju jew persuna oħra maħtura mill-
Kummissjoni biex tagħmilha flok il-Kummissjonarji jista’
jeżamina bil-ġurament kull persuna li hekk tidher sabiex jiżgura
ruħu mill-identità  tagħha u jara jekk għandhiex jedd li tirċievi d-
dokument:
Iżda l-imsemmi dokument ma għandux jingħatalha kemm-il
darba ma tipproduċix il-karta ta’ l-identità  tagħha lill-
Kummissjonarji.
(8) Il-Kummissjoni għandha tippubblika minn fejn u f’liema
ħinijiet l-eletturi jkunu jistgħu jirtiraw id-dokumenti għall-
votazzjoni tagħhom skond ma hemm fis-subartikolu (6). Il-
Kummissjoni tista’ tistabbilixxi liema post trid minn fejn ikunu
jistgħu jiġu irtirati d-dokumenti għall-votazzjoni li ma jkunux ġew
konsenjati b’dan illi l-Kummissjoni għandha tippermetti żmien sew
għall-ġbir ta’ dokumenti minn kull lokalità  u perijodu ta’ żmien
ieħor għall-ġbir tagħhom mill-uffiċċji tagħha.
(9) Minkejja kull ħaġa li tinsab fis-subartikoli (6), (7) u (8),
meta l-Kummissjoni ssir taf li persuna li isimha jidher fuq il-lista
msemmija fis-subartikolu (5) tkun reġistrata f’dar ta’ mistrieħ, jew
li tkun qiegħda fi sptar, jew li tkun tbati minn xi disabilità  jew li
tkun tinsab dejjem fis-sodda jew li tkun mod ieħor fiżikament
inkapaċi milli tidher f’wieħed mill-postijiet stabbiliti mill-
Kummissjoni skond is-subartikolu (8) sabiex titlob li jingħatalha d-
dokument għall-votazzjoni tagħha, ikun id-dmir tal-Kummissjoni li
twassal dak id-dokument lill-persuna konċernata jew permezz ta’
wieħed mill-kummissjonarji jew minn xi persuna li tkun maħtura
għal dak il-għan mill-Kummissjoni minflokhom. Il-
Kummissjonarju jew il-persuna maħtura kif imsemmi qabel jistgħu
jinterrogaw lil dik il-persuna bil-ġurament sabiex tiġi stabbilita l-
identità  tagħha u t-talba tagħha li tingħata d-dokument. Dak id-
dokument ma għandux jingħata lil dik il-persuna kemm-il darba ma
turix il-karta ta’ l-identità  tagħha lill-Kummissjonarju jew lill-
persuna maħtura kif imsemmija qabel, skond il-każ.
(10) Jekk għal xi raġuni li tkun minbarra xi raġuni minn dawk
imsemmija fl-artikolu 47, il-Kummissjoni tiddeċiedi li jkun
meħtieġ li tistampa mill-ġdid xi dokument jew dokumenti għall-
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      21
votazzjoni, il-Kummissjoni għandha minnufih tgħarraf b’dan lill-
partiti politiċi billi tagħtihom it-tagħrif kollu meħtieġ dwar dan.
Kull dokument li jiġi hekk stampat mill-ġdid għandu jkollu l-kelma
"REPRINT" tidher fuqu, sakemm din il-kelma ma tkun tgħatti
b’ebda mod xi biċċa mit-tagħrif li jkun hemm fuq id-dokument.
(11) Il-partiti politiċi għandhom jingħataw il-fakultà  li
jissorveljaw il-proċess imsemmi fis-subartikoli preċedenti. 
Dokument għall-
votazzjoni speċjali.
Emendat:
XV. 1996.27.
47. Meta persuna li isimha jkun jidher fl-aħħar Reġistru
Elettorali rivedut, iżda li ma jkunx jidher fil-lista pubblikata skond
l-artikolu 46(5), ma tkunx irċeviet id-dokument għall-votazzjoni
jew, wara li tkun irċeviet dak id-dokument, tkun tilfitu  jew
iddistruġġietu, dik il-persuna tista’ mhux iktar tard mid-9.00 p.m.
ta’ l-Erbgħa li jiġi minnufih qabel ma tibda l-votazzjoni, tidher
quddiem wieħed mill-Kummissjonarji, u jekk - 
(a) tipprova l-identità  tagħha billi tipproduċi l-karta ta’ 1-
identità  tagħha; u
(b) tagħmel dikjarazzjoni bil-ġurament quddiem dak il-
Kummissjonarju li ma tkunx irċeviet id-dokument
għall-votazzjoni  jew li, wara li tkun irċeviet dak id-
dokument, tkun tilfitu jew iddistruġġietu, u dawk id-
dikjarazzjonijiet l-oħra bil-ġurament li l-
Kummissjonarju jista’ jeħtieġ,
din għandha tingħata dokument għall-votazzjoni li fuqu jkun hemm
il-kelma "SPEĊJALI", sakemm din il-kelma ma tkun tgħatti b’ebda
mod xi biċċa mit-tagħrif li jkun hemm fuq id-dokument. Il-kelma
"SPEĊJALI" għandha tiddaħħal ukoll maġenb isem dak l-elettur
fil-lista msemmija fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 64 u lista tal-
persuni kollha li lilhom ikun inħareġ dokument għall-votazzjoni
skond dan is-subartikolu għandha tinżamm fl-Uffiċċju Elettorali u
tkun miftuħa għal spezzjoni minn kull kandidat, aġent elettorali,
aġent tal-partit jew delegat tal-partit f’kull ħin xieraq sakemm
tagħlaq il-votazzjoni.
Numru ta’ 
Dokumenti għall-
votazzjoni.
Emendat:
XV. 1996.28.
48. (1) Mhux iktar tard mill-Ġimgħa qabel ma tibda l-
votazzjoni, il-Kummissjonarji għandhom jieħdu ħsieb li
jippubblikaw fil-Gazzetta lista li tkun turi n-numru ta’ dokumenti
għall-votazzjoni li ġew stampati, in-numru imqassam skond l-
artikolu 46(1), l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni li sa dak il-ħin
ikunu talbu l-kunsinna tad-dokumenti skond l-artikolu 46(6), in-
numru ta’ dokumenti għall-votazzjoni maħruġin skond l-artikolu 47
u l-isem, l-indirizz u n-numru tal-karta ta’ l-identità  tal-persuni li
lilhom dawk id-dokumenti jkunu ġew kunsinnati, in-numru ta’
dokumenti għall-votazzjoni li nżammu milli jingħataw u r-
raġunijiet għal dan u l-ismijiet, l-indirizzi u n-numri tal-karta ta’ l-
identità  ta’ l-eletturi konċernati u n-numru ta’ dokumenti għall-
votazzjoni li jkunu baqgħu ma nġabrux u l-ismijiet, l-indirizzi u n-
numri tal-karta ta’ l-identità  ta’ l-eletturi konċernati.
(2) Kull partit politiku jkollu d-dritt jinnomina rappreżentanti
tiegħu sabiex ikunu preżenti waqt il-ħruġ tad-dokumenti għall-
votazzjoni skond l-artikolu 46(6) u l-artikolu 47 u għal dan il-għan
il-partiti msemmijin għandhom jiġu provduti mill-Kummissjoni
  22      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
b’dak it-tagħrif kollu li jista’ jinħtieġ minnhom u li huma jistgħu
jqisu bħala li hu meħtieġ għall-aħjar qadi ta’ dmirijiethom.
Poloz tal-
votozzjoni.
Emendat:
XV. 1996.29;
XVI. 2002.7.
49. (1) Il-Kummissjoni għandha kemm jista’ jkun
prattikament fil-qrib tal-jum tal-votazzjoni tistampa dak l-għadd ta’
poloz tal-votazzjoni daqskemm jista’ jenħtieġ għall-votazzjoni
f’dik l-għamla u fuq dak il-materjal skond kif jista’ jiġi provdut
f’dan l-Att u mhux iktar tard minn jumejn qabel il-bidu tal-
votazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tippubblika fil-
Gazzetta tal-Gvern in-numru ta’ poloz tal-votazzjoni stampati għal
kull distrett elettorali u n-numru li jkun se jitqassam f’kull kamra
tal-votazzjoni individwali.
(2) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-poloz tal-votazzjoni
jintgħamlu minn dik it-tip ta’ karta li tipprovdi sigurtà  u li jkollhom
dawk is-sinjali li jkunu jiżguraw li ma jistgħux jiġu duplikati.
(3) Il-polza ta’ kull elettur għandha tkun magħmula minn karta
bħal fil-formula li tidher fit-Tmien Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, li
jkun fiha lista tal-kandidati deskritti bl-isem (inkluż kull laqam), l-
indirizz u l-professjoni jew ix-xogħol kif mogħtija fil-polza tan-
nomina ta’ kull wieħed minnhom u kif approvat mill-
Kummissjonarji Elettorali.
(4) Il-kandidati għandhom jitqassmu skond il-partit politiku u,
f’kull grupp ta’ kull partit alfabetikament skond kunjomhom. Jekk
ikun hemm żewġ kandidati jew iktar ta’ partit wieħed bl-istess
kunjom, dawn jitqassmu fl-ordni ta’ l-isem jew l-ismijiet l-oħra
tagħhom.
(5) Kull partit politiku li jikkontesta l-elezzjoni għandu jagħti
lill-Kummissjoni l-isem tal-kandidati li jkunu qegħdin jikkontestaw
l-elezzjoni fl-interess tiegħu. Dik il-lista għandha tkun prova
konklussiva dwar jekk kandidat partikolari jkunx jappartjeni għal
dak il-partit politiku.
(6) Jekk mogħti mill-partit li miegħu jkun jagħmel, għandu jiġi
stampat fuq il-polza minnufih wara l-isem ta’ kull kandidat li jkun
jagħmel ma’ dak il-partit kull badge jew distintiv, approvat mill-
Kummissjoni, li juri l-partit politiku, jekk ikun hemm, li miegħu l-
kandidat jagħmel, jew li b’xi mod ieħor jitqies li jgħin sabiex bih l-
elettur jista’ jagħraf lill-kandidat.
(7) Il-poloz għandhom juru kuluri differenti għall-partiti li
jikkontestaw it-taqsimiet elettorali kollha u li jkollhom mhux inqas
minn erba’ kandidati f’kull taqsima. Dawk il-kuluri għandhom
jingħataw mill-Kummissjoni:
Iżda kull partit jista’ jirrifjuta l-kulur mogħti lilu, u f’kull
każ bħal dan il-polza ma turi ebda kulur speċjali għal dak il-partit.
(8) Il-partiti jitniżżlu fuq il-polza fl-ordni alfabetiku.
Tqassim tal-Poloz. 50. (1) F’jum jew jiem kemm jista’ jkun qrib il-jum ta’
votazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipprepara f’pakketti differenti
l-poloz u d-dokumenti oħra kollha u materjal li jkunu se jiġu
kunsinnati lill-Assistenti Kummissjonarji fil-jum ta’ votazzjoni.
(2) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tibqa’ żżomm il-
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      23
pakketti kollha sal-jum tal-votazzjoni meta mbagħad
tikkunsinnahom lill-Assistenti Kummissjonarji qabel ma tibda l-
votazzjoni.
(3) Ir-rappreżentati tal-partiti politiċi għandhom jingħataw kull
faċilità  raġonevoli sabiex jissorveljaw l-istampar u l-verifika tal-
poloz kollha, l-ippakkjar ta’ dawk il-poloz u t-tqassim tagħhom lill-
Assistenti Kummissjonarji, u li jagħmlu s-siġilli tagħhom fuq il-
pakketti kollha preparati mill-Kummissjoni Elettorali għall-
kunsinna lill-Assistenti Kummissjonarji.
TAQSIMA IX 
Nomina ta’ Kandidati
Nomina ta’ 
kandidati.
Emendat:
XV. 1996.30;
XVI. 2002.8.
51. (1) Il-kandidat għal elezzjoni għandu jiġi nominat bil-
miktub. Il-formula tan-nomina, li għandha tkun skond kif hemm
fid-Disa’ Skeda li tinsab ma’ dan l-Att, għandha tkun iffirmata
mill-kandidat innifsu (jew, jekk ikun nieqes minn dawn il-Gżejjer,
minn rappreżentant tiegħu maħtur għaldaqshekk), u mill-anqas
minn erba’ eletturi rreġistrati fid-distrett elettorali li għalih il-
kandidat ikun nominat. Il-formula tan-nomina għandha tiġi
kkunsinnata lil wieħed mill-Kummissjonarji fl-Uffiċċju Elettorali
mill-kandidat innifsu, jew, jekk ma jkunx jista’ minħabba mard jew
għax ikun nieqes minn dawn il-Gżejjer, mir-rappreżentant leġittimu
tiegħu, awtorizzat bil-miktub, fiż-żmien miġjub fl-avviż imsemmi
fl-artikolu 45.
(2) Minnufih wara li l-formula tan-nomina tiġi kkunsinnata lill-
Kummissjoni, l-isem tal-kandidat għandu jiġi mwaħħal fid-daħla
tal-Uffiċċju Elettorali b’indikazzjoni tad-distrett li għalih il-
kandidat ikun ġie nominat. Il-kunsinna tal-formula tan-nomina lill-
Kummissjoni u l-aċċettazzjoni tal-kunsinna mill-Kummissjoni ma
għandhiex minnha nnifisha tindika l-validità  tan-nomina u l-
Kummissjoni ma għandha tagħmel ebda dikjarazzjoni dwar dan
ħlief li tgħarraf lill-kandidat b’dan u tirċievi l-kunsinna tal-formula
u tad-depositu, jekk ikun hemm, u tagħti r-riċevuta dovuta.
(3) Tista’ ssir oppożizzjoni għal nomina minħabba li l-kandidat
ma jkunx reġistrat bħala elettur fir-Reġistru Elettorali l-aħħar
pubblikat jew li fiha d-deskrizzjoni tal-kandidat ma tkunx biżżejjed
sabiex jiġi identifikat, minħabba li l-formula tan-nomina ma tkunx
magħmula jew ma tkunx ġiet ikkunsinnata skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew minħabba li l-kandidat ikun ġà
ġie nominat għal żewġ distretti elettorali:
Iżda ma tista’ ssir ebda oppożizzjoni wara t-temm taż-
żmien stabbilit biex issir dik l-oppożizzjoni fl-avviż imsemmi fl-
artikolu 45.
(4) Kull oppożizzjoni għandha tkun bil-miktub, iffirmata mill-
persuna li tagħmilha u għandu jkun fiha r-raġuni li għaliha qiegħda
ssir. Il-Kummissjoni nnifisha għandha tagħmel oppożizzjoni jekk
din jidhrilha li jkun hemm xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fis-
subartikolu (3).
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, kull elettur jista’ jitlob lill-
  24      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Kummissjonarji li jara u jeżamina kull formula ta’ nomina aċċettata
minnhom.
(6) Meta l-Kummissjoni tirċievi xi oppożizzjoni skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikoli (3) u (4), il-Kummissjoni għandha
tistabbilixxi data għas-smigħ ta’ dik l-oppożizzjoni, minnufih
tgħarraf bil-miktub lil dak il-kandidat li tkun saret oppożizzjoni
dwaru, billi tagħtih kopja ta’ l-oppożizzjoni li tkun ġiet preżentata
kontrih, u għandha tgħarraf sew lil min jagħmel l-oppożizzjoni kif
ukoll lill-kandidat bid-data stabbilita għas-smigħ ta’ dik 1-
oppożizzjoni. In-notifika għandha ssir b’kull mezz li l-
Kummissjoni tqis li tkun xierqa sabiex tiżgura li l-partijiet involuti
jaslulhom dawk l-avviżi fl-inqas żmien possibbli.
(7) Kull oppożizzjoni għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni
mhux iktar tard minn jumejn wara l-iskadenza taż-żmiem mogħti
b’dan l-Att għall-egħmil ta’ kull oppożizzjoni, u sew min jagħmel
l-oppożizzjoni kif ukoll il-kandidat ikollhom jedd jidhru quddiem
il-Kummissjoni mseħbin minn xi persuna oħra li jidhrilhom li tkun
adatta biex tassistihom fis-sottomissjonijiet tagħhom lill-
Kummissjoni.
(8) Il-Kummissjoni għandha mill-anqas jumejn qabel ma tagħti
d-deċiżjoni tagħha tħabbar pubblikament il-ħin u d-data meta tkun
se tagħti d-deċiżjoni tagħha. Id-deċiżjoni tingħata bil-miktub u
għandu jkun fiha r-raġunijiet li tkun imsejsa fuqhom. Il-
Kummissjoni għandha tara li dik id-deċiżjoni titwaħħal f’post
pubbliku fl-uffiċċju tagħha fejn kull persuna li jkollha interess tkun
tista’ taraha.
(9) Meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tkunx waħda favur l-
oppożizzjoni, din tkun finali. Meta d-deċiżjoni tkun waħda favur l-
oppożizzjoni, il-kandidat jista’ jikkontestaha billi jippreżenta
rikors ta’ kontestazzjoni mal-Kummissjoni quddiem il-Qorti ta’ l-
Appell fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-għoti tad-deċiżjoni
mill-Kummissjoni. Il-Qorti ta’ 1-Appell għandha tisma’ dawk ir-
rikorsi bl-urġenza u għandha tiddeċidihom qabel iż-żmien meta
skond l-artikolu 49 il-Kummissjoni tkun se tagħti bidu għall-
istampar tal-poloz tal-votazzjoni. 
Depożitu minn 
kandidati fl-
elezzjonijiet.
52. (1) Kull kandidat f’kull elezzjoni għandu jiddepożita, jew
jieħu l-ħsieb li tiġi iddepożitata għalih, għand il-Kummissjoni,
qabel ma n-nomina tiegħu tista’ tiġi aċċettata, is-somma ta’ erbgħin
lira għal kull nomina, u jekk ma jagħmilx dan in-nomina li għaliha
ma jkunx hekk sar id-depożitu ma tiġix aċċettata mill-
Kummissjonarji.
(2) Jekk wara li jsir id-depożitu l-kandidatura tiġi irtirata skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, id-depożitu jiġi mogħti lura lill-
persuna li tkun għamlitu; u jekk il-kandidat imut wara li jsir id-
depożitu u qabel ma tibda l-votazzjoni, id-depożitu, jekk ikun sar
minnu, jiġi mogħti lura lill-werrieta tiegħu u jekk ma jkunx sar
minnu, jingħata lura lill-persuna li tkun għamlitu.
(3) Jekk kandidat li jkun għamel id-depożitu meħtieġ ma jiġix
elett, u n-numru ta’ voti li jġib ma jkunx jiskorri minn għaxra
waħda tan-numru ta’ voti ivvutati diviż bin-numru tal-membri li
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      25
għandhom ikunu eletti għal dak id-distrett, l-ammont iddepożitat
jiġi ikkonfiskat u mħallas mill-Kummissjonarji fil-Fond Konsolidat
iżda f’kull każ l-ammont għandu jiġi mogħti lura lill-kandidat, fil-
każ li jkun ġie elett, hekk kif huwa jieħu l-ġurament bħala membru,
u fil-każ li ma jkunx ġie elett, mill-aktar fis li jista’ jkun wara li jiġi
iddikjarat ir-riżultat ta’ l-elezzjoni.
(4) Meta kandidat ikun nominat f’elezzjoni f’żewġ distretti, ma
għandux jieħu lura d-depożitu tiegħu iktar minn darba kemm-il
darba ma jiġix elett fiż-żewġ distretti, u jekk dan il-kandidat ma
jġibx, f’wieħed jew l-ieħor mid-distretti, il-minimu tan-numru ta’
voti meħtieġ skond is-subartikolu (3) huwa jitlef iż-żewġ depożiti.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu n-numru ta’ voti miġjubin
minn kandidat ikun l-aqwa numru ta’ voti li jiġi akkreditat lilu
f’kull żmien matul il-għadd tal-voti.
Rapport mill-
Kummissjonarji 
jekk ebda kandidat 
ma jkun nominat.
Emendat:
XV. 1996.31.
53. Jekk meta jagħlaq iż-żmien iffissat għan-nomina ta’
kandidati, ebda kandidat ma jkun ġie nominat għal distrett
elettorali, il-Kummissjonarji għandhom joħorġu rapport fuq
daqshekk fil-Gazetta fl-ewwel ġurnata li taħbat wara, u f’dan il-każ
il-President jista’ joħroġ Writ ġdid għall-elezzjoni għal dak id-
distrett.
Elezzjoni 
ikkuntestata u 
mhux ikkuntestata.
54. (1) Jekk meta jagħlaq iż-żmien li fih għandhom jiġu
preżentati n-nomini, in-numru ta’ kandidati innominati għal distrett
elettorali jkun daqs jew inqas minn dak in-numru ta’ kandidati li l-
eletturi f’dak id-distrett huma intitolati li jtellgħu, il-
Kummissjonarji għandhom jirrapportaw lill-President l-ismijiet tal-
kandidati nominati bħala l-membri eletti għall-Kamra biex
jirrappreżentaw dak id-distrett u dak ir-rapport għandu jiġi maħruġ
fil-Gazzetta.
(2) Jekk in-numru ta’ kandidati nominati għal distrett elettorali
jkun anqas minn dak li l-eletturi f’dak id-distrett huma intitolati li
jtellgħu, il-President, fuq ir-rapport magħmul lilu skond is-
subartikolu (1), għandu joħrog Writ ġdid għall-elezzjoni ta’ membri
biex jimtlew il-postijiet battala li jkun fadal f’dak id-distrett
elettorali, u jekk meta jsir dan ma jkunu nominati ebda kandidati,
jew jekk in-numru ta’ kandidati nominati jkun inqas min-numru ta’
postijiet battala, il-postijiet li wara dan jibqgħu battala jistgħu
jimtlew bil-għażla ta’ membru jew membri mill-Kamra u l-
President ma għandux joħroġ Writ ġdid għalihom.
(3) Jekk għal distrett elettorali jiġu nominati kandidati iżjed
min-numru hawn fuq imsemmi, il-Kummissjonarji għandhom
joħorġu avviż taħt il-firma tagħhom fil-Gazzetta, u fih jagħtu l-
ismijiet tal-kandidati u d-distrett li għalih ġew nominati. Ebda
persuna li l-isem tagħha ma jkunx ġie ippubblikat f’dak l-avviż ma
tista’ tiġi eletta bħala Membru tal-Kamra.
Il-kandidatura 
tista’ tiġi rtirata.
Emendat:
XV. 1996.32.
55. Kandidat jista’, f’kull żmien sakemm il-poloz tal-
votazzjoni ta’ dak id-distrett li jkun qiegħed jikkontesta jkun
ingħata bidu għall-istampar tagħhom skond ma hemm fl-artikolu
49, jirtira l-kandidatura tiegħu billi jagħti lill-Kummissjoni avviż
għaldaqshekk. Dan l-avviż għandu jkun iffirmat mill-kandidat jew
jekk ikun nieqes minn dawn il-Gżejjer, mir-rappreżentant tiegħu
  26      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
maħtur għaldaqshekk.
TAQSIMA X 
Assistenti Kummissjonarji
Ħatra ta’ Assistenti 
Kummissjonarji.
56. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli li ġejjin
ta’ dan l-Att il-Kummissjoni taħtar tant Assistenti Kummissjonarji
Elettorali hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħin "Assistenti
Kummissjonarji" daqs kemm ikunu meħtieġa, sabiex jissorveljaw l-
elezzjoni bil-mod stabbilit f’dan l-Att. Ebda Assistent
Kummissjonarju ma jista’ jiġi maħtur biex jissorvelja l-votazzjoni
fid-distrett elettorali li fih ikun joqgħod jew li fih ikun soltu
jeżerċita l-professjoni jew ix-xogħol tiegħu.
(2) L-Assistenti Kummissjonarji għandhom jieħdu l-ġurament
tal-kariga kif miġjub fl-Għaxar Skeda li tinsab ma’ dan l-Att,
quddiem wieħed mill-Kummissjonarji u għandhom jimxu fl-
esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom skond l-istruzzjonijiet li
tagħtihom il-Kummissjoni Elettorali.
Nomina ta’ 
Assistenti 
Kummissjonarji.
Emendat:
XV. 1996.33;
XVI. 2002.9.
57. (1) Kull partit politiku jkollu jedd, fi żmien għaxart ijiem
mill-pubblikazzjoni tar-Writ, li jinnomina numru ta’ persuni, li jkun
daqs wieħed u terz l-għadd ta’ kmamar tal-votazzjoni li jkun hemm
fid-distretti elettorali li għalihom ikun qed jikkontesta, sabiex
jagħmluha ta’ Assistenti Kummissjonarji, u sakemm dawk il-
persuni jkunu kapaċi biżżejjed li jwettqu l-funzjonijiet ta’ Assistent
Kummissjonarju u ma jkunux skwalifikati milli jagħmluha ta’ hekk
bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Kummissjoni għandha taħtar
Assistenti Kummissjonarji minn fost dawk il-persuni.
(2) Meta l-partiti politiċi jkunu qegħdin jissottomettu dawk il-
listi huma jistgħu jiddistingwu bejn dawk il-persuni li jkunu
jixtiquhom jintbagħtu f’post ta’ votazzjoni jew kamra tal-
votazzjoni partikolari u dawk il-persuni li jkunu jixtiquhom
jinżammu b’riserva, u jkollhom iktar minn hekk id-dritt li jindikaw
minn dawk il-persuni li jkunu ġew nominati minnhom għandhom
jintbagħtu f’postijiet ta’ votazzjoni fi djar ta’ mistrieħ u fi
sptarijiet. Il-partiti politiċi jistgħu, jekk ikun hekk jippreferu,
jissottomettu dawk il-listi f’għamla elettro-manjetika. Minkejja li
n-nomina ssir minn partit politiku kull min jiġi hekk nominat
għandu xorta waħda jippreżenta kull applikazzjoni li l-
Kummissjoni tkun soltu teħtieġ minn kull persuna oħra li tkun
tixtieq taqdi d-dmirijiet ta’ Assistent Kummissjonarju; iżda l-
preżentata attwali ta’ dik l-applikazzjoni tista’ ssir mill-partit
politiku f’isem dik il-persuna.
(3) Għall-fini taż-żmien stabbilit fis-subartikolu (1), il-
Kummissjoni għandha, mhux iktar tard minn jumejn wara l-
pubblikazzjoni tar-Writ, tinforma lill-partiti bin-numru ta’
Assistenti Kummissjonarji li kull partit ikun meħtieġ jinnomina.
(4) Il-Kummissjoni għandha hi nnifisha iktar minn hekk
tinnomina bħala Assistenti Kummissjonarji dak in-numru ta’
persuni li jkun meħtieġ sabiex f’kull kamra tal-votazzjoni jkun
hemm jattendu f’kull żmien mill-inqas persuna waħda nominata
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      27
mill-Kummissjoni biex tagħmilha ta’ Assistent Kummissjonarju.
(5) F’ebda każ ma għandu jkun hemm inqas minn tliet
Assistenti Kummissjonarji nominati biex jissorveljaw il-votazzjoni
f’kull kamra tal-votazzjoni u jekk jiġri li l-partiti politiċi kollha jew
xi wieħed minnhom jonqsu li jinnominaw l-Assistenti
Kummissjonarji kollha jew xi wieħed minnhom skond is-
subartikolu (1) u fiż-żmien stabbilit fih, il-Kummissjoni nnifisha
għandha tinnomina Assistenti Kummissjonarji oħrajn sabiex jiġi
assigurat illi, mill-inqas, ikun hemm jattendu tliet Assistenti
Kummissjonarji f’kull kamra tal-votazzjoni.
(6) L-Assistent Kummissjonarju li jkun ġie nominat mill-
Kummissjoni għandu jagħmilha ta’ Chairperson fil-kamra tal-
votazzjoni li fiha jintbagħat kull grupp ta’ Assistenti
Kummissjonarji u fil-waqt tal-votazzjoni jkun iċ-Chairperson biss,
meta jkun hekk meħtieġ, li jikkomunika ma’ l-eletturi.
(7) Il-Kummissjoni għandha tgħaddi, mill-inqas ħamest ijiem
qabel ma tibda’ l-votazzjoni, lil kull Assistent Kummissjonarju jew
lill-partit f’isimhom biljett li jintlibes minnhom fil-post ta’
votazzjoni li jkun juri l-kariga tagħhom ta’ Assistenti
Kummissjonarji u ismijiethom.
Skwalifiki u 
pubblikazzjoni ta’ 
l-ismijiet ta’ l-
Assistenti 
Kummissjonarji.
Emendat:
XV. 1996.34;
XVI. 2002.10.
58. (1) Ħadd ma jista’ jkollu l-kariga ta’ Assistent
Kummissjonarju jekk ikun kandidat għall-elezzjoni fil-kamra, jew
jekk ikun qarib bil-konsangwinità  jew biż-żwieġ sat-tieni grad ta’
xi kandidat għall-elezzjoni, jew ma jkunx reġistrat bħala elettur fir-
Reġistru Elettorali li jkun ġie l-aħħar pubblikat, jew jekk fil-fehma
tal-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lid-delegati tal-partit, ikun
bid-deher mhux idoneju jew mhux biż-żejjed kwalifikat biex
iwettaq il-funzjonijiet ta’ Assistent Kummissjonarju.
(2) Fi żmien jumejn wara l-ġurnata msemmija fl-artikolu 57(1)
il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partiti politiċi lista tal-persuni
kollha nominati biex jagħmluha ta’ Assistenti Kummissjonarji li
fiha jiġu indikati l-ismijiet, numri tal-karta ta’ l-identità , l-indirizzi
u l-professjoni jew is-sengħa tagħhom u l-partit politiku li jkun qed
jinnomina lil kull persuna flimkien mal-kamra tal-votazzjoni fejn
kull wieħed minnhom ikun se jattendi.
Oġġezzjonijiet 
dwar l-Assistenti 
Kummissjonarji.
Emendat:
XV. 1996.35;
XVI. 2002.11.
59. (1) Il-partiti politiċi jkollhom il-jedd li, mhux iżjed tard
minn erbat ijiem wara l-ġurnata msemmija fl-artikolu 58(2),
joġġezzjonaw lill-Kummissjoni bil-miktub dwar in-nomina ta’
persuni bħala Assistenti Kummissjonarji fuq xi waħda mir-
raġunijiet imsemmija fl-artikolu 58(1).
(2) Meta l-Kummissjoni tirċievi xi oġġezzjoni skond is-
subartikolu ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, il-Kummissjoni għandha
mhux iżjed tard mill-jum li jiġi minnufih wara, tlaqqa’ d-delegati
tal-partit sabiex jiddiskutu dwar dawk l-oġġezzjonijiet. Kull
delegat ta’ partit jista’ jinnomina rappreżentant biex jattendi għal
dik il-laqgħa minfloku.
(3) Kull oggezzjoni li ssir skond is-subartikoli ta’ qabel dan
għandha tinqata’ mill-Kummissjoni. Il-mod kif il-Kummissjoni
taqta’ dwar l-oġġezzjoni jkun wieħed konklussiv u li jorbot lil kull
  28      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
min ikollu x’jaqsam mal-kwestjoni. Meta wara li tkun semgħet
dawk 1-oġġezzjonijiet il-Kummissjoni taqta’ li persuna nominata
minn partit politiku sabiex tinħatar bħala Assistent
Kummissjonarju ma għandhiex hekk tinħatar, il-partit politiku li
jkun innomina lil dik il-persuna jkollu jedd jinnomina persuna oħra
minflokha.
(4) In-nomini ġodda msemmija fis-subartikolu ta’ qabel ta’ dan
l-artikolu għandhom isiru minnufih wara li jinqatgħu l-
oġġezzjonijiet kollha. Iż-żmien imsemmija fis-subartikoli (1) u (2)
għandhom japplikaw għall-oġġezzjonijiet li jsiru għal persuni
nominati bħala Assistenti Kummissjonarji skond is-subartikolu (3)
ta’ dan 1-artikolu, u jekk il-Kummissjoni taslilha u tilqa’ xi
oġġezzjoni, il-Kummissjoni nnifisha għandha tinnomina persuna
oħra sabiex tkun Assistent Kummissjonarju minflokha u dik in-
nomina tkun konklussiva, u ma tista’ ssir ebda oġġezzjoni dwarha.
