KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      1
KAPITOLU 355
ATT DWAR IL-KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI 
TA’ L-ILMA
Biex jipprovdi għat-twaqqif ta’ korp magħqud li jkun magħruf bħala l-Korporazzjoni għas-
Servizzi ta’ l-Ilma, u għall-eżerċizzju u l-qadi minn jew f’isem dik il-Korporazzjoni ta’
funzjonijiet dwar l-akkwist, trasformazzjoni, manifattura, tqassim u bejgħ ta’ ilma tax-xorb u
ilma ieħor, u, skond ma jkun xieraq, għal trattament u rimi jew riċiklaġġ tad-drenaġġ u ta’ l-
ilma mhux tax-xorb, u għall-użu mill-ġdid ta’ l-ilma tax-xita, biex jipprovdi għat-trasferiment
lill-Korporazzjoni ta’ ċerti stallazzjonijiet, tagħmir jew proprjetà  oħra, u biex jipprovdi dwar
ħwejjeġ anċillari ma’ dawn jew konnessi magħhom.
20 ta’ Jannar, 1992
1 ta’ Awissu, 1992
1 ta’ Settembru, 1997
1 ta’ Diċembru, 1997
L-Att XXIII ta’ l-1991, kif emendat bl-Avviż Legali 129 ta’ l-1992 u bl-Atti: XV ta’ l-1995,
XVI ta’ l-1997 u XXV ta’ l-2000.
TAQSIM TA’ L-ATT 
Artikolu
TAQSIMA I.  Preliminari  1-2
TAQSIMA II. Twaqqif, Funzjonijiet u Komposizzjoni 
tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma 3-22
TAQSIMA III.  Disposizzjonijiet Finanzjarji 23-31
TAQSIMA IV. Trasferiment lill-Korporazzjoni ta’ Impriżi ta’ l-Istat  32-35
TAQSIMA V. Uffiċjali u Impjegati tal-Korporazzjoni 36-40
TAQSIMA VI. Kuntratti u Setgħa għal Ksib jew Tneħħija ta’ Proprjetà   41-42
TAQSIMA VII. Disposizzjonijiet Mixxellanji 43-53
SKEDA
  2      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
TAQSIMA I
Preliminari 
Titolu fil-qosor.  1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att dwar il-
Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Tifsir. 2. (1) F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"apparat" tinkludi vetturi, kull xorta ta’ magna, mezz u fittings
użati għall-ippumpjar, desalinazzjoni, trattament jew trasport ta’
ilma u ilma mhux tax-xorb;
"area fejn jinġabar l-ilma" tfisser il-wiċċ jew l-area ta’ artijiet,
triqat, spazji, jew bini, fejn ix-xita li taqa’ fuqhom tagħmel jew
tgħin jiffurmaw widien ta’ ilma jew depożiti ta’ ilma tal-wiċċ;
"area ta’ tisqija" tfisser area dikjarata b’ordni tal-Ministru
responsabbli mill-Agrikoltura;
"Bord" tfisser il-Bord tal-Korporazzjoni mwaqqaf bl-artikolu 5
ta’ dan l-Att;
"Chairman", "Deputat Chairman" u "Membru" ifissru ċ-
Chairman,   id-Deputat Chairman u membru tal-Bord
rispettivament;
"Chief Executive" tfisser iċ-Chief Executive tal-Korporazzjoni
maħtur skond is-subartikolu (5) ta’ l-artikolu 5 ta’ dan l-Att;
"direttur" tfisser direttur tal-Korporazzjoni skond dan l-Att; 
"drenaġġ domestiku" tfisser l-iskart tal-kmamar tal-banju u ilma
għat-tisjir jew ħasil, u ilma ieħor mhux tax-xorb li ordinarjament
jintrema minn fondi domestiċi, iżda ma jinkludix ilma tal-wiċċ li
jintrema minn fondi u minn artijiet okkupati bil-fond jew fejn
hemm servitù , jew ilma mhux tax-xorb barra mill-iskart tal-kmamar
tal-banju u ilma ieħor użat għall-indafa personali u għanijiet simili,
li jintrema minn fondi industrijali jew minn xi lavanderija;
"fittings ta’ l-ilma" tinkludi kanen barra minn mains, viti,
valvijiet, vajlori, meters, ġwiebi, banjijiet, water closets u apparat
ieħor simili li għandu x’jaqsam mal-provvista u l-użu ta’ l-ilma;
"fond" tinkludi artijiet, bini, djar u kull struttura oħra tkun li
tkun;
"fond industrijali" tfisser kull art jew bini, użati in parti jew
kollha kemm huma għat-tmexxija ta’ attività  kummerċjali jew
industrijali. Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, tfisser ukoll fond
użat kompletament jew prinċipalment (kemm bi profitt jew le) għal
skopijiet ta’ agrikoltura jew ta’ ortikoltura jew għal riċerka
xjentifika jew esperimentazzjoni;
"ġiebja" tfisser kull ġibjun, tank (eskluż dak ta’ fuq il-bejt),
vaska, jew reċipjent ieħor, użati jew magħmulin sabiex fihom
jinġabar jew jinħażen l-ilma, sew jekk ikunu qegħdin jew ġew
mibnija fuq jew taħt l-art, sew jekk ikunu mgħottijin jew mikxufin;
"ġurnata stabbilita", dwar id-disposizzjonijiet tat-Taqsima IV ta’
dan l-Att, tfisser il-jum jew jiem li jiġi fis-seħħ fih l-artikolu 32 ta’
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      3
dan l-Att* dwar dawk l-impriżi pubbliċi li jistgħu jiġu trasferiti bis-
saħħa ta’ dak l-artikolu;
"ilma tajjeb" tfisser ilma li l-kwalità  tiegħu tkun konformi mal-
livelli ta’ kwalità  stabbiliti mid-Dipartiment tas-Saħħa fid-dawl
taċ-ċirkostanzi ta’ dak iż-żmien;
"ilma tax-xita" tinkludi ilma tax-xita li ma jinxtorobx mill-art
jew ma jevaporax u li ma jinġabarx fil-ġwiebi;
"impriża pubblika" tfisser kull impriża jew stallazzjoni, u kull
apparat, strument, għodda jew impjanti u kull ħaġ’oħra aċċessorja
jew anċillari għaliha li, immedjatament qabel il-ġurnata stabbilita*,
kienu vestiti f’isem jew jappartjenu lill-Gvern taħt kull titolu u li
kienu mmexxija minnhu jew għal skopijiet ta’ produzzjoni, ħażna u
distribuzzjoni ta’ l-ilma jew ġbir u rimi jew trattament tad-drenaġġ,
ilma mhux tax-xorb u ilma tax-xita;
"inġenji tal-baħar" tinkludi tankijiet fuq il-baħar biex jipprovdu
ilma lil kull biċċa tal-baħar;
"kanal" tfisser kull xorta ta’ kanal, foss, gandott, katusa jew
akwedott, magħmulin jew użati biex imexxu l-ilma li għandu
jinġabar, jinħażen jew b’xi mod ieħor jiġi utilizzat;
"kerrejja" tinkludi kull parti minn fond li għandha provvista
kontinwa, normalment b’meter separat;
"konsumatur" tfisser il-persuna jew korp magħqud li
jingħatalhom servizz mill-Korporazzjoni;
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni għas-Servizz ta’ l-Ilma
mwaqqfa b’dan l-Att;
"kumnikazzjoni" tfisser kanal magħmul biex jieħu l-ilma mill-
opri tax-xogħlijiet ta’ l-ilma għal ġewwa fond, għall-użu biss tas-
sid jew detentur tal-fond, jew għal xi użu jew skop ieħor ġewwa
dak il-fond;
"liċenza" tfisser kull permess jew awtorità  mogħtija bil-miktub
mill-Korporazzjoni skond l-artikolu 44 ta’ dan l-Att;
"mains" tfisser kanna mqiegħda bl-iskop li tagħti provvista
ġenerali ta’ ilma b’differenza minn dik li tagħti provvista lil
konsumaturi individwali u tinkludi kull apparat li għandu x’jaqsam
ma’ dik il-kanna;
"mina" tfisser mogħdija taħt l-art magħmula sabiex titfittex
nixxiegħa, jew biex tiġbor l-ilma ta’ nixxiegħa jew li minnha l-ilma
ta’ nixxiegħa jista’ jgħaddi minn banda għal oħra, fil-kuntest ta’ l-
esplojtazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ilma u tinkludi
kull persuna awtorizzata minn dak il-Ministru għal daqstant;
"mogħdija ta’ l-ilma" tfisser foss, wied, irdum, gandott, kanal
jew katusa, li minnhom jew bil-mezz tagħhom l-ilma tan-nixxigħat
jew tal-wiċċ igħaddi kontinwament jew minn żmien għal żmien;
"nixxiegħa" tfisser ilma li jkun hemm jew li jkun miexi waħdu
*20 ta’ Jannar, 1992 - ara l-Avviż Legali 7 ta’ l-1992.
  4      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
taħt l-art, dejjem jew minn żmien għal żmien, sew jekk dan l-ilma
jisbokka jew joħroġ fuq wiċċ l-art jew le;
"opri ta’ l-ilma" tfisser kull area fejn jinġabar l-ilma, kanali
(minbarra dawk il-kanali li huma "kumnikazzjoni" fis-sens ta’ dan
l-Att), ġwiebi, bjar, mini, digi, rampi, magni, pompi, valvijiet,
sluices u mezzi oħra, li huma wżati jew magħmulin biex jinġieb
jew jiġi ppompjat, imtella’, miġbur, proċessat, desalinat, raffinat,
maħżun jew imexxi l-ilma li għandu jiġi fornut jew imqassam; u
jinkludu dawk l-opri li fihom jidħol jew hemm l-ilma jew li bil-
mezz tagħhom l-ilma jiġi mmexxi, fornut jew imqassam;
"persuna" tinkludi kull korp ta’ persuni jew kull korp magħqud
imwaqqaf bil-liġi;
"pompa ta’ l-ilma" tfisser kull apparat mekkaniku li jtella’,
jimbotta u/jew jiċċirkola l-ilma minn kull għajn jew post li jkun; u
pompa ta’ l-ilma tiġi meqjusa li tkun stallata f’sit meta l-partijiet li
jagħmluha jiġu mgħaqqda flimkien u meqjusa raġonevolment li
jkunu f’kundizzjoni li jtellgħu, jimbuttaw u/jew jiċċirkulaw l-ilma
minn kull għajn jew post u "stallazzjoni" għandha tiftiehem l-
istess;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti, regoli jew ordnijiet
magħmula b’dan l-Att jew miżmuma fis-seħħ bis-saħħa tiegħu; 
"provvista domestika" tfisser provvista ta’ ilma ġewwa fond biex
tlaħħaq mal-ħtiġijiet ordinarji u raġonevoli tal-ħajja domestika ta’
kull min ikun joqgħod f’dak il-fond;
"riżorsi ta’ l-ilma" tfisser ilma li għal xi żmien ikun: 
(a) f’xi mains jew provvista;
(b) ilma fuq u ġewwa l-art kif fih ikun jinstab bħal
għadajjar jew ġibjuni; u
(ċ) kull saff ta’ taħt l-art, inkluż l-ilma li għal xi żmien
ikun f’bir, fi spiera jew xogħol simili jew tħaffir f’saff
taħt l-art fejn il-livell ta’ l-ilma fit-tħaffir jiddependi
totalment jew in parti mid-dħul ta’ l-ilma fit-tħaffir
minn dawk is-saffi;
"sena finanzjarja" tfisser kull perijodu ta’ tnax-il xahar li jispiċċa
fit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena: iżda l-ewwel sena finanzjarja tal-
Korporazzjoni għandha tibda fil-jum li dan l-Att jiġi fis-seħħ u
tagħlaq fit-30 ta’ Settembru tas-sena li tiġi minnufih wara;
"skart likwidu industrijali" tfisser kull likwidu (bi jew mingħajr
bċejjeċ ta’ materjal miżmuma minnu jew maħlula fih) barra mill-
ilma tal-wiċċ u drenaġġ domestiku, li joħroġ minn fondi wżati għat-
twettiq ta’ attività  kummerċjali jew industrijali;
"uffiċjal" u "impjegat" fejn għandu x’jaqsam mal- Korporazzjoni
jinkludu kull uffiċjal pubbliku li jkun ġie mqabbad biex jaqdi
dmirijiet mal-Korporazzjoni;
"uffiċjal pubbliku" għandha l-istess tifsira kif lilha mogħtija fl-
artikolu 126 tal-Kostituzzjoni.