(5) Meta l-Kummissjoni tkun qatgħet dwar l-oġġezzjonijiet
kollha, hija għandha tqassam l-Assistenti Kummissjonarji fost id-
diversi kmamar tal-votazzjoni; dak it-tqassim għandu jsir b’dak il-
mod li jkun jassigura li f’kull kamra tal-votazzjoni jkun hemm,
mill-inqas, Assistent Kummissjonarju wieħed nominat mill-
Kummissjoni u Assistent Kummis-sjonarju wieħed nominat minn
kull partit li jkun qiegħed jikkontesta l-elezzjoni f’dak id-distrett:
Iżda meta partit politiku ma jkunx innomina għadd
biżżejjed ta’ persuni sabiex jinħatru Assistenti Kummis-sjonarji, il-
Kummissjoni tinħtieġ biss tassenja, għar-rigward ta’ dak il-partit
politiku, dawk l-Assistenti Kummissjonarji li jkunu ġew nominati
minn dak il-partit u li jkunu nħatru Assistenti Kummissjonarji.
(6) Il-Kummissjoni għandha, fi żmien jumejn minn meta
tinqata’ l-aħħar oġġezzjoni msemmija fis-subartikolu ta’ qabel,
tieħu ħsieb li tiġi pubblikata lista fil-Gazzetta li turi l-isem, l-
indirizz u n-numru tal-karta ta’ l-identità  u l-professjoni jew sengħa
ta’ kull Assistent Kummissjonarju maħtur, li tkun tindika l-kamra
tal-votazzjoni fejn kull wieħed minnhom ikun tqassam, u li tkun
tindika lil dawk l- Assistenti Kummissjonarji li ma jkunux hekk
tqassmu fi kmamar iżda li jkunu qegħdin jinżammu f’riżerva.
(7) Wara d-distribuzzjoni finali ta’ l-Assistenti Kummissjonarji
kollha u sa tmiem il-votazzjoni, tkun il-Kummissjoni waħedha li
jkollha l-jedd tissostitwixxi lill-Assistenti Kummissjonarji sakemm
dan isir biss għal raġunijiet gravi u suffiċjenti u b’dak il-mod li
jkun jassigura li meta l-Assistent Kummissjonarju sostitwit ikun
wieħed nominat minn partit politiku, is-sostitut tiegħu għandha
tkun persuna nominata mill-istess partit, sakemm għadd biżżejjed
ta’ Assistenti Kummissjonarji jkunu ġew nominati minn dak il-
partit.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      29
TAQSIMA XI 
Votazzjoni 
Ħatra ta’ aġent ta’ 
kandidat.
Emendat:
XV. 1996.36.
60. (1) Dakinhar tan-nomina f’elezzjoni jew qabel, kull
kandidat jew xi ħadd f’ismu għandu jagħti bil-miktub l-isem ta’
persuna bħala aġent tiegħu għal dik l-elezzjoni u din il-persuna
f’dan l-Att hija msejħa l-aġent ta’ kandidat.
(2) Kandidat jista’ jagħti ismu stess bħala aġent ta’ kandidat, u
f’dan il-każ, sa fejn jippermettu ċ-ċirkostanzi, jaqa’ taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, sew bħala kandidat kif ukoll bħala
aġent ta’ kandidat, u kull riferenza f’dan l-Att għal aġent ta’
kandidat għandha titqies li tirriferi għall-kandidat li jaġixxi fil-
kwalità  ta’ aġent ta’ kandidat.
(3) Għal kull kandidat jista’ jiġi maħtur aġent ta’ kandidat
wieħed biss, iżda l-ħatra, sew jekk l-aġent ta’ kandidat maħtur ikun
il-kandidat innifsu jew le, tista’ tiġi mħassra, u fil-każ li tiġi hekk
imħassra  jew f’każ ta’ mewt ta’ l-aġent ta’ kandidat, sew jekk it-
tħassir jew il-mewt jiġru qabel, matul jew wara l-elezzjoni, għandu
minnufih jiġi maħtur aġent ta’ kandidat ieħor, u l-isem u l-indirizz
tiegħu għandhom jiġu iddikjarati bil-miktub lill-Kummissjonarji, li
għandhom minnufih jippubblikaw dak l-isem u indirizz.
Ħatra ta’ Aġenti ta’ 
Partit.
Emendat:
XV. 1996.37;
XVI. 2002.12.
61. (1) Kull partit politiku jkollu l-jedd jinnomina bħala
aġenti tiegħu dak in-numru ta’ persuni li jkun daqs in-numru ta’
kaxex tal-voti u dawk il-persuni f’dan l-Att jissemmew aġenti ta’
partit. Partit politiku jista’ jaħtar bħala aġent ta’ partit lil persuna li
tkun ġiet digà  nominata minnu bħala Assistent Kummissjonarju
f’liema każ dik il-persuna tkun tista’ tagħmilha sew ta’ Assistent
Kummissjonarju sew ta’ aġent ta’ partit.
(2) Dawk l-aġenti ta’ partit li hekk jinħatru jkollhom jedd li
jkunu preżenti fil-kmamar tal-votazzjoni qabel ma tibda u fi tmiem
il-votazzjoni għall-finijiet dwarhom provdut f’dan l-Att.
(3) Il-partiti politici li jkunu qegħdin iwettqu l-jedd mogħti
lilhom bis-subartikolu (1) għandhom iressqu lista quddiem il-
Kummissjoni li jkun fiha l-ismijiet u n-numri tal-karta ta’ l-identità
tal-persuni nominati minnhom bħala aġenti ta’ kull wieħed
minnhom mhux iktar tard mill-ġurnata stabbilita għan-nomina ta’
Assistenti Kummissjonarji skond l-artikolu 57.
(4) Partit politiku li jkun eżerċita d-dritt li jkollu li jinnomina
aġenti, jista’ sal-Ħamis qabel il-votazzjoni, jissostitwixxi mhux
iżjed minn għaxra fil-mija minn dawk l-aġenti u l-proċeduri għan-
nomina, l-oġġezzjoni u d-deċiżjoni dwar Assistenti Kummissjonarji
nominati minn partiti politiċi għandha tkun mutatis mutandis
tapplika għal aġenti sostituti.
Aġenti distrettwali.
Miżjud:
XV. 1996.38.
Emendat:
XVI. 2002.13.
61A. (1) Kull partit politiku jista’ jinnomina għadd ta’ persuni
daqsinsew l-għadd ta’ distretti elettorali li għalihom jkun qed
jikkontesta sabiex jagħmluha ta’ ko-ordinaturi distrettwali għall-
partit u dawk il-persuni f’dan l-Att jissejħu aġenti distrettwali.
(2) L-aġenti disttretwali jkunu jirrappeżentaw lill-partit li
jinnominahom mal-Kummissjoni fid-distrett li jinħatru għalih u
  30      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
għal dan l-għan ikollhom aċċess għal għand il-Kummissjonarji
f’kull żmien u jkollhom il-jedd, minkejja kull disposizzjoni oħra ta’
dan l-Att li ma tgħidx hekk, li jakkumpanjaw Kummissjonarju f’xi
post ta’ votazzjoni jew kamra ta’ votazzjoni bil-għan li
jistabbilixxu kull kwistjoni li jista’ jkun hemm waqt il-votazzjoni:
Iżda aġent distrettwali ma jistax jakkumpanja
Kummissjonarju b’dan il-mod ħlief meta jkun hemm ukoll l-aġent
distrettwali ta’ partit ieħor.
(3) Ħlief meta jkun hekk eċċezzjonalment awtorizzat li jagħmel
minn xi Kummissjonarju, f’ebda każ ma jista’ aġent distrettwali
jinterroga lil xi persuna li tkun ġiet leġittimament imqabbda mill-
Kummissjoni biex twettaq xi dmir matul l-elezzjonijiet jew ifittex
li jikseb xi tagħrif minn xi persuna bħal dik u lanqas ma jista’
mingħajr ma jkollu dik l-awtorizzazzjoni jinterroga lil xi elettur.
(4) Dawk il-partiti politiċi li jwettqu l-jedd mogħti lilhom bis-
subartikolu (1) għandhom jgħaddu lista lill-Kummissjoni li jkun
fiha l-ismijiet u n-numri tal-karta ta’ l-identità  tal-persuni nominati
minnhom bħala aġenti distrettwali mhux iktar tard mill-jum
stabbilit għan-nomina ta’ Assistenti Kummissjonarji skond ma
hemm fl-artikolu 57.
Persuni ħatja ta’ 
atti ta’ korruzzjoni 
ma jistgħux jiġu 
maħtura aġenti.
Emendat:
XV. 1996.39;
XVI. 2002.14.
62. Ebda persuna ma tista’ tinħatar aġent distrettwali, aġent
tat-trasport jew aġent ta’ partit jekk ma tkunx reġistrata bħala
elettur fir-Reġistru Elettorali li jkun ġie l-aħħar pubblikat jew jekk
fis-seba’ snin ta’ qabel dik il-ħatra tkun instabet ħatja ta’ att ta’
korruzzjoni taħt dan l-Att jew tkun ġiet stabbilita mill-
Kummissjoni bħala bid-deher mhux idoneja li tagħmilha ta’ dak l-
aġent partikolari.
Identifikazzjoni ta’ 
aġenti.
Emendat:
XV. 1996.40;
XVI. 2002.15.
63. (1) Il-Kummissjonarji għandhom mhux iktar tard minn
sebat ijiem qabel ma tibda l-votazzjoni jagħtu lil dak l-aġent
dokument ta’ l-identità  li ma jistax jitbagħbas li jkun fih ir-ritratt
ta’ l-aġent imbullat bis-siġill tal-Kummissjoni u li jkun juri l-isem,
l-indirizz u n-numru tal-karta ta’ l-identità  ta’ l-aġent u minn min
ikun ġie nominat. Id-dokumenti ta’ l-identità  għandhom juru numru
progressiv skond kif maħruġin, ikunu ta’ kulur differenti sabiex l-
aġenti elettorali, tat-trasport u ta’ partit jintgħarfu faċilment, u
jintlibsu b’mod li jidher sew mill-aġent partikulari fit-twettiq ta’
dmirijietu.
(2) Il-Kummissjoni għandha tgħaddi lil kull partit politiku li
jitlobhom bil-miktub, il-listi ta’ l-aġenti kollha preżentati mill-
partiti politiċi l-oħra kollha kif ukoll l-aġenti ta’ kandidati
preżentati mill-kandidati u minn min ġew nominati fi żmien jumejn
minn meta jaslulha l-listi u l-partiti politiċi jistgħu jagħmlu l-
oppożizzjoni tagħhom dwar dan fi żmien erbat ijiem minn dak
inhar.
Postijiet u ġranet 
tal-votazzjoni.
Emendat:
XV. 1996.41;
XVI. 2002.16.
64.(1)(a) F’kull kamra tal-votazzjoni għandha tinżamm mill-
Assistenti Kummissjonarji lista ta’ l-eletturi li
jkollhom il-jedd li jivvutaw f’dik il-kamra tal-
votazzjoni flimkien ma’ kopji tar-ritratt fotografiku ta’
kull votant. Kull paġna ta’ dik il-lista u kull
korrezzjoni jew taħsira li ssir fuqha, għandhom jiġu
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      31
ffirmati minn Kummisjonarju u minn delegat ta’ partit
ta’ kull partit politiku jew minn dik il-persuna oħra li
tkun maħtura minn kull partit politiku bil-miktub għal
dak l-għan.
(b) Il-Kummissjonarji għandhom jagħtu kopji ta’ dawk il-
listi mingħajr ritratti lill-partiti politiċi kollha li jkunu
qegħdin jikkontestaw l-elezzjoni mill-inqas ħmistax-il
jum qabel il-jum stabbilit għall-elezzjoni u l-
Kummissjoni għandha żżomm lill-partiti politiċi
mgħarrfin dwar it-tibdiliet kollha li jsiru f’dawk il-
listi. Il-listi għandhom jidentifikaw il-kamra tal-
votazzjoni fejn kull elettur li jkollu l-jedd li jivvota
jkun sejjer iwettaq dak il-jedd, jelenkaw l-eletturi li
jkunu ser jivvotaw f’kull kamra tal-votazzjoni, f’ordni
alfabetiku skond il-kunjomijiet ta’ l-eletturi, billi
jingħata lil kull votant numru distint u konsekuttiv u
jiġi indikat isem, kunjom, l-indirizz, u numru tal-karta
ta’ identità  ta’ kull elettur kif ukoll in-numru ta’
reġistrazzjoni tad-dokument għall-votazzjoni ta’ kull
elettur rispettiv.
(ċ) Il-Kummissjoni għandha wkoll tgħaddi lill-partiti
politiċi li jirċievu dawk il-listi kull tibdil fi, żieda ma’,
jew tħassir minn dawk il-listi li jista’ jkun hemm ta’
kuljum sal-jum li jiġi minnufih qabel il-votazzjoni u
dawk il-partiti politiċi jistgħu jivverifikaw il-
korrettezza tat-tagħrif li jkollhom jew li jiksbu mal-
Kummissjoni f’kull żmien.
(d) Isem kull elettur li juri dokument għall-votazzjoni u li
tingħatalu polza tal-votazzjoni mill-Assistenti
Kummissjonarji għandu jiġi mmarkat fuq dik il-lista li
tinżamm għal dak il-għan mill-Assistenti Kummis-
sjonarji b’dak il-mod li jiġi stabbilit mill-
Kummissjoni.
(e) il-lista, mogħtija lil Assistent Kummissarju, tal-
persuni li jkollhom jedd jivvotaw, għandha tkun
stampata fuq karta b’element ta’ sigurtà .
(2) Il-votazzjoni għandha ssir f’jum li jkun is-Sibt. Il-
votazzjoni għandha tibda fis-7.00 a.m. u tispiċċa fl-10.00 p.m.:
Iżda kull elettur illi fl-egħluq tal-ħin tal-votazzjoni jkun
f’post ta’ votazzjoni sabiex jivvota, għandu jedd li jirċievi l-polza
tal-votazzjoni u li jivvota:
Iżda wkoll, meta l-Kummissjonarji jkunu sodisfatti li l-ħin
tal-votazzjoni jkun tnaqqas jew ikun se jitnaqqas, għal xi raġunijiet
li fuqhom ma jkollhomx kontroll fil-postijiet tal-votazzjoni kollha
jew f’wieħed minnhom jew iktar, huma jistgħu, sew qabel jew wara
li tkun bdiet il-votazzjoni, jtawlu l-ħin stabbilit għall-votazzjoni
f’dak il-post jew f’dawk il-postijiet tal-votazzjoni sabiex jagħmlu
tajjeb għall-imsemmi ħin mitluf.
(3) Il-Kummissjoni għandha, kemm jista’ jkun, tipprovdi
faċilitajiet għalbiex persuni handikappati, magħdudin persuni
  32      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
f’siġġijiet tar-roti, ikunu jistgħu jivvotaw fil-kumdità .
Projbizzjoni ta’ 
meetings u 
dimostrazzjonijiet 
pubbliċi.
65. Ebda meeting pubbliku jew dimostrazzjoni pubblika ma
jistgħu jsiru fil-jum li jaħbat minnufih qabel il-bidu tal-votazzjoni u
fil-ġurnata stabbilita għall-votazzjoni.
Żamma ta’ l-ordni 
sa distanza ta’ 50 
metru minn kull 
post ta’ votazzjoni.
66. Matul il-ħin stabbilit għall-votazzjoni f’xi post tal-
votazzjoni, ħadd, ħlief min ikun qed jistenna biex jivvota, ma jista’
jitnikker f’distanza ta’ ħamsin metru minn dak il-post ta’
votazzjoni; u ħadd ma jista’, f’dik id-distanza ta’ ħamsin metru,
jagħmel propaganda politika b’kull mod ikun x’ikun. Kull każin,
ħanut jew stabbiliment pubbliku ieħor tul dik id-distanza għandu
jinżamm magħluq fil-jum tal-votazzjoni.
Żamma ta’ l-ordni 
f’distanza ta’ aktar 
minn 50 metru 
minn post ta’ 
votazzjoni.
67. Ebda persuni ma jistgħu jinġemgħu matul il-votazzjoni,
f’xi triq, pjazza jew post ieħor, li jagħtu mill-post ta’ residenza ta’
xi elettur għal post ta’ votazzjoni, f’dak in-numru jew xort’oħra
b’dak il-mod li jistgħu jintimidaw xi elettur, jew li jfixkluh milli
jersaq lejn jew jitlaq minn post ta’ votazzjoni, jew li jwasslu għall-
ksur tal-paċi pubblika.
Disposizzjonijiet 
dwar kmamar tal-
votazzjoni u 
kompartimenti tal-
votazzjoni.
Sostitwit:
XV. 1996.42.
Emendat:
XVI. 2002.17.
68. (1) Il-Kummissjoni għandha tiżgura, skond  kemm ikun
possibbli, li f’kull kamra tal-votazzjoni jkun hemm distanza sew
bejn il-post fejn ikunu qegħdin bil-qegħda l-Assistenti
Kummissjonarji u l-kompartimenti tal-votazzjoni li ġewwa fihom
jidħlu l-eletturi sabiex jimmarkaw il-poloz tal-votazzjoni tagħhom.
Il-kompartimenti tal-votazzjoni għandhom jiġu kostruwiti b’mod
tali li jeskludu l-possibiltà  li xi ħadd ikun jista’ jara kif l-elettur
ikun qed jivvota.
(2) Il-Kummissjoni għandha titlob lill-partiti politiċi biex dawn
jgħaddulha għadd biżżejjed ta’ ritratti, kull wieħed ta’ mhux iżjed
minn sbatax-il ċentimetru bi tlieta u għoxrin ċentimetru, tal-
kandidati relattivi sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twaħħal ritratt
ta’ kull kandidat f’kull kamra tal-votazzjoni tad-distrett elettorali
fejn il-kandidat ikun qed jikkontesta l-elezzjoni. Kull ritratt għandu
jkollu isem il-kandidat u l-isem u l-badge tal-partit li jkun qed
jirrappreżenta, jekk ikun il-każ, u r-ritratti għandhom jintwerew
f’dak l-ordni kif jidhru l-ismijiet tal-kandidati fuq il-polza tal-
votazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti dawk id-direttivi li
tista’ tqis li jkunu xierqa dwar il-qies u l-għamla ta’ dawk ir-ritratti.
(3) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li f’kull kompartiment tal-
votazzjoni jkun hemm imwaħħal, f’post li l-elettur ikun jista’ jara
sew, kopja ta’ l-Istruzzjonijiet lill-eletturi stabbiliti fit-Tmien
Skeda (B) li tinsab ma’ dan l-Att, u li jkun hemm strumenti għall-
kitba disponibbli għall-użu ta’ l-eletturi.
(4) Il-Kummissjoni għandha tordna lill-Assistenti
Kummissjonarji jiżguraw sew li jqegħdu l-kaxxi tal-votazzjoni
kemm jista’ jkun fil-qrib ta’ fejn ikunu huma qegħdin bil-qegħda u
b’dak il-mod li huma jkunu jistgħu jaraw sew lill-elettur li jkun
qiegħed jitfa’ l-polza tal-votazzjoni tiegħu ġewwa fiha u jiżguraw li
l-votant jitni l-polza tal-votazzjoni b’tali mod li jħalli t-timbru
uffiċjali jidher.
(5) Il-Kummissjoni għandha tħejji kamra jew kmamar f’kull
post tal-votazzjoni fejn tkun tista’ żżomm, sal-jum tal-votazzjoni,
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      33
il-kaxex tal-votazzjoni, il-listi tal-persuni bil-jedd li jivvotaw, il-
poloz tal-votazzjoni u kull dokument u materjal ieħor relevanti li
jkollu jintuża f’dak il-post tal-votazzjoni fil-jum tal-votazzjoni. Il-
kamra għandu jkollha faċilitajiet adegwati ta’ dawl u għandu jkun
hemm fetħa żgħira fil-bieb li tkun tippermetti li wieħed jara x’ikun
hemm f’dik il-kamra.
(6) Il-partiti politiċi għandhom jingħataw kull faċilità  biex
jispezzjonaw il-postijiet tal-votazzjoni kollha żmien sew qabel il-
jum tal-votazzjoni u li jagħmlu suġġerimenti lill-Kummissjoni
dwar l-użu tagħhom.
(7) Il-kaxex tal-votazzjoni għandu jkollhom dawk il-qisien u
jinħadmu minn dak il-materjal li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwaru
iżda l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kaxxa tkun tista’ tiġi
siġillata waqt il-votazzjoni u li ma jkunx jista’ jsir tbagħbis magħha
mingħajr ma wieħed jinduna. Il-wiċċ tal-kaxxa għandu jkun
magħmul minn materjal trasparenti,  sakemm dan ikun teknikament
possibbli.
Kaxex tal-
votazzjoni u 
dokumenti għall-
kmamar tal-
votazzjoni.
Miżjud:
XV. 1996.42.
68A. (1) F’xi jum li jkun kemm jista’ prattikament qrib tal-jum
tal-votazzjoni iżda mhux qabel tlett ijiem minn dak il-jum, il-
Kummissjoni għandha tikkonsenja f’kull post tal-votazzjoni, il-
kaxex tal-votazzjoni, il-lista ta’ persuni li jkollhom jedd jivvotaw
f’dak il-post, il-poloz tal-votazzjoni u kull dokument u materjal
relevanti ieħor li jkun se jintuża f’dak il-post tal-votazzjoni fil-jum
tal-votazzjoni u għandha tissiġilla dawk id-dokumenti u materjal
fil-kamra stabbilita għal dan il-għan skond ma hemm fl-artikolu ta’
qabel ta’ dan l-Att. Il-kamra għandha tinżamm mixgħula f’kull ħin.
(2) Il-partiti politiċi jkollhom il-jedd li jissorveljaw dak it-
trasport, li jagħmlu s-siġilli tagħhom mal-kamra u ma’ kull apertura
li tagħti għaliha u li jivverifikaw x’hemm fil-kamra billi jħarsu
minn ġol-fetħa li jkun hemm fil-bieb f’kull ħin.
Trasferiment tal-
kaxex tal-
votazzjoni għal 
ġol-kmamar tal-
votazzjoni.
Sostitwit:
XV. 1996.42.
69. (1) Fil-jum stabbilit għall-votazzjoni u tletin minuta qabel
ma din tibda, il-kamra fil-post tal-votazzjoni fejn il-kaxex tal-
votazzjoni u dokumenti oħra jkunu nħażnu mill-Kummissjoni
għandha tinfetaħ u l-kaxex, id-dokumenti u l-materjal jiġu trasferiti
għal ġo kull kamra tal-votazzjoni mill-Assistenti Kummissjonarji
relattivi.
(2) Qabel ma tibda l-votazzjoni l-Assistenti Kummis-sjonarji,
quddiem kull kandidat jew aġent li jista’ jkun hemm, għandhom
jiftħu l-kaxxa tal-votazzjoni li tkun ġiet konsenjata lilhom u
jiżguraw li din tkun vojta qabel ma jissiġillawha u jibdew il-
votazzjoni. Jekk ma jkun hemm ebda kandidat jew aġent preżenti l-
Assistenti Kummissjonarji jistaqsu lil min ikun hemm preżenti
sabiex jidħol fil-kamra tal-votazzjoni u jkun xhud tas-siġillar tal-
kaxex tal-votazzjoni.
(3) Wara li jiżguraw ruħhom li l-kaxxa tal-votazzjoni tkun
vojta, jekk dan jenħtieġ ukoll billi jneħħu kull materjal żejjed minn
ġewwa fiha, iċ-Chairperson minn fost l-Assistenti Kummissjonarji
jgħaddi biex jissiġilla l-kaxxa tal-votazzjoni bil-mod u bis-siġill
lilu provdut mill-Kummissjoni filwaqt li jiżgura li ma jissiġillax il-
fetħa li minnha jkollhom jintefgħu l-poloz tal-votazzjoni mill-
  34      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
eletturi.
(4) Jista’ aġent wieħed jew kandidat wieħed għal kull wieħed
mill-partiti politiċi preżenti waqt dak l-issiġillar jagħmel is-siġill
tal-partit tiegħu mal-kaxxa tal-votazzjoni.
(5) Wara li l-kaxxa tal-votazzjoni tkun ġiet siġillata, iċ-
Chairperson ta’ l-Assistenti Kummissjonarji għandu jagħti xiehda
ta’ dan fuq il-formula provduta mill-Kummissjoni filwaqt li jitlob
lil kull min kien preżenti waqt l-issiġillar sabiex jiffirma bħala
xhud, u ma’ dan kulħadd jitlaq ’il barra mill-kamra ħlief l-
Assistenti Kummissjonarji u hekk tibda l-votazzjoni.
(6) Fil-każ li jinqala’ xi nuqqas ta’ qbil li ma jkunx jista’
jitranġa bejn dawk preżenti, iċ-Chairperson ta’ 1-Assistenti
Kummissjonarji jitlob lill-Kummissjonarju li jagħti kull direttiva
meħtieġa.
Votazzjoni.
Emendat:
XV. 1996.43.
70. (1) Kull elettur li jkun irid jivvota għandu jmur fil-kamra
tal-votazzjoni speċifikata fid-dokument għall-votazzjoni li huwa
jkun irċieva u għandu jikkonsenja dak id-dokument lill-Assistent
Kummissjonarju f’dik il-kamra tal-votazzjoni matul il-ħinijiet
stabbiliti għall-votazzjoni.
(2) Ebda persuna ma titħalla tivvota jekk ma tipproduċix u ma
tikkonsenjax id-dokument għall-votazzjoni lill-Assistenti
Kummissjonarji.
(3) Ma titħalla li ssir ebda investigazzjoni fil-waqt tal-
votazzjoni dwar il-jedd ta’ xi persuna li tivvota sakemm isem dik
il-persuna jkun jidher fil-lista msemmija fl-artikolu 64(1), iżda l-
Assistenti Kummissjonarji jistgħu, qabel ma jagħtu l-polza tal-
votazzjoni lill-elettur, jagħmlulu dawk il-mistoqsijiet li jidhrilhom
xierqa sabiex jissodisfaw ruħhom mill-identità  ta’ dak l-elettur.
Kull komunikazzjoni bejn l-Assistenti Kummissjonarji u l-elettur
filwaqt li l-elettur ikun għadu fil-kamra tal-votazzjoni għandha ssir
permezz taċ-Chairperson ta’ l-Assistenti Kummissjonarji.
(4) L-Assistenti Kummissjonarji, mal-produzzjoni u l-konsenja
lilhom tad-dokument għall-votazzjoni, wara li jkunu issodisfaw
ruħhom mill-identità  ta’ l-elettur, għandhom iħassru isem l-elettur
minn fuq l-imsemmija lista u jagħtuh f’idu, wara li jimmarkawha
bit-timbri uffiċjali, polza tal-votazzjoni. Ikun it-timbru uffiċjali tal-
Kummissjoni biss li jkun meħtieġ għall-validità  tal-polza tal-
votazzjoni.
(5) L-Assistenti Kummissjonarji jistgħu fid-diskrezzjoni
tagħhom jagħtu l-ġurament lil kull elettur fil-formula murija fil-
Ħdax-il Skeda li tinsab ma’ dan l-Att.
(6) Kull persuna li tirrifjuta li twieġeb għal xi mistoqsija li
ssirilha skond is-subartikolu (3) jew li tieħu l-ġurament imsemmi
fis-subartikolu (5) ma titħalliex tivvota.
(7) L-Assistenti Kummissjonarji ma jistgħux jirrifjutaw li
jagħtu polza tal-votazzjoni lil persuna li isimha jkun jidher fil-lista
msemmija f1-artikolu 64(1) u li xort’oħra tissodisfa l-ħtiġiet ta’
dan l-artikolu ħlief jekk, fuq mistoqsijiet magħmulin taħt dan l-
artikolu, il-persuna li tkun trid tivvota tkun tidher lill-Assistenti
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      35
Kummissjonarji li ma tkunx il-persuna li isimha jidher fl-
imsemmija lista jew li diġà  tkun ivvotat fl-istess elezzjoni.
(8) L-Assistenti Kummissjonarji għandhom iżommu nota bil-
miktub ta’ kull ġurament li jiġi mogħti lil xi persuna taħt dan l-
artikolu u ta’ kull każ li fih ma jħallux persuna tivvota.
(9) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 77, ebda
elettur ma jitħalla jivvota ħlief il-kamra tal-votazzjoni speċifikata
fid-dokument għall-votazzjoni ippreżentat minnu sabiex jivvota.
(10) Meta min jivvota jkun bi żball ħela l-polza tiegħu, jista’
jkollu polza oħra flok l-oħra li jkun ħela u l-polza moħlija tiġi
mħassra minnufih, kemm-il darba, meta jiġi biex jagħti lura lill-
Assistent Kummissjonarju l-polza li jkun ħela, huwa juri lil dan l-
Assistent Kummissjonarju ta’ l-Elezzjonijiet li dan l-iżball ikun
ħadu bla ma ried u b’mod li dana jista’ jemmnu.
Kif wieħed jivvota.
Emendat:
XV. 1996.44.
71. (1) Kull elettur għandu jkollu vot wieħed trasferibbli (jew
vot li jgħaddi minn kandidat għal ieħor).
(2) L-elettur meta jagħti l-vot tiegħu:
(a) għandu jikteb fuq il-polza n-numru 1, ħdejn l-isem tal-
kandidat li lilu jagħti l-vot; u
(b) barra minn dan juri l-ordni ta’ l-għażla jew preferenza
tiegħu għal dawk il-kandidati l-oħra kollha li
jogħġbuh, billi jikteb ħdejn l-isem ta’ kull wieħed
minnhom in-numri, 2, 3, 4, 5, 6 u hekk dejjem numru
wara l-ieħor skond l-ordni ta’ preferenza li jagħti.
(3) Il-polza ma tkunx tiswa -
(a) jekk fuqha ma jkunx hemm miktub in-numru 1, li
mqiegħed għalih waħdu, għandu juri l-ewwel
preferenza li tingħata lil wieħed mill-kandidati fuq l-
oħrajn kollha; jew
(b) jekk ikun hemm miktub ħdejn l-isem ta’ iżjed minn
kandidat wieħed in-numru 1, li, imqiegħed għalih
waħdu, għandu juri l-ewwel preferenza; jew
 (ċ) jekk flimkien man-numru 1, li mqiegħed għalih
għandu juri l-ewwel preferenza, jinkiteb xi numru
ieħor ħdejn l-isem ta’ l-istess kandidat; jew
(d) jekk ma jkunx jista’ jingħaraf sewwa għal liema
kandidat ġiet mogħtija l-ewwel preferenza; jew
(e) jekk fil-polza jkun hemm xi kelma miktuba jew xi
sinjal ieħor, li bih tista’ tingħaraf il-persuna li tat il-
vot; jew
(f) jekk fuqha ma jintgħamilx it-timbru uffiċjali tal-
Kummissjoni.
(4) L-elettur jagħti l-vot tiegħu b’mod sigriet ġewwa
kompartiment tal-votazzjoni. Wara li jkun temm jikteb fuq il-polza
tal-votazzjoni tiegħu, l-elettur għandu jitwi l-polza tal-votazzjoni
b’mod li jibqa’ jidher it-timbru uffiċjali u ma jkunx jidher kif
ivvota, juri t-timbru uffiċjali liċ-Chairperson ta’ l-Assistenti
  36      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Kummissjonarji biex l-Assistenti Kummissjonarji jivverifikaw l-
istess, u għandu mbagħad jitfa’ l-polza tal-votazzjoni fil-kaxxa tal-
voti quddiem l-Assistenti Kummissjonarji.
Eletturi analfabeti 
jew inkapaċi.
Emendat:
XV. 1996.45.
72. (1) Kull elettur li jiddikjara quddiem l-Assistenti
Kummissjonarji, u juri għas-sodisfazzjon tagħhom, li hu ma jistax
minħabba li jkun għama, minħabba raġuni oħra fiżika jew li jkun
analfabeta jimmarka l-polza ta’ votazzjoni tiegħu, jista’ jitlob lill-
Assistent Kummissjonarju biex jimmarka l-polza tal-votazzjoni
floku, wara li jgħidlu għal liema kandidat jew kandidati huwa jrid
jivvota u l-ordni li fih irid jagħti l-vot tiegħu:
Iżda l-elettur ma jistax jitlob għal xi Kummissjonarju
Elettorali partikolari sabiex jimmarkalu l-polza f’ismu.
(2) L-Assistenti Kummissjonarji huma obbligati għas-sigriet
dwar il-votazzjoni ta’ persuna li huma jkunu għenu biex tivvota.
(3) Għandu jkun hemm preżenti mhux anqas minn żewġ
Assistenti Kummissjonarji meta l-vot jingħata taħt id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), imma fil-kamra ma għandu
jkun hemm ebda persuna oħra.
(4) Meta Assistent Kummissjonarju huwa awtorizzat li jgħin
elettur sabiex iniżżel il-vot tiegħu, l-Assistent Kummissjonarju
għandu jġiegħel lill-elettur iwettaq id-dikjarazzjoni tiegħu
b’ġurament skond il-formula murija fil-Ħmistax-il Skeda li tinsab
ma’ dan l-Att, u meta jiżgura ruħu li d-dikjarazzjoni li għamillu
hija vera, huwa jikteb il-vot ta’ dak l-elettur fuq il-polza, skond ma
jkun tah indikazzjoni li jagħmel dak l-elettur u skond din il-
proċedura li ġejja:
(a) L-Assistent Kummissjonarju jistaqsi lill-elettur:
"Liema mill-kandidati inti tixtieq l-iktar li jiġi
magħżul'" u jikteb in-numru 1 quddiem l-isem tal-
kandidat imsemmi mill-elettur.
(b) L-Assistent Kummissjonarju għandu mbagħad jistaqsi
lill-elettur: "Liema mill-kandidati tixtieq li jiġi
magħżul it-tieni wieħed'" u jikteb in-numru 2 quddiem
l-isem tal-kandidat imsemmi mill-elettur.
(ċ) L-Assistent Kummissjonarju jkompli jagħmel il-
mistoqsijiet tiegħu għat-tielet preferenza jew
preferenzi oħra, sakemm l-elettur jiddikjaralu li ma
għandu ebda preferenza oħra xi jsemmilu.
(d) Sabiex jassistu lil dak l-elettur jindika l-preferenzi
tiegħu, l-Assistenti Kummissjonarji jistgħu jirreferu
lill-elettur għar-ritratti tal-kandidati murijin fil-kamra
tal-votazzjoni skond l-artikolu 68.
(e) Kif jibda jagħmel dan, u mbagħad wara wkoll, l-
Assistent Kummissjonarju għandu, jekk ikun mitlub
mill-elettur, jaqralu wieħed wara l-ieħor, skond l-ordni
li huma miktubin fuq il-polza, l-ismijiet tal-kandidati
kollha, illi favur tagħhom l-elettur ma jkun għadu
fisser ebda preferenza.
(f) Li kellu jiġri li elettur, madankollu, jitlob lil Assistent
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      37
Kummissjonarju jaqralu l-ismijiet tal-kandidati ta’
partit politiku wieħed partikulari biss, l-Assistent
Kummissjonarju għandu jagħmel dan billi jaqra
f’ordni alfabetiku l-ismijiet tal-kandidati li jkunu
indikaw is-sħubija tagħhom f’dak il-partit politiku
filwaqt li jħalli barra l-ismijiet tal-kandidati l-oħrajn.
L-Assistenti 
Kummissjonarji 
ma għandhomx 
jaraw kif jingħata 
l-vot.
73. Fil-ħin li l-elettur ikun jivvota, l-Assistenti
Kummissjonarji għandhom joqogħdu f’bogħod biżżejjed li ma
jkunux jistgħu jaraw kif jingħata l-vot .
Il-polza tal-
votazzjoni ma 
tistax tinħareġ 
mill-post tal-
votazzjoni. 
74. L-Assistenti Kummissjonarji ma għandhom f’ebda każ
iħallu lil ħadd jieħu polza tal-votazzjoni barra mill-kamra jew minn
taħt għajnejhom sakemm tintefa’ fil-kaxxa tal-voti.
L-Assistenti 
Kummissjonarji 
ma jistgħux 
jissuġġerixxu kif 
wieħed għandu 
jivvota.
75. Ħlief fil-każ ta’ l-artikolu 72, ebda Assistent
Kummissjonarju jew persuna oħra ma jistgħu jivvutaw għal elettur,
jew, f’post ta’ votazzjoni, jagħmlulu ebda suġġeriment, direttament
jew indirettament, dwar il-kandidat jew kandidati li għalihom
imissu jivvota jew dwar il-għażla jew preferenza tiegħu.
Ebda persuna 
mhux awtorizzata 
ma tista’ tidħol 
f’post ta’ 
votazzjoni.
76. Ħlief fejn imsemmi mod ieħor f’dan l-Att, l-Assistenti
Kummissjonarji m’għandhom iħallu ebda persuna, ħlief uffiċjal tal-
Pulizija li jkun qiegħed servizz jew persuna legalment inkarigata
mill-esekuzzjoni ta’ servizz li għandu x’jaqsam ma’ l-elezzjoni,
jew persuna li għandha l-jedd li tivvota f’dak il-post ta’ votazzjoni,
tidħol f’dak il-post ta’ votazzjoni, lanqas m’għandhom iħallu
elettur jew persuna oħra li jibqgħu fil-post tal-votazzjoni iżjed milli
jenħtieġ.
Postijiet tal-
votazzjoni mħallta.  
Sostitwit:
XV. 1996.46.
77. (1) Minkejja kull ħaġ’oħra li tmur kontra dak li jinsab
f’dan l-Att, il-Kummissjoni għandha tipprovdi postijiet  tal-
votazzjoni mħallta għall-għanijiet u bil-mod kif provdut b’dan l-
artikolu.
(2) Post ta’ votazzjoni mħallat huwa post tal-votazzjoni fejn
ikun hemm kaxxa tal-votazzjoni għal kull distrett elettorali u fejn l-
eletturi msemmija fis-subartikolu (4)(a) u (b) għandhom jivvutaw
indipendentement mid-distrett elettorali fejn jistgħu jkunu
reġistrati fir-Reġistru Elettorali li jkun ġie l-aħħar ippubblikat, billi
jitfgħu l-vot tagħhom fil-kaxxa tal-votazzjoni korrispondenti għad-
distrett elettorali fejn ikunu reġistrati.
(3) Il-Kummissjoni għandha biss tipprovdi postijiet tal-
votazzjoni mħallta f’dawn l-imkejjen:
(a) fil-post fejn ikun se jsir l-għadd tal-voti skond ma
hemm fl-artikolu 45;
(b) f’San Vinċenz de Paule.
(4) (a) Minkejja kull disposizzjoni oħra f’dan l-Att, kull min
ikun ġie magħżul biex iservi bħala Assistent
Kummissjonarju Elettorali, inkluż jekk ikun ġie
magħżul bħala riżerva, għandu jitfa’ l-vot tiegħu fil-
post indikat fis-subartikolu (3)(a) u għandu jagħmel
dan fil-jum ta’ qabel il-jum tal-votazzjoni bejn is-7.00
  38      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
a.m. u l-10.00 p.m.
(b) Għall-finijiet u effetti kollha ta’ dan l-artikolu l-
persuni li għandhom jivvutaw skond il-paragrafu (a)
huma dawk kollha li isimhom ikun ippubblikat fil-lista
msemmija fl-artikolu 59(6), anke jekk xi waħda minn
dawk il-persuni tkun irriżenjat il-ħatra tagħha wara l-
pubblikazzjoni ta’ dik il-lista.
(ċ) Il-votanti kollha li sebat ijiem qabel il-jum ta’ l-
elezzjoni jkunu residenti, iżda mhux reġistrati bħala
votanti, f’San Vinċenz de Paule għandhom jivvutaw
fil-post indikat fis-subartikolu (3)(b), u jkun obbligu
tas-sotto-kumitat imwaqqaf permezz ta’ l-artikolu 81,
li jiddetermina min huma dawn il-votanti.
(5) Għall-finijiet u effetti kollha ta’ dan l-Att post tal-
votazzjoni mħallat jitqies bħala post tal-votazzjoni ordinarju u d-
drittijiet u obbligi imposti fuq il-Kummissjoni u persuni maħtura
minnha, partiti politiċi, aġenti u kandidati għandhom mutatis
mutandis japplikaw.
(6) Kopja ta’ listi tal-persuni intitolati biex jivvotaw f’postijiet
tal-votazzjoni mħallta għandha tingħata mill-Kummissjoni
Elettorali lill-partiti politiċi mill-anqas erbat ijiem qabel il-ġurnata
ta’ l-elezzjoni.
Għeluq tal-
votazzjoni. 
Emendat: 
XV. 1996.47;
XVI. 2002.18.
78. (1) Wara li jgħaddi ż-żmien stabbilit għall-votazzjoni, l-
Assistenti Kummissjonarji għandhom jissiġillaw il-fetħa li jkun
hemm fil-kaxxa tal-votazzjoni, iqegħdu f’pakkett kull polza tal-
votazzjoni mhux użata u mħassra u kull dokumentazzjoni stampata
jew miktuba li jkollhom, filwaqt li jwaħħlu s-siġilli tagħhom fuq
dak il-pakkett, wara li jiddikjaraw u jiffirmaw fuq l-imsemmi
pakkett in-numru ta’ dawk il-poloz, u għandhom iqegħdu f’pakkett
separat id-dokumenti għall-votazzjoni kollha lilhom mogħtijin. It-
timbri ufficjali li jintużaw mill-Assistenti Kummissjonarji nominati
mill-partiti politici għandhom jitqegħdu f’pakkett separat li jkun
siġillat bis-siġill tal-Kummissjoni wara li l-Assistenti
Kummissjonarji jkunu għamlu l-firma tagħhom fuq dak il-pakkett.
(2) Għall-finijiet tas-subartikolu ta’ qabel ta’ dan l-artikolu l-
Assistenti Kummissjonarji għandhom igħoddu u jirrikonċiljaw
wieħed wieħed in-numru ta’ poloz tal-votazzjoni mhux użati u
mħassrin, in-numru ta’ persuni markati bħala li jkunu ivvutaw fuq
il-lista msemmija fl-artikolu 64(1) u n-numru ta’ dokumenti tal-
votazzjoni lilhom mogħtijin.
(3) Wara l-għeluq tal-votazzjoni u qabel ma jinġarru l-kaxex
tal-votazzjoni mill-kmamar tal-votazzjoni, l-Assistenti
Kummissjonarji għandhom iwaħħlu avviż mal-bieb ta’ kull kamra
tal-votazzjoni u li jkun iffirmat mill-Assistenti Kummissjonarji
kollha li jkun jiddikjara n-numru ta’ eletturi li kellhom il-jedd
jivvotaw f’dik il-kamra tal-votazzjoni, in-numru ta’ poloz tal-
votazzjoni li jkunu rċevew mingħand il-Kummissjoni, in-numru ta’
dokumenti għall-votazzjoni lilhom mogħtijin filwaqt li
jiddistingwu jekk dawn humiex ordinarji jew speċjali, in-numru ta’
poloz tal-votazzjoni mħassrin u n-numru ta’ poloz tal-votazzjoni
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      39
mhux użati li huma jkunu qegħdin jagħtu lura lill-Kummissjoni u n-
numru ta’ persuni li jkunu vvutaw f’dik il-kamra tal-votazzjoni.
Dak l-avviż għandu hawn iżjed ’il quddiem f’dan l-artikolu
jissejjaħ "ir-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni".
Kopja tar-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni għandha
titqassam mill-Assistenti Kummissjonarji lil kull partit politiku
billi tingħata lil kandidat, jew aġent ta’ l-elezzjoni jew tal-partit li
jirrappreżentaw dak il-partit u li jistgħu jkunu hemm, u dik il-kopja
għandha wkoll tingħata lill-Kummissjoni fil-post imsemmi fl-
artikolu 45(ċ) u l-Kummissjoni għandha minnufih li jsir dan tagħti
kopja lid-delegati tal-partit.
(4) Mat-temm tad-dmirijiet kollha msemmija fis-subartikolu ta’
qabel ta’ dan l-artikolu, l-Assistenti Kummissjonarji għandhom
iġorru il-kaxxa jew kaxex tal-votazzjoni u d-dokumenti u pakketti
kollha fdati lilhom għal għand il-Kummissjoni fil-post imsemmi fl-
artikolu 45(ċ).
(5) Delegati tal-partit, kandidati, u aġenti tal-partit għandhom
il-jedd jattendu filwaqt li tkun qed issir ir-rikonċiljazzjoni, u l-
issiġillar tal-poloz u l-issiġillar tal-kaxex tal-votazzjoni, kif
imsemmi fis-subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, u li jagħmlu s-
siġill tagħhom personali fuq il-pakketti tal-poloz u fuq il-kaxex tal-
votazzjoni, u għandhom, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu, jingħataw faċilitajiet sabiex
jissorveljaw u jakkumpanjaw il-ġarr tal-kaxex tal-votazzjoni mill-
post tal-votazzjoni sal-konsenja tagħhom lill-Kummissjoni.
(6) (a) Mhux iktar minn aġent tal-partit wieħed minn kull
partit politiku jista’ jkun preżenti f’kull kamra tal-
votazzjoni fl-istess waqt meta tkun qiegħda ssir il-
proċedura għall-issiġillar tal-kaxex tal-votazzjoni;
(b) L-Assistenti Kummissjonarji għandhom jieħdu ħsieb li
l-kandidati, aġenti tal-partit jew delegati tal-partit li
jistgħu jinsabu fil-post għandhom jissejħu fil-kamra
qabel ma huma jibdew il-proċeduri msemmija fis-
subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu dwar l-issiġillar
ta’ kaxex tal-votazzjoni u ta’ pakketti u dwar ir-
rikonċiljazzjoni;
(ċ) Il-kandidati, aġenti tal-partit u delegati tal-partit li
jistgħu jkunu jinsabu fil-post għandhom jingħataw kull
faċilità  raġonevoli sabiex jissorveljaw, jiddokumentaw
u jinħtieġu kull għadd mill-ġdid ta’ dak kollu li
jagħmlu l-Assistenti Kummissjonarji skond is-
subartikoli ta’ qabel ta’ dan l-artikolu, u mingħajr
preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel - 
(i) sabiex jirrikonċiljaw l-għadd ta’ persuni li jkunu
vvotaw kif dikjarat fir-rendikont ta’ poloz tal-
votazzjoni ma’ l-għadd ta’ persuni li l-Assistenti
Kummissjonarji jkunu qatgħu minn fuq il-lista
msemmija fl-artikolu 64 u l-għadd ta’ dokumenti
għall-votazzjoni riċevuti mill-Assistenti
Kummissjonarji;
  40      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
(ii) sabiex jirrikonċiljaw l-ismijiet ta’ l-eletturi li l-
Assistenti Kummissjonarji jkunu qatgħu minn
fuq il-lista msemmija fl-artikolu 64 ma’ l-
ismijiet jew mad-dokumenti għall-votazzjoni
riċevuti minnhom;
(iii) sabiex jirreġistraw l-ismijiet, in-numri tal-karti
ta’ l-identità  u, jew, il-partikolaritajiet tal-
persuni li ma jkunux ivvotaw;
(d) Wara li jkunu ntemmu l-proċeduri kollha msemmija
fil-paragrafu ta’ qabel ta’ dan is-subartikolu, l-
Assistenti Kummissjonarji għandhom iżommu l-kaxxa
tal-votazzjoni u d-dokumenti u l-pakketti kollha fil-
kamra tal-votazzjoni sa dak il-ħin meta l-vettura
mibgħuta mill-Kummissjoni għat-trasferiment tal-
kaxex tal-votazzjoni tasal fil-post tal-votazzjoni. Kull
kandidat, jew aġent tal-partit jew delegat tal-partit li
jistgħu jkunu jinsabu fil-kamra jkollhom il-jedd ukoll
li jibqgħu f’dik il-kamra ta’ votazzjoni;
(e) Waqt il-ġarr mill-post tal-votazzjoni sal-post stabbilit
mill-Kummissjoni għall-konsenja tal-kaxex tal-
votazzjoni skond l-artikolu 45(3) mhux iktar minn
rappreżentant wieħed minn kull partit politiku ma
jista’ jirkeb vettura mibgħuta mill-Kummissjoni għall-
ġarr relattiv;
(f) Ir-rappreżentanti msemmija fil-paragrafu ta’ qabel ta’
dan is-subartikolu għandhom jintgħażlu mill-partiti
politiċi u għandhom ikunu debitament awtorizzati
mill-Kummissjoni u għandu jkollhom dawk il-ħtigiet
ta’ identifikazzjoni bħal dawk meħtieġa bl-artikolu
63(1) u għandu jkollhom isimhom mgħarraf skond ma
hemm provdut fl-artikolu 63(2);
(g) Ir-rifjut ta’ Assistent Kummissjonarju li jiffirma xi
dikjarazzjoni jew xi dokument ma għandux, fih
innifsu, jinvalida l-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni
jew dokument.
L-Assistenti 
Kummissjonarji 
għandhom iżommu 
l-bonordni.
79. L-Assistenti Kummissjonarji għandhom iżommu l-bon-
ordni fil-post tal-votazzjoni li tiegħu jkollhom l-inkarigu u huma
responsabbli għal kull irregolarità  f’dak il-post sa fejn dik l-
irregolarità  setgħat tiġi evitata minnhom.
TAQSIMA XII 
Votazzjoni fi Djar ta’ l-Anzjani
Dar ta’ l-Anzjani.  80. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, "dar ta’ l-anzjani" tfisser
dak il-post jew dawk il-postijiet prinċipalment użati għall-kura ta’
persuni anzjani li fihom ikunu, mill-inqas, joqogħdu ħamsin elettur:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 81(3)(a), ta’ l-artikolu
82(1)(b) u ta’ l-artikolu 83 ma għandhomx japplikaw għal djar ta’ l-
anzjani li ma jkunux immexxijin jew amministrati mill-Gvern.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      41
Sotto-kumitat għal 
Djar ta’ l-Anzjani.
81. (1) Fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mill-pubblikazzjoni
tar-Writ għall-elezzjoni ta’ membri fil-Kamra, il-Kummissjoni
għandha twaqqaf sotto-kumitat li jkun magħmul minn
Kummissjonarju, li jagħmilha ta’ chairperson,  u minn
rappreżentant ta’ kull wieħed mill-partiti politiċi u l-Kummissjoni
Elettorali għandha tiddelega lis-sotto kumitat it-tmexxija ta’ l-
elezzjoni fid-djar ta’ l-anzjani kollha.
(2) Is-sotto-kumitat ikollu d-dmir li jieħu ħsieb li ma ssir ebda
pressjoni fuq eletturi fi djar għan-nies avvanzati, li jingħataw
faċilitajiet xierqa u adegwati lill-partiti politiċi kollha għall-
canvassing ta’ dawk l-eletturi, li jsiru arranġamenti adegwati għall-
votazzjoni meta wieħed jikkunsidra l-bżonnijiet speċjali ta’ dawk l-
eletturi u li ebda partit politiku ma jiġi li jkollu xi vantaġġ inġust.
(3) Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  tad-disposizzjonijiet
ta’ qabel, is-sotto-kumitat għandu jiżgura illi -
(a) jittieħdu passi immedjati sabiex għal xi żmien
jitneħħew u jiġu sostitwiti membri tal-persunal li
dwarhom ikun hemm suspett gravi ta’ tentattiv li
jinfluwenzaw lill-eletturi;
(b) isiru arranġamenti sabiex jiddaħħal u jitqassam sew
materjal ta’ propaganda u sabiex isir canvassing waqt
il-ħinijiet ta’ attendenza mill-barranin, minn kandidati
u minn partiti politiċi li jkunu qegħdin jikkontestaw
dak id-distrett elettorali;
(ċ) l-ilmenti li jsiru mill-partiti politiċi u, jew mill-
kandidati jiġu nvestigati u, meta jkunu ġustifikati,
rimedjati bil-għaġġla. 
Dmirijiet ta’ 
persuni 
responsabbli għat- 
tmexxija ta’ Djar 
ta’ l-Anzjani.
82. (1) Fi żmien tliet ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Writ il-
persuna responsabbli mit-tmexxija ta’ dar ta’ l-anzjani għandha
tibgħat lis-sotto-kumitat:
(a) lista tal-persuni kollha residenti f’dik id-dar ta’ l-
anzjani, li fiha juru l-isem, in-numru tal-karta ta’ l-
identità , l-aħħar indirizz magħruf, l-età , in-numru tal-
ward, l-isem u l-indirizz ta’ l-eqreb qarib u jekk dik il-
persuna tkunx reġistrata bħala elettur fl-indirizz ta’ dik
id-dar ta’ l-anzjani jew ta’ x’imkien ieħor;
(b) lista tal-persunal kollu fid-dar ta’ l-anzjani li turi l-
isem, in-numru tal-karta ta’ l-identità , l-indirizz, il-
kariga u l-ħinijiet tax-xogħol sal-għada tal-jum
stabbilit għall-votazzjoni.
(2) Meta s-sotto-kumitat jirċievi l-listi msemmija, dan għandu
minnufih jagħti kopji ta’ dawk il-listi lill-partiti politiċi.
(3) L-amministratur ta’ kull dar ta’ l-anzjani għandu jżomm
dawk il-listi aġġornati u għandu minnufih jibgħat lis-sotto-kumitat
kull emenda li ssir fihom. Is-sotto-kumitat għandu minnufih
igħarraf lill-partiti politiċi b’dawk l-emendi.
  42      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Kap. 446.
Kap. 9. 
(4) Kull membru tal-persunal fi djar ta’ l-anzjani hu
espressament projbit milli jieħu sehem u jagħmel propaganda għal
xi partit jew kandidat politiku u jekk xi impjegat jikser id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu huwa jkun ħati ta’ reat u jeħel,
meta jinsab ħati, l-piena ta’ interdizzjoni ġenerali għal perijodu ta’
għaxar snin u d-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation u ta’ l-
artikolu 22 tal-Kodiċi Kriminali ma għandhomx japplikaw.
Votazzjoni fi Djar 
ta' l-Anzjani. 
Emendat:
XV. 1996.48.
83. (1) Id-dokumenti għall-votazzjoni li jkunu reġistrati fi
djar ta’ l-anzjani għandhom jitqassmu lill-eletturi personalment. L-
elettur jista’ jagħżel li jikkonsenja d-dokument għall-votazzjoni
liċ-Chairperson tas-sotto-kumitat sabiex jieħu ħsiebu fiż-żgur, u
dak iċ-Chairperson għandu jikkonsenja lura d-dokument lill-elettur
fil-jum stabbilit għall-votazzjoni jew f’dak il-jum li jiġi aktar qabel
hekk kif l-elettur jista’ jitlob li jsir.
(2) L-eletturi fi djar ta’ l-anzjani għandu jkollhom l-għażla li
jmorru fil-post tal-votazzjoni -
(a) mingħajr ma jkollhom l-assistenza ta’ ebda persuna; 
(b) bl-assistenza ta’ membri tal-persunal;
(ċ) bl-assistenza ta’ membri tal-familja tagħhom; 
u s-sotto-kumitat ikun responsabbli li jara li titwettaq l-għażla
partikulari ta’ kull elettur. Is-sotto-kumitat għandu jara xi tkun l-
għażla magħmula minn kull elettur kemm jista’ jkun malajr wara l-
kunsinna tad-dokumenti għall-votazzjoni lill-eletturi u għandu
jgħarraf bil-miktub lid-delegati tal-partit b’dik l-għażla li kull
elettur ikun għamel.
(3) Konsulent mediku li jkollu b’pazjent tiegħu xi elettur li
jkun residenti f’xi sptar jew dar ta’ l-anzjani jista’, bil-ħruġ ta’
ċertifikat mediku li jkun jgħid dan, jiġbed l-attenzjoni tal-
Kummissjoni għal kull periklu li jkun hemm għas-saħħa tal-pazjent
tiegħu li kieku dan kellu jitħarrek minn postu sabiex imur jivvota.
Dak iċ-ċertifikat, madankollu, ma għandu b’ebda mod jolqot il-jedd
ta’ dak l-elettur, jew ta’ min jiġi l-eqreb minnu meta jkun il-każ, li
ma jagħtix każ ta’ l-avviż mediku u jiddeċiedi li jitfa’ l-vot tiegħu.
(4) L-eletturi li jagħżlu li jkollhom l-assistenza tal-membri tal-
persunal għandhom ikunu akkumpanjati minn membri tal-persunal
magħżulin minn fost ġemgħa minnhom nominati f’numri indaqs
mill-partiti politiċi kollha. Il-partiti politiċi jkollhom id-dmir li
jitolbu, u l-Kummissjoni jkollha d-dmir li tiżgura, illi jekk il-
persunal ordinarju f’dawk id-djar ma jkunux biżżejjed għall-finijiet
ta’ dan l-artikolu għandhom jintbagħtu persuni oħra f’dawk id-djar
għal dawk il-finijiet.
(5) Dawk l-eletturi li jagħżlu li jkunu akkumpanjati minn
membri tal-persunal jew minn membri tal-familji tagħhom,
minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att, jiġu hekk
akkumpanjati sal-bieb tal-kamra tal-votazzjoni relattiva.
(6) (a) Matul il-jum stabbilit għall-votazzjoni ħadd ma għandu
jitħalla jidħol, mingħajr l-awtorità  tal-Kummissjoni, fi
djar ta’ l-anzjani.
(b) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ma għandhomx
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      43
ikunu japplikaw għall-membri tas-sotto-kumitat,
membri tal-persunal u qraba ta’ pazjenti li jkunu ġew
awtorizzati minn qabel jakkumpanjaw lill-eletturi biex
jivvotaw:
Iżda dawk il-qraba għandhom f’kull ħin jilbsu
biljetti ta’ identità  li jinħarġulhom għaldaqshekk mill-
Kummissjoni.
(7) Ħlief bl-awtorizzazzjoni speċjali tas-sotto-kumitat, ebda
elettur f’dar ta’ l-anzjani li jkun għażel li jivvota waħdu jew li jkun
akkumpanjat minn membri tal-familja tiegħu ma jista’ jittieħed
sabiex jivvota minn membri tal-persunal.
Il-Kummissjoni 
Elettorali tgħid 
x’għandu jsir.
84. Is-sotto-kumitat maħtur skond l-artikolu 81 għandu
jiffunzjona taħt id-direzzjoni ġenerali tal-Kummissjoni u jkun
marbut li jwettaq id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.
TAQSIMA XIII 
Għadd tal-Poloz tal-Votazzjoni
Bidu ta’ l-għadd 
tal-poloz tal-
votazzjoni.
Emendat:
XV. 1996.49, 50.
85. L-għadd tal-poloz tal-votazzjoni għandu jinżamm fl-
imkien u fil-ħin stabbiliti fl-avviż imsemmi fl-artikolu 45(d) u
għandu jitmexxa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att. Il-
klassifika tal-poloz tal-votazzjoni ma għandhiex tibda qabel ma
jkunu twettqu l-proċeduri kollha stabbiliti fit-Taqsimiet XIII u XIV
ta’ dan l-Att u l-Kummissjoni tiddikjara li tkun sodisfatta li ma
kienx hemm tbagħbis. Il-klassifika tal-poloz tal-votazzjoni kollha
għandha tibda fl-istess ħin fid-distretti elettorali kollha.
Tbagħbis mal-
kaxex tal-
votazzjoni. 
Emendat:
XV. 1996.49, 51;
XVI. 2002.19.
86. (1) Il-partiti politiċi li jikkontestaw l-elezzjonijiet għandu
jkollhom il-jedd li jinnominaw għadd suffiċjenti ta’ aġenti, li jiġi
stabbilit mill-Kummissjoni, sabiex jissorveljaw f’kull żmien id-
dħul tal-kaxex tal-votazzjoni, dokumenti u pakketti li jsiru għand
il-Kummissjoni mingħand l-Assistenti Kummissjonarji u l-ħażna
tal-kaxex tal-votazzjoni msemmija, dokumenti u pakketti wara d-
dħul tagħhom. Dawk l-aġenti għandhom minn hawnhekk iżjed ’il
quddiem f’dan l-Att jissejħu "aġenti konsenjatarji".
(2) Id-delegati tal-partit, kandidati kif ukoll agenti
konsenjatarji jkollhom il-jedd jissorveljaw id-dħul ta’ kaxex tal-
votazzjoni għand il-Kummissjoni Elettorali mingħand l-Assistenti
Kummissjonarji u sabiex jagħmlu l-ilmenti tagħhom dwar dan.
(3) Jekk xi Kummissjonarju jew xi delegat ta’ partit, kandidat
jew aġent konsenjatarju jivvanta li xi kaxxa tal-votazzjoni jew
pakkett ikunu daħlu f’sura li tagħti lok għal suspett li setgħu
tbagħbsu, il-Kummissjoni tordna li dik il-kaxxa jew dak il-pakkett
għandhom jiġu trattati separatament mill-kaxex jew pakketti l-
oħrajn, u ssejjaħ laqgħa ta’ l-istess Kummissjoni minnufih; f’dik il-
laqgħa l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tisma’ dik ix-xiehda li
tingħata bil-ġurament li tista’ tqis meħtieġa.
(4) Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma hemmx prova li
tiġġustifika s-suspett li l-kaxxa jew il-pakkett ikunu tbagħbsu, id-
deċizjoni tagħha tkun waħda finali u ma jista’ isir ebda appell
  44      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
minnha.
(5) Kull ilment bħal dawk imsemmija fis-subartikoli ta’ qabel
ta’ dan l-artikolu għandu jsir hekk kif il-kaxxa tal-votazzjoni jew
il-pakkett jiġu konsenjati mill-Assistenti Kummissjonarji lill-
Kummissjoni u għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tiżgura li
d-delegati ta’ partit, kandidati jew aġenti konsenjatarji jingħataw
faċilitajiet xierqa sabiex jiflu b’attenzjoni l-kaxex tal-votazzjoni,
id-dokumenti jew pakketti.
(6) Ikun id-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura il-preċiżjoni
matematika tal-konteġġ tal-poloz tal-votazzjoni u li dan jaqbel ma’
l-għadd dikjarat tad-dokumenti għall-votazzjoni li jitreġġgħu lura
mill-Assistenti Kummissjonarji. Partiti politiċi jkollhom il-jedd li
jitolbu li l-Kummissjoni għandha għal dak il-għan tiftaħ xi pakketti
li jkun fihom id-dokumenti għall-votazzjoni relattivi għal mhux
iktar minn għaxra fil-mija tal-kaxex tal-votazzjoni kollha sabiex
issir verifika materjali tal-preċiżazzjoni ta’ dak id-dħul lura li jkun
sar.
(7) Il-partiti politiċi għandhom jagħżlu l-kaxex tal-votazzjoni li
dwarhom il-pakketti li jkun fihom id-dokumenti għall-votazzjoni
għandhom jinfetħu filwaqt li ssir il-konsenja tal-kaxex tal-
votazzjoni għand il-Kummissjoni u qabel il-ħażna tal-kaxex tal-
votazzjoni.