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      5
(2) Kull riferenza f’dan l-Att għal regolamenti, regoli jew
ordnijiet magħmula bis-saħħa ta’ dan l-Att għandhom jinkludu
riferenza għal regolamenti, regoli jew ordnijiet miżmuma fis-seħħ
b’dan l-Att.
TAQSIMA II
Twaqqif, Funzjonijiet u Kompożizzjoni tal-Korporazzjoni 
għas-Servizzi ta’ l-Ilma
Twaqqif u 
funzjonijiet tal-
Korporazzjoni 
għas-servizzi ta’ l-
Ilma.
Emendat:
XXV. 2000.36.
3. (1) Qed tiġi b’dan imwaqqfa korporazzjoni li tkun
magħrufa bħala l-Korporazzjoni għas-Servizz ta’ l-Ilma.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u ta’ kull
ħtieġa li hemm provdut dwarha taħt kull liġi oħra, il-korporazzjoni
tista’ -
(a) li takkwista, tipproduċi, taħżen, tqassam, tbiegħ,
tesporta jew xort’oħra tiddisponi minn ilma (barra
minn ilma tax-xorb fil-flixkun) għall-finijiet
domestiċi, kummerċjali, industrijali jew oħrajn;
(b) li tikkonserva, iżżid u tħaddem ir-riżorsi u l-egħjun
tal-provvista ta’ l-ilma;
(ċ) li tassumi u taqdi dmirijiet oħra dwar il-
konservazzjoni, provvista u distribuzzjoni ta’ l-ilma
kif jidhrilha xieraq;
(d) li tipprovdi għat-trattament u għar-rimi u, fejn
meħtieġ, għar-riċiklaġġ tad-drenaġġ u ta’ l-ilma mhux
tax-xorb;
(e) li tipprovdi għall-użu ta’ l-ilma tax-xita mill-arei
urbani u rurali kif ikun xieraq.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
ħtieġa li hemm provdut dwaru taħt kull liġi oħra, il-korporazzjoni
tista’, ikun id- dmir tal-Korporazzjoni -
(a) li tiżviluppa, iżżomm u tippromwovi sistema tajba u
effiċjenti għal produzzjoni u distribuzzjoni ta’ l-ilma
biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet kollha raġonevoli, bl-akbar
mod ekonomiku possibbli;
(b) li tiddetermina l-għanijiet tal-Korporazzjoni fi żmien
qrib u mbiegħed dwar il-provvista ta’ l-ilma, rimi u
riċiklaġġ u biex tiżviluppa t-tfassil u l-ħsieb meħtieġa
biex tilħaq dawn l-għanijiet;
(ċ) (i)* li tipprovdi, ittejjeb u tkabbar dik is-sistema ta’
drenaġġ pubbliku u li tnaddaf u li żżomm fi stat
tajjeb din is-sistema sabiex tassigura li din
topera u tibqa’ topera mingħajr perikolu u
b’mod effiċjenti;
(ii) li tagħmel provvedimenti għall-ħdim tas-sistema
tad-drenaġġ u provvedimenti oħra li jkunu
*Għadu mhux fis-seħħ.
  6      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
meħtieġa minn żmien għall-ieħor sabiex il-
materjal ta’ dan id-drenaġġ jiġi trattat
effettivament permezz ta’ riċiklaġġ u xogħlijiet
ta’ rimi jew xort’oħra; 
(d) fil-qadi tad-dmirijiet tagħha taħt dan is-subartikolu
tħares lejn il-ħtieġa għat-trattament jew li tiddisponi
xort’oħra mill-iskart likwidu industrijali;
(e) li tippromwovi l-użu xieraq ta’ l-ilma mhux tax-xorb u
tax-xita;
(f) li tagħti pariri lill-Ministru dwar kull ħaġa li jkollha
x’taqsam mal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att;
(g) li tmexxi u tħaddem l-impriżi kollha u stallazzjonijiet
oħra u l-propjetà  kollha, trasferiti lill-Korporazzjoni u
vestiti fiha bis-saħħa ta’dan l-Att jew xort’oħra
akkwistati mill-Bord għall-għanijiet ta’ xi funzjoni
tagħha;
(h) li żżomm u tamministra u, kif u meta jidhrilha xieraq,
tbiegħ assi li jista’ jkollha minn żmien għall-ieħor;
(i) li tippromwovi l-użu raġonevoli ta’ l-ilma u li
tinkoraġġixxi l-konservazzjoni u riċiklaġġ xieraq tar-
riżorsi ta’ l-ilma;
(j) li tagħmel stħarriġ dwar fittings ta’ l-ilma biex ma jsirx
ħela, konsum żejjed, użu u kejl ħażin jew
kontaminazzjoni ta’ l-ilma;
(k) li tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ u skemi oħra bil-għan li
tkabbar ix-xjenza u t-teknoloġija ta’ l-
amministrazzjoni ta’ l-ilma;
(l) li tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet lokali oħra fil-
formulazzjoni u koordinament tas-servizzi, inklużi l-
purifikazzjoni ta’ l-ilma, il-provvista ta’ l-elettriku,
telekomunikazzjonijiet, xogħlijiet tat-toroq, biedja u
industrija; u
(m) li tippromwovi u tassumi waħedha jew flimkien ma’
istituzzjonijiet oħra, ir-riċerka u l-iżvilupp ta’
teknoloġija u idejat ġodda fil-produzzjoni u trattament
ta’ l-ilma, manutenzjoni f’sistemi tad-distribuzzjoni,
fid-desalinazzjoni u raffinar ta’ ilma u fir-rimi,
trattament u r-reċiklaġġ tad-drenaġġ, fl-impjant,
trasport u apparat, f’amministrazzjoni tar-riżorsi ta’ l-
ilma, u f’amministrazzjoni ta’ l-ilqugħ ta’ l-ilma.
(4) Għall-finijiet ta’ kull waħda mill-funzjonijiet tagħha, l-
Korporazzjoni tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att - 
(a) takkwista, tibni, tibni mill-ġdid, iżżomm u tħaddem
kull stallazzjoni;
(b) takkwista kull proprjetà  li l-korporazzjoni jidhrilha
xierqa jew spedjenti għall-finijiet ta’ bini, estensjoni
jew żamma ta’ kull stallazzjoni jew xort’oħra sabiex
taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att;
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      7
(ċ) tagħmel kull egħmil jew ħwejjeġ meħtieġa sabiex
taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att: iżda l-ftuħ
u t-tkissir tal-wiċċ ta’ kull triq għal xi wieħed mill-
imsemmija għanijiet m’għandhomx isiru mingħajr l-
approvazzjoni ta’ l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’
Malta;
(d) tagħmel, sew bħala prinċipal jew aġent jew kuntrattur,
jew flimkien ma’ persuna jew persuni oħra, dawk l-
attivitajiet kollha li fil-fehma tal-Korporazzjoni jkunu
meħtieġa, vantaġġjużi jew konvenjenti li jsiru għal jew
dwar it-twettieq ta’ xi waħda mill-funzjonijiet tagħha
skond dan l-Att jew sabiex isir l-aħjar użu mill-kapital
tal-Korporazzjoni;
(e) (imħassar bl-Att XXV. 2000.3.);
(f) teżerċita kull setgħa oħra vestita fiha b’dan l-Att jew
xort’oħra.
Personalità  
ġuridika u 
rappreżentanza tal-
Korporazzjoni.
4. (1) Il-Korporazzjoni tkun korp b’personalità  ġuridika
distinta u tkun tista’, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
tagħmel kuntratti, takkwista, iżżomm u tittrasferixxi kull xorta ta’
proprjetà  u drittijiet għall-għanijiet tal-funzjonijiet tagħha, tħarrek
u tiġi mħarrka, u tagħmel kull ħaġa u tidħol f’kull negozju li
jwasslu jew ikunu inċidentali għall-eżerċizzju jew għall-qadi tal-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att.
(2) Ir-rappreżentanza ġuridika tal-Korporazzjoni tkun vestita
fiċ-Chairman jew f’xi membru ieħor jew membri tal-Bord tad-
Diretturi kif l-istess Bord b’riżoluzzjoni jsemmi. Tali riżoluzzjoni
għandha tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern mill-aktar fis wara
l-approvazzjoni u għandha tkun bla effett sakemm ma tiġix hekk
ippubblikata:
Iżda l-Bord jista’ jiddelega xi wħud mill-poteri lil xi
membru jew xi uffiċjal jew impjegat u jawtorizza tali persuna biex
tidher fuq kuntratt, kitba jew dokument ieħor f’isem u għan-nom
tal-Korporazzjoni u biex jiffirma f’isem jew għan-nom tagħha tali
kuntratt, kitba jew dokument ieħor ikun li jkun, inklużi cheques jew
kambjali oħra, u l-Bord jista’ wkoll jirratifika u jaċċetta kull ħaġa
magħmula f’ismu jew għan-nom tiegħu mingħajr din l-awtorità .
"(5) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att,
il-Korporazzjoni:
(a) għandu jkollha dawk il-liċenzi, permessi
jew awtorizzazzjonijiet oħra;
(b) għandha tkun suġġetta għal dawk ir-
regolamenti, regoli, ordnijiet,
direzzjonijiet, standards u provvedimenti
regolatorji oħra,
kif jistgħu minn żmien għal żmien jenħtieġu minn jew taħt l-
Att ta’ l-2000 dwar Awtorità  ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, jew
kull ligi oħra.".
  8      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
Twaqqif u 
kompożizzjoni tal-
Bord.
5. (1) Għandu jkun hemm Bord tal-Korporazzjoni, ’il
quddiem imsemmi bħala "il-Bord", li jkun responsabbli għall-
formulazzjoni tal-politika tal-Korporazzjoni u li lejh iċ-Chief
Executive ikun responsabbli għall-amministrazzjoni ġenerali ta’ l-
affarijiet u n-negozju tal-Korporazzjoni.
(2) Il-Bord ikun magħmul minn mhux aktar minn disa’ membri.
Wieħed minnhom għandu jiġi elett b’vot sigriet mill-ħaddiema u
jkun wieħed mill-istess ħaddiema tal-Korporazzjoni li jkunu
eliġibbli li jivvutaw skond il-provvedimenti ta’ l-artikolu 6 ta’ dan
l-Att, il-membri l-oħra tal-Bord, hawn ’il quddiem imsemmija
bħala l-membri maħtura, għandhom jiġu hekk maħtura mill-
Ministru.
(3) Il-Ministru għandu jsemmi wieħed mill-membri maħtura
bhala Chairman u membru ieħor bħala Deputat Chairman. Id-
Deputat Chairman jkollu s-setgħat kollha u għandu jaqdi l-
funzjonijiet kollha taċ-Chairman matul in-nuqqas tiegħu jew
sakemm jiġi maħtur Chairman ġdid wara r-riżenja, temm ta’ ħatra
jew mewt taċ-Chairman.
(4) Iċ-Chairman u l-membri l-oħra kollha maħtura tal-Bord
għandhom jinħatru mill-Ministru minn fost persuni li fil-fehma
tiegħu jkunu kwalifikati minħabba li kellhom esperjenza ta’, u
jkunu wrew ħila fi, ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mat-teknoloġija
ta’ l-ilma, ma’ l-amministrazzjoni tal-provvista ta’ l-ilma jew ta’ l-
ilma mhux tax-xorb, jew fl-organizzazzjoni tal-ħaddiema, jew fil-
finanzi jew fl-amministrazzjoni, u wara li jkun ħa konjizzjoni ta’ l-
esperjenza u l-familjarità  mal-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tal-biedja
jew industrija jew kummerċ jew turiżmu u mal-problemi li
għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni ta’ l-ambjent u l-iżvilupp
tal-faċilitajiet pubbliċi.