(8) Hekk kif kull kaxxa tal-votazzjoni tiddaħħal u tintlaqa’
mill-Kummissjoni skond dan l-artikolu, din għandha tittieħed
ġewwa 1-kamra maħsuba mill-Kummissjonarji għall-ħażna tal-
kaxex tal-votazzjoni kollha skond l-artikolu 45. Il-kaxex tal-voti
għandhom jiġu trasferiti minn dik il-kamra għal ġol-parti fejn
jingħaddu l-poloz malli tasal l-ewwel kaxxa tal-votazzjoni bil-għan
li jsir il-proċess ta’ Rikonċiljazzjoni tar-Rendikont ta’ Poloz tal-
Votazzjoni msemmi fit-Taqsima li tmiss ta’ dan l-Att.
(9) Hekk kif ikun prattiku wara li l-kaxex tal-votazzjoni kollha
jkunu ddaħħlu u ntlaqgħu skond dan l-artikolu u qabel ma jibda l-
proċess ta’ klassifika, il-Kummissjoni Elettorali għandha tistqarr
pubblikament x’kien l-għadd totali ta’ poloz tal-votazzjoni li jkunu
ġew dikjarati mitfugħin skond il-konteġġi tal-poloz tal-votazzjoni
konsenjati mill-Assistenti Kummissjonarji kif ukoll l-għadd ta’
poloz tal-votazzjoni f’kull kaxxa tal-votazzjoni kif joħrog mill-
istess konteġġ.
(10) Il-Kummissjoni għandha żżomm sal-pubblikazzjoni tar-
riżultat uffiċjali ta’ l-ewwel elezzjoni li jkun imiss il-karti kollha li
jingħatawlhom mill-Assistenti Kummissjonarji, kif ukoll il-poloz
ta’ votazzjoni mhux użati u d-dokumenti għall-votazzjoni,
f’pakketti separati u siġillati li jkunu juru fuq kull pakkett
minnhom ix-xorta tad-dokumenti ta’ ġewwa l-pakkett, u d-distrett
elettorali li jkollhom x’jaqsmu miegħu.
(11) Fuq kull pakkett bħal dak imsemmi fis-subartikolu ta’
qabel, għandu jintgħamel is-siġill tal-Kummissjoni Elettorali u l-
firma ta’ mill-inqas żewġ Kummissjonarji, u ta’ xi delegat ta’
partit, kandidat jew aġent konsenjatarju li jistgħu jagħżlu li
jiffirmaw.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      45
Persuni li jgħoddu, 
li jissorveljaw u li 
jikkalkolaw.
Emendat:
XV. 1996.49, 52;
XVI. 2002.20.
87. (1) Il-Kummissjoni għandha taħtar għadd ta’ persuni li
jagħmluha ta’ persuni li jgħoddu, li jissorveljaw u li jikkalkolaw
sabiex igħinu lill-Kummissjoni fl-għadd u fit-trasferiment tal-poloz
tal-votazzjoni li għandu jitwettaq taħt is-superviżjoni diretta tal-
Kummissjoni.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 58(1) għandhom ikunu
japplikaw mutatis mutandis għall-kariga ta’ persuna li tgħodd,
tissorvelja jew tikkalkola l-istess kif japplikaw għall-kariga ta’
Assistent Kummis-sjonarju.
(3) Lista ta’ dawk il-persuni maħturin li jgħoddu, li
jissorveljaw u li jikkalkolaw għandha tiġi pubblikata mill-
Kummissjoni fil-Gazzetta, flimkien mal-lista ta’ persuni maħturin
bħala Assistenti Kummissjonarji u l-proċedura stabbilita għan-
nomina minn partiti politiċi, u għall-oġġezzjonijiet dwar l-
Assistenti Kummissjonarji għandha tapplika wkoll mutatis
mutandis għal persuni li jissorveljaw u li jgħoddu.
(4) Għandhom jinħargu lil dawk il-persuni kollha li jgħoddu, li
jissorveljaw u li jikkalkolaw, dokumenti ta’ l-identità  li jkunu juru
d-dettalji bħal ma jintwerew fil-każ ta’ aġenti ta’ partit. Id-
dokumenti ta’ l-identità  għandhom jintlibsu f’kull waqt mill-
persuni li jgħoddu, jissorveljaw jew jikkalkolaw filwaqt li jkunu
fiż-żona ta’ l-imkien fejn ikun qiegħed isir l-għadd tal-poloz tal-
votazzjoni.
(5) Il-persuni li jikkalkolaw għandhom jagħmlu dawk il-kalkoli
matematiċi kollha li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-għadd tal-poloz tal-
votazzjoni u 1-Kummissjoni għandha tiżgura li l-persuni hekk
magħżulin ikunu jafu jagħmlu kalkoli matematiċi sew.
(6) Il-persuni li jissorveljaw għandhom ikunu responsabbli
għal għadd ta’ persuni li jgħoddu u għandhom jissorveljaw il-ftuħ
tal-kaxex tal-votazzjoni, il-klassifika u l-għadd ta’ poloz tal-
votazzjoni għal kull distrett elettorali. Il-Kummissjoni Elettorali
għandha tiżgura li f’kull waqt matul l-għadd tal-voti ma jkunx
hemm inqas minn żewg persuni li jissorveljaw għal kull distrett
elettorali u li l-partiti politiċi jkunu rappreżentati b’mod xieraq fl-
għażla ta’ persuni li jagħmluha ta’ persuni li jissorveljaw għal kull
distrett elettorali.
(7) Il-persuni li jgħoddu għandhom jaħdmu taħt id-direzzjoni
ta’ persuni li jissorveljaw; huma għandhom materjalment
jikklassifikaw u jgħoddu l-poloz tal-votazzjoni. Il-Kummissjoni
Elettorali għandha tiżgura li jkun hemm għadd biżżejjed ta’ persuni
li jgħoddu f’kull distrett elettorali sabiex jiżguraw li jkun hemm
proċess ta’ għadd mgħaġġel u effiċjenti u li l-partiti politiċi jkunu
rappreżentati b’mod xieraq f’kull waqt matul l-għadd tal-poloz tal-
votazzjoni fl-għażla ta’ persuni li jagħmluha ta’ persuni li jgħoddu
f’kull distrett elettorali.
  46      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Il-Kummissjonarji 
jistgħu jaħtru 
persuni biex 
jgħinuhom fil-
għadd tal-poloz 
tal-votazzjoni. 
Emendat:
XV. 1996.49.
88. (1) Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza wieħed jew iżjed
mill-membri tagħha jew persuna jew persuni oħra maħturin
minnha, biex jagħmlu minflokha kull ħaġa li għandha x’taqsam
mad-dħul u l-ħażna tal-kaxex tal-votazzjoni u ma’ l-għadd u t-
trasferiment tal-poloz tal-votazzjoni, u kull ħaġa magħmula bis-
saħħa ta’ dik l-awtorizzazzjoni titqies bħallikieku tkun saret mill-
Kummissjoni.
(2) Il-Kummissjonarji jew wieħed jew iżjed minnhom
għandhom jagħtu, lil kull persuna awtorizzata biex taġixxi minflok
il-Kummissjoni taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu,
ġurament li taqdi bil-fedeltà  d-dmirijiet li l-Kummissjonarji jkunu
tawha.
Kandidati u 
Aġenti.
Emendat:
XV. 1996.49, 53;
XVI. 2002.21.
89. (1) Sakemm dan l-Att ma jipprovdix xort’oħra, kandidati
u aġenti ta’ kandidati għandu jkollhom dħul ħieles fl-imkien fejn
ikun qed isir l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni, u fis-sala ta’ l-għadd
tal-poloz tal-votazzjoni, f’kull waqt.
(2) Kull partit politiku għandu barra minn hekk ikollu jedd
jinnomina għadd ta’ aġenti li jkun daqs għaxra iktar mid-doppju ta’
l-għadd ta’ kandidati preżentati minnu sabiex jikkontestaw l-
elezzjoni u dawk l-aġenti għandhom f’kull waqt ikunu jistgħu
jidħlu f’dak l-imkien u fis-sala ta’ l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni
f’kull waqt. Dawk l-aġenti għandhom minn hawnhekk ’il quddiem
f’dan l-Att jissejħu "aġenti għall-għadd".
Il-lista ta’ dawk l-aġenti għandha tingħata lill-Kummissjoni
mill-inqas wieħed u għoxrin jum qabel ma tibda l-votazzjoni; il-
Kummissjoni għandha tinforma lill-partiti politiċi bl-aġenti kollha
hekk nominati sabiex il-partiti politiċi msemmija jista’ jkollhom
opportunità  li jressqu ilmenti quddiem il-Kummissjoni qabel ma
din taċċettahom jew tiċħadhom; l-aġenti li jiġu hekk nominati
għandhom ikunu ta’ karattru tajjeb u li jiġu aċċettati mill-
Kummissjoni.
Il-lista ta’ dawk l-aġenti għandha, mill-inqas sebat ijiem
qabel il-bidu tal-votazzjoni, tiġi pubblikata mill-Kummissjoni fil-
Gazzetta tal-Gvern b’dan li turi l-isem, l-indirizz u n-numru tal-
karta ta’ l-identità  ta’ kull aġent u tal-partit li jkun qiegħed jagħmel
in-nomina tiegħu.
Il-partiti politiċi li jkunu qegħdin jinnominaw lil dawk l-
aġenti jistgħu sal-Ħamis qabel il-votazzjoni jissostitwixxu mhux
iktar minn għaxra fil-mija mill-għadd ta’ aġenti maħturin minn xi
wieħed minnhom u l-proċedura stabbilita f’dan l-artikolu għandha
tkun tapplika għan-nomina, l-oġġezzjoni u l-aċċettazzjoni ta’ l-
aġenti sostituti.
(3) Id-delegati ta’ partit, kandidati u aġenti għall-għadd għandu
jinħarġilhom dokument ta’ l-identità  li jkun juri d-dettalji meħtieġa
għall-aġenti elettorali u dak id-dokument ta’ l-identità  għandu
jintlibes f’kull waqt meta dawn il-persuni jidħlu u jkunu ġewwa l-
imkien jew bini fejn ikunu qegħdin jingħaddu l-poloz tal-
votazzjoni.
Id-dokumenti ta’ identità  għandhom jiġu stampati fuq karta
b’element ta’ sigurtà  u għandħom ikunu jiddistingwu ċar bejn kull
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      47
grupp ta’ delegati u aġenti kif ukoll bejn delegati u aġenti nominati
minn xi partit politiku u dawk nominati minn partiti politiċi oħra.
L-imkien fejn isir 
l-għadd tal-poloz 
tal-votazzjoni.
Emendat:
XV.1996.49, 54;
XVI. 2002.22.
90. Dwar l-imkien maħsub mill-Kummissjoni għall-għadd tal-
poloz tal-votazzjoni l-Kummissjoni għandha tiżgura illi:
(a) it-toroq kollha li jwasslu għal dak l-imkien f’distanza
ta’ mill-inqas ħames mitt metru minnu għandhom
ikunu magħluqin u kontrollati mill-Pulizija li
għandhom iħallu jidħlu biss lil persuni awtorizzati u
dan wara li jkunu aċċertaw ruħhom mill-identità
tagħhom b’mod skrupluż għall-aħħar;
(b) id-dħul fl-imkien innifsu jew fil-perimetru tiegħu
għandu jkun sorveljat kemm mill-Pulizija, mill-
Kummissjoni kif ukoll mir-rappreżentati tal-partiti
politiċi;
(ċ) għadd ta’ kmamar kif jista’ jkun meħtieġ, sew ġewwa
jew kemm jista’ jkun qrib il-bini li ġewwa fih tkun
tinsab is-sala ta’ l-għadd, għandhom ikunu provduti
sabiex jiżguraw li jingħata rappurtaġġ sħiħ ta’ l-
istampa u tax-xandir ta’ l-għadd u t-trasferiment ta’
poloz tal-votazzjoni sakemm id-dħul f’dawk il-
kmamar ikun f’kull waqt mgħasses mill-Pulizija li
jħallu biss persunal tax-xandir u korrispondenti tal-
ġurnali bona fide li jkunu qabel ġew akkreditati mill-
Kummissjoni; il-Kummissjoni għandha l-jedd u d-
dover li tassigura li l-persunal tax-xandir u l-
korrispondenti tal-ġurnali akkreditati minnha jaqdu
biss il-funzjoni professjonali tagħhom u fin-nuqqas il-
Kummissjoni tikkanċella l-akkreditazzjoni lil min
jonqos. Il-Kummissjoni għandha mhux aktar tard minn
ħamest ijiem qabel jum il-votazzjoni, tagħti lid-
delegati tal-partiti politiċi lista dettaljata tal-persunal
kollu li jkun ġie akkreditat minnha sabiex iwettaq xi
funzjoni fil-jiem ta’ l-għadd tal-voti fl-imkien fejn isir
l-għadd tal-voti;
(d) żona biswit is-sala ta’ l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni
u li tkun imniffda magħha għandha tkun provduta
għall-ħażna tal-kaxex tal-votazzjoni u li fil-waqt li l-
kaxex ikunu maħżuna f’dik iż-żona dawn għandhom
f’kull waqt ikunu jidhru mill-bnadi kollha tas-sala ta’
l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni u d-delegati tal-partiti
w s-sostituti tagħhom ikollhom jedd ta’ dħul f’dik iż-
żona f’kull waqt;
(e) għadd ta’ kmamar li kemm jista’ jkun jinstabu qrib is-
sala ta’ l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni għandhom jiġu
provduti għal kull partit politiku li jkun qiegħed
jikkontesta l-elezzjoni u għandhom jitgħammru
b’dawk il-faċilitajiet li l-Kummissjoni tista’ taħseb li
jkunu xierqa wara li tkun ikkonsultat lill-partiti
politiċi;
(f) fis-sala ta’ l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni nnifisha il-
persuni li jgħoddu għandhom ikunu mifrudin mill-
  48      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
kandidati u mill-aġenti bi strixxa ta’ materjal
trasparenti li ma jinkisirx jew ta’ dak il-materjal simili
li jkun b’saħħtu u trasparenti ħlief għal mezz, inkluż
kull apparat elettroniku xieraq, li jipprovdi
komunikazzjoni ċara li tintuża sabiex wieħed jinstema’
jitkellem minnha u li ħlief fil-każi espressament
stabbiliti f’dan l-Att, id-dħul fiż-żona maħsuba mill-
Kummissjoni għall-għadd tal-poloz tal-votazzjoni
għandu jkun biss permess għal dawk il-kandidati u
aġenti li jkollhom il-kunsens espress tal-Kummissjoni;
b’dan li d-delegati tal-partiti u sitt sostituti tagħhom, li
jkunu ġew nominati minn dawk id-delegati, għandu
jkollhom dħul ħieles fiż-żona ta’ l-għadd tal-poloz tal-
votazzjoni f’kull waqt;
(g) l-għamla taż-żona ta’ l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni
għandha tkun ta’ dik is-sura li kemm jista’ jkun il-
proċess kollu ta’ l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni jkun
jidher sew minn fejn jinstabu l-kandidati, aġenti u
rappreżentanti tal-partiti politiċi;
(h) il-kmamar u l-kurituri kollha li ma jkunux qegħdin
jintużaw għal xi għan maħsub mill-Kummissjoni jkunu
imbarrati u kull żona li twassal lejhom tingħalaq;
(i) jiġu provduti biżżejjed faċilitajiet sussidjarji għal kull
qtugħ ta’ servizzi mogħtija, b’mod speċjali dak tad-
dawl u elettriku;
(j) li jkun hemm sigurtà  stretta f’kull waqt fl-imkien
innifsu u madwaru, li d-dħul fih ikun ristrett biss għal
persuni awtorizzati u li ebda strument li jweġġa’ jew
joqtol, jew strumenti li jistgħu jintużaw biex iweġġgħu
jew joqtlu, ma jiddaħħlu fil-bini;
(k) mill-inqas tletin jum qabel ma tibda l-votazzjoni l-
Kummissjonarji għandhom juru lid-delegati ta’ partit
kif ikunu bi ħsiebhom jallokaw u jifirdu ż-żoni
differenti ta’ l-imkien imsemmi u għandhom iqisu
suġġerimenti li jsirulhom mid-delegati msemmija
f’dan ir-rigward;
(l) minkejja kull ħaġ’oħra li tinsab f’dan l-Att, id-delegati
ta’ partit u s-sostituti tagħhom, għandhom f’kull waqt
ikollhom kull dħul f’kull zona ta’ l-imkien inkluża kull
żona ristretta bil-għan li jiżguraw li d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att ikunu qegħdin jitwettqu.
Rappurtaġġ tax-
xandir.
Emendat:
XV. 1996.49.
91. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li sakemm ikun
prattikabbli għandu jingħata rappurtaġġ tax-xandir sħiħ u kostanti
ta’ l-għadd u trasferiment tal-poloz tal-votazzjoni u għal dan il-
għan għandha tippermetti lil persunal tax-xandir bona fide li jidħol
f’dak l-imkien bl-apparat meħtieġ tagħhom.
Ħatra ta’ persuni 
biex jiżguraw it-
tmexxija sew tal-
bini, eċċ. 
Sostitwit:
XV. 1996.55.  
92. (1) Il-Kummissjoni għandha taħtar lil dawk il-persuni li
tqis li jkunu adatti sabiex jiżguraw it-tmexxija u l-manutenzjoni
sew tal-bini stabbilit għall-ħażna tal-kaxex tal- voti u għall-għadd
tal-voti u lista ta’ dawn il-persuni għandha tintbagħat lill-partiti
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      49
politiċi mill-inqas sitt ijiem qabel il-votazzjoni.
Ċirkostanzi 
straordinarji.
(2) F’ċirkostanzi straordinarji, il-Kummissjoni għandha tħalli
jidħlu fil-bini stabbilit għall-ħażna tal-kaxex tal-voti u għall-għadd
tal-poloz tal-votazzjoni kull persuna oħra li tqis meħtieġa b’dan illi
f’ebda każ ma għandha tħalli li jidħol il-pubbliku in ġenerali.
Biljetti ta’ identità.
Armati ta’ Malta, kull min jitħalla jidħol fil-bini stabbilit għall-
ħażna tal-kaxex tal-voti u għall-għadd tal-poloz tal-votazzjoni
għandu jingħata mill-Kummissjoni biljett ta’ identità  li jkun juri d-
dettalji meħtieġa dwar l-aġent għall-għadd u għandu jilbes dak il-
biljett ta’ identità  f’kull waqt meta jkun ġewwa dak il-bini jew fil-
viċinanzi tiegħu.
Ilmenti lill-
Kummissjonarji. 
Emendat:
XV. 1996.56;
XVI. 2002.23.
93. Minkejja kull ħaġ’oħra li tinsab f’dan l-Att, il-kandidati u
l-aġenti għall-għadd għandhom f’kull waqt jedd li jkellmu lill-
Kummissjonarji bil-għan li jressqu l-ilmenti tagħhom f’isimhom
proprju jew f’isem il-partit rappreżentat minnhom.
Tmexxija ta' l-
imkien fejn isir l-
għadd tal-poloz 
tal-votazzjoni.
Emendat:
XV. 1996.49.
94. Il-Kummissjoni għandha tkun l-uniku korp li jkun
responsabbli għat-tmexxija ta’ l-imkien fejn ikollu jsir l-għadd u t-
trasferiment tal-poloz tal-votazzjoni u jkollha l-jedd li tagħti dawk
l-ordnijiet li jkunu meħtieġa għaż-żamma ta’ l-ordni u s-sigurtà
f’dak l-imkien.
TAQSIMA XIV
Rikonċiljazzjoni tar-Rendikont ta’ Poloz tal-Votazzjoni
Rikonċiljazzjoni 
tar-rendikont ta’ 
poloz tal-
votazzjoni.  
Sostitwit:
XV. 1996.57.
Emendat:
XVI. 2002.24.
 95. Minnufih wara li l-kaxex tal-voti jibdew jiġu depożitati fil-
kamra stabbilita mill- Kummissjoni għall-ħażna tal-kaxex tal-voti
skond ma hemm fl-artikolu 45, il-Kummissjoni għandha minnufih
tgħaddi biex tirrikonċilja r-Rendikont ta’ Poloz tal-Votazzjoni ta’
kull kaxxa konsenjata mill-Assistenti Kummissjonarji ma’ l-għadd
attwali ta’ poloz tal-votazzjoni li jkunu jinsabu f’dik il-kaxxa u
għal dak l-għan għandhom jirrilaxxjaw minn dik il-kamra
(minnufih wara li jaslu fiha sakemm ma tinħoloqx konfużjoni fuq l-
imwejjed fejn isir l-għadd) il-kaxex tal-voti sabiex jittieħdu fuq l-
imwejjed fejn isir l-għadd ta’ kull distrett elettorali relattiv bil-għan
li ssir dik ir-rikonċiljazzjoni.
Ġarr tal-kaxex tal-
votazzjoni minn 
strong room.
96. (1) Qabel ma jsir il-ġarr ta’ kull kaxxa tal-votazzjoni mill-
kamra stabbilita mill-Kummissjoni sabiex fiha jitqegħdu l-kaxex
tal-votazzjoni kollha skond l-artikolu 45, id-delegati ta’ partit jew
is-sostituti tagħhom għandu jkollhom il-jedd li jeżaminaw is-siġilli
magħmulin fuq kull kaxxa tal-votazzjoni.
(2) Kull ilment li jsir mid-delegati ta’ partit jew mis-sostituti
tagħhom dwar is-sħubija ta’ dawk is-siġilli għandu jiġi eżaminat
mill-Kummissjoni li d-deċiżjoni tagħha fuq din il-ħaġa tkun waħda
konklussiva u mhux suġġetta għal ebda appell.
Ftuħ ta’ kull kaxxa 
tal-votazzjoni. 
Emendat: 
XV. 1996.58.
97. Il-Kummissjoni tista’ tordna li jinfetħu flimkien f’kull
distrett elettorali dak l-għadd ta’ kaxex tal-votazzjoni li trid
sakemm jittieħdu prekawzjonijiet adegwati sabiex jiġi żgurat li l-
poloz tal-votazzjoni li jinħarġu minn kaxex tal-votazzjoni differenti
  50      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
jibqgħu mifrudin u qabel il-ftuħ ta’ kull kaxxa tal-votazzjoni l-
Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li r-rendikont ta’ poloz tal-
votazzjoni għal dik il-kaxxa tal-votazzjoni jkun twaħħal b’dak il-
mod li kemm il-kandidati u l-aġenti jkunu jistgħu jarawh sew u l-
Kummissjoni għandha turi lill-kandidati u lill-aġenti s-siġilli fuq il-
kaxxa tal-votazzjoni sabiex huma jkunu jistgħu jaċċertaw ruħhom li
dawk is-siġilli jkunu sħaħ u mhux mimsusin.
Oġġezzjonijiet 
dwar il-ftuħ ta’ 
kaxxa tal-
votazzjoni. 
98. Kull delegat ta’ partit, kandidat jew aġent jista’, qabel ma
tinfetaħ il-kaxxa tal-votazzjoni, jagħmel ilment fejn jallega li s-
siġilli tal-kaxxa jkunu tbagħbsu. Meta ssir oġġezzjoni bħal dik, il-
kaxxa ma għandhiex tinfetaħ sakemm il-Kummissjoni Elettorali,
wara li tikkonsulta d-delegati ta’ partit jew is-sostituti tagħhom,
tkun tat dawk id-direttivi u adottat dawk il-miżuri li tista’ tqis li
jkunu meħtieġa.
Verifika tar-
rendikont ta’ poloz 
tal-votazzjoni. 
Emendat:
XV. 1996.59.
99. Meta ma jsirux oġġezzjonijiet u meta l-Kummissjoni tagħti
direttiva bis-saħħa ta’ l-artikolu ta’ qabel dan ta’ dan l-Att, il-kaxxa
tal-votazzjoni għandha tinfetaħ u l-għadd ta’ poloz tal-votazzjoni
misjubin fiha għandhom jingħaddu, wiċċhom l-isfel, sabiex jiġi
aċċertat li l-għadd tal-poloz tal-votazzjoni f’dik il-kaxxa tal-
votazzjoni jkun jikkorrispondi mar-rendikont ta’ poloz tal-
votazzjoni.
Għadd ta’ poloz 
tal-votazzjoni li ma 
jaqbilx mar-
rendikont.
100. Il-Kummissjoni għandha titgħarraf meta l-poloz tal-
votazzjoni fil-kaxxa tal-votazzjoni ma jkunux jaqblu mar-rendikont
ta’ poloz tal-votazzjoni, u l-Kummissjoni għandha, wara
konsultazzjoni mad-delegati ta’ partit, jew is-sostituti tagħhom,
tagħti dawk id-direttivi kif tista’ tqis xierqa u d-deċiżjoni tagħha
tkun waħda konklussiva.
Qbil fl-għadd tal-
poloz tal-
votazzjoni mar-
rendikont. 
Emendat:
XV. 1996.60.
101. Meta l-poloz tal-votazzjoni fil-kaxxa tal-votazzjoni ikun
jaqbel mar-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni, il-poloz tal-
votazzjoni għandhom jitqegħdu flimkien u klassifikati f’garżella li
tkun turi n-numru tal-kaxxa tal-votazzjoni. Il-garżella u l-poloz tal-
votazzjoni għandhom ikunu jidhru f’kull waqt mill-partiti,
kandidati u aġenti. Il-poloz tal-votazzjoni f’kull garżella għandhom
jitqegħdu f’pakketti ta’ ħamsin polza kull wieħed b’dan illi kull
polza li tifdal titqiegħed fil-qiegħ tal-mazz u l-persuna li tissorvelja
għandha tiżgura li kull pakkett jingħadd sabiex tiġi verifikata l-
eżattezza tiegħu minn iktar minn persuna waħda li jgħoddu.
Għandhom jinfetħu 
il-kaxex tal-
votazzjoni kollha.
102. Il-proċess imsemmi fl-artikoli 95 sa 101  għandu jittenna
sakemm il-kaxex tal-votazzjoni kollha jkunu nfetħu sabiex jiġi
aċċertat li l-poloz tal-votazzjoni f’kull kaxxa tal-votazzjoni jkunu
jaqblu mar-rendikont ta’ poloz tal-votazzjoni relattiv għal dik il-
kaxxa.
Poloz tal-
votazzjoni ta’ 
distretti oħra.
103. (Imħassar bl-Att XVI.2002.25).
Għadd ta’ voti 
mitfugħin.
104. (1) Wara li l-kaxex tal-votazzjoni kollha tad-distretti
elettorali kollha jkunu nfetħu u ġew rikonċiljati mar-rendikont ta’
poloz tal-votazzjoni relattiv, il-Kummissjoni Elettorali għandha,
qabel ma tgħaddi biex tikklassifika l-voti, tiddikjara xi jkun l-
għadd kollu ta’ voti mitfugħin u t-tqassim tagħhom skond kull
kaxxa tal-votazzjoni u kull distrett elettorali.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      51
(2) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tieħu ħsieb li l-poloz
f’kull distrett elettorali li jkunu jappartjenu għal distretti oħra
għandhom jiġu trasferiti fid-distretti fejn proprjament ikunu
jappartjenu.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali għandha tħabbar l-għadd totali
ta’ voti ta’ kull distrett elettorali li tkun qiegħda tittrasferixxi kif
maqsumin skond id-distrett elettorali li tkun qiegħda tittrasferihom
fih.
(4) Il-ġarr materjali tal-poloz minn distrett għall-ieħor għandu
jsir jew mill-Kummissjonarji jew mill-persuni li jissorveljaw u
b’dak il-mod li ma jagħtix lok għal konfużjoni.
TAQSIMA XV
Klassifika tal-Voti, Elezzjonijiet Każwali u b’Għażla
Klassifika tal-
poloz tal-
votazzjoni, 
elezzjonijiet 
każwali u b’għażla. 
105. (1) Il-poloz tal-votazzjoni għandhom jiġu klassifikati
skond dawk ir-regolamenti li l-Prim Ministru jista’ jagħmel minn
żmien għal żmien.
(2) Regolamenti li jsiru skond dan l-artikolu għandhom ukoll
jirregolaw l-elezzjonijiet każwali u l-elezzjoni b’għażla ta’ membri
biex jimlew vaganzi li jinħolqu fost id-deputati tal-Kamra.
(3) Regolamenti magħmulin skond is-subartikolu (1) ma
għandhomx jidħlu fls-seħħ sakemm u sa meta l-Kamra tad-Deputati
ma tirrisolvix dwar dan b’riżoluzzjoni. Avviż ta’ l-approvazzjoni
ta’ dik ir-riżoluzzjoni għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta mill-
Iskrivan tal-Kamra.
(4) Ir-regolamenti li jinsabu fit-Tlettax-il Skeda li tinsab ma’
dan l-Att għandhom, sa dak iż-żmien meta jsiru regolamenti skond
is-subartikoli (1) sa (3), jirregolaw il-klassifika tal-poloz tal-
votazzjoni, elezzjonijiet każwali u b’għażla ta’ membri biex jimlew
il-vakanzi li jinħolqu fost id-deputati tal-Kamra.
TAQSIMA XVI 
Pubblikazzjoni ta’ Riżultati
Pubblikazzjoni tar-
riżultat ta’ l-
elezzjoni u tad-
dettalji ta’ l-għadd.
106. (1) ll-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-
ġurnata tax-xogħol ta’ wara dik li fiha jiġi magħruf ir-riżultat ta’ l-
għadd tal-voti, tippubblika dikjarazzjoni li jkun fiha l-ismijiet tal-
kandidati eletti u l-partikolaritajiet l-oħra li l-Kummissjoni
Elettorali tista’ tqis xieraq.
(2) Il-Kummissjoni għandha tiddepożita d-dikjarazzjoni hawn
fuq imsemmija għand l-Iskrivan tal-Kamra u għandhom jieħdu l-
ħsieb li kopja ta’ dik id-dikjarazzjoni tiġi mingħajr dewmien
maħruġa fil-Gazzetta. 
(3) Kull kundidat li l-isem tiegħu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 54(1) jew li jiġi ddikjarat
elett skond id-disposiz-zjonijiet ta’ dan l-artikolu jitqies li hu
Membru tal-Kamra.
  52      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
(4) Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Gazzetta mhux
iktar tard minn sebat ijiem wara tmiem il-għadd, dikjarazzjoni tar-
riżultat ta’ l-elezzjoni li tkun tinkludi notamenti dwar l-għadd sħiħ
ta’ voti mitfugħin sew fuq livell nazzjonali u subdiviża skond il-
kmamar tal-votazzjoni, l-għadd sħih ta’ voti validi u invalidi, l-
għadd sħiħ ta’ voti akkreditati lil partit politiku, il-kwota għal kull
distrett elettorali, notament u r-riżultat f’kull stadju ta’ xi
trasferiment ta’ voti bejn partiti politiċi, l-ewwel preferenza
akkreditat lil kull kandidat, kull trasferiment ta’ voti magħmul, u
ta’ l-għadd sħiħ ta’ voti akkreditat lil kull kandidat wara kull
trasferiment, u kull tagħrif ieħor li l-Kummissjoni Elettorali tista’
tqis meħtieġa. Dik id-dikjarazzjoni għandu jkollha dik l-għamla li
l-Kummissjoni Elettorali tista’ tistabbilixxi bħala li faċilment
tagħti dak it-tagħrif kollu li jista’ jenħtieġ mill-pubbliku.
(5) Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tar-riżultati uffiċjali
ta’ l-elezzjoni l-Kummissjoni Elettorali għandha tippubblika
rapport li jkun jispjega fid-dettall x’passi jkunu ittieħdu minnhom
sabiex iwettqu d-diversi dmirijiet tagħhom li joħorġu minn dan l-
Att, sabiex jagħtu kull statistika rilevanti li għandha x’taqsam ma’
l-elezzjoni magħduda l-pubblikazzjoni ta’ kull statistika dwar
eletturi eliġibbli, l-istampar u t-tqassim ta’ dokumenti għall-
votazzjoni u poloz tal-votazzjoni, l-għadd ta’ eletturi f’kull post
tal-votazzjoni, kull tagħrif jew għadd magħmul mill-Assistenti
Kummissjonarji u ħwejjeġ oħra bħal dawn, u sabiex jagħmlu dawk
is-suġġerimenti li jistgħu jidhrulhom xierqa li jagħmlu.
Konservazzjoni ta’ 
dokumenti. 
Emendat:
XV. 1996.61;
XVI. 2002.26.
107. (1) Il-Kummissjoni għandha tikkonserva sa meta jiġi
ippubblikat ir-riżultat uffiċjali ta’ l-elezzjoni ġdida li jkun imiss, il-
poloz kollha ta’ kull distrett elettorali f’pakketti għalihom u
siġillati skond kif ġej:
(a) il-poloz imħassra;
(b) il-poloz li ma jiswewx;
(ċ) il-poloz tal-pakkett ta’ kull kandidat elett u ta’ kull
wieħed mill-kandidati li ma ġiex elett u li l-poloz
tiegħu baqgħu ma għaddewx fuq ħaddieħor;
(d) il-poloz kollha mhux trasferibbli li ma nżammewx fil-
pakkett ta’ kandidat elett.
(2) Il-Kummissjonarji għandhom jiktbu fuq kull pakkett
x’poloz hemm fih u d-data ta’ l-elezzjoni u n-numru tad-distrett
elettorali li fih tkun saret dik l-elezzjoni.
(3) Il-Kummissjoni għandha, barra minn dan, tikkonserva u
żżomm sa l-istess żmien, għal kull distrett elettorali, kopja tad-
dikjarazzjoni tar-riżultat tal-votazzjoni u tad-dokumenti kollha li
jixhdu x-xogħol li jkun sar fit-trasferiment tal-voti kollha żejda.
(4) Id-delegati ta’ partit, kandidati u aġenti għall-għadd
għandhom il-jedd iwaħħlu s-siġilli tagħhom fuq dawk il-pakketti u
jiffirmaw fuqhom.
Il-qorti tista’ 
tordna li jitneħħew 
is-siġilli. 
108. Il-Qorti Kostituzzjonali, li quddiemha tinġieb kwistjoni
dwar il-jedd ta’ persuna biex tkun jew tibqa’ Membru elettiv tal-
Kamra tad-Deputati, u kull qorti li quddiemha jinbdew proċeduri
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      53
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jistgħu jordnaw il-ftuħ tal-
pakketti msemmijin fl-artikolu 78(1) u fl-artikolu 107 u li jinġieb
wieħed jew iżjed mid-dokumenti li jkunu jinsabu fihom taħt dawk
il-kondizzjonijiet u prekawzjonijiet li jkunu meħtieġa biex jinżamm
is-sigriet tal-votazzjoni kompatibbilment ma’ l-amministrazzjoni
tajba tal-ġustizzja.
Kandidati eletti 
f’żewġ distretti. 
109. (1) Kull min f’elezzjoni jiġi elett membru għal żewġ
distretti, għandu b’kitba iffirmata minnu u kkunsinnata lill-Iskrivan
tal-Kamra meta jidher jew qabel ma jidher biex jieħu l-ġurament
jew jagħmel l-affermazzjoni kif stabbilit fl-artikolu 68 tal-
Kostituzzjoni, jiddikjara liema miż-żewġ distretti huwa jagħżel li
jirrappreżenta.
(2) Hekk kif persuna, li tkun telgħet għal żewġ distretti
tiddikjara liema miż-żewġ distretti tagħżel li tirrappreżenta, dik il-
persuna titqies li ħalliet battal fil-post tagħha fid-distrett l-ieħor.
TAQSIMA XVII 
Disposizzjonijiet Penali
Piena għal min 
jagħti 
informazzjoni 
falza.
Emendat:
XVI. 2002.27.
110. Kull min xjentement jagħmel jew jiffirma dikjaraz-zjoni
falza jew xort’oħra jagħti informazzjoni falza dwar ir-
reġistrazzjoni, trasferiment jew thassir ta’ xi elettur ikun ħati ta’
reat kontra dan 1-Att, u meta jinsab hekk ħati, jeħel il-piena tal-
priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar jew multa ta’
mhux iżjed minn mitt lira jew il-priġunerija u l-multa flimkien.
Piena għal imġieba 
ħażina f’post ta’ 
votazzjoni, eċċ. 
Emendat:
XVI. 2002.28.
111. Kull min iġib ruħu ħażin f’post ta’ votazzjoni u kull min
jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 66 jew 67 ta’ dan
1-Att u kull min jieħu sehem f’xi meeting pubbliku jew
dimostrazzjoni pubblika li jsiru bi ksur ta’ xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u kull min ma jobdix l-ordni
leġittimu ta’ l-Assistenti Kummissjonarji jew ta’ awtorità  leġittima
oħra dwar elezzjoni, jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn mitt lira.
Piena għal reati 
dwar formuli tan-
nomina, eċċ. 
Emendat:
XV. 1996.62.
112. (1) Kull min - 
(a) jiffalsifika jew b’qerq jisfigura jew b’qerq jiddistruġġi
formula ta’ nomina jew jikkunsinna lill-Kummis-
sjonarju formula ta’ nomina li jkun jaf illi hija
iffalsifikata; jew
(b) jiffalsifika jew jimita jew b’qerq jisfigura jew b’qerq
jiddistruġġi xi dokument għall-votazzjoni jew polza
ta’ votazzjoni jew it-timbru uffiċjali fuq polza ta’
votazzjoni; jew
(ċ) mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa jagħti dokument
għall-votazzjoni jew polza ta’ votazzjoni lil xi
persuna; jew
(d) jiffalsifika jew jimita jew ikun fil-pussess illeġittimu
ta’ boll jew siġill użat mill-Kummissjonarju Elettorali
Prinċipali jew mill-Kummissjonarji Elettorali jew
mill-Assistenti Kummisjonarji; jew
  54      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
(e) ikun fil-pussess illeġittimu ta’ xi dokument għall-
votazzjoni jew ta’ polza ta’ votazzjoni; jew
(f) b’qerq iqiegħed fil-kaxxa tal-votazzjoni xi ħaġa oħra
ħlief il-polza tal-votazzjoni li huwa awtorizzat skond
il-liġi li jitfa’ ġewwa fiha; jew
(g) b’qerq joħroġ polza ta’ votazzjoni mill-post tal-
votazzjoni; jew
(h) mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa, jiddistruġġi,
jieħu, jiftaħ jew xort’oħra jmiss kaxxa tal-votazzjoni
jew pakkett tal-poloz tal-votazzjoni li f’dak il-waqt
ikunu jiġu wżati għall-elezzjoni; jew
(i) jaċċetta dokument għall-votazzjoni, sew jekk dan ikun
jappartjeni lilu jew lil xi persuna oħra, meta huwa jkun
jaf li hu jew il-persuna l-oħra li lilha jkun jappartjeni
d-dokument għall-votazzjoni jkunu tilfu l-jedd li
jivvotaw; jew
(j) jivvota mentri jkun jaf li tilef il-jedd tiegħu li jivvota,
hu ħati ta’ reat u jeħel, meta jinsab hekk ħati, multa ta’ mhux iżjed
minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed
minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien.
(2) Kull min igħin jew iħajjar biex isir reat taħt dan l-artikolu
jew jittenta jagħmel dak ir-reat jeħel, meta jinsab ħati, il-piena
stabbilita għar-reat.
Piena għal min 
jikser is-sigriet 
dwar kif wieħed 
jivvota.
Emendat:
XVI. 2002.29.
113. Kull Assistent Kummissjonarju illi jgħid kif elettur ikun
ivvota meta huwa jkun sar jaf kif dak l-elettur ivvotta fil-kors ta’ l-
esekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu taħt dan l-Att, hu ħati ta’ reat, u
jeħel, meta jiġi hekk misjub ħati, multa ta’ mhux iżjed minn mitejn
lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn xahar, jew dik
il-multa u priġunerija flimkien.
Projbizzjoni ta’ 
attivitajiet li jistgħu 
jinfluwenzaw lill-
eletturi.
114. (1) Matul il-jum li fih tkun qed issir elezzjoni ta’ Membri
għall-Kamra u matul il-jum li jiġi minnufih qabel elezzjoni bħal
dik, ħadd ma jista’ jindirizza xi meeting pubbliku jew xi ġemgħa
oħra tkun xi tkun f’xi post jew bini li fih ikun jista’ jidħol il-
pubbliku, jew fuq il-mezzi tax-xandir, dwar xi ħaġa maħsuba biex,
jew li x’aktarx, tinfluwenza lill-eletturi fl-eżerċizzju tal-jedd tal-
vot, jew jippubblika jew iġiegħel li tiġi pubblikata xi gazzetta,
stampat jew mezz ieħor ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku li jkun
fihom xi ħaġa kif intqal qabel, jew joħroġ jew iġiegħel li toħroġ xi
stqarrija jew dikjarazzjoni dwar xi ħaġa kif intqal qabel, jew
xjentement iqassam xi gazzetta, stampat jew mezz ieħor ta’
komunikazzjoni, jew xi stqarrija jew dikjarazzjoni kif intqal qabel,
u kull min jikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
jeħel, meta jinsab ħati, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira
jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik
il-multa u priġunerija flimkien.
 (2) Kull min igħin jew iħajjar l-egħmil ta’ reat kontra dan l-
artikolu jew jipprova jagħmel xi reat bħal dak, jeħel, meta jinsab
ħati, l-piena provduta għar-reat.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      55
Qrati kompetenti.
jew li tibqa’ Membru tal-Kamra għandhom jinġiebu quddiem il-
Qorti Kostituzzjonali u jiġu deċizi minn din il-qorti.
Kap. 9.
(2) Kull proċediment kriminali taħt dan l-att jinġieb quddiem
il-Qrati tal-Maġistrati u bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
dan l-artikolu, igħoddu għal dawn il-proċedimenti d-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali.
Kap. 446.
persuna li tagħmel xi reat taħt dan l-Att għandha tinstab ħatja u tiġi
kundannata dwar dak ir-reat u ma tistax titqiegħed taħt probation
jew tiġi meħlusa taħt dak l-Att.
(4) Kull deċiżjoni tal-Qrati tal-Maġistrati dwar reat taħt dan l-
Att, tista’, fil-każijiet kollha, tiġi appellata mill-Avukat Ġenerali u
mill-parti misjuba ħatja.
Projbizzjoni ta’ 
wiri ta’ kartelluni, 
eċċ.
Emendat: 
XV.1996.63.
116. (1) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (2) ebda persuna ma
tista’, f’xi żmien bil-ħsieb jew minħabba li tkun waslet elezzjoni,
turi jew iġġiegħel li jintwera f’xi post pubbliku, jew f’xi post fejn
fih jista’ jidħol il-pubbliku jew li jkun jidher minn xi post pubbliku,
xi avviż, kartellun jew reklam ieħor li hu maħsub biex jinfluwenza
jew li x’aktarx jinfluwenza lill-eletturi fil-votazzjoni tagħhom, jew
tikteb jew tagħmel jew iġġiegħel li jinkiteb jew li jsiru fuq xi ħajt
jew post ieħor li jkun jidher minn post pubbliku xi kelma jew sinjal
maħsub biex jinfluwenza jew li x’aktarx jinfluwenza lill-eletturi
fil-votazzjoni tagħhom.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ma japplikawx għal
xi avviż, kartellun jew reklam ieħor li:
(a) ikun milbus jew jinġarr minn xi persuna; jew
(b) li jintwera fud in-naħa ta’ ġewwa ta’ bini privat ukoll
jekk dan ikun jidher minn post pubbliku;
(ċ) ikun fuq billboard debitament awtorizzat; u 
(d) ikun fuq streamer debitament awtorizzat.
(3) Kull persuna li tmur kontra xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ dan l-artikolu teħel meta tinsab ħatja dwar kull reat
multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija għal
żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, u dwar it-tieni reat jew reat
ieħor wara, dik il-multa u priġunerija flimkien.
(4) Ikun id-dmir tal-Pulizija li tneħħi jew xort’oħra tikkanċella
jew tħassar kull ħaġa għall-wiri, miktuba jew magħmula bi ksur ta’
xi waħda mid-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1).
TAQSIMA XVIII 
Riserva u Tħassir
Jedd ta’ azzjoni 
quddiem il-Qorti 
Kostituzzjonali.
117. Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan l-Att li biha d-
deċiżjoni tal-Kummissjoni tiġi stabbilita bħala waħda finali u/jew li
minnha ma jista’ jsir ebda appell, dik id-disposizzjoni ma
għandhiex teskludi applikazzjoni quddiem il-Qorti Kostituzzjonali
minn persuna li taġixxi biex tħassar elezzjoni, sew f’xi distrett
  56      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
wieħed biss jew fid-distretti kollha.
Tħassir.
Kap. 249.
Kap. 99.
Kap. 102.
118. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12 ta’ l-Att
dwar l-Interpretazzjoni, l-Ordinanza Elettorali dwar il-Jedd tal-Vot,
il-Metodu ta’ l-Elezzjoni u r-Reġistrazzjoni ta’ l-Eletturi, u l-
Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni, ħlief għall-artikoli 41 sa
62, liema artikoli huma riprodotti fl-Erbatax-il Skeda għal dan l-
Att, huma b’dan imħassrin.
TAQSIMA XIX
Riserva dwar il-Jedd ta’ Partiti Politiċi
Meta ċerti jeddijiet 
ma jitwettqux.
119. Meta ma jitwettqux minn xi partit politiku, delegat,
kandidat, aġent jew minn xi persuna nominata għall-ħatra minn
partit politiku, xi jedd, setgħa jew privileġġ mogħtijin b’dan l-Att,
dan ma għandux minnu nnifsu jinvalida xi azzjoni jew proċedura li
dwarha l-jedd, setgħa jew privileġġ ikun ingħata b’dan l-Att.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      57
L-EWWEL SKEDA 
(Artikolu 8)
Formula ta’ Ġurament ta’ Kariga li jieħdu l-Kummissjonarji Elettorali
Jien,,*naħlef/niddikjara
solennement li nagħmel bil-fedeltà  d-dmirijiet ta’ *Kummissjonarju Elettorali
Prinċipali/Kummissjonarju Elettorali biex immexxi l-elezzjoni tal-Membri tal-
Kamra tad-Deputati skond il-ligi. (Hekk Alla jgħini).
*Ħassar kif meħtieġ.
  58      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
IT-TIENI SKEDA 
(Artikolu 21)
Formula ta’ Applikazzjoni għal Reġistrazzjoni bħala Eletttur 
Lill-Kummissjoni Elettorali, il-Belt Valletta, Malta.
Kunjom ....................................... Nru. tal-Karta ta’ Identità  ................................ 
Isem .....................................................................................................................
Post tat-twelid ...................................................................................................... 
Data tat-twelid ...................................................................................................... 
Isem il-belt jew raħal ............................................................................................ 
Triq u numru tal-post ............................................................................................ 
Isem u kunjom ta’ missier l-applikant .................................................................... 
Post tat-twelid tiegħu .................................... Nazzjonalità  * ................................ 
*(jekk missier l-applikant ikun mejjet, agħti n-nazzjonalità  tiegħu fi żmien mewtu) 
Isem u kunjom xbubit omm l-applikant ................................................................. 
Post tat-twelid tagħha .................................... Nazzjonalità  ** ..............................
**(jekk omm l-applikant tkun mejta, agħti n-nazzjonalità  tagħha fi żmien mewtha) 
Jiena hawnhekk napplika biex inkun reġistrat bħala elettur għal .................. (1)
distrett elettorali skond l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali biex inkun reġistrat
bħala elettur għall-elezzjoni tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati.
Data .........................................................
.........................................................
Firma jew marka ta’ l-applikant
(1) Daħħal in-numru tad-distrett elettorali.
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI BISS 
Rimarki 
Vtd. .......................................
Chd. .......................................
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      59
IT-TIELET SKEDA 
(Artikolu 23)
Formula dwar Tibdiliet jew Trasferiment ta’ Fejn Wieħed Joqgħod 
Lill-Kummissjoni Elettorali:
Jien (1) .................................... Nru. tal-Karta ta’ Identità  ...................... li dari kont
noqgħod f’(2) ........................................................................................, hawnhekk
ngħarraf illi mort noqgħod f’(3)........................................................................... 
Data ............................... .................................................................. 
(4) Firma jew marka ta’ min japplika
.......................................................................
Firma u Numru tal-Karta ta’ Identità  tax-xhud
Fejn joqgħod ix-xhud ............................................................................................... 
(1) Isem u kunjom (kif ukoll il-laqam, jekk wieħed ikollu).
(2) L-indirizz ta’ qabel kif jidher fir-Reġistru Elettorali. 
(3) L-indirizz ta’ issa.
(4) Jekk min jagħmel it-talba ma jafx jikteb, min jimlielu l-formula għandu
jiffirma u jikteb l-indirizz tiegħu sħiħ u Numru tal-Karta ta’ Identità  taħt is-
sinjal ta’ min jagħmel it-talba.
IR-RABA’ SKEDA
(Artikolu 23)
Formula ta’ Applikazzjoni għall-Korrezzjoni ta’ Isem jew Indirizz 
Lill-Kummissjoni Elettorali:
Ismi (u/jew l-indirizz tiegħi*) li jidher fir-Reġistru Elettorali taħt (1)
................................................. tniżżel ħażin u għalhekk nitlob sabiex ismi (u/jew l-
indirizz tiegħi*) jiġi korrett kif ġej, (2) ..................................................................... 
Data ................................... ........................................................................
(3) Firma jew marka ta’ min japplika
........................................................................
Firma u Numru tal-Karta ta’ Identità  tax-xhud
Fejn joqgħod ix-xhud ...............................................................................................
(*) Il-kelmiet li ma jgħoddux għall-każ għandhom jitħassru. 
(1) Post u indirizz sħiħ kif jidher fuq ir-Reġistru Elettorali. 
(2) Il-korrezzjoni li wieħed irid li ssir.
(3) Jekk min japplika ma jkunx jista’ jikteb, min jimlielu l-formula għandu
jiffirma jew għandha tiffirma u jagħti jew tagħti l-indirizz sħiħ tiegħu jew
tagħha u Numru tal-Karta ta’ Identità  taħt il-marka li jagħmel min japplika.
  60      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
IL-ĦAMES SKEDA 
(Artikolu 23)
Applikazzjoni minn Eletturi Nisa għall-Korrezzjoni tal-Kunjom u 
l-Indirizz Wara Żwieġ 
Lill-Kummissjoni Elettorali:
Billi (1) f’ ................................... iżżewwġit lil (2) ..................................................
Nru. tal-Karta ta’ Identità  .................. jien (3) ............................... Nru. tal-Karta ta’
Identità  ........................ li qabel kont noqgħod (4) ....................................................
..................................................... u rreġistrata bħala elettura b’dak l-indirizz, nitlob
li kunjomi (u/jew l-indirizz*) issa jkunu hekk (5) ...................................................... 
.................................................................................................................................
Data .......................................... .......................................................................
(6) Firma jew marka ta’ min japplika
.......................................................................
Firma u Numru tal-Karta ta’ Identità  tax-xhud
Fejn joqgħod ix-xhud ............................................................................................... 
(*) Il-kelmiet li ma jgħoddux għall-każ għandhom jitħassru.
(1) Data taż-żwieġ.
(2) Isem, kunjom sħiħ u Numru tal-Karta ta’ Identità  ta’ żewġ min japplika.
(3) Kunjom xbubit (laqam ukoll, jekk ikollha) u Numru tal-Karta ta’ Identità  ta’
min japplika.
(4) Indirizz kif jidher fir-Reġistru Elettorali. 
(5) Indirizz ta’ issa.
(6) Jekk min japplika ma jkunx jista’ jikteb, min jimlielu l-formula għandu
jiffirma u jagħti jew tagħti l-indirizz sħiħ tiegħu jew tagħha u n-Numru tal-
Karta ta’ Identità  taħt il-marka li jagħmel min japplika.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      61
IS-SITT SKEDA 
(Artikolu 44)
Formula ta’ Writ maħruġ mill-President ta’ Malta
lill-Kummissjonarji Elettorali
Lil 
Kummissjonarji Elettorali maħtura biex imexxu l-elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra
tad-Deputati.
Billi għandha ssir elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati għad-distrett
elettorali; 
B’dan intom inkarigati sabiex tieħdu ħsieb li ssir elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra
tad-Deputati skond il-liġi.
Mogħti mill-Palazz tal-Belt Valletta, fil-Gżira ta’ Malta, 
illum  ’19 
PRESIDENT
  62      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
IS-SEBA’ SKEDA 
(Artikolu 46)
Formula ta’ Dokument għall-Votazzjoni 
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      63
IT-TMIEN SKEDA
(Artikolu 49)
Formula tal-Polza
Sostitwita: 
XV.1996.64.
  64      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
IT-TMIEN SKEDA B
ġ Artikolu 68(3)ħ
REGOLI LI FUQHOM JISTA’ JIMXI L-ELETTUR META JIVVOTA
1. Ivvota billi tikteb in-numru 1 ħdejn l-isem tal-kanditat li inti tixtieq
tarah elett l-ewwel wieħed.
2. Inti mitlub (u tajjeb tagħmlu) sabiex tikteb in-numru 2 ħdejn l-isem
tat-tieni għażla tiegħek (jew tat-tieni preferenza) u tikteb in-numru
3 ħdejn l-isem tat-tielet għażla tiegħek (jew tat-tielet preferenza) u
hekk tibqa’ tikteb in-numri ta’ wara, skond il-preferenza li tagħti
lil wieħed fuq l-ieħor.
3. Hija ħaġa tajba li inti tibqa’ timmarka bin-numri dawk il-kandidati
skond il-preferenza li trid tagħti lil wieħed fuq l-ieħor, sakemm
tasal għall-isem ta’ dawk il-kandidati li ma jinteressawkx.
4. Jekk fuq il-polza tiegħek ma tiktibx in-numru 1 , jew tikteb in-
numru 1 ħdejn iżjed minn isem wieħed jew jekk tikteb in-numru 1
(li juri l-ewwel preferenza) u miegħu xi numru ieħor ħdejn l-istess
isem, jew jekk tikteb in-numru 1 ħdejn l-isem ta’ iktar minn
kanditat wieħed, il-polza tiegħek ma tkunx tiswa u ma tingħaddx.
5. Timmarkax il-vot tiegħek bis-sinjal X.
6. Jekk bi żball għarraqt il-polza tiegħek inti tkun tista’ terġa’
tagħtiha lura lill-Assistent Kummissjonarju, illi, jekk jara li inti
ħadt dan l-iżball mingħajr ma ridt, jerga’ jagħtik polza oħra.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      65
ID-DISA’ SKEDA
 (Artikolu 51)
Formula tan-Nomina 
Lill-Kummissjoni Elettorali.
Aħna, hawn taħt iffirmati, billi aħna eletturi li għandna l-jedd li nivvotaw f’elezzjoni
ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati, u billi aħna irreġistrati fir-reġistru elettorali
għall- (1) Distrett Elettorali, ninnominaw (2) bħala kandidat
għad-distrett, hawn fuq imsemmi, u f’isem (3)
Jien, (2) li noqgħodnagħti l-kunsens tiegħi għan-nomina hawn fuq imsemmija. 
Data
Firma tal-kandidat (jew tar-
rappreżentant tiegħu legittimu,
skond il-każ)
(1) In-numru tad-distrett.
(2) Isem, kunjom u Numru tal-Karta ta’ Identità  u indirizz tal-persuna nominata u
x’tagħmel.
(3) Isem il-partit politiku.
  66      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
L-GĦAXAR SKEDA
 (Artikolu 56)
Formula tal-Ġurament li jittieħed mill-Assistenti Kummissjonarji Elettorali
Jien 
votazzjoni fl-elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati naħlef/niddikjara
solennement li nagħmel bil-fedeltà  d-dmirijiet ta’ din il-kariga skond id-
disposizzjonijiet tal-liġi, u li għandi ngħarraf b’ittra indirizzata lill-Iskrivan tal-
Kamra tad-Deputati kull irregolarità  li nara waqt li tkun miexja l-elezzjoni.
Jien ukoll naħlef/niddikjara solennement li nżomm is-sigriet dwar il-vot mogħti
minn kull elettur li nista’ nkun naf bih. (Hekk Alla jgħini).
Data .......................................Firma ....................................................... 
Numru tal-Karta 
ta’ Identità   ..............................................
IL-ĦDAX-IL SKEDA
(Artikolu 70)
Formula ta’ Ġurament li Assistent Kummissjonarju jista’ jagħti lil Elettur
Jien, (1) li noqgħod (2) naħlef/niddikjara solennement illi jien l-istess
persuna li isimha jidher bħala A.B. fir-Reġistru Elettorali u li jien għadni ma ivvutajt
la hawnhekk u lanqas band’oħra f’din l-elezzjoni ta’ Membri tal-Kamra tad-
Deputati. (Hekk Alla jgħini). 
Data
Firma jew marka ta’ l-elettur 
Maħluf/Dikjarat solennement quddiemi llum 
Firma ta’ l-Assistent Kummissjonarju 
Elettorali
(1) L-isem sħiħ
(2) L-indirizz u Numru tal-Karta ta’ Identità  ta’ l-elettur
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      67
IT-TNAX-IL SKEDA 
(Artikolu 118)
(Artikolu 50, Kap. 102, ara l-Erbatax-il Skeda)
Rapport ta’ l-Ispejjeż ta’ l-Elezzjoni
1. Fil-kolonna tad-dħul għandu jkun hemm l-isem u d-deskrizzjoni ta’ kull
persuna (kompriż il-kandidat), każin, soċjetà  jew assoċjazzjoni li minn għandhom
daħlu flus, garanziji jew ekwivalent ta’ flus, għall-ispejjeż li jsiru għall-elezzjoni,
jew li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-elezzjoni jew inċidentali għall-elezzjoni, u l-ammont
li jkun daħal minn għand kull persuna, każin, soċjetà  jew assoċjazzjoni
separatament.
2. Fil-kolonna ta’ l-ispejjez għandhom jitniżżlu:
(a) l-ispejjeż personali tal-kandidat magħmulin jew imħallsin mill-kandidat
jew mill-aġent elettorali tiegħu;
(b) l-isem u r-rata, u l-ammont kollu tal-ħlas ta’ kull persuna impjegata
bħala aġent (kompriż l-aġent elettorali), skrivan jew messaġġier;
(ċ) l-ispejjeż tat-traġitti u l-ispejjeż l-oħra kollha magħmulin mill-kandidat
jew mill-aġent elettorali tiegħu akkont ta’ aġenti (kompriż l-aġent
elettorali), skrivani, jew messaġġieri;
(d) l-ispejjeż tat-traġitti ta’ persuni, sew jekk imħallsin b’salarju jew le, li
saru għall-kandidatura u sew jekk ikunu ġew imħallsin jew magħmulin
mill-kandidat, mill-aġent elettorali tiegħu jew mill-persuna li tagħmel
dak it traġitt;
(e) l-ispejjeż li tħallsu jew li saru, għal: 
(i) stampa;
(ii) avviżi; 
(iii) kartolerija; 
(iv) pustaġġ;
(v) telegrammi;
(vi) kiri ta’ kmamar għal meetings jew għal kumitati;
(f) spejjeż oħra diversi, li tħallsu jew li saru.
Nota:
(1) Għandhom jitniżżlu l-ispejjez kollha li jkunu saru dwar il-kandidatura sew
jekk ikunu ġew imħallsa mill-kandidat, mill-aġent elettorali tiegħu jew minn
persuni oħra, jew li jkunu għadhom m’humiex imħallsa fid-data tar-rapport.
(2) Għall-partiti kollha ta’ iżjed minn ħamsa u għoxrin ċenteżmu ħlief fil-
każijiet (bħal pustaġġ) li għalihom ma tingħatax irċevuta, mar-rapport
għandhom jiġu mdaħħla l-kontijiet.
(3) Is-somom kollha ta’ flus imħallsa bla ma jkun hemm riċevuta tagħhom,
għandhom jitniżżlu ħaġa b’ħaġa bid-data tal-ħlas.
(4) Is-somom kollha ta’ flus li ma jkunux tħallsu għandhom jitniżżlu f’lista
għaliha.
  68      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
FORMULA TA’ DIKJARAZZJONI LI SSIR MINN AĠENT ELETTORALI 
Billi jiena aġent elettorali għa  ,
kandidat għall-elezzjonidistrett elettorali, b’din naħlef/niddikjara
solennement li dan ir-rapport ta’ hawn fuq ta’ spejjeż elettorali huwa veru sa fejn naf
u nifhem jien, u li, barra mill-ispejjeż li huma mniżżlin fih, ma saru ebda xorta ta’
spejjeż, sa fejn naf u nifhem jien, li għandhom x’jaqsmu mal-kandidatura jew għall-
kandidatura ta’ .
Aġent Elettorali.
Maħlufa/Dikjarata solennement quddiemi.
Maġistrat/Kummisjonarju b’setgħa
li jagħti Ġurament
FORMULA TA’ DIKJARAZZJONI LI SSIR MINN KANDIDAT
Jien  adistrett elettorali, naħlef/niddikjara
solennement li r-rapport ta’ spejjeż elettorali ta’ hawn fuq huwa veru sa fejn naf u
nifhem jien, u illi, barra mill-ispejjeż li huma mniżżlin fih, ma saru ebda xorta ta’
spejjeż sa fejn naf u nifhem jien li għandhom x’jaqsmu mal-kandidatura jew għall-
kandidatura tiegħi.
Kandidat
 Maħlufa/Dikjarata solennement quddiemi
Maġistrat/Kummissjonarju b’setgħa 
li jagħti Ġurament
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      69
Emendata:
XV.1996.65;
A.L. 178 ta’ l-
1996.
IT-TLETTAX-IL SKEDA
 (Artikolu 105)
Regolamenti ta’ l-1991 dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali 
(Klassifika tal-Poloz tal-Votazzjoni, 
Elezzjonijiet Każwali u b’Għażla)
Taqsima I 
Preliminari 
Titolu.
1991 dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (klassifika tal-Poloz tal-
Votazzjoni, Elezzjonijiet Każwali u b’Għażla).
Tifsir. 
Emendat:
A.L. 178 ta’ l-
1996.
2. F’dawn ir-regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(1) ll-kelma "kandidat ta’ wara" tfisser kandidat mhux elett u
mhux eskluż mill-votazzjoni.
(2) Il-kelma "l-ewwel preferenza" tfisser in-numru "1" miktub
waħdu ħdejn l-isem ta’ kandidat; il-kelma "it-tieni preferenza"
tfisser in-numru "2" miktub waħdu ħdejn l-isem ta’ kandidat u l-
kelma "it-tielet preferenza" tfisser in-numru "3" miktub waħdu
ħdejn l-isem ta’ kandidat, u hekk għall-bqija.
(3) Il-kelma "il-preferenza ta’ wara" tfisser it-tieni jew
preferenza ta’ wara li tkun skond in-numri ta’ wara xulxin favur il-
kandidat ta’ wara, u mingħajr ma jiġu ikkalkulati dawk il-
preferenzi ta’ wara miktubin fuq il-polza favur il-kandidati li jkunu
diġà  ġew eletti jew li jkunu esklużi mill-għadd tal-voti.
(4) Il-kelma "polza trasferibbli" tfisser polza li fuqha, wara l-
ewwel preferenza, tinkiteb it-tieni jew preferenza ta’ wara skond
in-numri ta’ wara xulxin għal kandidat ta’ wara.
(5) Il-kelma "polza mhux trasferibbli" tfisser polza li fuqha ma
jkun hemm imniżżla favur kandidat ta’ wara ebda preferenza tat-
tieni numru jew numri ta’ wara:
Iżda l-polza ma tibqax iżjed trasferibbli, kemm-il darba:
 (a) l-ismijiet ta’ żewġ kandidati jew iżjed (sew jekk ikunu
jew ma jkunux minn ta’ wara) huma immarkati bl-
istess numru u jaħbtu wara, skond l-ordni tal-
preferenza; jew
(b) l-isem tal-kandidat ta’ wara, skond l-ordni tal-
preferenza (sew jekk ikun jew ma jkunx minn ta’
wara) hu immarkat:
(i) b’numru li ma jiġix wara dak ta’ xi numru ieħor
miktub fuq il-polza; jew
(ii) b’żewġ numri jew iżjed; jew
(ċ) għal xi raġuni oħra li għaliha ma tistax taqta’ sewwa
għal liema wieħed mill-kandidati l-oħra ingħatat il-
preferenza li baqgħet wara.