Il-membri għandhom jirċievu mill-fondi tal-Korporazzjoni
dik ir-rimunerazzjoni li l-Ministru jista’ minn żmien għal żmien
jistabbilixxi. 
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u għal kull
direttiva tal-Bord, il-kondotta eżekuttiva tal-Korporazzjoni, l-
amministrazzjoni u l-organizzazzjoni tagħha, u l-kontroll
amministrattiv ta’ l-uffiċjali u l-impjegati tagħha, għandhom ikunu
responsabbiltà  taċ-Chief Executive tal-Korporazzjoni, li għandu
jkollu wkoll poteri oħra li jistgħu jiġu fdati lilu mill-Bord minn
żmien għal żmien.
Iċ-Chief  Executive għandu jiġi notifikat u jkollu d-dritt li
jattendi u li jinstema’ fil-laqgħat kollha tal-Bord. B’danakollu, hu
m’għandux ikollu vot jew jiġi magħdud għal finijiet ta’ quorum.
Kap. 9. (6) Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali dwar uffiċjali
pubbliċi jew impjegati għandhom japplikaw għall-membri tal-
Bord, iċ-Chief Executive u l-uffiċjali w impjegati l-oħra kollha tal-
Korporazzjoni.
Regolamenti dwar 
l-elezzjonijiet. 
6. Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jibdew iseħħu
il-provvedimenti ta’ dan l-Att dwar elezzjoni tal-membru tal-Bord
bieX jiġi elett mill-impjegati tal-Korporazzjoni u partikolarment,
imma bla preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dawn il-provvedimenti,
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      9
kull regolament jista’ -
(a) jipprovdi biex isiru elezzjonijiet u għat-tmexxija u s-
superviżjoni tagħhom;
(b) jippreskrivi l-kategoriji ta’ l-impjegati li jistgħu jew
ma jistgħux jivvutaw jew li jikkontestaw l-elezzjoni
għall-Bord;
(ċ) jiddetermina l-perijodu li għalih ħaddiem għandu jiġi
hekk elett;
(d) jippreskrivi ċ-ċirkostanzi li fihom membru għandu
jiddimetti;
(e) jiddetermina ż-żmien biex issir elezzjoni wara li
tinħoloq vakanza;
(f) jippreskrivi kull ħaġa dwar kull materja oħra li
għandha x’taqsam ma’ l-elezzjoni kif il-Ministru
jidhirlu xieraq u spedjenti. 
Tul tal-ħatra għall-
Bord tad-Diretturi. 
7. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 8 u 10 ta’ dan
l-Att, il-membri maħtura tal-Bord għandhom iżommu l-kariga għal
dak iż-żmien u b’dawk il-pattijiet u b’kundizzjonijiet li l-Ministru
jistgħu jidhrulu xierqa; u membru għandu, wara li jispiċċa minn
membru, jkun eliġibbli li jinħatar mill-ġdid jew li jerġa’ jiġi elett
skond il-każ:
Iżda l-Ministru jista’ f’kull żmien itemm il-ħatra ta’ xi
membru maħtur tal-Bord jekk, fil-fehma tiegħu, dak il-membru ma
jkunx tajjeb biex ikompli fil-kariga jew ma jkunx baqa’ kapaċi li
jaqdi b’mod xieraq id-dmirijiet tiegħu bħala membru tal-Bord jew
jonqos li jattendi l-laqgħat tal-Bord mingħajr ġustifikazzjoni għall-
anqas għal tliet laqgħat wara xulxin.
Skwalifika milli 
persuna tkun 
membru tal-Bord 
tad-Diretturi.
8. Persuna tkun skwalifikata milli tiġi maħtura jew li tiġi
eletta, jew li tibqa’ membru tal-Bord jekk -
(a) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati, jew 
(b) tkun legalment inkapaċitata, jew
(ċ) tkun dikjarata falluta taħt liġi ta’ xi pajjiż jew tkun
għamlet transazzjoni jew fteħim mal-kredituri tagħha,
jew
(d) tkun ġiet misjuba ħatja ta’ reat li jolqot fondi pubbliċi
jew serq, jew qerq, jew li xjentement tkun irċeviet
proprjetà  li ġejja minn serq jew qerq, jew
(e) ikollha xi interess finanzjarju jew xi interess ieħor f’xi
impriża jew attività  li x’aktarx ma jħallihiex taqdi
sewwa l-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Bord.
Irtirar temporanju 
minn laqgħat tal-
Bord.
9. Kull membru li jkollu interess dirett jew indirett f’xi
kuntratt magħmul jew li jkun maħsub li jsir mill-Korporazzjoni, li
ma jkunx interess li jiskwalifika lil dak il-membru milli jibqa’
membru, għandu jgħarraf ix-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-ewwel
laqgħa tal-Bord wara li jkun sar jaf bil-fatti rilevanti, u wara li t-
tagħrif ikun ġie rreġistrat fil-minuti tal-Bord, dak il-membru
  10      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
għandu jirtira minn kull laqgħa li fiha dak il-kuntratt ikun qed jiġi
diskuss jew deċiż mill-Bord.
Riżenja mill-Bord 
u pubblikazzjoni 
ta’ ħatra u tmiem 
ta’ kariga. 
10. (1) Membru tal-Bord jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu
b’ittra indirizzata lill-Ministru.
(2) Il-ħatra jew elezzjoni ta’ kull persuna bħala membru tal-
Bord u t-temma tal-Kariga ta’ kull membru għandhom jiġu avżati
fil-Gazzetta tal-Gvern.
Laqgħat tal-Bord.  11.(1)(a) Il-Bord għandu jiltaqa’ kemm drabi jkun meħtieġ jew
espedjenti, iżda f’kull każ, mhux anqas minn darba kull
tliet xhur. Il-laqgħat tal-Bord għandhom jissejħu miċ-
Chairman jew minn jeddu jew fuq talba ta’ tnejn mill-
membri l-oħra.
(b) Bla ħsara għall-ħtiġijiet l-oħra ta’ dan l-Att, ebda
deċiżjoni m’għandha tkun valida jekk ma jkollhiex l-
appoġġ ta’ mill-anqas żewġ membri tal-Bord jew li
tittieħed f’laqgħa tal-Bord li fiha ċ-Chairman jew fin-
nuqqas tiegħu id-Deputy Chairman, ma jkunx preżenti.
(2) Nofs in-numru ta’ membri li għal dak iż-żmien
jikkostitwixxi l-Bord jifformaw quorum f’kull laqgħa. Id-
deċiżjonijiet jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-membri
preżenti. Fil-każ ta’ voti ndaqs, iċ-Chairman, jew fin-nuqqas tiegħu
id-Deputy Chairman, ikollu u għandu jagħti t-tieni vot tiegħu li
jkun wieħed deċiżiv.
(3) Għandhom jiġu reġistrati l-minuti tal-proċedimenti tal-Bord
u ta’ kull kumitat minnu mwaqqaf.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-Bord jista’
jirregola l-proċedura tiegħu stess.
Validità  ta’ l-atti 
tal-Bord.
12. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11 ta’
dan l-Att, ebda att jew proċediment tal-Bord ma għandu jkun
invalidat minħabba il-fatt biss li jkun hemm vakanza fost il-
membri.
(2) Kull att li jsir minn xi persuna li taġixxi bona fide bħala
membru tal-Bord tkun valida daqslikieku kienet membru, minkejja
li wara jista’ jinstab xi difett fil-ħatra jew fil-kwalifika tagħha.
Ebda att jew proċediment tal-Bord ma hu sindakabbli għar-rigward
tal-ksur minn membru tad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 ta’ dan
l-Att.
Ħatriet ta’ 
persunal. 
13. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u ta’ kull
liġi oħra li tapplika għalihom, in-nomina ta’ uffiċjali w impjegati
oħra tal-Korporazzjoni għandha ssir mill-Bord. Il-pattijiet u l-
kundizzjonijiet ta’ l-impjegati għandhom jipparagunaw ma’ dawk
ta’ l-impjegati fis-servizz mal-Gvern u għandħom jiġu stabbiliti
mill-Bord wara li jkun qabel magħhom il-Ministru.
Ebda ħaġa f’dan l-artikolu ma għandha tiftiehem li ttellef li
jitwaqqfu, mill-Korporazzjoni bl-approvazzjoni tal-Ministru
mogħtija wara konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-
finanzi, skemi ta’ inċentivi dwar produttività  jew qadi ta’ xogħol.
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      11
Titjib tal-kapaċità  
ta’ l-impjegati. 
14. Il-Korporazzjoni għandha tipprovdi biex tgħolli l-livell tal-
kapaċità  ta’ l-impjegati tagħha, b’dan illi dawn id-disposizzjonijet
ikunu skond kull skema għat-taħriġ u edukazzjoni fis-seħħ taħt il-
paragrafu (k) tas-subartikolu (3) ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att.
Setgħat tal-
Ministru dwar il-
Bord.
15. Il-Ministru jista’ dwar ħwejjeġ li fil-fehma tiegħu jkunu
jolqtu l-interess pubbliku, minn żmien għal żmien jagħti lill-Bord
direttivi bil-miktub ta’ xorta ġenerali, li ma jkunux inkonsistenti
mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, fuq il-policy li għandha tiġi
segwita fil-qadi tal-funzjonijiet mogħtija lill-Korporazzjoni b’dan
jew bis-saħħa ta’ dan l-Att, u l-Bord għandu jwettaq dawk id-
direttivi kollha kemm jista’ jkun malajr.
Dmirijiet tal-Bord 
lejn il-Ministru. 
16. Il-Bord għandu jagħti lill-Ministru faċilitajiet biex jikseb
tagħrif dwar il-proprjetà  u l-attivitajiet jew attivitajiet prospettivi
tal-Korporazzjoni u jagħtih dawk il-prospetti, kontijiet u tagħrif
ieħor dwar hekk, u jagħtih il-faċilitajiet biex jivverifika t-tagħrif
mogħti, b’dak il-mod u f’dawk iż-żminijiet li jkun b’mod
raġonevoli jeħtieġ.
Eżenzjoni minn 
tassazzjoni. 
Emendat: 
XV.1995.9.
17. Il-Korporazzjoni għandha tkun eżentata minn kull obbligu
għall-ħlas ta’ taxxa jew tal-boll taħt kull liġi li tkun fis-seħħ. 
Dmirijiet tal-
Korporazzjoni 
dwar il-provvista 
ta’ l-ilma.
18.(1)(a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ kull
direttiva mogħtija bis-saħħa tiegħu, il-Korporazzjoni
għandha, safejn tkun tista’ tagħmel hekk -
(i) tipprovdi ilma lil dawk il-persuni, b’dak il-mod
u taħt dawk il-kundizzjonijiet li, fil-fehma tal-
Bord, ikunu meqjusa li jaqdu talbiet xierqa
għall-ilma;
(ii) tieħu dawk il-passi li jkunu meħtieġa minn
żmien għal żmien biex tassigura li l-provvista ta’
l-ilma tkun suffiċjenti u bi pressjoni u ta’
kwalità  tajba;
(iii) tieħu kull azzjoni li minn żmien għal ieħor ikun
jidhrilha xieraq jew spedjenti għall-finijiet ta’
konservazzjoni, ridistribuzzjoni jew xort’oħra
għat-tkabbir tar-riżorsi ta’ l-ilma u biex
tassigura l-użu tajjeb tar-riżorsi ta’ l-ilma.
(b) Ir-riferenza f’dan l-artikolu għal azzjoni għall-finijiet
ta’ tkabbir ta’ riżorsi ta’ l-ilma tinkludi riferenza għal
azzjoni għall-finijiet ta’ trattament ta’ ilma mielaħ
b’kull proċess biex jitneħħa l-melħ jew impuritajiet
oħra, u biex tagħmel użu mill-aktar teknoloġija adatta
biex tissuplimenta r-riżorsi ta’ l-ilma naturali.
(2) Bl-awtorità  tal-Ministru konċernat, il-Korporazzjoni
għandha d-dritt, sabiex iżżomm u ttejjeb il-provvista ta’ l-ilma
f’dawn il-gżejjer, biex tidħol u teżamina kull art u kull bir u biex
tħaffer toqob jew xogħol ieħor għall-finijiet biex tistħarreġ in-
natura tas-subterran jew il-preżenza, kwalità  jew kwantità  ta’ l-ilma
ta’ taħt l-art u biex jitħaffru spieri u biex jinfetħu mini taħt l-art
mill-artijiet ta’ kull persuna b’kull mezz li jidhrilha l-aħjar għal dan
l-iskop. Fit-twettiq tad-dritt taħt dan is-subartikolu, il-
  12      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
Korporazzjoni għandha tagħmel tajjeb għal kull ħsara li tista’
tagħmel lil terzi persuni.
(3) Il-Korporazzjoni għandha, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att u bl-approvazzjoni tal-Ministru, tipprovdi assistenza
teknika lill-proprjetarji ta’ fondi li jkunu jixtiequ li jħaffru bjar,
jgħaddu mini, jibnu kanali jew xort’oħra jtejbu l-provvista ta’ ilma
fil-fondi tagħhom.
(4) (a) Il-Korporazzjoni tista’ tnaqqas kif jidhrilha xieraq il-
kwantità  ta’ ilma provduta lil kull konsumatur, jekk,
minħabba xi ċirkostanzi mhux previsti li ma jkunux fil-
kontroll tal-Bord, ikun jidher li l-provvista ta’ ilma ma
tkunx biżżejjed biex il-kwantità  kollha tkun tista’ tiġi
provduta b’mod konvenjenti.
(b) Meta -
(i) il-provvista ta’ ilma lil fondi speċifiċi ma tkunx
biżżejjed jew tajba b’mod li tkun ta’ periklu
għas-saħħa, u 
(ii) provvista ta’ ilma tajjeb mill-Korporazzjoni
għall-użu domestiku tkun meħtieġa għal dawk il-
fondi u ma tkunx prattikabbli li twassal dik il-
provvista permezz ta’ kanen, imma tkun
prattikabbli li twassal din il-provvista mod
ieħor, bi ħlas raġjonevoli,
il-Korporazzjoni jkollha d-dmir li tipprovdi ilma tajjeb
għall-użu domestiku lil dawk il-fondi b’mezzi oħra
barra minn kanen.
(ċ) Meta l-kwantità  tal-provvista ta’ l-ilma tkun ġiet
imnaqqsa kif imsemmi f’dan l-artikolu, ma jkun hemm
l-ebda responsabbiltà  fuq il-Korporazzjoni dwar kull
telf jew ħsara li tiġġarrab b’dak it-tnaqqis.
Dmirijiet tal-
Korporazzjoni 
dwar il-provvista 
tas-servizzi tad-
drenaġġ.
19.* Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal kull
direttiva mogħtija taħtu, il-Korporazzjoni għandha sa fejn tkun
tista’ - 
(a) tipprovdi sistema ta’ drenaġġ pubbliku għall-użu tar-
rimi tad-drenaġġ domestiku;
(b) tieħu dawk il-miżuri li minn żmien għall-ieħor ikunu
meħtieġa biex tħares l-indafa, s-sigurtà  u effiċjenza
fis-sistema tad-drenaġġ pubbliku;
(ċ) tagħmel dak kollu li minn żmien għall-ieħor jidhrilha
xieraq jew espedjenti biex tkabbar u ttejjeb il-mezzi
tar-rimi u l-modi ta’ trattament tal-materjal tad-
drenaġġ pubbliku;
(d) tieħu dawk il-miżuri li minn żmien għall-ieħor
*Għadu mhux fis-seħħ ħlief l-paragrafu (f) li hu fis-seħħ biss għal dak li
jirrigwarda l-egħmil ta’ regolamenti u l-paragrafu (g) li ġie fis-seħħ fl-1 ta’
Settembru, 1997.
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      13
jidhrilha xieraq biex tiżgura t-tmexxija bla perikolu, l-
ilqugħ, it-trattament u r-rimi ta’ l-iskart likwidu
industrijali;
(e) tagħmel dak kollu li minn żmien għall-ieħor jidhrilha
xieraq biex jikber l-użu ta’ l-ilma tad-drenaġġ li jkun
ġie riċiklat;
(f) tistħarreġ u tagħmel regolamenti dwar komunikaz-
zjonijiet mas-sistema tad-drenaġġ bil-għan li jiġi
mħares sewwa u b’mod xieraq ir-rimi ta’ l-istess ilma
tad-drenaġġ;
(g) tieħu dawk l-azzjonijiet kollha meħtieġa u espedjenti
biex jerġa’ jintuża’ l-ilma tax-xita kif inhu xieraq.
Disposizzjonijiet 
fin-nuqqas. 
20. (1) Jekk isir ilment bil-miktub lill-Ministru illi il-
Korporazzjoni tkun naqset - 
(a) li tagħti provvista ta’ ilma adegwata kemm dwar
kwantità  jew kwalità  kif ukoll li tagħti provvista li bil-
liġi kienet meħtieġa li tagħti; jew
(b) li tieħu dawk il-miżuri b’mod raġonevoli prattikabbli
bil-għan li tirrimedja għal dan in-nuqqas; jew
(ċ) li tagħmel dak kollu li għandha tagħmel b’dan l-Att
jew bis-saħħa tiegħu;
u meta l-Ministru huwa ta’ l-opinjoni li għandu jsir stħarriġ dwar
jekk il-Korporazzjoni għamlitx xi nuqqas f’xi waħda minn dawn il-
kwistjonijiet, jista’ jġiegħel li ssir inkjesta dwar dan il-każ.
(2) Jekk wara li tkun inżammet dik l-inkjesta il-Ministru jkun
jidhirlu li jkun sar xi nuqqas skond ma hemm imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, jista’ b’ordni jiddikjara li l-
Korporazzjoni tkun naqset u jordnalha li tipprovdi rimedju għal dan
in-nuqqas u li teżerċita dawk il-funzjonijiet tagħha b’tali mod u fi
żmien jew żminijiet speċifikati fl-istess ordni.
Limiti ta’ 
responsabbiltà .
21. (1) Il-Korporazzjoni ma tkunx responsabbli għal xi ħsara
magħmula lil persuna jew proprjetà  konnessa ma’ l-istallazzjoni
tal-provvista ta’ l-ilma li tkun ikkaġunata minn xi inċident li ma
setax jiġi evitat, minn deterjorazzjoni raġonevoli jew minn
konnessjoni ta’ fittings ta’ l-ilma mhux awtorizzat jew minn xi
difetti fl-istallazzjoni mhux provduti mill-Korporazzjoni.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) ta’ l-
artikolu 18 il-Korporazzjoni mhux responsabbli, fejn ma jkunx
hemm negliġenza u skond il-provvedimenti ta’ dan l-Att, għal xi
inkonvenjent jew ħsara attribwibbli għall-qadi ta’ xi dmir impost
b’dan l-Att.
(3) Il-Korporazzjoni mhix responsabbli partikolarment għal xi
inkonvenjent jew ħsara kaġunata minn għarar li ġej minn azzjoni
ta’ tempesti naturali li jinqalgħu, ilma ta’ taħt l-art jew tqallib tal-
baħar.
Il-Korporazzjoni u 
l-Enemalta. 
22. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att
għandu jkollhom seħħ għar-rigward ta’ l-operazzjoni mill-
  14      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
Korporazzjoni tal-qari ta’ meters, żamma ta’ kontijiet u servizz ta’
ġbir ta’ flus flimkien ma’, u fl-interess komuni tal-Korporazzjoni u
ta’ l-Enemalta u fl-eżerċizzju u qadi mill-Korporazzjoni għan-nom
ta’ l-Enemalta ta’ dawk il-funzjonijiet li huma jew ikunu minn
żmien għal żmien legalment vestiti rigward l-atti u materji
speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ l-Iskeda msemmija.
(2) Jekk, wara konsultazzjoni mal-Korporazzjoni u ma’ l-
Enemalta il-Ministru jkun sodisfatt li ma jkunx iżjed meħtieġ jew
spedjenti li jitkompla dak is-servizz flimkien kif imsemmi qabel,
huwa jista’ b’ordni jirrevoka l-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att; u kull
ftehim li jkun sar bejn il-Korporazzjoni u l-Enemalta bis-saħħa tal-
paragrafu 6 ta’ dik l-Iskeda jew li jkun miżmum fis-seħħ bis-saħħa
ta’ dan l-Att daqslikieku hekk kien sar (hawnhekk iżjed ’il quddiem
f’dan l-artikolu msejjaħ "il-ftehim") għandu, malli jsir dan, jieqaf
mis-seħħ.
(3) Il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien, bi ftehim mal-
Korporazzjoni u l-Enemalta, b’ordni jibdel id-disposizzjonijiet ta’
l-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Att safejn u b’dak il-mod li l-Ministru
jista’ jistabbilixxi; u minn dik id-data li fiha kull ordni bħal dak
jibda jseħħ, id-disposizzjonijiet tal-ftehim ikollhom seħħ kif
suġġetti għal dawk il-modifiki li jkunu meħtieġa biex tiġi evitata
kull inkonsistenza bejn id-disposizzjonijiet tal-ftehim u d-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija Skeda kif mibdula b’dak l-ordni.
(4) Kull ordni magħmul bis-saħħa ta’ dan l-artikolu jista’ jkollu
dawk id-disposizzjonijiet transitorji, supplimentari u inċidentali kif
il-Ministru, wara konsultazzjoni ma’, jew bi ftehim mal-
Korporazzjoni u l-Enemalta, jidhirlu meħtieġa jew spedjenti għall-
għanijiet ta’ l-ordni.
TAQSIMA III 
Disposizzjonijiet Finanzjarji
Setgħa ta’ self jew 
ġbir ta’ kapital.
23. (1) Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni bil-miktub
tal-Ministru mogħtija wara konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, tissellef, tiżgura jew tiġbor flus bil-ħruġ
ta’ obbligazzjonijiet, obbligazzjoni ta’ stock, jew sigurtà  oħra, għal
xi wieħed jew aktar mis-segwenti għanijiet tal-Korporazzjoni:
(a) il-provvista ta’ kapital biex taħdem bih;
(b) il-qadi tal-funzjonijiet tal-Korporazzjoni skond dan l-
Att;
(ċ) il-provvista ta’ kapital għat-tkabbir ta’ u żieda ma’ l-
assi attivi tal-Korporazzjoni;
(d) il-fidwa ta’ kull obbligazzjonijiet jew obbligazzjoni ta’
stock jew sigurtà  oħra illi l-Korporazzjoni tkun teħtieġ
jew ikollha jedd li tifdi;
(e) kull infiq ieħor li għandu jitħallas mill-kont kapitali. 
(2) Il-Korporazzjoni tista’, minn żmien għal żmien, tissellef
permezz ta’ overdraft jew xort’oħra, għal perijodi ta’ mhux iżjed
minn tnax-il xahar, dawk is-somom li l-Bord jista’ jeħtieġ għall-
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      15
qadi tal-funzjonijiet tiegħu skond dan l-Att:
Iżda għal kull ammont li jkun ’il fuq minn mitejn elf lira,
tkun meħtieġa l-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru.
Self b’avvanzi 
mill-Gvern.
24. (1) Kull meta il-Korporazzjoni jkollha l-ħtieġa li tissellef
permezz ta’ avvanzi mingħand il-Gvern xi somom li jistgħu jkunu
meħtieġa għall-qadi ta’ xi funzjonijiet tal-Korporazzjoni skond dan
l-Att, il-Ministru responsabbli għall-finanzi wara konsultazzjoni
mal-Ministru jista’, b’warrant iffirmat minnu u mingħajr
approprjazzjoni oħra ħlief dan l-Att, jawtorizza lill-Accountant
General biex jagħmel dawk l-avvanzi lill-Korporazzjoni jew mid-
dħul ta’ xi self kuntrattat jew miġbur għal hekk jew mill-Fond
Konsolidat; u dawk l-avvanzi għandhom isiru b’dawk il-pattijiet u
l-kundizzjonijiet li l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’
jordna.