  70      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
(6) Il-kelmiet "vot oriġinali" għal dak li hu kandidat, ifissru
vot li ġej minn polza li fuqha ingħatat lil dak il-kandidat l-ewwel
preferenza.
(7) Il-kelmiet "vot trasferit" jew "vot imgħoddi minn fuq
kandidat ieħor" għal dak li hu kandidat, ifissru vot li hu ġej minn
polza li fuqha ingħatat lil dak il-kandidat it-tieni preferenza jew dik
ta’ warajha.
(8) Il-kelmiet "iż-żejjed" jew "voti żejda" ifissru n-numru ta’
voti li bihom in-numru kollu ta’ voti, sew oriġinali kemm trasferiti,
mogħti lil kandidat ikun ’il fuq minn dak tal-kwota.
(9) Il-kelma "għadd" tfisser:
(a) ix-xogħol kollu li jsir fil-għadd ta’ l-ewweI preferenzi
mogħtijin favur il-kandidati; jew
(b) ix-xogħol kollu li jsir fit-trasferiment tal-voti żejda ta’
kandidat elett; jew
(ċ) ix-xogħol kollu li jsir fit-trasferiment tal-voti ta’
kandidat jew ta’ żewġ kandidati jew iżjed esklużi
flimkien mill-votazzjoni.
TAQSIMA II 
Klassifika tal-voti
Klassifika ta’ poloz 
tal-votazzjoni.
3. F’Elezzjoni Ġenerali, wara l-istadju imsemmi fit-Taqsima
XIV ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, il-Kummissjoni
għandha tordna li l-poloz tal-votazzjoni jiġu klassifikati f’pakketti
skond l-ewwel preferenza tagħhom kif tkun ġiet reġistrata għal kull
kandidat, filwaqt li jiġu skartati dawk il-voti li jkunu invalidi.
Kif issir il-
klassifika. 
4. Il-klassifika tal-poloz tal-votazzjoni imsemmija fl-artikolu
ta’ qabel għandha ssir b’dan il-mod li ġej:
(1) il-persuna li tissorvelja kull mejda fejn isir l-għadd għandu
jieħu l-ogħla mazz ta’ poloz tal-votazzjoni minn kull garżella u,
b’mod li jkun jidher sew mill-kandidati u mill-aġenti, iqiegħed il-
mazz fuq xkaffa sabiex jgħaddihom lill-persuni li jgħoddu;
(2) meta jkun ittieħed pakkett poloz tal-votazzjoni minn kull
garżella u tqiegħed fuq l-ixkaffa kif provdut fis-subartikolu ta’
qabel ta’ dan l-artikolu, il-persuna li tissorvelja għandha tgħaddi lil
kull persuna li tgħodd pakkett wieħed kull darba sabiex il-poloz tal-
votazzjoni jistgħu jiġu klassifikati;
(3) il-persuni li jgħoddu għandhom jiftħu kull pakkett li jkun
fih il-poloz tal-votazzjoni u jivverifika jekk kull polza tkunx waħda
valida jew invalida;
(4) jekk il-persuni li jgħoddu jiddeċiedu li hemm possibiltà
illi, għal xi raġuni li toħroġ mill-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali,
polza tal-votazzjoni tista’ tkun invalida, jew jekk ikun hemm xi
kandidat jew aġent li għall-istess raġuni jgħid l-istess ħaġa, il-
persuna li tgħodd għandha tqiegħed dik il-polza tal-votazzjoni
f’kontenitur markat bil-kelma "Dubbjużi";
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      71
(5) jekk il-polza tal-votazzjoni titqies li tkun valida il-persuna
li tgħodd għandha tqiegħed il-polza tal-votazzjoni f’kontenitur li
jkun hemm għal kull kandidat li jkun ingħatalu l-ewwel preferenza
fuq dik il-polza tal-votazzjoni.
Tkomplija tal-
proċess ta’ 
klassifika. 
Emendat:
XV.1996.65.
5. (1) Meta persuna li tgħodd tkun hekk ħelset mill-pakkett
ta’ poloz tal-votazzjoni imsemmi fir-regolament ta’ qabel, hija
għandha tingħata pakkett ieħor x’tikklassifika bl-istess mod u
tibqa’ sejra hekk sakemm il-pakketti kollha fuq l-ixkaffa jkunu
ingħaddu.
(2) Meta l-pakketti kollha ta’ fuq l-ixkaffa jkunu ingħaddu, il-
persuna li tissorvelja għandha tieħu l-ogħla pakkett ta’ poloz tal-
votazzjoni li jkun imiss minn kull garżella filwaqt li ttenni l-
proċess ta’ klassifika imsemmi fir-regolament 4 u fil-paragrafu (1)
ta’ dan ir-regolament u tibqa’ sejra hekk sakemm il-poloz tal-
votazzjoni kollha ikunu, ftit ftit, tneħħew mill-garżelli, tqegħdu fuq
l-ixkaffa, u ġew klassifikati.
Voti dubbjużi.
mill-klassifika tal-voti ta’ distrett elettorali taqtagħha li fil-
kontenitur markat "Dubbjużi" jkun hemm għadd biżżejjed ta’ poloz
tal-votazzjoni, hija għandha ssejjaħ lil wieħed mill-Kummissjonarji
Elettorali sabiex jiġbor dawk il-poloz.
(2) Il-poloz tal-votazzjoni dubbjużi jistgħu jitneħħew biss
mill-kontenitur mill-Kummissjonarju Elettorali li jeħodhom fuq il-
mejda tal-Kummissjoni Elettorali personalment.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali, jew dak l-għadd ta’ membri
tagħha li ma jkunx inqas minn tlieta, għandhom, wara li jisimgħu l-
ilmenti tad-delegati ta’ partit, jew tas-sostituti tagħhom dwar kull
polza, jaqtgħuha jekk polza tkunx valida jew invalida, u jekk
jaqtgħuha li tkun invalida huma għandhom jittimbraw dik il-polza
bħala tali fuq il-wiċċ tagħha.
(4) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali f’dan ir-rigward
għandha tkun waħda konklussiva u mhux suġġetta għal ebda appell. 
(5) Ġaladarba l-poloz tal-votazzjoni dubbjużi kollha jkunu
ġew dikjarati validi jew invalidi mill-Kummissjoni Elettorali, dawn
għandhom jitreġġgħu lura lejn id-distrett elettorali tagħhom proprju
minn Kummissjonarju Elettorali li jgħaddihom lil persuna li
tissorvelja dak id-distrett.
(6) Il-persuna li tissorvelja għandha tieħu ħsieb li l-poloz tal-
votazzjoni invalidi jitqegħdu f’kontenitur markat "Invalidi" filwaqt
li l-poloz tal-votazzjoni validi għandhom jiġu klassifikati skond ir-
regolamenti ta’ qabel.
Għadd tal-poloz. 
Emendat: 
XV.1996.65.
7. (1) Il-Kummissjoni għandha mbagħad tgħodd in-numru
tal-poloz fil-kontenitur ta’ kull kandidat, u tagħti lil kull kandidat
numru ta’ voti li jkun jaqbel man-numru tal-poloz validi li fuqhom
ingħatat l-ewwel preferenza lil dak il-kandidat, u għandha tiżgura
ruħha min-numru kollu tal-poloz validi f’dak id-distrett.
(2) Fl-għadd tan-numru tal-poloz imqegħdin fil-kontenitur ta’
kull kandidat, il-persuna li tissorvelja għandha tordna li dawk il-
poloz jinġabru f’mazzi ta’ ħamsin polza kull wieħed u li kull mazz
  72      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
mill-inqas jingħadd minn żewġ persuni li jgħoddu.
(3) Il-Kummissjoni Elettorali tista’ tordna illi fl-istess distrett
elettorali jingħaddu l-poloz fl-istess ħin ta’ aktar minn kandidat
wieħed sakemm huma jiżguraw li l-poloz tal-votazzjoni li
jappartjenu lil kandidati differenti jinżammu mifrudin.
(4) Fi tmiem l-għadd f’distrett elettorali partikolari l-
Kummissjoni għandha tiddikjara xi jkun l-għadd totali ta’ poloz tal-
votazzjoni validi f’dak id-distrett u xi jkun l-għadd totali ta’ voti
validi akkreditati lil kull kandidat f’dak id-distrett elettorali.
Kif issib il-kwota.  8. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tiddividi n-numru kollu
tal-poloz validi f’kull distrett b’numru ta’ wieħed ’l fuq minn dak
tal-postijiet battala li għandhom jimtlew. In-numru li joħroġ,
miżjud b’wieħed, (mingħajr ma tiġi ikkalkulata l-frazzjoni li tibqa’)
ikun in-numru ta’ voti li jinħtieġu biex kandidat jiġi elett. Dan in-
numru f’dawn ir-regolamenti hu msejjaħ il-"kwota".
Il-kandidat li jġib 
il-kwota jiġi elett.
9. Jekk, wara li jingħaddu l-voti li kandidat iġib, jinsab illi
dan in-numru ta’ voti jlaħħaq il-kwota jew jaqbeż il-kwota, dan il-
kandidat ikun b’daqshekk elett.
Trasferiment taż-
żejjed ta’ voti. 
Emendat: 
XV.1996.65.
10. (1) Jekk, wara li jingħaddu l-voti, jinsab illi n-numru ta’
voti mogħtijin lil kandidat hu akbar mill-kwota, iż-żejjed imur,
skond ma hu meħtieġ minn dan ir-regolament, fuq il-kandidati l-
oħra li lilhom ingħataw il-preferenzi ta’ wara li jkun hemm
immarkati fuq il-poloz tal-mazz tal-kandidat li ġie elett f’dak il-
għadd.
Liema voti żejda 
għandhom 
jitqassmu l-ewwel.
(2) Iż-żejjed ta’ voti li jkun hemm f’kull għadd ta’ voti għandu
jitqassam qabel dak iż-żejjed li jkun hemm fil-għadd ta’ wara. 
(3) Jekk fl-istess għadd ikun hemm iktar minn kandidat wieħed
li jġib numru ta’ voti żejda, l-ewwel ma għandu jitqassam dak iż-
żejjed ta’ voti li hu l-akbar.
Meta l-voti żejda 
jkunu ndaqs.
(4) Jekk żewġ kandidati jew iżjed ikollhom kull wieħed, fl-
istess għadd, numru ta’ voti żejda ndaqs, għandu l-ewwel jitqassam
iż-żejjed ta’ dak il-kandidat li jkun ġieb l-akbar numru ta’ voti fl-
ewwel għadd li fih dawn il-kandidati ma kellhomx numru ta’ voti
ndaqs. Kemm-il darba in-numru ta’ voti miġjubin minn dawn il-
kandidati ikun indaqs f’kull għadd li jkun sar, il-Kummissjoni
taqta’ bix-xorti liema mill-voti żejda għandhom jitqassmu l-ewwel.
Meta l-kandidat hu 
elett bil-voti 
ewlenin biss. 
(5) (a) Jekk il-voti mogħtija lil kandidat li ġie elett ikunu voti
ewlenin biss, il-Kummissjoni għandha teżamina l-
poloz kollha tal-mazz tal-kandidat li ġie elett illi iż-
żejjed tiegħu għandu jmur fuq il-kandidati l-oħra.
Meta l-kandidat hu 
elett bil-voti 
ewlenin u b’dawk 
li marru fuqu. 
(b) Jekk il-voti mogħtijin lil kandidat li ġie elett ikunu
voti ewlenin u voti li marru fuqu, jew huma biss voti li
marru fuqu, il-Kummissjoni għandha teżamina l-poloz
ta’ l-aħħar mazz, li ngħataw lill-kandidat elett u li ż-
żejjed tiegħu għandu jmur fuq il-kandidati l-oħra.
Għażla u taqsim ta’ 
poloz skond il-
preferenza li jkun 
hemm wara. 
(ċ) F’kull wieħed minn dawn iż-żewġ każijiet, il-
Kummissjoni għandha tagħżel u tqassam il-poloz
trasferibbli f’mazzi ġodda skond il-preferenza li jkun
hemm mogħtija wara, immarkata fuq dawn il-poloz;
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      73
jagħmlu mazz għalih ta’ dawk il-poloz li mhumiex
trasferibbli u jaraw kemm hemm poloz f’kull mazz
ġdid ta’ poloz trasferibbli u kemm hemm poloz fil-
mazz ġdid ta’ poloz li mhumiex trasferibbli.
Jekk in-numru ta’ 
poloz trasferibbli 
hu ndaqs jew inqas 
mill-voti żejda.
(6) Jekk in-numru kollu ta’ poloz fil-mazzi ġodda ta’ poloz
trasferibbli mhux akbar minn dak tal-voti żejda, il-Kummissjoni
għandha tgħaddi l-mazz kollu ġdid tal-poloz trasferibbli lill-
kandidat ta’ wara li fihom ikollu immarkat in-numru tal-preferenza
ta’ wara mogħtija mill-eletturi, u dawk il-poloz, li mhumiex
trasferibbli u li ma jinħtiġux għall-kwota tal-kandidat magħżul,
għandhom jitwarrbu f’mazz għalihom. Dawn il-poloz speċjali li
jitwarrbu għalihom ikunu dawk il-poloz li fl-aħħar jitqiegħdu fil-
mazz ġdid ta’ poloz li ma jkunux trasferibbli.
Jekk in-numru ta’ 
poloz trasferibbli 
jkun ’l fuq miż-
żejjed ta’ voti isir 
it-trasferiment 
proporzjonali. 
(7) (a) Jekk in-numru kollu ta’ poloz trasferibbli jkun akbar
mill-voti żejda, il-Kummissjoni minn kull mazz ġdid
ta’ poloz trasferibbli għandha, lill-kandidati li jibqa’
bil-jedd tal-preferenza ta’ wara mogħtija mill-eletturi,
tgħaddilu dak in-numru ta’ poloz bl-istess proporzjon
man-numru ta’ poloz fil-mazz ġdid, li kien hemm bejn
in-numru ta’ voti żejda u n-numru kollu tal-poloz
trasferibbli.
Kif issib in-numru 
ta’ poloz li 
għandhom jinxeħtu 
fuq il-kandidati l-
oħra.
(b) In-numru tal-poloz li minn kull mazz ġdid għandhom
igħaddu għal fuq kandidati oħra jinsab billi
timmoltiplika in-numru tal-poloz 1i jkun hemm fil-
mazz ġdid bin-numru ta’ voti żejda u tiddividi r-
riżultat bin-numru kollu ta’ poloz trasferibbli.
Għandha tinżamm nota tal-partijiet deċimali (sa erba’
figuri deċimali), li jibqgħu, ta’ kull numru ta’ poloz li
b’hekk jinsab.
Trasferiment tal-
partijiet deċimali 
(sa erba’ figuri 
deċimali). 
(ċ) Jekk minħabba dawn il-partijiet deċimali (sa erba’
figuri deċimali), in-numru tal-poloz li għandhom
igħaddu għal fuq il-kandidati l-oħra jkun inqas miż-
żejjed ta’ voti, għandhom jingħaddu bħala numru sħiħ
dawk il-partijiet deċimali (sa erba’ figuri deċimali), li
meħudin wieħed wara l-ieħor, skond liema minnhom
hu l-akbar, tibda mill-akbar wieħed, ikun meħtieġ biex
bihom iġġib in-numru kollu ta’ poloz li għandhom
igħaddu għal fuq il-kandidat jew kandidati l-oħra,
numru li jkun jaqbel ma’ dak tal-voti żejda, mingħajr
ma tagħti każ tal-partijiet deċimali (sa erba’ figuri
deċimali) l-oħra li jibqgħu.
Meta l-partijiet 
deċimali (sa erba’ 
figuri deċimali) 
huma ndaqs. 
(d) Jekk żewġ partijiet deċimali (sa erba’ figuri deċimali)
jew iżjed huma ta’ kobor wieħed, għandha titqies li
hija l-akbar waħda dik il-parti deċimali (sa erba’ figuri
deċimali) li tkun ġejja mill-akbar mazz ġdid, u jekk il-
mazzi ġodda li jkunu hemm fl-idejn ikun fihom l-istess
numru ta’ poloz, għandha titqies bħala l-akbar waħda
dik il-parti deċimali (sa erba’ figuri deċimali) li messet
lil dak il-kandidat li fl-ewwel għadd kellu l-akbar
numru ta’ voti u li fih il-kandidati li jkunu hemm ma
kellhomx l-istess numru ta’ voti. Kemm-il darba fil-
għadd kollu li jkun sar, in-numru ta’ voti mogħtijin lil
  74      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
dawn il-kandidati ikun l-istess, il-Kummissjoni
għandha itella’ ix-xorti sabiex jaqtaw liema parti
deċimali (sa erba’ figuri deċimali) minnhom kollha
għandha titqies li hi l-akbar waħda.
Trasferiment ta’ 
poloz minn mazzi 
ġodda.
(e) Dawk il-poloz li għandhom jingħażlu sabiex imorru
fuq kandidat jew kandidati oħra minn kull mazz ġdid,
ikunu dawk il-poloz li tqiegħdu fl-aħħar fuq dan il-
mazz ġdid, u kull polza li tkun tqiegħdet b’dan il-mod
għandha tiġi immarkata bin-numru ta’ l-għadd li fih
ikun sar dan it-trasferiment.
Meta l-kandidat 
jintafa’ ’l barra 
mill-votazzjoni.
11. (1) Jekk fl-aħħar ta’ l-għadd ebda kandidat ma jġib voti
żejda u jibqa’ battal post wieħed jew iżjed minn post wieħed, il-
Kummissjoni tħalli barra mill-għadd tal-voti l-kandidat li jkun ġieb
l-inqas numru ta’ voti; teżamina l-poloz kollha ta’ dan il-kandidat;
tagħżlu u tiġbor il-poloz trasferibbli f’mazzi ġodda, skond il-
preferenzi immarkati fuqhom li għandhom jingħataw llll-kandidati
ta’ wara; tgħaddi kull mazz ġdid lill-kandidat li lilu ġiet mogħtija
din il-preferenza u tiġbor f’mazz wieħed għalih dawk il-poloz li
mhumiex trasferibbli.
Żewġ kandidati 
jew iżjed maħruġin 
mill-votazzjoni.
(2) Jekk il-voti kollha ta’ żewġ kandidati jew iżjed, li jġibu l-
inqas voti, huma inqas min-numru ta’ voti mogħtijin lil dak il-
kandidat li jiġi wara l-ewwel wieħed, il-Kummissjoni tista’ fl-istess
għadd tħalli barra mill-għadd dawn il-kandidati u tixħet il-voti
tagħhom fuq il-kandidati l-oħra skond ma jingħad f’dan ir-
regolament.
Liema mill-
kandidati għandu 
joħroġ barra mill-
votazzjoni. 
(3) Jekk, meta għandu jiġi maħruġ kandidat mill-votazzjoni,
ikun hemm żewġ kandidati jew iżjed, kull wieħed minnhom bl-
istess numru ta’ voti, u dawn ikollhom l-inqas numru ta’ voti,
għandu jmur barra dak il-kandidat li fl-ewwel għadd ikun ġieb l-
inqas numru ta’ voti u li fih dawn il-kandidati ma jkunux ġiebu l-
istess f’kull għadd li sar, il-Kummissjoni taqta’ bix-xorti min
minnhom joħroġ mill-għadd.
Postijiet li fl-aħħar 
jibqgħu battala.
12. B’dak kollu li hemm imsemmi f’dawn ir-regolamenti: 
(1) Ma jsir ebda trasferiment ieħor ta’ voti jekk wara li
jingħaddu il-voti, in-numru tal-kandidati eletti ikun jaqbel man-
numru ta’ postijiet battala li jridu jimtlew.
(2) Jekk wara li kandidat  jew iżjed minn kandidat jintafa’ l-
barra mill-għadd, in-numru tal-kandidati l-oħra 1i jibqgħu jkunu
daqs in-numru ta’ postijiet battala, dawn il-kandidati ta’ wara jiġu
minnufih eletti u ma jsir ebda trasferiment ieħor ta’ voti.
X’għandu isir fit-
trasferiment ta’ 
poloz. 
13. (1) Meta jitgħaddew xi voti minn fuq kandidat għal ieħor
kull mazz ġdid ta’ poloz trasferuti għandu jitqiegħed fuq wiċċ il-
mazz jekk ikun hemm tal-poloz tal-kandidat li fuqu jitgħadda l-vot
u dak il-kandidat jieħu dak in-numru ta’ voti li jkun jaqbel man-
numru ta’ poloz li jgħaddi għal fuqu.
Poloz li ma humiex 
trasferibbli 
jingħażlu 
għalihom. 
(2) Il-poloz li ma humiex trasferibbli (barra minn dawk li fit-
trasferiment ta’ voti żejda jistgħu jiswew għall-kwota tal-kandidat
magħżul) għandhom jitqiegħdu għalihom, bħala mazz għalih
flimkien ma’ kull mazz ieħor ta’ voti mhux trasferibbli u li jkun
diġà  mqiegħed għalih.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      75
Poloz miżmumin 
għall-kwota.
(3) Wara li jsir it-trasferiment tal-voti żejda ta’ kandidat elett,
il-poloz kollha li ma jkunux għaddew għal fuq il-kandidati l-oħra
ta’ wara u li ma jitqegħdux għalihom, kif hemm imsemmi fil-
paragrafu ta’ qabel, għandhom jitqiegħdu flimkien f’mazz wieħed
bħala kwota tal-kandidat magħżul, u l-mazz jiġi immarkat bl-isem
tal-kandidat elett.
Għadd mill-ġdid 
ta’ xi poloz. 
14. Kull kandidat, jew il-persuna li tidher floku, jista’, wara
kull għadd li jkun sar, jitlob lil-Kummissjoni sabiex terġa’
teżamina u tgħodd il-poloz kollha jew polza li jkunu tlestew f’dak
il-għadd, u l-Kummissjoni għandha minnufih teżamina u tgħodd
mill-ġdid dawn il-poloz skond ma jiġi mitlub mingħajr ma tagħmel
ebda tibdil fit-taqsim tal-poloz li jkun hemm f’dawk il-mazzi, ħlief
meta jkun meħtieġ li jsir  dan it-tibdil minħabba xi żball li jinsab
fil-għadd li jkun raġa’ sar. Il-Kummissjoni tista’ wkoll skond il-
fehma tagħha terġa’ tgħodd il-poloz għal darba jew iżjed, kull meta
ma tkunx żgura mill-għadd ta’ qabel; għalkemm b’dan kollu il-
Kummissjoni ma hijiex fid-dmir li tgħodd mill-ġdid il-poloz għal
iktar minn darba.
Talba biex titħassar 
elezzjoni. 
15. (1) Meta ssir talba sabiex titħassar elezzjoni, il-qorti tista’
tordna biex il-poloz kollha jew biċċa minnhom jerġgħu jiġu
magħdudin u sabiex jaraw sewwa r-riżultat ta’ l-elezzjoni skond
dawn ir-regolamenti.
(2) Meta jiġi li jerġa’ jsir dan il-għadd, taħt dak it-tibdil li jkun
meħtieġ minħabba xi ordni tal-qorti, kull polza li fil-bidu kienet
mgħoddija b’valida, kemm-il darba jsir it-trasferiment ta’ voti,
għandha titmexxa bħal qabel fuq il-għadd tal-voti li jkun sar fil-
bidu.
Deċiżjoni ta’ l-
uffiċjali inkarigati 
fuq it-trasferiment 
ta’ voti.
16. (1) Jekk tqum xi kwistjoni fuq it-trasferiment ta’ voti, id-
deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni tkun ta’ l-aħħar, sew jekk din
id-deċiżjoni tagħtiha bil-fomm kemm jekk tidher li tkun tatha bl-
egħmil tagħha, kemm-il darba xi kandidat jew il-persuna li tidher
floku ma jmurx kontra tagħha bil-miktub, qabel ma jingħata ir-
riżultat tal-voti. F’dan il-każ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista’
titraġġa’ lura wara rikors li jsir il-qorti biex titħassar l-elezzjoni.
(2) Jekk id-deċiżjoni tal-Kummisjoni titraġġa’ lura, it-
trasferiment li hawn imsemmi u x-xogħol kollu li jkun sar
minħabba f’dan it-trasferiment ma jibqgħux jiswew u l-qorti tordna
xi trasferiment għandu jsir flok dan it-trasferiment li fuqu hemm
kwistjoni, u għandha ġġiegħel li jitmexxa x-xogħol li jkun meħtieġ,
u sabiex ir-riżultat ta’ l-elezzjoni jittieħed skond dawn ir-
regolamenti.
Riżultat ta’ l-
elezzjoni. 
Formola tad-
dikjarazzjoni.
17. Meta jingħata r-riżultat tal-votazzjoni, fih għandu jkun
hemm imsemmi t-trasferiment tal-voti li jkun sar skond dawn ir-
regolamenti, kif ukoll għandu jkun hemm imsemmi it-total tal-voti
mogħtijin lil kull kandidat, wara kull trasferiment, u dan għandu
jsir skond il-formula li hemm fl-Iskeda ta’ dawn ir-regolamenti jew
skond formula bħalha.
  76      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Taqsima III
Postijiet ta’ Membri li jitbattlu
Avviż ta’ postijiet 
battala.
18. Meta post ta’ Membru jitbattal, il-Kummissjoni fi żmien
ħamest ijiem mid-data li jasal il-Writ tal-President, tagħti avviż, li
joħroġ fil-Gazzetta, li ser issir elezzjoni biex jimtela l-post battal.
Nomini. 19. Fi żmien ħamest ijiem wara li joħroġ dan l-avviż, kull
persuna li:
(a) f’elezzjoni ġenerali li tkun saret minnufih qabel ma’
tbattal dan il-post kienet kandidat għall-għażla ta’
Membru tal-Kamra għat-taqsima elettorali li fiha ikun
tbattal il-post u ma kinetx telqet minn kandidat u
lanqas ma ġiet magħżula, u
(b) li għad għandha l-kwalifikazzjonijiet meħtieġa sabiex
tiġi eletta bħala Membru
tista’, bil-kunsens tagħha, tiġi nominata bħala kandidat għal dak il-
post battal.
Avviż ta’ nomini.  20. Fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol, wara l-aħħar ġurnata għad-
dħul tan-nomini, il-Kummissjoni għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha
dwar il-validità  tan-nomina tal-kandidati u toħroġ fuq il-formula
stabbilita, l-ismijiet u partikolaritajiet tal-persuni nominati, u t-
taqsima elettorali li fiha hemm il-post battal li jrid jimtela.
Jekk ikun hemm 
żewġ nomini jew 
iżjed, jiġu 
eżaminati l-poloz 
tal-membru illi l-
post tiegħu hu 
battal.
21. Jekk ikun hemm kandidati illi n-nomina tagħhom tkun
tiswa, il-Kummissjoni għandha f’jumejn żmien, li jkunu ġranet tax-
xogħol, tibda teżamina l-poloz tal-mazz issiġillat ta’ dak il-
Membru illi l-post tiegħu tbattal u timxi fuq dak li hemm stabbilit
hawn taħt:
(1) Għandhom jitqiesu li huma maħruġin mill-votazzjoni dawk
kollha li fl-elezzjoni ġenerali kienu ħarġu bħala kandidati għal
taqsima elettorali, ħlief dawk illi jkunu mressqin bi dritt bħala
kandidati għal dak il-post battal.
(2) Il-poloz li jkunu merfugħin taħt is-siġill skond l-Att dwar
l-Elezzjonijiet Ġenerali fil-mazz ta’ dak il-Membru li l-post tiegħu
hu battal, għandhom jiġu eżaminati u mgħoddijin lil dawk li jkunu
mressqin bi dritt bħala kandidati u li jistgħu minn ta’ l-ewwel
jieħdu l-preferenza skond l-ordni li tkun immarkata f’dawn il-
poloz, u lil kull wieħed minn dawn li jkunu imressqin bħala
kandidati jingħata vot għal kull polza li tgħaddi għal fuqhom.
(3) Fejn ikun hemm kandidat wieħed biss bin-nomina li tiswa,
jekk dan il-kandidat ikollu numru ta’ voti daqs in-nofs jew iżjed
min-nofs tan-numru tal-poloz fil-mazz tal-Membru illi postu jkun
battal, dana jiġi iddikjarat bħala elett.
(4) Fejn ikun hemm żewġ kandidati jew iżjed illi n-nomina
tagħhom tkun tiswa, il-Kummissjoni għandha tħalli barra mill-
votazzjoni dak il-kandidat li jkollu l-inqas numru ta’ voti u tgħaddi
l-voti tiegħu, skond il-preferenza tan-numri ta’ wara li tibqa’ kif
tkun immarkata fuq il-poloz, għal fuq il-kandidat jew kandidati ta’
wara. Il-proċedura biex jitħalla barra dak il-kandidat li jkun ġieb l-
inqas numru ta’ voti u biex jitgħaddew il-voti skond il-preferenzi li
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      77
jkun hemm, għandha titkompla sakemm jibqa’ kandidat wieħed.
Jekk in-numru ta’ voti mogħtijin lil dan il-kandidat ikun daqs in-
nofs jew iżjed min-nofs tan-numru ta’ poloz fil-mazz tal-membru
illi postu jkun battal, dan il-kandidat jiġi iddikjarat bħala elett:
Iżda kemm-il darba jkun hemm kandidat li jkollu numru ta’ voti
’l fuq mis-somma totali tal-voti tal-kandidati l-oħra kollha u fl-
istess ħin din is-somma tkun daqs in-nofs jew iżjed min-nofs tan-
numru ta’ poloz li jkun hemm fil-mazz tal-Membru illi postu jkun
battal, dan il-kandidat jiġi iddikjarat bħala elett mingħajr ma jsir
ebda trasferiment ieħor ta’ voti.
F’każijiet speċjali 
l-elezzjoni ta’ 
Membru ssir 
b’għażla.
22. (1) Jekk jitbattal post li jkun imtela skond din it-Taqsima
ta’ dawn ir-Regolamenti jew skond is-subartikolu (1) ta’ l-artikolu
54 ta’ l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, jew jekk wara li jitbattal
post ma jiġi mressaq bi dritt ebda kandidat, jew jekk wara li jiġu
eżaminati l-poloz tal-Membru li jkollu postu battal ma jiġi elett
ebda kandidat, il-post jiġi mimli bil-għażla tal-Membri tal-Kamra
ta’ wieħed li jkollu l-kwalifiki meħtieġa biex isir Membru tal-
Kamra.
(2) Meta jiġi biex jimtela l-post ta’ Membru bil-għażla,
għandhom jitqiesu li kemm jista’ jkun, ikun hemm l-istess interessi
u fehmiet li kien jidher għalihom u li kellu dak il-Membru illi postu
jkun tbattal.
  78      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
SKEDA 
 Dikjarazzjoni tar-Riżultat tal-Votazzjoni
Isem tat-Taqsima Elettorali
Elezzjoni tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati biex jidhru għal Distrett Elettorali
hawn fuq imsemmi li saret fis-sena
Aħna li ffirmajna isimna hawn taħt, Kummissjunarji Elettorali fil-votazzjoni tal-
Membri tal-Kamra tad-Deputati għad-Distrett Elettorali hawn fuq imsemmi li saret fi
ġurnata ta’ tas-sena, sejrin
hawnhekk ingħarrfu illi r-riżultat tal-Votazzjoni u tat-trasferiment tal-voti huwa dan:
Numru ta’ voti validi .............................................................................. 
Numru ta’ membri li għandhom jingħażlu ................................................ 
Kwota (numru ta’ voti li huma meħtieġa biex
kandidat jiġi elett) ...................................................................................