(2) Il-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’, għal kull
waħda mill-ħtiġijiet tal-Korporazzjoni ta’ natura kapitali,
jikkuntratta jew jiġbor self, jew jidħol f’obbligazzjonijiet, għal
dawk iż-żminijiet u b’dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li jidhirlu
xierqa; u kull somom dovuti dwar jew konnessi ma’ kull self bħal
dak jew obbligazzjoni bħal dik ikunu għall-karigu tal-Fond
Konsolidat.
(3) Avviż ta’ kull self, obbligazzjonijiet jew avvanzi magħmula
skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu għandu
jingħata lill-Kamra tad-Deputati kemm jista’ jkun malajr.
(4) Sakemm jinġabar xi self hekk kif imsemmi fis-subartikolu
(2) ta’ dan l-artikolu jew għall-finijiet biex jiġi provdut lill-
Korporazzjoni kapital biex taħdem il-Ministru responsabbli għall-
finanzi jista’, b’warrant iffirmat minnu u mingħajr approprjazzjoni
oħra ħlief dan l-Att, jawtorizza lill-Accountant General biex
jagħmel avvanzi mill-Fond tal-Ħelsien tat-Teżor lill-Korporazzjoni
taħt dawk il-pattijiet li jkunu speċifikati mill-imsemmi Ministru
meta jagħmel dan.
(5) Somom riċevuti mill-Accountant  General mingħand il-
Korporazzjoni dwar avvanzi magħmula mill-Korporazzjoni skond
is-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu għandhom jitħallsu, dwar
ammonti riċevuti bħala ħlas lura, fil-Fond tal-Ħelsien tat-Teżor u,
dwar ammonti riċevuti bħala mgħax, fil-Fond Konsolidat.
Applikazzjoni tad-
dħul.
25. (1) Id-dħul tal-Korporazzjoni għal kull sena finanzjarja
għandu jiġi applikat biex jitħallsu d-drittijiet li ġejjin:
(a) ir-rimunerazzjoni, drittijiet u allowance tal-membri
tal-Bord;
(b) is-salarji jew pagi, drittijiet, rimunerazzjoni,
pensjonijiet, superannuation allowance,  gratifikaz-
zjonijiet u allowances oħra ta’ uffiċjali, impjegati,
aġenti u konsulenti tekniċi jew konsulenti oħra tal-
Korporazzjoni u ħlasijiet biex tinżamm xi skema oħra
mwaqqfa skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u
kull ħlas lill-Gvern akkont ta’ pensjonijiet jew
gratifikaz-zjonijiet skond l-artikolu 39 jew 40 ta’ dan
  16      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
l-Att;
(ċ) l-ispejjeż għat-twaqqif u għall-ħidma, u n-nefqa jew il-
provvediment għall-manutenzjoni ta’ kull waħda mill-
istallazzjonijiet tal-Korporazzjoni, u l-qadi tal-
funzjonijiet tal-Korporazzjoni li jixraq li jiġu
addebitati lill-kont tad-dħul;
(d) l-imgħax fuq kull obbligazzjoni, obbligazzjoni ta’
stock jew sigurtà  oħra maħruġa, l-imgħax fuq kull
overdraft u fuq kull self miġbur jew avvanzi riċevuti
mill-Korporazzjoni;
(e) is-somom meħtieġa li jiġu trasferiti għall-fond ta’
ammortizzament jew xort’oħra mwarrba sabiex
jagħmlu provvediment għall-fidwa ta’
obbligazzjonijiet jew obbligazzjonijiet ta’ stock jew
sigurtà  oħra jew għall-ħlas lura ta’ flus oħra mislufa;
(f) dawk is-somom li jidhrilha li jkunu xierqa li jitwarrbu
dwar deprezzament fuq il-proprjetà  tal-Korporazzjoni
meta jitqies l-ammont imwarrab mid-dħul skond il-
paragrafu (e) ta’ dan is-subartikolu;
(g) il-ħlas ta’ kull infiq ieħor approvat mill-Bord u hu
xieraq li jiġi addebitat lill-kont tad-dħul.
(2) Bla ħsara għal dawk id-direttivi li l-Ministru, wara
konsultazzjoni mal-Ministru responsabbli għall-finanzi, jista’
jagħti minn żmien għal żmien, kull dħul li jkun jeċċedi l-infiq
għandu jiġi applikat mill-Korporazzjoni biex jinħolqu fondi ta’
riżerva biex jiffinanzjaw espansjoni futura tal-Korporazzjoni; u
mingħajr ħsara għall-ġeneralità  tal-poteri mogħtija lill-Ministru
b’dan is-subartikolu, kull direttiva mogħtija mill-Ministru kif intqal
hawn fuq, kull parti minn dan l-eċċess tista’ tiġi trasferita lill-
Gvern, jew tiġi applikata b’tali mod kif ikun speċifikat fid-
direttiva.
Investiment ta’ 
fondi.
26. Il-fondi tal-Korporazzjoni li ma jkunux immedjatament
meħtieġa li jintefqu biex jitħallsu xi obbligazzjonijiet jew biex
jinqdew xi funzjonijiet tal-Korporazzjoni jistgħu jiġu investiti minn
żmien għal żmien bil-mod kif jiġi approvat mill-Ministru
responsabbli għall-finanzi.
Prezzijiet, drittijiet 
u ħlasijiet oħra 
mill-
Korporazzjoni.
27. (1) Il-prezzijiet li l-Korporazzjoni għandha tagħmel għal
kull servizz jew faċilità  provduti jew drittijiet mogħtija minnha
għandhom ikunu skond dawk it-tariffi u skemi li, minn żmien għal
żmien, jiġu preskritti.
(2) Ebda ħaġa fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu jew f’xi
tariffa bħal dik kif intqal qabel ma żżomm lill-Korporazzjoni milli
tordna prezzijiet oħra bi ftehim speċjali.
(3) Meta tippreskrivi t-tariffi u tagħmel xi ftehim dwar il-
prezzijiet li għandhom jitħallsu għall-ilma, faċilitajiet offruti jew
drittijiet mogħtija minnha u għal servizzi dwar hekk, il-
Korporazzjoni għandha tiżgura li l-prezzijiet mitluba jkunu
biżżejjed biex jagħtu dħul biżżejjed f’kull sena finanzjarja:
(a) biex jitħallsu l-ispejjeż ta’ tmexxija, u biex jiġi
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      17
provvdut għall-manutenzjoni xierqa, għad-deprez-
zament, għall-ħlasijiet ta’ imgħax fuq self u għal
ħlasijiet oħra ta’ imgħax;
(b) biex isiru ħlasijiet lura perjodiċi ta’ dejn fit-tul sa fejn
xi ħlas lura bħal dawk jeċċedi l-provvedimenti li jkun
hemm għal deprezzament; u
(ċ) biex jinħolqu riżervi biex tiġi finanzjata parti xierqa
mill-ispiża ta’ espansjoni futura, li jkunu spejjeż,
ħlasijiet lura u riżervi li tkun intrabtet għalihom jew li
tkun għamlet il-Korporazzjoni fl-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tagħha dwar l-ilma,
u kull tariffa u ftehim bħal dawk ma għandhomx jagħtu preferenza
mhux xierqa bejn konsumaturi li jkunu f’sitwaz-zjoni simili u
m’għandhomx jagħmlu diskriminazzjoni mhux xierqa bejn persuni
f’sitwazzjoni simili dwar il-provvista jew servizz mogħti u kull
ċirkostanza oħra li tkun tiġġustifika trattament preferenzjali jew
diskriminatorju.
(4) It-tariffi li l-Korporazzjoni għandha tagħmel għandhom
ikunu skond dawk ir-rati kif il-Korporazzjoni bl-approvazzjoni tal-
Ministru, tista’ tistabbilixxi minn żmien għal żmien.
Estimi tal-
Korporazzjoni.
28. (1) Il-Korporazzjoni għandha tieħu ħsieb li tħejji f’kull
sena finanzjarja, u mhux iktar tard minn sitt ġimgħat qabel li
tispiċċa kull sena bħal dik, tadotta estimi tad-dħul u nfiq tal-
Korporazzjoni għas-sena finanzjarja ta’ wara li jkun imiss.
(2) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandu jkun
fihom dak it-tagħrif u dawk il-paraguni mas-snin ta’ qabel kif
jordna l-Ministru.
(3) Kopja ta’ l-estimi tal-Korporazzjoni għandha, malli jiġu
adottati mill-Bord, tintbagħat minnufih mill-Bord lill-Ministru
flimkien mar-rapport ta’ l-attività  tal-Korporazzjoni li tkun saret
fis-sena finanzjarja preċedenti.
(4) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità  u mhux iktar
tard mill-ewwel seduta tal-Kamra wara erba’ ġimgħat li jkun
irċieva kopja ta’ l-estimi u r-rapport tal-Korporazzjoni hawn
imsemmija fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu, jieħu ħsieb li dawk
l-estimi u r-rapport jitqiegħdu quddiem il-Kamra tad-Deputati
flimkien ma’ mozzjoni li l-Kamra tapprova dawk l-estimi. Ma
għandhomx jingħataw aktar minn żewġ seduti biex il-Kamra
tiddiskuti dik il-mozzjoni; u kemm dik il-mozzjoni kif ukoll l-
approvazzjoni ta’ l-estimi mill-Kamra jistgħu jkunu b’emendi
għall-estimi jew mingħajr emendi.
(5) Ma jista’ jsir ebda nfiq mill-Korporazzjoni jekk dan ma
jkunx approvat mill-Kamra tad-Deputati:
Iżda:
(a) sakemm igħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja jew sakemm ikun hemm l-approvazzjoni
ta’ l-estimi għal dik is-sena mill-Kamra, skond liema
tkun l-ewwel data, il-Korporazzjoni tista’ tagħmel
infiq biex taqdi l-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att
  18      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
ta’ mhux iktar b’kollox minn nofs l-ammont approvat
għas-sena finanzjarja ta’ qabel;
(b) infiq approvat dwar kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, isir dwar kap jew
sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) jekk dwar xi sena finanzjarja jinsab li l-ammont
approvat mill-Kamra ma jkunx biżżejjed jew tinqala’
l-ħtieġa għal infiq li ma jkunx provdut għalih fl-estimi,
l-Bord jista’ jadotta estimi supplimentari għall-
approvazzjoni tal-Kamra, iżda bil-kundizzjoni li din
tingħata’, jista’ f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvaz-
zjoni tal-Ministru, jagħmel l-infiq relattiv; barra minn
hekk f’każ bħal dan id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li
japplikaw għall-estimi għandhom safejn ikun
prattikabbli japplikaw għall-estimi supplimentari:
Iżda wkoll dwar l-ewwel sena finanzjarja tal-
Korporazzjoni, dan l-artikolu għandu japplika daqslikieku kien
jeħtieġ lil Bord li jadotta l-estimi għal dik is-sena mhux aktar tard
minn tnax-il ġimgħa mil-ġurnata stabbilita*, u daqslikieku, sakemm
tingħata l-approvazzjoni ta’ l-estimi għal dik is-sena mill-Kamra
tad-Deputati, u bla ħsara li l-infiq totali għal dik is-sena ma jkunx
iżjed mill-ammont approvat mill-Kamra, ebda limitu ma tqiegħdu
fuq dik is-setgħa tal-Korporazzjoni biex tagħmel infiq.
(6) L-estimi u l-estimi supplimentari kollha approvati mill-
Kamra tad-Deputati għandhom, malajr kemm jista’ jkun, jiġu
pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
(7) Dan l-artikolu għandu japplika għall-ewwel sena
finanzjarja u għas-snin finanzjarji sussegwenti.
Kontijiet u 
verifika.
Emendat:
XVI. 1997.8.
29. (1) ll-Korporazzjoni għandha tieħu ħsieb li jinżammu
kontijiet xierqa u reġistri oħra dwar ix-xogħol tagħha, u għandha
tieħu ħsieb li titħejja stqarrija ta’ kontijiet interim għall-perijodu
ta’ l-ewwel sitt xhur u stqarrija ta’ kontijiet għat-tieni perijodu ta’
sitt xhur għal kull sena finanzjarja, flimkien ma’ stqarrija ta’
kontijiet tas-sena finanzjarja kollha li juru verament u fedelment l-
istat ta’ l-affarijiet tagħha.
(2) Il-kontijiet tal-Korporazzjoni għandhom jiġu verifikati
minn awditur jew awdituri nominati minnha u approvati mill-
Ministru:
Iżda l-Ministru jista’ jeħtieġ li l-kotba u l-kontijiet tal-
Korporazzjonji jiġu verifikati jew eżaminati mill-Awditur Ġenerali
li jkollu għal dan l-għan is-setgħa li jagħmel verifiki fiżiċi u
verifiki oħra kif jidhirlu xieraq.
(3) L-istqarrija tal-kontijiet interim dwar l-ewwel perjodu ta’
sitt xhur ta’ kull sena finanzjarja, verifikati kif jixraq, għandha tiġi
addottata mill-Bord mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-
tmiem ta’ dan il-perijodu u għandha tiġi trasmessa immedjatament
lill-Ministru flimkien ma’ kopja ta’ kull rapport magħmul mill-
*20 ta’ Jannar, 1992 - ara l-Avviż Legali 7 ta’ l-1992.
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      19
awditur jew awdituri fuq dik l-istqarrija jew fuq il-kontijiet tal-
Korporazzjoni.
(4) L-istqarrija tal-kontijiet dwar it-tieni perijodu ta’ sitt xhur
ta’ kull sena finanzjarja flimkien ma’ l-istqarrija tal-kontijiet dwar
is-sena finanzjarja kollha, it-tnejn verifikati kif jixraq, għandhom
jiġu addottati mill-Bord mhux aktar tard minn għaxar ġimgħat wara
t-tmiem tas-sena finanzjarja u għandhom jiġu trasmessi
immedjatament lill-Ministru flimkien ma’ kopja ta’ kull rapport
magħmul mill-awditur jew awdituri fuq dawk l-istqarrijiet jew
kontijiet tal-Korporazzjoni.
(5) Qabel it-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, il-Ministru għandu
jieħu ħsieb iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati, flimkien
mal-mozzjoni li tkun ġiet imqiegħda quddiem il-Kamra skond l-
artikolu 28, kopja tas-segwenti:
(a) l-istqarrija tal-kontijiet interim u rapport ieħor dwar l-
ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja kurrenti;
(b) stqarrija ta’ kontijiet u kull rapport dwar it-tieni sitt
xhur tas-sena finanzjarja immedjatament preċedenti; u
(ċ) stqarrija ta’ kontijiet u kull rapport dwar is-sena
finanzjarja sħiħa immedjatament preċedenti.
Depożiti ta’ flus u 
ħlasijiet.
30. (1) Il-flejjes kollha tal-Korporazzjoni, li jkunu ġejjin minn
kull ħaġa li ssir taħt dan l-Att għandhom jitħallsu f’bank jew
f’banek maħtura b’riżoluzzjoni tal-Bord u approvati mill-Ministru.
Dawk il-flejjes għandhom safejn ikun prattikabbli jitħallsu f’dak il-
bank minn jum għall-ieħor, ħlief dik is-somma li l-Bord jawtorizza
li tinżamm biex jitħallsu spejjeż żgħar u ħlasijiet immedjati.
(2) Il-ħlasijiet kollha mill-fondi tal-Korporazzjoni ħlief spejjeż
żgħar li ma jkunux aktar minn ammont stabbilit mill-Bord,
għandhom isiru minn dak l-uffiċjal jew minn dawk l-uffiċjali tal-
Korporazzjoni li l-Bord jaħtar jew jinnomina għal hekk.
(3) Ċekkijiet fuq jew żbanki minn xi kont tal-Korporazzjoni
għandhom jiġu ffirmati minn dak l-uffiċjal tal-Korporazzjoni li
jkun imsemmi mill-Bord għal hekk u għandhom ikunu kontro-
firmati miċ-Chairman jew minn dak il-membru l-ieħor tal-Bord jew
minn dak l-uffiċjal l-ieħor tal-Korporazzjoni li jkunu ġew
awtorizzati mill-Bord għal hekk.
(4) Il-Korporazzjoni għandha tipprovdi wkoll għal dak kollu li
hu meħtieġ għaż-żamma u l-kontroll tal-kontijiet u l-kotba tagħha u
għall-kontroll tal-finanzi tagħha.
Rapport Annwali. 
egħluq ta’ kull sena finanzjarja, jagħmel u jibgħat lill-Ministru
rapport li jittratta b’mod ġenerali dwar l-attivitajiet tal-
Korporazzjoni matul dik is-sena u li jkun fih dak it-tagħrif dwar il-
ħidma u l-policy tal-Korporazzjoni kif il-Ministru jista’ jeħtieġ
minn żmien għal żmien. Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-
Ministru u jitqiegħed quddiem il-Kamra skond l-artikolu 28 ta’ dan
l-Att.
  20      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
TAQSIMA IV
Trasferiment lill-Korporazzjoni ta’ Impriżi ta’ l-Istat
Trasferiment lill-
Korporazzjoni ta’ 
impriżi ta’ l-Istat. 
32. (1) B’seħħ mil-ġurnata stabbilita* l-impriżi kollha li
għalihom japplika dan l-artikolu għandhom, bis-saħħa ta’ dan l-Att
u mingħajr assigurazzjoni oħra, jiġu trasferiti lil, u vestiti fil-
Korporazzjoni taħt l-istess titolu li bih kienu miżmuma mill-Gvern
minnufih qabel dik il-ġurnata.
(2) Dak it-trasferiment ikun jestendi għall-intier ta’ dawk l-
impriżi pubbliċi u għandu jinkludi kull impjant, artijiet, xogħlijiet u
proprjetà  oħra mobbli jew immobbli, attiv, setgħat, jeddijiet,
privileġġi u kawżi ta’ azzjonijiet miżmuma jew posseduti dwarhom
jew li huma tagħhom.
Fteħim ta’ liġijiet, 
kuntratti, eċċ., 
eżistenti. 
33. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kull liġi,
regola, regolament, ordni, sentenza, digriet, deċiżjoni, dokument,
mandat u arranġament dwar xogħol, li kien jeżisti minnufih qabel
il-ġurnata stabbilita#, li jolqot jew li għandu x’jaqsam ma’ xi
waħda mill-impriżi trasferiti, għandu jkollu saħħa u effett sħiħ
kontra jew favur il-Korporazzjoni u għandu jiġi eżegwit għal
kollox u effettivament bħallikieku minflok il-Gvern, il-
Korporazzjoni kienet imsemmija fihom jew kienet parti għalihom,
skond il-każ.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
34. (1) Meta xi ħaġa tkun bdiet bis-saħħa jew taħt l-awtorità
tal-Gvern qabel il-ġurnata stabbilita* u dik il-ħaġa jkollha x’taqsam
ma’ xi waħda mill-impriżi trasferiti jew kull jedd jew
responsabbiltà  trasferiti b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu, dik il-
ħaġa tista’ titkompla bis-saħħa jew bl-awtorità  tal-Korporazzjoni.
(2) Meta minnufih qabel il-ġurnata stabbilita* jkun hemm xi
proċedimenti legali pendenti li fihom il-Gvern ikun parti jew ikollu
jedd li jkun parti, u dawk il-proċedimenti jkunu jirreferu għal xi
waħda mill-impriżi trasferiti jew għal xi jedd jew responsabbiltà
trasferita b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu, il-Korporazzjoni
għandha tkun sostitwita f’dawk il-proċedimenti minflok il-Gvern,
jew għandha d-dritt li tkun hekk sostitwita.
(3) Il-Ministru jista’ b’ordni jagħmel dawk id-disposizzjonijiet
inċidentali, konsegwenzjali u supplimentari li jistgħu jkunu
meħtieġa jew spedjenti sabiex jiġi żgurat u biex jingħata effett sħiħ
lit-trasferiment ta’ xi impriża jew xi jedd jew responsabbiltà  tal-
Korporazzjoni b’dan l-Att jew bis-saħħa tiegħu u jista’ jagħmel
dawk l-ordnijiet li jidhirlu xierqa biex xi setgħat u dmirijiet
eżerċitati mill-Gvern dwar xi waħda mill-impriżi trasferiti, jistgħu
jiġu eżerċitati f’isem u għan-nom tal-Korporazzjoni.
Twaqqif ta’ 
obbligazzjoni ta’ 
stock permanenti 
favur il-Gvern. 
35. (1) Malli jkun prattikabbli wara li dan l-Att imur fis-seħħ,
il-Bord għandu jwaqqaf u joħroġ favur il-Gvern, rigward il-valur
nett ta’ l-assi trasferiti lill-Bord mill-Gvern skond il-provvedimenti
ta’ dan l-Att, obbligazzjoni ta’ stock permanenti b’imgħax ta’ sitta
fil-mija fis-sena pagabbli f’dawk iż-żminijiet u taħt dawk il-
*20 ta’ Jannar, 1992 - ara l-Avviż Legali 7 ta’ l-1992.
#20 ta’ Jannar, 1992 - ara l-Avviż Legali 7 ta’ l-1992.
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      21
kundizzjonijiet li jiġu miftehma bejn il-Gvern u l-Bord.
(2) L-imsemmi valur nett għandu jiġi miftiehem bejn il-Gvern
u l-Bord.
TAQSIMA V
Uffiċjali u Impjegati tal-Korporazzjoni
Ħatra u funzjonijiet 
ta’ Chief Executive 
u ta’ uffiċjali w 
impjegati oħra tal-
Korporazzjoni. 
36. Il-Korporazzjoni għandha taħtar u  timpjega, b’dik ir-
rimunerazzjoni u fuq dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li tista’
tistabbilixxi skond l-artikolu 13 ta’ dan l-Att, dawk l-uffiċjali w
impjegati li minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa għall-qadi
xieraq u effiċjenti tal-funzjonijiet tagħha:
Iżda meta jinħatar iċ-Chief Executive dan għandu jintgħażel
u jinħatar bl-approvazzjoni tal-Ministru.
Proġetti ta’ 
superannuation, 
eċċ., għal uffiċjali 
w impjegati tal-
Korporazzjoni.
37. (1) Bla ħsara għall-approvazzjoni tal-Ministru, u safejn
ikun jaqbel mad-disposizzjonijiet ta’ din it-Taqsima dwar uffiċjali
pubbliċi li jaċċettaw impieg permanenti mal-Korporazzjoni u dwar
impjegati oħra tal-Gvern trasferiti għas-servizz tal-Korporazzjoni,
il-Korporazzjoni tista’ tistabbilixxi proġetti għall-ħlas ta’
superannuation allowances, pensjonijiet jew gratifikazzjoni lil
uffiċjali jew impjegati tal-Korporazzjoni li jirtiraw mis-servizz
tagħha jew li xort’oħra ma jibqgħux iżommu l-kariga magħha
minħabba l-età , jew inkapaċità  fiżika jew mentali, jew abolizzjoni
ta’ kariga.
(2) Ebda assikurazzjoni fuq il-ħajja ta’ xi kontributur skond xi
proġett bħal dak, u ebda flejjes jew benefiċċji oħra li jitħallas
skond xi assikurazzjoni bħal dik, u ebda pensjoni, gratifikazzjoni
jew allowance oħra mogħtija skond xi proġett lil xi persuna li tkun
ġiet impjegata mal-Korporazzjoni, ma tista’ tiġi ċeduta jew
trasferita, jew ma tista’ tiġi sekwestrata jew maqbuda għal jew
dwar xi dejn jew pretensjoni oħra tkun li tkun, ħlief dejn dovut lill-
Korporazzjoni.
Allokazzjoni ta’ 
uffiċjali pubbliċi 
għal dmirijiet mal- 
Korporazzjoni.
38. (1) Dawk l-uffiċjali pubbliċi impjegati fid-Dipartiment
tax-Xogħlijiet ta’ l-Ilma jew f’xi dipartimenti oħra tal-Gvern li l-
funzjonijiet tagħhom jiġu trasferiti lill-Korporazzjoni minn żmien
għall-ieħor, minnufih qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-artikolu dwar
dak id-dipartiment skond kif jordna l-Prim Ministru għandhom,
minn dak il-bidu fis-seħħ ta’ dik l-ordni jkunu allokati għal
dmirijiet mal-Korporazzjoni b’dawk id-dmirijiet skond id-direttiva
tal-Prim Ministru.