U aħna hawnhekk ingħarrfu illi dawn li huma msemmijin hawn fuq ġew kif
jistħoqq eletti Membri tal-Kamra tad-Deputati għal dan id-Distrett Elettorali.
Illum, ilta’tas-sena
.....................................................
Kummissjonarji Elettorali
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      79
EŻEMPJU TA’ KIF GĦANDHOM JINGĦADDU L-POLOZ TAL-VOTAZZJONI 
F’ELEZZJONI MAGĦMULA SKOND IS-SISTEMA TA’ RAPPRESENTANZA 
PROPORZJONALI B’VOT WIEĦED 
LI JGĦADDI MINN KANDIDAT GĦAL IEĦOR
(Ara l-Ewwel Taqsima tar-Regolamenti)
Nagħmlu li għandhom jingħażlu sitt membri u li hemm ħdax-il-kandidat A, B, C,
D, E, F, G, H, I, K, L.
L-EWWEL GĦADD
Wara li jitħalltu flimkien u jimtlew il-poloz kollha u minnhom jitneħħew dawk li
mhumiex validi, u wara li dawk il-poloz li huma validi jitqassmu f’mazzi għalihom,
skond l-ismijiet tal-kandidati li ħdejhom ikun hemm miktub in-numru 1, kull mazz
għalih għandu jingħadd u lil kull kandidat jingħata n-numru ta’ voti li jaqbel man-
numru ta’ poloz li fuqhom, favur tiegħu, hemm imniżżla l-ewwel preferenza.
Nagħmlu li r-riżultat ta’ l-għadd huwa dan ta’ hawn taħt:
  Voti 
B  ...................................................................................140
F  .................................................................................... 62 
H  .................................................................................... 50 
C .................................................................................... 25 
L  .................................................................................... 24 
G  .................................................................................... 14 
I  .................................................................................... 12 
D  .................................................................................... 10 
A  ...................................................................................... 7 
E ...................................................................................... 4 
K  ......................................................................................  - 
B’kollox ..................... 348 
IL-KWOTA
Mill-għadd tal-poloz jidher illi t-total tal-poloz tal-votazzjoni validi huwa 348.
Wara li niddividu it-total bin-numru sebgħa (jiġifieri bin-numru ta’ postijiet battala,
u miegħu nżidu wieħed) insibu li għandna 50 (jiġifieri n-numru 49 li ħareġ mid-
diviżjoni u 1 iżjed, bla ma nagħtu kas tal-frazzjoni). Dan in-numru ta’ 50 huwa l-
"kwota", jew in-numru ta’ voti meħtieġa għall-għażla ta’ membru.
Il-voti li ħadu B, F u H huma ’l fuq mill-kwota jew daqsha, u għalhekk dawn il-
kandidati għandhom jitqiesu li ġew eletti.
IT-TIENI GĦADD
B għandu 90 vot iżjed (jiġifieri total ta’ 140, nieqes il-50 tal-kwota) u billi dana
huwa l-akbar fost in-numri ta’ voti li ħadu l-oħrajn, l-ewwel ma għandu jitqassam u
jitgħadda fuq il-kandidati l-oħra huwa ż-żejjed ta’ B.
Il-140 polza ta’ B jiġu eżaminati kollha u mqassmin f’mazzi ġodda għalihom
skond il-preferenzi li baqgħu għall-kandidati ta’ wara kif ġew immarkati fuq l-istess
poloz. 
  80      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Aktarx dejjem il-preferenzi li jkun hemm wara tkun dik tat-tieni numru. Imma
dawk il-poloz li fihom ġiet mogħtija t-tieni preferenza lil F jew lil H, billi dawn
huma diġà  eletti, igħaddu għal fuq il-preferenzi l-oħra ta’ wara dawn il-kandidati. Il-
polza li fiha jkun hemm immarkata in-numru 1 quddiem B, 2 quddiem H, 3 quddiem
F, 4 quddiem I tiġi mqiegħda fil-mazz ġdid ta’ I.
Isir mazz ġdid għalih ukoll ta’ dawk il-poloz li fihom ma jkunx hemm immarkata
il-preferenza li tibqa’ wara, jiġifieri ta’ dawk il-poloz li fihom ma jkunx hemm
immarkata il-preferenza li tibqa’ favur kandidat ta’ wara u li għalhekk ma humiex
trasferibbli.
Insibu li r-riżultat hu dan:
Hemm immarkata preferenza ta’ wara għal D fuq 80 polza
""""""    E   "   2   poloz
""""""    I  "   25  polza
""""""    K "  29  polza
Total ta’ poloz trasferibbli ........................... 136  "
Total ta’ poloz li m’humiex trasferibbli ................. 4   poloz
Total ta’ poloz ta’ B .............................. 140
Billi n-numru kollu ta’ poloz trasferibbli (li hu ta’ 136) hu ’l fuq mill-voti żejda
(ta’ 90), minn kull mazz ġdid tista’ tittieħed u tgħaddi għal fuq ħaddieħor porzjon
biss, u n-numru ta’ poloz li għandhom jittieħdu minn kull mazz ġdid biex jingħataw
lil ħaddieħor, għandu jkollu, man-numru kollu tal-poloz fil-mazzi ġodda, dik il-
proporzjon li hemm bejn iż-żejjed u n-numru kollu ta’ poloz trasferibbli.
Fi kliem ieħor, in-numru ta’ poloz li għandhom jittieħdu u jgħaddu għal fuq
ħaddieħor minn kull mazz ġdid insibuh billi nimmultiplikaw in-numru tal-poloz li
hemm f’kull wieħed minn dawn il-mazzi bin-numru 90 (li hu in-numru ta’ poloz
żejda) u niddividu dak li jiġina bil-136 (li hu n-numru totali ta’ poloz trasferibbli) li
jiġi 0.6617647.
Il-kalkolu għandu jsir hekk:
In-numri tal-poloz li għandhom jittieħdu u jgħaddu fuq il-kandidati ta’ wara skond
il-kalkolu ta’ hawn fuq, fihom partijiet deċimali u billi ma jistgħux jittieħdu ħlief
poloz sħaħ, għalhekk għandhom jitqiesu bħala waħdiet sħaħ dawk il-partijiet
deċimali li huma l-akbar, meħudin wieħed wara l-ieħor skond il-kobor tagħhom, u li
jkunu biżżejjed biex iġibu total ta’ poloz trasferibbli li jkun jaqbel maż-żejjed ta’
voti.
Għalhekk billi n-numri sħaħ li ħarġu minn dan il-kalkolu jġibu s-somma ta’ 88
biss, jiġifieri (52+1+16+19), jew tnejn inqas miż-żejjed ta’ 90, iż-żewġ partijiet
Il-mazz ta’ D fih 80 polza, u s-sehem li jmissu mill-poloz
żejda hu għalhekk ......................................................
80 x 0.6617647
jew 52.9412
Il-mazz ta’ E fih 2 poloz u s-sehem li jmissu mill-poloz
żejda hu għalhekk ......................................................
2 x 0.6617647
jew 1.3235
Il-mazz ta’ I fih 25 polza u s-sehem li jmissu mill-poloz
żejda hu għalhekk ......................................................
25 x 0.6617647
jew 16.5441
Il-mazz ta’ K fih 29 polza u s-sehem li jmissu mill-poloz
żejda hu għalhekk ......................................................
29 x 0.6617647
jew 19.1912
 B’kollox .................................................................... 90
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      81
deċimali .9412 u .5441, li huma l-akbar fost l-oħrajn, inqisuhom bħala numri sħaħ
ta’ wieħed u għalhekk in-numri ta’ poloz li għandhom igħaddu fuq l-oħrajn huma
bħal ma ser nuru hawn taħt:
Lil D ........................................................................... 53 polza 
Lil E ............................................................................1 polza 
Lil I ............................................................................. 17-il polza 
Lil K ........................................................................... 19-il polza
Total ta’ poloz li huma ż-żejjed ta’ poloz ta’ B ..... 90 polza
Il-poloz speċjali li għandhom igħaddu fuq D, E, I u K huma dawk miżjudin fl-
aħħar fuq il-mazzi ġodda ta’ kull wieħed minn dawn il-kandidati, u għalhekk huma
dawk li fil-mazzi jinsabu fuq nett. Il-poloz imgħoddija jiġu mmarkati bin-numru ta’
l-għadd li fih isir it-trasferiment.
Dawn il-poloz jiżdiedu f’mazzi għalihom mal-mazzi ta’ D, E, I u K. (Niftakru li K
ma kellu ebda mazz b’voti ewlenin).
Għalhekk it-total ta’ dawn il-voti mogħtijin lil dawn il-kandidati jsiru: 
D ............................................................................ 10 + 53 = 63 
E ............................................................................. 4 +  1 = 5 
I .............................................................................. 12 + 17 = 29 
K ............................................................................  0 + 19 = 19
Il-bqija tal-poloz fil-mazzi ġodda (jiġifieri dawk il-poloz li ma għaddewx fuq l-
oħrajn) flimkien mal-poloz, li fuqhom ma kien hemm immarkata ebda preferenza ta’
wara, jinġabru f’mazz wieħed. Dan il-mazz huma l-poloz li jġibu l-kwota ta’ B (50). 
Dan il-mazz fih :
Il-bqija tal-mazz ġdid ta’ D,80neqsin 53=27 
""  E,2  neqsin1 =  1 
""  I,25neqsin 17=  8 
""  K,29neqsin 19=10 
Poloz li mhumiex trasferibbli .................4 
Total li hu l-kwota ta’ "B" ..................... 50
Il-kalkoli li saru f’dan it-trasferiment huma miġjubin fil-qosor u mdaħħlin fit-
tabella ta’ hawn taħt:
Għadd Nru. 2.
TRASFERIMENT TAŻ-ŻEJJED TA’ "B"
Żejjed ................................................................................. 90 
Numru ta’ poloz trasferibbli ................................................ 136 
Proporzjon ta’ poloz li għandhom igħaddu fuq kandidati oħra =
Żejjed =  90= 0.6617647 
Numru ta’ poloz trasferibbli  136 
  82      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Twissijiet lill-Kummissjonarji Elettorali
* Qabel ma wieħed jibda jgħodd, jaqbel, u tkun ħaġa tajba, li timtela t-tabella tat-
trasferimenti billi jitniżżel it-total fil-vojt li hu mmarkat bi stilla żgħira. Dawn it-
totali nafuhom qabel ma jibda l-għadd.
†  Meta jitgħaddew il-poloz żejda lill-kandidati l-oħra, il-poloz kollha, li mhumiex
trasferibbli, aktarx dejjem jinżammu bħala biċċa mill-kwota, imma meta n-numru ta’
poloz trasferibbli hu inqas miż-żejjed ta’ voti, id-differenza għandha titniżżel fil-vojt
immarkat bi stallett, u fil-kaxxa tal-poloz li mhumiex trasferibbli għandu jitqiegħed
l-istess numru ta’ poloz li mhumiex trasferibbli. Għaldaqshekk dawn il-poloz li
mhumiex trasferibbli għandhom jittieħdu mill-wiċċ tal-mazz, u in-numru ta’ poloz li
jittieħdu għandu jidher fuq it-Tabella tar-Riżultat fil-linja mħollija għall-poloz li
mhumiex trasferibbli.
Wara li jsir il-għadd, insibu li s’issa għandna dan ir-riżultat ta’ votazzjoni:
 Voti
B  .................................................................................... 50 (elett)
F  .................................................................................... 62 (elett) 
H  .................................................................................... 50 (elett) 
D  .................................................................................... 63 (elett)
I .....................................................................................29
C .................................................................................... 25 
L  .................................................................................... 24 
K  .................................................................................... 19 
G  .................................................................................... 14 
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      83
A .......................................................................................7 
E  ...................................................................................... 5
B’kollox ................................................... 348
D b’dan il-mod għandu 63 vot, jiġifieri numru ta’ voti ’l fuq mill-kwota. Għalhekk
jitqies li ġie magħżul.
IT-TIELET GĦADD
Issa baqgħu żewġ riżultati b’żejjed ta’ voti jew b’numri ’l fuq mill-kwota, li huma
dak ta’ F (12) u dak ta’ D (13). L-ewwel li jitgħadda għal fuq il-kandidati li jibqgħu
huwa ż-żejjed ta’ F, għax għalkemm hu l-iċken, ġej minn għadd ta’ qabel. Iż-żejjed
ta’ F jiġi mqassam bil-proporzjon fost il-preferenzi li baqgħu wara, skond ma huma
mmarkati fuq it-62 polza ewlenija ta’ F, u bl-istess mod bħal ma ġew imqassmin fil-
każ ta’ B. B’hekk insibu li 9 poloz igħaddu fuq L, 2 poloz fuq C u 1 fuq A.
Il-poloz li jagħmlu l-kwota ta’ F jinġabru f’mazz wieħed li jiġi mmarkat bl-isem
ta’ F.
Il-poloz li jagħmlu l-kwota ta’ H (li fl-ewwel għadd ġieb il-kwota sewwa) jinġabru
bl-istess mod f’mazz wieħed, li jiġi mmarkat bl-isem ta’ H.
IR-RABA’ GĦADD
Issa għandu jitqassam iż-żejjed ta’ D (13). Għaldaqshekk għandu jittieħed biss il-
mazz ġdid li ġie mgħoddi fl-aħħar u li fih 53 polza. Dawn jiġu eżaminati u jitqassmu
f’mazzi ġodda, skond il-preferenzi li hemm għall-kandidati l-oħra u b’hekk insibu
dan ir-riżultat:
Lil I ġiet mogħtija preferenza li baqgħet wara .................. 42 polza 
Lil K ġiet mogħtija preferenza li baqgħet wara ................ 10 poloz 
Total ta’ poloz trasferibbli .................................. 52 polza 
 F’polza waħda m’hemm mogħtija ebda preferenza ... 1 polza
B’kollox .................................. 53
In-numru ta’ poloz li għandhom jittieħdu u jgħaddu minn kull mazz insibuh billi
nimmultiplikaw in-numru ta’ poloz fil-mazzi ġodda bi 13 (li hu ż-żejjed ta’ voti) u
niddividu dak li jiġina bi 52 (in-numru kollu ta’ poloz trasferibbli); għalhekk
Is-sehem miż-żejjed ta’ voti li jmiss lil I hu ..... 42 x 0.25 = 10.5 
Is-sehem miż-żejjed ta’ voti li jmiss lil K hu .... l0 x 0.25 = 2.5
Billi l-partijiet deċimali huma ndaqs, għandha titqies li hi l-akbar parti deċimali
dik li hi ġejja mill-akbar mazz. Għalhekk is-sehem miż-żejjed ta’ voti ta’ D li jmiss
lil I hu ta’ 11-il vot, u dak li jmiss lil K hu ta’ 2 voti.
Biex jiftehmu aħjar, in-numri ta’ voti li ġew mgħoddija u li ġew miżmuma huma
miġjubin f’din it-tabella tat-trasferiment:
  84      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
GĦADD Nru. 4
TRASFERIMENT TAŻ-ŻEJJED TA’ "D"
Żejjed ................................................................................... 13 
Numru ta’ poloz trasferibbli ................................................... 52 
Proporzjon ta’ voti li għandhom igħaddu fuq kandidati oħra =
Żejjed=  13=0.25
Numru ta’ poloz trasferibbli  52  
Il-mazzi ġodda ta’ 11-il polza u ta’ 2 poloz, li huma mmarkati bin-numru ta’ l-
għadd li fih ikun sar it-trasferiment, jiġu miżjudin mal-mazzi ta’ I u K, dak li fih 11-
il polza mal-mazz ta’ I u dak li fih 2 poloz, mal-mazz ta’ K. Il-bqija (31 u 8) flimkien
mal-polza li mhix trasferibbli u mal-10 poloz li ħa D fl-ewwel għadd, (li b’kollox
jagħmlu 50 polza) jinġabru f’mazz wieħed biex igħaqqdu l-kwota ta’ voti ta’ D.
Wara li jsir il-għadd insibu li issa għandna dan ir-riżultat ta’ votazzjoni:
Voti
B  .................................................................................... 50 (elett)
F .................................................................................... 50 (elett) 
H  .................................................................................... 50 (elett) 
D  .................................................................................... 50 (elett) 
I  .................................................................................... 40
L .....................................................................................33
C  .................................................................................... 27
K ....................................................................................  2l
G  .................................................................................... 14
A  .....................................................................................  8 
E .....................................................................................  5
B’kollox ........................................... 348 
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      85
IL-ĦAMES GĦADD
Billi m’hemmx iżjed voti żejda x’jitqassmu, il-Kummissjonarju Elettorali jibda
biex igħaddi u jqassam il-voti tal-kandidati li ġiebu l-inqas numri ta’ voti.
Il-kandidat li għandu l-inqas voti hu E, li ġieb 5 voti; imma billi l-voti ta’ A u E
flimkien (5 + 8 = 13) huma inqas minn 14, li hu t-total ta’ G, (il-kandidat li jaħbat
warajhom skond in-numru ta’ voti), il-Kummissjonarju Elettorali iqassam il-poloz
ta’ E u A fl-istess għadd.
Il-poloz tal-mazzi ta’ E u A (illi b’kollox għandhom 13) jiġu eżaminati u fihom
jinsab illi: 
Hemm preferenza ta’ wara lil C f’polza waħda = 1
" "" G f’7 poloz  = 7 
" "" I f’4  poloz  = 4 
Poloz li ma humiex trasferibbli 1
B’kollox 13
Dan il-għadd jagħlaq billi jingħataw: polza lil C, 7 poloz lil G, 4 poloz lil I, u
polza li mhix trasferibbli titwarrab għaliha bla ma titqassam.
Insibu għalhekk illi għandna dan ir-riżultat ta’ voti:
Voti
B ...................................................................................... 50 (elett) 
F ....................................................................................... 50 (elett) 
H ...................................................................................... 50 (elett) 
D ...................................................................................... 50 (elett) 
I ....................................................................................... 44
L ...................................................................................... 33 
C....................................................................................... 28 
G ...................................................................................... 21 
K ...................................................................................... 21 
Polza mhix trasferibbli ......................................................  1
B’kollox .........................................................348 
IS-SITT GĦADD
Bil-ħames għadd ma jiġi magħżul ebda kandidat u għalhekk jeħtieġ li jitkompla x-
xogħol bil-għadd ta’ wara, il-kandidati G u K għandhom kull wieħed l-istess numru
ta’ voti (21) u l-inqas li għandhom voti. L-ewwel ma jitqassmu l-poloz ta’ K billi
dan, fl-ewwel għadd, kien ġieb voti inqas minn G.
Meta jitqassmu l-poloz ta’ K (21 ), 3 poloz jingħataw lil C, 15 lil I, u 1 lil L, u 2
jibqgħu bla ma jitqassmu billi huma poloz li mhumiex trasferibbli. B’dan il-mod I
iwassal it-total ta’ 59 vot u għalhekk jitqies bħala elett.
Insibu għalhekk li s’issa r-riżultat tal-votazzjoni hu dan: 
  86      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Voti
B ............................................................................ 50 (elett) 
F ............................................................................. 50 (elett) 
H ............................................................................ 50 (elett) 
D ............................................................................ 50 (elett)
I .............................................................................. 59 (elett) 
L ............................................................................. 34
C ............................................................................. 31 
G ............................................................................. 21 
Poloz li mhumiex trasferibbli ..................................... 3
B’kollox ................................... 348 
IS-SEBA’ GĦADD
Issa wasalna biex inqassmu ż-żejjed ta’ voti (9) li għandu I.
Għaldaqshekk għandu jittieħed biss il-mazz ġdid ta’ poloz li kienu dan l-aħħar
mgħoddija lil I (15-il polza).
Dawn jinġabru f’mazzi ġodda favur il-kandidati li jibqgħu u b’hekk insibu li
għandna dan ir-riżultat:
F’4 poloz hemm preferenza ta’ wara mogħtija lil C= 4 
Fi 3 poloz hemm preferenza ta’ wara mogħtija lil L= 3 
Total ta’ poloz trasferibbli ... ... ... 7 
Poloz li ma humiex trasferibbli ... ... 8
B’kollox .. 15
F’dan il-każ it-total ta’ poloz trasferibbli (7) hu inqas miż-żejjed ta’ voti (9) u
għalhekk il-Kummissjonarju Elettorali igħaddi l-mazzi ġodda kollha ta’ poloz
trasferibbli lill-kandidati l-oħra li huma mmarkati bil-preferenza li tibqa’. B’dan il-
mezz jingħataw 7 voti miż-żejjed ta’ 9 voti żejda. Hemm differenza ta’ 2 poloz. Il-
mazz ġdid ta’ poloz li mhumiex trasferibbli jiġi għalhekk maqsum fi tnejn, wieħed
fih 2 poloz (li jagħmlu miż-żejjed ta’ voti) u l-ieħor fih 6 poloz (li huma meħtieġa
għall-kwota ta’ I). Il-porzjon li fiha 2 poloz titqiegħed għaliha flimkien mal-mazzi l-
oħra ta’ poloz li ma ħumiex trasferibbli, u l-porzjon li fiha 6 poloz tinżamm biex
biha jkun hemm il-kwota ta’ I (6 + 44 = 50).
In-numri ta’ voti mgħoddija u miżmuma huma miġjubin fit-tabella li ġejja:
GĦADD NRU. 7
Trasferiment taż-żejjed ta’ "I"
Żejjed ............................................................................................. 9 
Numru ta’ poloz trasferibbli ............................................................ 7
 Proporzjon ta’ poloz li għandhom igħaddu fuq kandidati oħra =
Żejjed  =   9    
Numru ta’ poloz trasferibbli   7 
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      87
Twissijiet lill-Kummissjonarji Elettorali
* Qabel ma wieħed jibda jgħodd, jaqbel, u tkun ħaġa tajba, li timtela t-tabella tat-
trasferimenti billi jitniżżel it-total fil-vojt li hu mmarkat bi stilla żgħira. Dawn it-
totali nafuhom qabel ma jibda l-għadd.
†  Meta jitgħaddew il-poloz żejda lill-kandidati l-oħra, il-poloz kollha, li mhumiex
trasferibbli, aktarx dejjem jinżammu bħala biċċa mill-kwota, imma meta n-numru ta’
poloz trasferibbli hu inqas miż-żejjed ta’ voti, id-differenza għandha titniżżel fil-vojt
immarkat bi stallett, u fil-kaxxa tal-poloz li mhumiex trasferibbli għandu jitqiegħed
l-istess numru ta’ poloz li mhumiex trasferibbli. Għaldaqshekk dawn il-poloz li
mhumiex trasferibbli għandhom jittieħdu mill-wiċċ tal-mazz, u in-numru ta’ poloz li
jittieħdu għandu jidher fuq it-Tabella tar-Riżultat fil-linja mħollija għall-poloz li
mhumiex trasferibbli.
Wara s-seba’ għadd insibu li għandna dan ir-riżultat ta’ votazzjoni: 
Voti
B ............................................................................ 50 (elett) 
F ............................................................................. 50 (elett) 
H ............................................................................ 50 (elett) 
D ............................................................................ 50 (elett) 
I.............................................................................. 50 (elett)
L ............................................................................ 37
C ............................................................................ 35 
G ............................................................................ 21 
Poloz li mhumiex trasferibbli .............................. 5
B’kollox ................................... 348 
  88      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
IT-TMIEN GĦADD
Billi m’hemmx iżjed voti żejda, il-voti ta’ G, li għandu l-inqas voti, jiġu
mqassmin.
Fil-mazz ta’ G, ta’ 21 polza, hemm 7 poloz li fihom hemm il-preferenza ta’ wara
mogħtija lil C, u 12-il polza li fihom hemm il-preferenza ta’ wara mogħtija lil L u 2
poloz li mhumiex trasferibbli.
Għalhekk 7 poloz imorru fuq C u 12 fuq L, u 2 jitqiegħdu mazz għalihom mal-
mazzi l-oħra ta’ poloz li mhumiex trasferibbli.
Ir-Riżultat tal-Votazzjoni huwa dan:
Voti
B ............................................................................ 50 (elett) 
F ............................................................................. 50 (elett) 
H ............................................................................ 50 (elett) 
D ............................................................................ 50 (elett) 
I .............................................................................. 50 (elett) 
L ............................................................................. 49
C ............................................................................. 42 
Poloz li mhumiex trasferibbli ............................... 7 
B’ kollox .................................... 348
Billi issa m’hemmx iżjed voti żejda, C, il-kandidat li għandu l-inqas numru ta’
voti jiġi maħruġ mill-elezzjoni. Imma billi baqa’ post battal u ma baqax iżjed
kandidati, ħlief L, L jiġi magħżul mingħajr ebda trasferiment ta’ voti.
Ir-riżultat ta’ l-aħħar hu illi B, F, H, D, I u L jiġu eletti.
F’din it-"Tabella tar-Riżultat", li hi miżjuda ma’ dawn l-Iskedi, hemm imfissrin u
mogħtijin il-kalkoli kollha li saru f’din il-votazzjoni.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      89
TABELLA TAR-RIŻULTAT
  90      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
ERBATAX-IL SKEDA 
(Artikolu 118)
Artikoli 41 sa 62 ta’ l-Ordinanza Elettorali dwar il-Votazzjoni 
(Kap.102)
Kuntratti dwar 
spejjeż ta’ 
elezzjoni.
41. Il-kuntratt, li bis-saħħa tiegħu jintefqu spejjeż għal
elezzjoni jew dwar it-tmexxija jew direzzjoni ta’ elezzjoni, ma
jobbligax kandidat f’dik l-elezzjoni, ħlief jekk ikun magħmul mill-
kandidat stess jew mill-aġent elettorali tiegħu; iżda l-fatt li taħt dan
l-artikolu dak il-kuntratt ma jobbligax lill-kandidat, ma jeħlisx lill-
kandidat mill-konsegwenzi ta’ atti ta’ korruzzjoni jew illegali
magħmulin mill-aġent tiegħu.
Il-ħlas ta’ l-ispejjeż 
isir bil-mezz ta’ l-
aġent elettorali.
42. (1) Barra minn fil-każijiet permessi f’din l-Ordinanza bis-
saħħa tagħha, ebda ħlas jew antiċipu jew depożitu ma jista’ jsir
minn kandidat f’elezzjoni, jew minn aġent f’isem il-kandidat, jew
minn persuna oħra, qabel, matul jew wara dik l-elezzjoni, għal
spejjeż minfuqa għal elezzjoni, jew għat-tmexxija jew direzzjoni
ta’ elezzjoni ħlief mill-aġent elettorali tal-kandidat jew bil-mezz
tiegħu, u kull somma ta’ flus maħruġa minn persuna li ma tkunx il-
kandidat għal spejjeż minfuqa għal elezzjoni jew għat-tmexxija jew
direzzjoni ta’ l-elezzjoni, sew bħala rigal, self, antiċipu jew
depożitu, għandha titħallas lill-kandidat jew lill-aġent elettorali
tiegħu u mhux xort’oħra; iżda dan l-artikolu ma jitqies li jgħodd
għal ebda somma maħruġa minn persuna minn flusha għal spejjeż
żgħar li tkun għamlet skond il-liġi, kemm-il darba din is-somma ma
tiġix imħallsa lura liha.
(2) Kull min jikser dan l-artikolu billi jagħmel ħlas, antiċipu,
jew depożitu jew iħallas flus maħruġa kif jingħad hawn fuq, ikun
ħati ta’ att illegali.
Żmien li fih 
għandhom jintalbu 
u jitħallsu spejjeż 
ta’ elezzjoni.
43. (1) Kull ħlas magħmul minn aġent elettorali għal spejjeż li
jkunu saru għal elezzjoni jew għat-tmexxija jew direzzjoni ta’
elezzjoni barra minn meta s-somma tkun ta’ anqas minn ħamsa u
għoxrin ċenteżmu, għandu jidher minn kont bid-dettalji kollha u
minn irċevuta.
(2) Kull talba kontra kandidat f’elezzjoni jew l-aġent tiegħu
għall-ħlas ta’ spejjeż li jkunu saru għal elezzjoni jew għat-tmexxija
jew direzzjoni ta’ elezzjoni, li ma tiġix mibgħuta lill-aġent
elettorali fi-żmien stabbilit f’din l-Ordinanza, tiġi preskritta u
m’għandhiex tiġi mħallsa; u barra minn dawk l-eċċezzjonijiet li
jista’ jkun hemm bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, kull aġent elettorali
li jħallas kont b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu jkun ħati ta’ att
illegali.
(3) Ħlief fil-każijiet permessi f’din l-Ordinanza, iż-żmien
stabbilit f’din l-Ordinanza biex jintbagħtu talbiet għal ħlas huwa ta’
erbatax-il ġurnata wara dik li fiha l-kandidat li tela’ jiġi ddikjarat
elett.
(4) L-ispejjeż kollha minfuqa minn kandidat f’elezzjoni jew
f’ismu, u li jkunu ġew hekk minfuqa għall-elezzjoni jew għat-
tmexxija jew direzzjoni ta’ dik l-elezzjoni, għandhom jitħallsu fiż-
żmien stabbilit f’din l-Ordinanza u mhux xort’oħra; u, barra minn
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      91
dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm bis-saħħa ta’ din l-
Ordinanza, kull aġent elettorali li jagħmel ħlasijiet
b’kontravvenzjoni ta’ din id-disposizzjoni jkun ħati ta’ att illegali.
(5) Ħlief fil-każijiet permessi f’din l-Ordinanza, iż-żmien
stabbilit f’din l-Ordinanza għall-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż kif jingħad
hawn fuq huwa tmienja u għoxrin ġurnata wara dik li fiha l-
kandidat li tela’ jiġi ddikjarat elett.
(6) Meta jiġi ppruvat minn kandidat għas-sodisfazzjon tal-qorti
li ħlas magħmul minn aġent elettorali b’kontrav-venzjoni ta’ dan l-
artikolu sar mingħajr il-permess jew konnivenza ta’ dak il-
kandidat, l-elezzjoni tiegħu ma tkunx nulla, u huwa ma jkun
suġġett għal ebda inkapaċità  taħt din l-Ordinanza minħabba biss li
dak il-ħlas ikun sar b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu.
(7) Jekk l-aġent elettorali jikkontesta talba għall-ħlas mibgħuta
lilu fiż-żmien stabbilit f’din l-Ordinanza, jew jirrifjuta jew jonqos
li jħallasha fiż-żmien hawn fuq imsemmi ta’ tmienja u għoxrin
ġurnata, dik it-talba għall-ħlas titqies li hija talba kkontestata.
(8) Min jagħmel talba għall-ħlas li tiġi kkontestata jista’, jekk
irid, jaġixxi għall-ħlas fil-qorti ċivili kompetenti; u kull somma li
titħallas mill-kandidat jew mill-aġent tiegħu skond is-sentenza jew
digriet ta’ dik il-qorti titqies li ġiet imħallsa fiż-żmien stabbilit
f’din l-Ordinanza, u titqies ukoll li hija eċċezzjoni għad-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza li jridu li l-kontijiet jitħallsu
mill-aġent elettorali.
(9) Meta tiġi pprovata raġuni tajba għas-sodisfazzjon tal-qorti
ċivili kompetenti, il-qorti fuq rikors ta’ min jagħmel it-talba għall-
ħlas, jew tal-kandidat, jew ta’ l-aġent tiegħu tista’, b’digriet, tagħti
permess li titħallas mill-kandidat jew mill-aġent elettorali tiegħu
talba kkontestata, jew talba għal spejjeż kif jingħad hawn fuq,
għalkemm tkun ġiet mibgħuta wara ż-żmien li fih skond dan l-
artikolu għandhom jintbagħtu t-talbiet, jew għalkemm it-talba
għall-ħlas tkun intbagħtet lill-kandidat u mhux lill-aġent elettorali.
(10) Kull somma speċifikata f’dak id-digriet tista’ titħallas mill-
kandidat jew mill-aġent elettorali tiegħu, u meta tiġi mħallsa skond
dak il-permess titqies li ġiet imħallsa fiż-żmien stabbilit f’din l-
Ordinanza.
Ħlas ta’ kumpens 
lill-aġent elettorali.
44. Safejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, din l-Ordinanza tgħodd
għal talba ta’ kumpens magħmula minn aġent elettorali għax-
xogħol tiegħu u għall-ħlas ta’ dak il-kumpens bħallikieku huwa
kien xi kreditur ieħor, u jekk tinqala’ kwistjoni dwar l-ammont ta’
dik it-talba, din tkun talba kkontestata fis-sens ta’ din l-Ordinanza,
u tiġi hekk ittrattata.
Spejjeż personali 
tal-kandidat u 
spejjeż żgħar.
45. (1) Il-kandidat f’elezzjoni jista’ jħallas l-ispejjeż
personali li jagħmel huwa għall-elezzjoni jew li jkollhom x’jaqsmu
ma’ l-elezzjoni jew li jkunu inċidentali għal dik l-elezzjoni sa
ammont mhux iżjed minn tnax-il lira, iżda kull spiża oħra personali
li jkun hekk għamel għandha titħallas mill-aġent elettorali tiegħu.
(2) Il-kandidat għandu jibgħat lill-aġent elettorali fiż-żmien li
fih skond din l-Ordinanza għandhom jintbagħtu t-talbiet għall-ħlas,
  92      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
dikjarazzjoni bil-miktub ta’ l-ammont ta’ l-ispejjeż personali
mħallsin kif jingħad hawn fuq mill-kandidat.
(3) Fl-ispejjeż personali ta’ kandidat jidħlu l-ispejjeż xierqa ta’
trasport u l-ispejjeż xierqa għall-qagħad tiegħu f’lukandi jew
band’oħra għall-finijiet ta’ l-elezzjoni.
(4) Kull persuna tista’, jekk tkun hekk awtorizzata bil-miktub
mill-aġent elettorali tal-kandidat, tħallas l-ispejjeż meħtieġa ta’
kartolerija, pustaġġ, telegrammi, u spejjeż żgħar oħra sa ammont li
kollu kemm hu ma jiskorrix l-ammont imsemmi fl-awtorizzazzjoni,
iżda kull somma ’l fuq minn dak l-ammont għandha titħallas mill-
aġent elettorali.
(5) Dikjarazzjoni bid-dettalji tal-ħlasijiet magħmulin minn
persuna hekk awtorizzata għandha tintbagħat lill-aġent elettorali
fiż-żmien li fih skond din l-Ordinanza għandhom jintbagħtu t-
talbiet għall-ħlas, u għandha tkun imwettqa b’kont bl-irċevuta ta’
dik il-persuna.
Spiża li taqbeż il-
maximum hija att 
illegali.
46. (1) Barra minn dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm
bis-saħħa ta’ din l-Ordinanza, ebda somma ma tista’ titħallas u
ebda spiża ma tista’ ssir minn kandidat f’elezzjoni jew mill-aġent
elettorali tiegħu, sew qabel, matul, jew wara l-elezzjoni, għall-
elezzjoni jew għat-tmexxija jew direzzjoni ta’ dik l-elezzjoni, iżjed
minn sitt mitt lira:
Iżda f’dan l-ammont ma tidħolx l-ispiża magħmula mill-
kandidat għall-ispejjeż tiegħu personali, lanqas il-kumpens (jekk
ikun hemm) li jitħallas lill-aġent elettorali basta li dan il-kumpens
ma jiskorrix mitt lira.
(2) Fil-każ ta’ kandidati li joħorġu għal elezzjoni fl-istess
distrett bħala membri ta’ l-istess partit politiku, l-ispejjeż ta’ dawk
il-kandidati jistgħu jingħaddu flimkien u ma jitqiesx li kien hemm
kontravvenzjoni għal dan l-artikolu ħlief jekk l-ispejjeż kollha ta’
dawk il-kandidati, magħdudin flimkien, jiskorru jew is-somma ta’
sitt mitt lira moltiplikata bin-numru ta’ dawk il-kandidati jew is-
somma ta’ tlett elef lira skond liema minnhom tkun l-iżgħar: iżda
jekk is-somma kollha ta’ dawk l-ispejjeż tiskorri waħda mis-
somom hawn fuq imsemmija, l-ispejjeż ta’ kull wieħed minn dawk
il-kandidati jiġu separati mill-ispejjeż ta’ l-oħrajn u jgħoddu d-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1).
(3) Kull kandidat jew aġent elettorali li xjentement jikser dan l-
artikolu jkun ħati ta’ att illegali.
Ċerti spejjeż huma 
att illegali.
47. (1) Ebda ħlas jew kuntratt għall-ħlas bl-iskop li jgħin jew
jipprokura li jitla’ kandidat f’elezzjoni, ma jista’ jsir  -
(a) għat-trasport ta’ eletturi għal post ta’ votazzjoni jew
minn dan il-post sew billi jinkrew vetturi jew
xort’oħra; jew
(b) għall-użu ta’ dar, art, bini jew lokal għall-esposizzjoni
ta’ appell, kartellun jew avviż, jew minħabba din l-
esposizzjoni, lil xi elettur jew ma’ xi elettur.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      93
(2) Barra minn dawk l-eċċezzjonijiet li jista’ jkun hemm taħt
din l-Ordinanza, jekk jiġi xjentement magħmul ħlas jew kuntratt
għall-ħlas b’kontravvenzjoni ta’ dan l-artikolu sew qabel, matul,
jew wara elezzjoni, il-persuna li tagħmel dak il-ħlas jew kuntratt
tkun ħatja ta’ att illegali, u kull min jirċievi dak il-ħlas jew ikun
parti f’dak il-kuntratt, meta jaf li hu b’kontravvenzjoni ta’ dan l-
artikolu, ikun ukoll ħati ta’ att illegali:
Iżda meta l-mestier ordinarju ta’ elettur bħala aġent ta’
pubbliċità  jew bħala editur huwa li jesponi bi ħlas kartelluni u
avviżi, il-ħlas lil dak l-elettur jew il-kuntratt miegħu, jekk
magħmul fil-kors ordinarju ta’ dak il-mestier, ma jitqiesx li huwa
att illegali fis-sens ta’ dan l-artikolu.
Ċerti impiegi huma 
illegali.
48. (1) Ħadd ma jista’, biex jgħin jew jipprokura li jitla’
kandidat f’elezzjoni, jiġi mqabbad jew impjegat bi ħlas jew
b’wegħda ta’ ħlas għal ebda skop u f’ebda kwalità , ħlief għall-
iskopijiet jew fil-kwalitajiet li ġejjin:
(a) aġent elettorali wieħed u mhux iżjed;
(b) numru raġonevoli ta’ skrivani u messaġġieri, skond il-
kobor tad-distrett elettorali u n-numru ta’ eletturi
mniżżlin fir-reġistru elettorali għal dak id-distrett.
(2) Barra minn xi eċċezzjoni li jista’ jkun hemm taħt din l-
Ordinanza, jekk persuna tiġi mqabbda jew impjegata
b’kontravvenzjoni  ta’ dan l-artikolu, sew qabel, matul jew wara
elezzjoni, il-persuna li tqabbadha jew li timpjegaha tkun ħatja ta’
att illegali.
Riserva għal 
kredituri. 
49. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza li jipprojbixxu ċerti
ħlasijiet jew kuntratti għal ħlasijiet, u l-ħlas ta’ somom, u l-infieq
ta’ spejjeż li jiskorru ċerti ammonti stabbiliti, ma jippreġudikawx
il-jedd ta’ ebda kreditur illi, meta saru l-kuntratt jew l-ispiża ma
kienx jaf li saru b’kontravvenzjoni ta’ din l-Ordinanza.
Rapport u 
dikjarazzjoni dwar 
spejjeż elettorali. 
50. (1) Fi żmien wieħed u tletin ġurnata wara l-ħruġ tar-
riżultat ta’ elezzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, l-aġent elettorali ta’
kull kandidat f’dik l-elezzjoni għandu jibgħat lill-kummissjonarju
rapport ta’ l-ispejjeż elettorali ta’ dik il-persuna, li għandu jkun fih
il-partikolaritajiet imsemmijin fis-Seba’ Skeda li hawn ma’ din l-
Ordinanza, u għandu jkun iffirmat sew mill-kandidat kif ukoll mill-
aġent elettorali tiegħu. Kemm-il darba l-kandidat ikun nieqes minn
Malta, id-dmirijiet li jmissu lilu jistgħu jiġu esegwiti minn
rappreżentant maħtur għaldaqshekk.
(2) Dan ir-rapport għandu jkun fih iddikjarati l-ħlasijiet kollha
magħmulin mill-kandidat jew mill-aġent elettorali tiegħu, jew minn
persuni oħra f’isem il-kandidat jew fl-interess tiegħu, għall-ispejjeż
li jkunu saru għall-elezzjoni, jew għat-tmexxija jew direzzjoni ta’ l-
elezzjoni, u għandu jkun fih iddikjarat ukoll kull dejn ieħor li jkun
għadu mhux imħallas, dwar dawk l-ispejjeż, li huwa jew l-aġent
elettorali tiegħu jkun jaf bih.
(3) Ir-rapport għandu jkollu miegħu d-dikjarazzjonijiet li
għandhom isiru bil-ġurament quddiem maġistrat mill-kandidat jew
l-aġent elettorali tiegħu, fil-formola miġjuba fis-Seba’ Skeda li
  94      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
hawn ma’ din l-Ordinanza.
(4) Kull kandidat jew aġent elettorali illi jikser id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, ikun ħati, bla ħsara tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 56, ta’ att illegali.
Pubblikazzjoni ta’ 
avviż dwar ir-
rapport ta’ spejjeż 
elettorali. 
51. Meta r-rapport ta’ l-ispejjeż elettorali, u d-dikjarazzjonijiet
dwarhom jiġu ppreżentati lill-kummissjonarji, dawn għandhom,
mill-iktar fis li jista’ jkun, jieħdu ħsieb li avviż tad-data li fiha ġew
ippreżentati r-rapport u d-dikjarazzjonijiet, u tal-ħin u tal-lok li
fihom jistgħu jiġu eżaminati jiġi mwaħħal f’post fejn jidher sewwa
fl-uffiċċju tal-kummissjonarji u ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern,
u kull min irid, bil-ħlas ta’ dritt ta’ ħames ċenteżmi, għandu l-jedd
jara dak ir-rapport jew dawk id-dikjarazzjonijiet u, bil-ħlas ta’ sitt
ċenteżmi għal kull faċċata ta’ mija u għoxrin kelma, jista’ jitlob
kopja jew kopji ta’ kull parti tagħhom.
Piena għal min 
jinsab ħati ta’ att 
illegali.
52. (1) Kull min jagħmel att illegali jeħel, meta jinsab ħati,
multa ta’ mhux iżjed minn mitejn lira u bħala konsegwenza talli jiġi
hekk misjub ħati, isir inkapaċi, għal żmien ta’ erba’ snin mid-data li
fiha jiġi misjub ħati, li jkun irreġistrat bħala elettur jew li jivvota
f’elezzjoni jew li jkun elett membru, u jekk qabel dik id-data jkun
ġie elett membru, il-post tiegħu, bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 55 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, jsir battal mid-data li
huwa jiġi misjub hekk ħati.
(2) Ebda proċediment għal att illegali ma’ jista’ jinbeda
mingħajr il-permess ta’ l-Avukat Ġenerali.
TAQSIMA V 
ATTI TA’ KORRUZZJONI
Personifikazzjoni.  53. Kull min f’elezzjoni li ssir taħt din l-Ordinanza jitlob polza
ta’ votazzjoni taħt l-isem ta’ persuna oħra, sew jekk dak l-isem ikun
ta’ persuna ħajja jew mejta jew ta’ persuna ivvintata, jew, wara li
jkun ġà  ivvota darba f’dik l-elezzjoni, jitlob fl-istess elezzjoni
polza ta’ votazzjoni f’ismu nnifsu, ikun ħati ta’ reat ta’
personifikazzjoni.
Trattament.  54. (1) Kull min, b’korruzzjoni, huwa nnifsu jew bil-mezz ta’
persuna oħra, qabel, matul jew wara elezzjoni, direttament jew
indirettament, jagħti jew jipprovdi, jew iħallas l-ispiża kollha jew
biċċa mill-ispiża biex jingħata jew jiġi pprovdut ikel, xorb,
trattament, jew proviżjon lil persuna, jew għal xi persuna, bil-ħsieb
li b’korruzzjoni jinfluwixxi fuq dik il-persuna jew fuq persuna oħra
biex tagħti jew biex ma tagħtix il-vot tagħha f’elezzjoni, jew
minħabba li dik il-persuna jew persuna oħra tkun tat jew ma tkunx
tat il-vot, jew minħabba li tkun sejra tivvota jew sejra ma tivvotax
f’elezzjoni, ikun ħati ta’ reat ta’ trattament. 
(2) Kull elettur li b’korruzzjoni jaċċetta jew jieħu ikel, xorb,
trattament, jew proviżjon, kif jingħad hawn fuq, ikun ħati ta’ reat
ta’ trattament.
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      95
Użu ta' influwenza  
illegali.
55. Kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu jew
bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, juża jew ihedded li juża forza,
vjolenza jew restrizzjoni, jew jikkaġuna jew ihedded li jikkaġuna,
huwa nnifsu jew bil-mezz ta’ ħaddieħor, offiża, dannu, ħsara jew
telf temporali jew spiritwali fuq persuna jew kontra persuna sabiex
iħajjar jew iġiegħel lil dik il-persuna tivvota jew ma tivvotax, jew
minħabba li dik il-persuna tkun ivvotat jew ma tkunx ivvotat
f’elezzjoni, u kull min b’serq tal-persuna, bi vjolenza, jew b’att jew
mezz qarrieqi, jimpedixxi jew ma jħallix l-eżerċizzju liberu tal-jedd
tal-vot ta’ elettur, jew b’hekk iġiegħel, iħajjar jew jipperswadi
elettur biex jagħti jew biex ma jagħtix il-vot tiegħu f’elezzjoni,
ikun ħati tar-reat ta’ użu ta’ influwenza illegali.
Korruzzjoni.
(a) kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jagħti, jislef jew
jiftiehem li jagħti jew jislef, jew joffri, iwiegħed jew
iwiegħed li jipprokura jew li jfittex li jipprokura, flus
jew xi ħaġa li tiswa flus lil jew għal xi elettur; jew lil
jew għal persuna oħra fl-interess ta’ elettur, jew lil jew
għal xi persuna oħra, biex iħajjar elettur jivvota jew
ma jivvotax, jew b’korruzzjoni jagħmel xi att kif
jingħad hawn fuq minħabba li dan l-elettur ikun ivvota
jew ma jkunx ivvota f’elezzjoni taħt din l-Ordinanza;
(b) kull min, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jagħti jew
jipprokura, jew jiftiehem li jagħti jew li jipprokura,
jew joffri, iwiegħed jew iwiegħed li jipprokura jew li
jfittex li jipprokura kariga, post jew impieg lil jew għal
xi elettur jew lil jew għal xi persuna fl-interess ta’
elettur jew lil jew għal xi persuna oħra biex iħajjar
elettur jivvota jew ma jivvotax, jew jagħmel
b’korruzzjoni xi att kif jingħad hawn fuq minħabba li
elettur ikun ivvota jew ma jkunx ivvota f’elezzjoni
taħt din l-Ordinanza;
(ċ) kull min direttament jew indirettament huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jirregala, jislef,
joffri, iwiegħed, jipprokura jew jiftiehem, bil-mod fuq
imsemmi, lil jew ma’ xi persuna sabiex iħajjar lil din
il-persuna li tipprokura jew li tfittex li tipprokura l-
elezzjoni ta’ xi ħadd bħala membru tal-Kamra, jew li
tipprokura jew tfittex li tipprokura l-vot ta’ xi elettur
f’elezzjoni li ssir taħt din l-Ordinanza;
(d) kull min, wara jew minħabba dak ir-rigal, self, offerta,
wegħda, prokurament jew ftehim kif jingħad hawn fuq,
jipprokura jew jobbliga ruħu, iwiegħed jew ifittex li
jipprokura l-elezzjoni ta’ persuna bħala membru tal-
Kamra jew il-vot ta’ xi elettur f’elezzjoni li ssir taħt
din l-Ordinanza;
(e) kull min joħroġ flus jew iħallas jew iġiegħel li jitħallsu
flus lil persuna oħra jew għall-użu ta’ persuna oħra
sabiex dawk il-flus jew biċċa minnhom jintefqu
  96      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
f’korruzzjonijiet f’elezzjoni li ssir taħt din l-
Ordinanza, jew xjentement iħallas jew iġiegħel li
jitħallsu flus lil xi persuna bi ħlas jew b’radd ta’ flus li
ntefqu kollha jew biċċa minnhom f’korruzzjonijiet
f’dik l-elezzjoni;
(f) kull elettur illi, qabel jew matul elezzjoni taħt din l-
Ordinanza, direttament jew indirettament, huwa nnifsu
jew bil-mezz ta’ ħaddieħor għalih, jirċievi flus, rigal,
self, jew xi ħaġa li tiswa flus, kariga, post jew impieg,
jew jiftiehem jew jikkuntratta fuqhom għalih jew għal
persuna oħra, biex jivvota jew biex jobbliga ruħu li
jivvota jew biex ma jivvotax jew biex jobbliga ruħu li
ma jivvotax f’dik l-elezzjoni;
(g) kull min, wara elezzjoni taħt din l-Ordinanza,
direttament jew indirettament, huwa nnifsu jew bil-
mezz ta’ ħaddieħor għalih, jirċievi flus jew xi ħaġa li
tiswa flus minħabba li persuna tkun ivvotat jew ma
tkunx ivvotat jew minħabba li jkun ġiegħel persuna
oħra li tivvota jew li ma tivvotax f’dik l-elezzjoni.
Piena u inkapaċità 
minħabba atti 
illegali. 
57. (1) Kull min jikkommetti r-reat ta’ personifikazzjoni, ta’
trattament, ta’ użu ta’ influwenza illegali jew ta’ korruzzjoni jew
igħin, iħajjar, jagħti parir jew jipprokura biex isir ir-reat ta’
personifikazzjoni u kull kandidat jew aġent elettorali li xjentement
igħid il-falz fid-dikjarazzjoni meħtieġa fl-artikolu 50 dwar l-
ispejjeż elettorali, ikun ħati ta’ att illegali u jeħel, meta jinsab ħati,
fid-diskrezzjoni tal-qorti, multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt
lira, jew priġunerija għal żmien ta’ mhux iżjed minn sitt xhur, jew
il-multa u l-priġunerija flimkien, u, minħabba li jkun ġie hekk
misjub ħati, isir inkapaċi, għaż-żmien ta’ seba’ snin, mid-data li
jkun ġie misjub ħati, li jkun irreġistrat bħala elettur u li jivvota
f’elezzjoni taħt din l-Ordinanza, jew li jkun elett bħala membru, u
jekk f’dik id-data huwa jkun ġie elett membru, l-elezzjoni tiegħu,
bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 tal-Kostituzzjoni ta’
Malta, titħassar mid-data li huwa jiġi hekk misjub ħati.
(2) Ebda proċediment dwar att ta’ korruzzjoni ma jista’ jinbeda
mingħajr il-permess ta’ l-Avukat Ġenerali.
(3) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Ordinanza,
riferenzi għal "tivvota" jew għal "ma tivvotax", jew għal "tagħti"
jew għal "ma tagħtix il-vot", jinkludu riferenzi għal "tivvota" jew
għal "ma tivvotax" b’mod partikolari.
TAQSIMA VI
SKUŻA F’KAŻ TA’ ATTI TA’ KORRUZZJONI U TA’ 
ATTI ILLEGALI
Raġunijiet li 
jiskużaw lill-
kandidat f’xi 
każijiet ta’ atti ta’ 
korruzzjoni jew 
illegali magħmulin 
mill-aġenti tiegħu.
58. L-elezzjoni ta’ kandidat, li kien ħati fil-persuna ta’ l-aġenti
tiegħu, tar-reat ta’ trattament u ta’ użu ta’ influwenza illegali, u ta’
atti illegali, jew ta’ xi reati minn dawn, dwar dik l-elezzjoni, ma
tiġix, minħabba dawk ir-reati, iddikjarata nulla, u lanqas il-
kandidat ma jaqa’ taħt ebda inkapaċità  taħt din l-Ordinanza, jekk il-
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      97
qorti tkun sodisfatta, wara li tagħti lill-Avukat Ġenerali l-
opportunità  li jiġi mismugħ, illi l-kandidat għamel il-prova - 
(a) li ebda att ta’ korruzzjoni jew illegali ma sar f’dik l-
elezzjoni mill-kandidat jew mill-aġent elettorali tiegħu
u r-reati hawn fuq imsemmija saru kontra l-ordnijiet u
mingħajr il-kunsens jew il-konnivenza ta’ dak il-
kandidat jew ta’ l-aġent elettorali tiegħu; u
(b) illi dak il-kandidat u l-aġent elettorali tiegħu għamlu
kull mezz raġonevoli sabiex ma jħallux li jsiru atti ta’
korruzzjonijiet u atti illegali f’dik l-elezzjoni; u
(ċ) illi r-reati hawn fuq imsemmija kienu ta’ natura ħafifa,
bla importanza u limitati; u
(d) illi mill-bqija fl-elezzjoni ma kien hemm ebda att ta’
korruzzjoni jew att illegali min-naħa ta’ dak il-
kandidat u ta’ l-aġenti tiegħu.
Il-qorti tista’ ma 
tqisx bħala att 
illegali, att 
innoċenti. 
59. Meta, fi proċedimenti, jiġi ippruvat lill-qorti, bi provi li l-
qorti jidhrilha li huma biżżejjed - 
(a) illi att jew nuqqas ta’ kandidat f’elezzjoni, jew ta’ l-
aġent elettorali tiegħu jew ta’ aġent ieħor jew ta’
persuna oħra, li jikkonsisti fi ħlas ta’ somma jew spiża
magħmula f’ammont li jiskorri l-maximum permess
f’din l-Ordinanza, jew li jikkonsisti fi ħlas, obbligu,
impieg, jew kuntratt magħmul b’kontravvenzjoni ta’
din l-Ordinanza, jew li b’mod ieħor sar
b’kontravvenzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza, kien ikun, li kieku ma kienx hemm dan l-
artikolu, att illegali; u
(b) illi dak l-att jew nuqqas kien ġej min-nuqqas ta’
attenzjoni jew minħabba kalkolu ħażin mhux apposta
jew minħabba kawża oħra raġonevoli ta’ l-istess xorta,
u illi, f’ebda każ, ma ġie minn nuqqas ta’ bona fidi,
u taħt iċ-ċirkostanzi l-qorti jkun jidhrilha, wara li tagħti lill-Avukat
Ġenerali l-opportunità  li jiġi mismugħ, li hi ħaġa sewwa li l-
kandidati f’dik l-elezzjoni u l-aġent u persuna oħra jew xi ħadd
minnhom, m’għandhomx ikunu suġġetti għall-konsegwenzi taħt din
l-Ordinanza, il-qorti tista’ tqis dak l-att jew nuqqas bħala
eċċezzjoni għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza, għad illi,
skond dawn id-disposizzjonijiet dak l-att jew nuqqas kien ikun att
illegali, u b’hekk il-kandidat, aġent jew persuna hawn fuq
imsemmija ma jkunux suġġetti minħabba dak l-att jew nuqqas għal
ebda waħda mill-konsegwenzi taħt din l-Ordinanza.
Skuża ammissibbli 
fil-każ ta’ nuqqas 
ta’ tħaris mid-
disposizzjonijiet 
dwar ir-rapport u 
d-dikjarazzjoni ta’ 
spejjes elletorali.
60. (1) Meta r-rapport u d-dikjarazzjoni dwar spejjeż elettorali
ta’ kandidat f’elezzjoni ma jiġux mibgħuta kif jinħtieġ f’din l-
Ordinanza, jew, jekk jiġu mibgħuta, ikun fihom xi żball jew
dikjarazzjoni falza, f’dan il-każ - 
(a) jekk il-kandidat fi proċediment ċivili jew kriminali
taħt din l-Ordinanza, jipprova għas-sodisfazzjon tal-
qorti, illi l-fatt li dak ir-rapport jew dawk id-
disposizzjonijiet, jew il-wieħed jew l-oħra jew parti
  98      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
minnhom, ma ġewx mibgħuta, jew li fihom xi żball
jew dikjarazzjoni falza, ġara minħabba li huwa kien
marid jew minħabba l-assenza, mewt, mard jew
imġieba ħażina ta’ l-aġent elettorali tiegħu jew ta’
skrivan jew ta’ uffiċjal ta’ dan l-aġent, jew minħabba
nuqqas ta’ attenzjoni, jew għal xi raġuni oħra tajba ta’
din ix-xorta, u mhux minħabba nuqqas ta’ bona fidi
min-naħa tal-kandidat; jew
(b) jekk l-aġent elettorali tal-kandidat jipprova għas-
sodisfazzjon tal-qorti illi l-fatt li ma bagħatx ir-rapport
u d-dikjarazzjonijiet li kien imissu jibgħat jew xi parti
minnhom, jew li kien fihom xi żball jew dikjarazzjoni
falza, ġara minħabba li kien marid jew minħabba l-
mewt jew mard ta’ l-aġent elettorali li l-kandidat kellu
qabel, jew minħabba l-assenza, mewt, mard jew
imġieba ħażina ta’ skrivan jew uffiċjal ta’ aġent
elettorali tal-kandidat, jew minħabba nuqqas ta’
attenzjoni jew għal xi raġuni oħra tajba ta’ din ix-
xorta, u mhux minħabba nuqqas ta’ bona fidi min-naħa
ta’ l-aġent elettorali, 
il-qorti, wara li tagħti l-opportunità  lill-Avukat Ġenerali li jigi
mismugħ, tista’, skond ma jidhrilha xieraq, tagħti digriet li bih
tilqa’ skuża ammissibbli għall-fatt li r-rapport u d-dikjarazzjonijiet
hawn fuq imsemmija ma ġewx mibgħuta jew għall-fatt li kien
fihom żball jew dikjarazzjoni falza.
(2) Meta fi proċediment jiġi ippruvat lill-qorti illi persuna li
hija jew li kienet aġent elettorali irrifjutat jew naqset li tagħmel dak
ir-rapport jew li tagħti dawk il-partikolaritajiet sabiex il-kandidat
jew l-aġent elettorali tiegħu, rispettivament, ikunu jistgħu iħarsu d-
disposizzjonijiet ta’ din l-Ordinanza dwar ir-rapport u d-
dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż elettorali, il-qorti, qabel ma tagħti d-
digriet u tilqa’ l-iskuża, kif jingħat f’dan l-artikolu, tordna lil dik il-
persuna biex tidher, u, kemm-il darba hija tonqos li tidher u li
tipprova l-kuntrarju, tordnalha li tagħmel ir-rapport u d-
dikjarazzjoni, jew li tikkunsinna prospett tal-partikolaritajiet li
għandu jkun fih ir-rapport, kif il-qorti jidhrilha sewwa, u li tagħmel
jew tikkunsinna dawn f’dak iż-żmien, u lil dik il-persuna u b’dak
il-mod li l-qorti tordna, jew tista’ tordna li tiġi eżaminata dwar
dawk il-partikolaritajiet, u kemm-il darba tonqos li tesegwixxi dak
l-ordni, hija tkun ħatja ta’ att illegali.
(3) Il-qorti tista’ tilqa’ l-iskuża taħt il-kondizzjoni li jsir
rapport u dikjarazzjoni f’forma mbiddla jew fi żmien imġedded, u
li jiġu mħarsa dawk il-kondizzjonijiet l-oħra illi l-qorti jidhrilha li
huma l-aħjar sabiex iseħħu l-finijiet ta’ din l-Ordinanza; u d-digriet
li jilqa’ skuża ammissibbli jeħles lill-kandidat jew lill-aġent
elettorali, skond il-każ, minn kull responsabbiltà  jew konsegwenza
taħt din l-Ordinanza għall-fatt skużat bid-digriet; u meta jiġi
ippruvat lill-qorti mill-kandidat illi att jew nuqqas ta’ aġent
elettorali dwar ir-rapport u d-dikjarazzjoni rigward l-ispejjeż
elettorali sar mingħajr il-kunsens jew il-konnivenza tal-kandidat u
li l-kandidat għamel il-mezzi kollha raġonevoli sabiex jevita dak l-
att jew nuqqas, il-qorti teħles lill-kandidat mill-konsegwenzi ta’ l-
ELEZZJONIJIETĠENERALI   ġ K AP. 354.      99
att jew nuqqas ta’ l-aġent elettorali tiegħu.
(4) Id-data tad-digriet, jew jekk ikollhom jiġu osservati
kondizzjonijiet u pattijiet, id-data li fiha r-rikorrent jesegwihom
għal kollox, hija magħrufa f’din l-Ordinanza bħala d-data li fiha
ġiet milqugħa l-iskuża.
TAQSIMA VII 
NULLITÀ  TA’ ELEZZJONIJIET
Nullità  minħabba li 
l-kandidat jiġi 
misjub ħati.
61. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta, l-elezzjoni ta’ kandidat bħala membru tal-
Kamra tiġi annullata meta huwa jiġi misjub ħati ta’ korruzzjoni jew
ta’ att illegali.
Nullità  ta’ 
elezzjoni għal 
raġunijiet oħra.
62. Bla ħsara tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55 tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta meta applikabbli, l-elezzjoni ta’ kandidat
bħala membru tal-Kamra tiġi ddikjarata nulla meta tiġi pprovata
għas-sodisfazzjon tal-qorti xi waħda jew oħra mir-raġunijiet li
ġejjin:
(a) jekk minħabba korruzzjoni ġenerali, trattament
ġenerali, jew intimidazzjoni ġenerali, jew imġieba
oħra ħażina, jew ċirkostanzi oħra, il-biċċa l-kbira ta’ l-
eletturi kienu jew setgħu jkunu impeduti li jtellgħu l-
kandidati li kienu jridu;
(b) nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ din l-
Ordinanza dwar l-elezzjonijiet jew tar-regolamenti
dwar il-votazzjoni jekk il-qorti jidhrilha li l-elezzjoni
ma ġietx immexxija skond il-prinċipji stabbiliti
f’dawk id-disposizzjonijiet u li dan in-nuqqas kellu
effett fuq ir-riżultat ta’ l-elezzjoni;
(ċ) illi fl-elezzjoni sar att ta’ korruzzjoni jew att illegali
mill-kandidat innifsu jew minn aġent tal-kandidat bil-
konoxxenza jew kunsens tal-kandidat;
(d) illi l-kandidat qabbad personalment persuna bħala
aġent elettorali tiegħu, jew bħala galoppin jew aġent
meta kien jaf li dik il-persuna, matul is-seba’ snin ta’
qabel ma ġiet hekk imqabbda minnu, kienet ġiet
misjuba ħatja ta’ att ta’ korruzzjoni;
(e) illi l-kandidat kien, fiż-żmien li ġie elett, persuna
skwalifikata għall-elezzjoni bħala membru.
  100      KAP. 354. ħ          ELEZZJONIJIETĠENERALI
Miżjuda:
XV.1996.66.
IL-ĦMISTAX-IL SKEDA 
(Artikolu 72)
Formola tal-Ġurament li Assistent Kummissjonarju Elettorali 
għandu jagħti lil elettur
Jiena (1) .............................................. Nru. ta’ l-I.D.
......................... li noqgħod (2) ....................................... naħlef/
niddikjara solennement illi jiena qiegħed nitlob l-għajnuna ta’ l-
Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex inkun nista’ nivvota
peress li ma nistax nimmarka l-polza tal-votazzjoni. (U hekk Alla
jgħinni).
Data ...................... Firma jew marka ta’ l-Elettur 
.............................................
Maħluf/Dikjarat quddiemi llum ...................................................... 
............................................
Firma ta’ l-Assistent
Kummissjonarju Elettorali
(1) Isem sħiħ
(2) Indirizz ta’ l-elettur