(2) Kull ordni mogħti mill-Prim Ministru qabel id-data tal-jum
fis-seħħ ta’ dan l-artikolu bil-għan li talloka xi uffiċjal hekk kif
intqal qabel għal dmirijiet mal-Korporazzjoni hekk ukoll kif intqal
qabel, għandu jkun ta’ l-istess effett u validità  daqslikieku dak l-
ordni kien mogħti wara dak il-jum fis-seħħ.
  22      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
(3) Il-Prim Ministru jista’ wkoll, fuq it-talba tal-Korporazzjoni,
minn żmien għal żmien jordna li kull uffiċjal pubbliku jibqa’
allokat għal dmirijiet mal-Korporazzjoni f’dik il-kariga u b’effett
minn dik id-data li tista’ tiġi speċifikata fid-direttiva tal-Prim
Ministru.
(4) Il-perijodu li matulu id-direttiva kif intqal qabel għandha
tapplika għal kull uffiċjal speċifikat fiha, kemm-il darba l-uffiċjal
ma jmutx, jew ma jirtirax mis-servizz pubbliku, jew xort’oħra ma
jkomplix fil-kariga f’data qabel, jew kemm-il darba perijodu
differenti ma jiġix speċifikat f’dik id-direttiva, għandu jintemm
malli tiġri xi waħda mill-ġrajjiet li ġejjin, jiġifieri:
(a) l-aċċettazzjoni minn dak l-uffiċjal ta’ offerta ta’
trasferiment għas-servizz ta’, u impieg permanenti
mal-Korporazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 40 ta’ dan l-Att; jew
(b) ir-revoka ta’ dik id-direttiva dwar dak l-uffiċjal mill-
Prim Ministru.
(5) Meta direttiva kif imsemmi qabel f’xi wieħed mis-
subartikoli (1), (2) jew (3) tiġi revokata mill-Prim Ministru dwar xi
uffiċjal, il-Prim Ministru jista’, b’direttiva oħra, jalloka lil dak l-
uffiċjal għal dmirijiet mal-Korporazzjoni f’dik il-kariga u b’effett
minn dik id-data li tista’ tiġi speċifikata fid-direttiva tal-Prim
Ministru, u d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (4) ta’ dan l-artikolu
għandhom malli jsir dan japplikaw dwar il-perijodu ta’ tul ta’ kull
direttiva oħra bħal dik dwar dak l-uffiċjal.
Stat ta’ uffiċjali 
pubbliċi allokati 
fuq dmirijiet mal- 
Korporazzjoni.
39. (1) Meta xi uffiċjal jiġi allokat fuq dmirijiet mal-
Korporazzjoni skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
38 ta’ dan l-Att, dak l-uffiċjal għandu, matul dak iż-żmien li fiha
dik id-direttiva tkun isseħħ dwaru, ikun taħt l-awtorità
amministrattiva u l-kontroll tal-Korporazzjoni, iżda dan għandu
għall-finijiet u effetti kollha jibqa’ jitqies u jiġi trattat bħala uffiċjal
pubbliku.
(2) Bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel, uffiċjal
allokat fuq dmirijiet kif intqal qabel -
(a) ma għandux matul iż-żmien li dwaru jkun hekk
allokat:
(i) ikun imċaħħad milli japplika għal trasferiment
f’dipartiment tal-Gvern skond il-pattijiet u l-
kundizzjonijiet tas-servizz marbuta mal-ħatra
mal-Gvern li hu jkollu fid-data li fiha jiġi hekk
allokat fuq dmirijiet; jew
(ii) ikun hekk impjegat illi r-rimunerazzjoni tiegħu u
l-kundizzjonijiet tas-servizz ikunu inqas
favorevoli minn dawk marbuta mal-ħatra mal-
Gvern li hu jkollu fl-imsemmija data, jew li
setgħu jiġu marbuta ma’ dik il-ħatra, matul dak
il-perijodu, kieku dak l-uffiċjal ma kienx
imqabbad fuq dmirijiet mal-Korporazzjoni;
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      23
Kap. 93. 
Kap. 58.
(b) ikollu l-jedd li s-servizz tiegħu mal-Korporazzjoni
jkun meqjus bħala servizz mal-Gvern għall-finijiet ta’
xi pensjoni, gratifikazzjoni, jew benefiċċju taħt l-
Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u l-Att dwar il-
Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema u għal kull
jedd jew privileġġ ieħor li kien ikollu dritt għalih, u
jkun suġġett għal kull responsabbiltà  li kien ikun
responsabbli għaliha, kieku ma kienx il-fatt li hu ġie
allokat għal dmirijiet mal-Korporazzjoni.
(3) Meta ssir applikazzjoni kif provdut fis-sub-paragrafu (i)
tal-paragrafu (a) tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu din għandha
tiġi kunsidrata daqslikieku l-applikant ma ġiex allokat għal servizz
mal-Korporazzjoni.
(4) Il-Korporazzjoni għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa minħabba l-
pensjonijiet u l-gratifikazzjonijiet dovuti lil uffiċjal allokat għal
dmirijiet mal-Korporazzjoni kif imsemmi qabel matul iż-żmien li
fih ikun hekk allokat.
Offerta ta’ mpieg 
permanenti mal-
Korporazzjoni lil 
uffiċjali pubbliċi 
allokati fuq 
dmirijiet mal-
Korporazzjoni.
40. (1) Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim
Ministru, u skond pattijiet u kundizzjonijiet li hi tiddetermina
skond l-artikolu 13 ta’ dan l-Att, toffri lil kull uffiċjal allokat għal
dmirijiet mal-Korporazzjoni skond xi waħda mid-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 38 ta’ dan l-Att impieg permanenti mal-Korporazzjoni
b’rimunerazzjoni u fuq dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet mhux
anqas favorevoli minn dawk li jkollu dak l-uffiċjal fid-data ta’ dik
l-offerta.
(2) Il-pattijiet u l-kundizzjonijiet kompriżi f’xi offerta
magħmula kif intqal qabel m’għandhomx jitqiesu li jkunu anqas
favorevoli minħabba biss li ma jkunux fid-dettalji kollha bħal jew
ogħla minn dawk li jkollu dak l-uffiċjal fid-data ta’ dik l-offerta,
jekk dawk il-pattijiet u l-kundizzjonijiet meħuda flimkien, fil-
fehma tal-Prim Ministru, joffru b’mod sostanzjali benefiċċji li
jkunu ndaqs jew akbar.
Kap. 93.
Kap. 58.
(3) Kull uffiċjal li jaċċetta mpieg permanenti mal-
Korporazzjoni offert lilu skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(1) ta’ dan l-artikolu għandu, għall-finijiet kollha barra minn dawk
ta’ l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet u ta’ l-Att dwar il-Pensjonijiet
lil Nisa Romol u Tfal Iltiema, jitqies li temm milli jkun fis-servizz
tal-Gvern u li daħal fis-servizz tal-Korporazzjoni fid-data ta’ l-
aċċettazzjoni tiegħu, u għall-finijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza u
ta’ l-imsemmi Att, sa fejn japplikaw għalih, servizz mal-
Korporazzjoni għandu jitqies li hu servizz mal-Gvern fit-tifsiriet li
hemm fihom rispettivament.
Kap. 58.
(4) Kull uffiċjal bħal dak kif intqal qabel li, minnufih qabel ma
jaċċetta impieg permanenti mal-Korporazzjoni, kien kontributur
skond l-Att dwar il-Pensjonijiet lil Nisa Romol u Tfal Iltiema
għandu jibqa’ jkompli jibbenefika minnhom għall-finijiet kollha
bħallikieku s-servizz tiegħu mal-Korporazzjoni kien servizz tiegħu
mal-Gvern.
  24      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
(5) Il-Korporazzjoni għandha tħallas lill-Gvern dawk il-
kontribuzzjonijiet li minn żmien għal żmien jiġu stabbiliti mill-
Ministru responsabbli għall-finanzi dwar in-nefqa għall-
pensjonijiet u gratifikazzjonijiet dovuti lil uffiċjal li jkun aċċetta
impieg permanenti mal-Korporazzjoni kif imsemmi qabel matul il-
perijodu li jibda mid-data ta’ l-aċċettazzjoni ta’ dak l-uffiċjal.
TAQSIMA VI
Kuntratti u Setgħa għal Ksib jew Tneħħija ta’ Proprjetà
Kuntratti ta’ 
provvista jew ta’ 
xogħlijiet. 
41. Ħlief bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija għal
raġunijiet speċjali, il-Korporazzjoni ma għandha tagħmel ebda
kuntratt għall-provvista ta’ oġġetti jew materjali jew għall-
eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet li huwa stmat mill-Bord li jinvolvi nefqa
ta’ aktar minn tlett elef lira jew somma oħra kif il-Ministru jista’,
bl-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-finanzi,
jiddetermina b’avviż, kemm-il darba avviż tal-ħsieb tal-
Korporazzjoni li tagħmel il-kuntratt ma jkunx ġie ppubblikat u
jkunu nħarġu offerti kompetittivi.
Setgħa għal ksib u 
tneħħija ta’ 
proprjetà .
42. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-aħħar artikolu
qabel dan, il-Korporazzjoni tista’ għall-fini tal-qadi xieraq u
effiċjenti tagħha skond dan l-Att - 
(a) tixtri jew xort’oħra tikseb u żżomm xi proprjetà
mobbli u tneħħi kull proprjetà  bħal dik; u
(b) tixtri jew xort’oħra tikseb u żżomm kull art jew
proprjetà  oħra immobbli jew interess fihom u tieħu
kull proprjetà  bħal dik b’kiri jew b’kull titlu ieħor ikun
li jkun.
(2) Il-Korporazzjoni tista’, bl-awtorità  bil-miktub tal-Prim
Ministru, tittrasferixxi jew tipoteka kull art jew proprjetà  oħra
immobbli jew interess fihom vestiti fil-Korporazzjoni b’dan l-Att
jew xort’oħra miksuba mill-Korporazzjoni u tista’ wkoll, bil-
kunsens tal-Ministru, tagħti b’kiri dawk l-artijiet jew proprjetà  għal
kull żmien.
TAQSIMA VII
Disposizzjonijiet Mixxellanji
Liċenzi għall-
provvista, bejgħ, 
eċċ., ta’ l-ilma, 
pompi ta’ l-ilma 
jew apparat ieħor li 
għandu x’jaqsam 
mal-provvista ta’ l-
ilma.
43.(1)(a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, ebda
persuna ma għandha f’Malta, ħlief għal jew f’isem il-
Korporazzjoni, jew bi ftehim jew skond arranġamenti
mal- Korporazzjoni, jew bis-saħħa ta’ liċenza tal-
Korporazzjoni jew skond regolamenti magħmula taħt
dan l-Att - 
(i) ittella’ ilma, jew tagħmel xi xogħol ieħor jew
tqiegħed xi apparat jew ħaġa oħra li għandha
x’taqsam mal-manifattura, desalinazzjoni,
raffinar, trattament, provvista, ħażna u distribuz-
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      25
zjoni ta’ l-ilma; iżda ebda ħaġa f’dan l-Att ma
għandha żżomm il-bini ta’ ġibjun bil-għan li jiġi
konservat l-ilma tal-wiċċ;
(ii) tikseb, timmanifattura, iżżomm, taħżen,
tqassam, tbiegħ fit-toroq, tesporta jew xort’oħra
tiddisponi minn ilma bil-għan ta’ bejgħ jew
provvista ta’ ilma;
(iii) tagħmel, tixtri jew xort’oħra takkwista, tbiegħ
jew xort’oħra tiddisponi minn jew ikollha fil-
pussess tagħha jew taħt il-kontroll tagħha xi
pompa ta’ l-ilma jew xi apparat li għandu
x’jaqsam mal-produzzjoni, provvista jew
distribuzzjoni ta’ l-ilma; u l-ebda persuna ma
għandha tbiegħ jew xort’oħra tiddisponi minn xi
apparat bħal dak lil xi persuna li ma jkollhiex
liċenza biex tixtri jew xort’oħra takkwista dak l-
apparat;
(iv) tħaffer bir, jew tagħmel spiera, jew tħaffer kanal
f’area ta’ tisqija mingħajr il-permess tal-
Korporazzjoni, bil-għan li jinġabar ilma ta’ taħt
l-art jew tagħmel xogħlijiet oħra, huma
x’inhuma, li jirriduċu jew jostakolaw il-
provvista ta’ ilma tal-Korporazzjoni;
(v) tuża jew tiddisponi mill-ilma provdut lilha mill-
Korporazzjoni għal skopijiet oħra barra minn
dawk li għalihom ikun ġie provdut;
(vi) tiddisponi mid-drenaġġ, ilma mhux tax-xorb u
tax-xita ħlief kif ikun preskritt mill-
Korporazzjoni;
(vii) b’xi mod ieħor tidħol fuq id-drittijiet esklużivi
vestiti fil-Korporazzjoni bl-artikolu 3 ta’ dan l-
Att.
(b) Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafi (i) sa (iii) tal-
paragrafu (a) ma japplikawx għal ilma tax-xorb fil-
flixkun.
(2) Kull persuna li mingħajr debita ġustifikazzjoni, tikser xi
waħda mid-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Għoti ta’ liċenzi 
mill-Korporazzjoni 
u arranġamenti 
oħra.
44.(1)(a) Il-Korporazzjoni tista’, fid-diskrezzjoni tagħha u taħt
dawk il-pattijiet u kundizzjonijet li jidhrilha xierqa,
tagħti liċenza bil-miktub lil kull persuna - 
(i) għall-manifattura, proviżjon u ħażna u provvista
ta’ ilma jew għall-użu ta’ dik il-persuna biss jew
għall-użu ta’ dawk il-persuni l-oħra, sew jekk
speċifikati bl-isem jew b’riferenza għal xi area
jew lokalità , kif jista’ jiġi permess mill-
Korporazzjoni;
(ii) għall-ksib, manifattura, provvista, ħażna,
tqassim, bejgħ, esportazzjoni jew tneħhija oħra
ta’ ilma jew għal xi attività  waħda minn dawk
  26      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
jew għal iktar, magħduda, iżda bla ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel, il-
kostruzzjoni jew il-bini ta’ bjar, jew strutturi
oħra, jew pompi ta’ l-ilma jew apparat
mekkaniku ieħor, għall-manifattura, desalinaz-
zjoni, trattament, raffinar, ħażna, provvista,
bejgħ jew distribuzzjoni ta’ ilma;
(iii) għall-manifattura, xiri jew akkwist, bejgħ jew
tneħħija minn, pussess ta’ jew kontroll fuq kull
pompa ta’ l-ilma jew kull apparat ieħor li għandu
x’jaqsam mal-produzzjoni, provvista jew
distribuzzjoni ta’ ilma;
(iv) tarmi jew xort’oħra tiddisponi minn skart
likwidu industrijali kif ordnat mill-
Korporazzjoni u wara dak it-trattament li l-
Korporazzjoni jidhrilha xieraq;
(v)* tiddisponi mill-ilma tax-xita f’mogħdija, widien
jew f’postijiet oħra kif ordnat mill-
Korporazzjoni u wara dak it-trattament li l-
Korporazzjoni jidhrilha xieraq,
u ma’ kull liċenza kif imsemmi qabel tista’ żżid dawk
il-pattijiet u kundizzjonijiet li jidhrilha xierqa, u tista’
wkoll tagħmel dawk l-arranġamenti u tidħol f’kull
ftehim ma’ kull persuna għall-finijiet kollha hawn fuq
imsemmija, jew xort’oħra in konnessjoni ma’ kull
attività  tagħha skond dan l-Att, kif jidhrilha xieraq u
espedjenti.
(b) Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafi (i) sa (iii) tal-
paragrafu (a) ma japplikawx għal ilma tax-xorb fil-
flixkun.
(2) Liċenzi maħruġa skond is-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu
u kull patt u kundizzjoni, arranġament jew ftehim magħmul bis-
saħħa tiegħu, għandhom, sakemm jiġġeddu, ikunu validi għaż-
żmien li jkunu ngħataw, ġew magħmula jew imġedda:
Iżda jekk ma jiġix speċifikat ebda żmien ta’ validità , kull
liċenza, arranġament jew ftehim bħal dawk jibqgħu validi sal-31 ta’
Diċembru tas-sena li fiha jkunu ngħataw, intgħamlu jew iġġeddew.
(3) Għandhom jitħallsu mal-ħruġ u mat-tiġdid ta’ kull liċenza
skond dan l-artikolu dawk id-drittijiet li jistgħu jiġu preskritti.
(4) Liċenza maħruġa skond dan l-artikolu u kull patt u
kundizzjoni tagħha, u kull arranġament jew ftehim li għalih
japplika l-proviso tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu, jistgħu
f’kull żmien jiġu sospiżi jew revokati mill-Korporazzjoni bi qbil
mal-Ministru, jekk ikun hemm ċirkostanzi fejn, fil-fehma tal-
Korporazzjoni, xi liċenza, arranġament jew ftehim bħal dak għandu
jiġi sospiż jew revokat. Kull sospensjoni jew revoka għandha tkun
bla preġudizzju għal kull piena li għaliha kull min ikollu liċenza
jkun suġġett kif jinstab f’dik il-liċenza, jew dak l-arranġament jew
*fis-seħħ limitatament għas-sistemi ta’ l-ilma tax-xita f’mogħdija.
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      27
ftehim.
(5) Meta xi persuna taġixxi bi ksur ta’ xi patt jew kundizzjoni
ta’ liċenza mogħtija mill-Korporazzjoni jew ta’ arranġament jew
ftehim li jsir mal-Korporazzjoni, għandha titqies li kienet qed
taġixxi mingħajr dik il-liċenza, jew dak l-arranġament jew ftehim.
(6) Il-ħruġ ta’ liċenza minn, jew l-egħmil ta’ xi arranġament
jew ftehim mal-Korporazzjoni, ma jeżenta lil ebda persuna mill-
ħtiġijiet ta’ kull liġi oħra.
Setgħa għall-
egħmil ta’ 
regolamenti.
45. Il-Korporazzjoni tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru,
tagħmel regolamenti, li ma jkunux inkonsistenti mad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, biex tippreskrivi u xort’oħra
tipprovdi dwar:
(a) id-dmirijiet ta’ kull uffiċjal tal-Korporazzjoni maħtur
skond l-artikolu 36 ta’ dan l-Att għall-finijiet li jsiru
spezzjonijiet, l-intervalli, il-ħinijiet u b’liema mod kull
stallazzjoni, apparat u proprjetà  oħra bħal dawk tal-
Korporazzjoni għandhom jiġu spezzjonati, u l-avviż
(jekk għandu jkun hemm) li għandu jingħata dwar l-
ispezzjonijiet;
(b) il-kundizzjonijiet li taħthom kull stallazzjoni, apparat,
materjal, fittings jew proprjetà  oħra tal-Korporazzjoni
għandhom jiġu mqiegħda, imħaddma, issirilhom
manutenzjoni, jiġu protetti, kontrollati jew b’xi mod
ieħor imħarsa, il-mod kif jitqiegħdu bla periklu u l-
projbizzjoni ta’ l-użu ta’ kull stallazzjoni, apparat jew
tagħmir perikoluż;
(ċ) il-kundizzjonijiet li fuqhom, il-mod li bih, il-ħin u l-
kwantità  ta’ kif l-ilma għandu jiġi provdut;
(d) il-kundizzjonijiet dwar l-użu tal-pompi ta’ l-ilma u ta’
kull apparat użat fil-produzzjoni, manifattura u
distribuzzjoni ta’ l-ilma u dwar it-tħaffir, tkabbir jew
il-modifikazzjoni u l-użu tal-bjar;
(e) disposizzjonijiet dwar it-tħaffir u l-użu tal-bjar u tal-
pompi ta’ ilma f’żoni kontrollati;
(f) il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jingħata self ta’ flus
lill-proprjetarji ta’ fondi li jixtiequ jħaffru bjar,
jgħaddu mini, jibnu kanali, jew xort’oħra jtejbu l-
provvista ta’ ilma fil-fondi tagħhom;
(g) l-istandards li jiġu wżati għall-kejl ta’ qisien ta’
stallazzjonijiet u apparat, u l-mod li bih il-provvista ta’
ilma għandha titkejjel;
(h) il-kundizzjonijiet li taħthom il-provvista ta’ ilma tiġi
maqtugħa jew ristretta;
(i) kull tariffa ta’ prezzijiet, kera, u ħlasijiet li jistgħu jew
li huma meħtieġa li jiġu preskritti bi jew skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew xi regolamenti
magħmula bis-saħħa tagħhom u l-ħin, il-post u l-mod
għall-ħlas ta’ dawk il-prezzijiet, krejjiet, jew ħlasijiet
u l-mod tal-ġbir u t-tneħħija tagħhom;
  28      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
(j) il-kwalifiki li persuni għandu jkollhom qabel ma jiġu
mqabbda biex jibnu, iqiegħdu, isewwu, jibdlu jew
jikkontrollaw xi apparat, fittings jew stallazzjoni u x-
xorta ta’ provi li għandhom isiru sabiex jiġu żgurati
jekk dawk il-persuni jkollhomx dawk il-kwalifiki;
(k) il-miżuri li għandhom jittieħdu u n-natura u l-kwalità  u
fittings li għandhom jiġu provduti u wżati dwar l-
istallazzjoni sabiex tiġi żgurata s-sigurtà  pubblika u s-
sigurtà  privata;
(l) il-kwalità , disinn u l-livell ta’ xogħol mitlub f’kull
kumnikazzjoni tad-drenaġġ, ilma mhux tax-xorb jew
sistemi ta’ l-ilma tax-xita proprjetà  tal-Korporazzjoni;
(m) il-metodi li għandhom jintużaw għall-provvista ta’
servizzi mogħtija mill-Korporazzjoni, il-garanzija li
għandha tingħata minn persuni li jkunu jixtiequ jiksbu
dawk is-servizzi, il-kundizzjonijiet biex ma jitkomplux
dawk is-servizzi, f’każijiet fejn il-ħtiġijiet ta’ dan l-Att
jew ta’ xi regolament magħmul bis-saħħa tiegħu ma
jkunux ġew imħarsa, jew meta persuna tkun qiegħda
lura fil-ħlasijiet ta’ xi prezzijiet, ħlasijiet jew drittijiet
xierqa, jew meta tuża apparat, strumenti jew fittings
difettużi, kif ukoll f’każijiet oħra fejn ikun meħtieġa
jew aħjar li ma jitkomplux dawk is-servizzi;
(n) il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li taħthom dipartimenti
tal-Gvern jew korpi jew awtoritajiet pubbliċi jista’
jkollhom, flimkien mal-Korporazzjoni, faċilitajiet li
dwarhom il-Korporazzjoni jkollha l-jeddijiet esklużivi
kif provdut skond l-artikolu 3 ta’ dan l-Att;
(o) dawk il-ħwejjeġ dwar il-ħruġ ta’ obbligazzjonijiet jew
debenture stock skond dan l-Att kif il-Bord jidhirlu
meħtieġ jew spedjenti li jippreskrivi, u b’mod
partikolari, biex jiġi regolat il-metodu tal-ħruġ,
trasferiment, fidwa jew xogħol ieħor dwar dawk l-
obbligazzjonijiet jew debenture stock;
(p) kull ħaġa dwar xi ħidma, funzjoni jew ħaġ’oħra li
dwarha l-Korporazzjoni hi l-awtorità  esklużiva jew li
dwarha liċenza minn, jew ftehim jew arranġament mal-
Korporazzjoni hu meħtieġ b’dan l-Att, magħduda l-
pattijiet u l-kundizzjonijiet li taħthom xi ħidma jew
funzjoni bħal dik jistgħu jsiru, jew xi eżenzjoni ssir
jew tingħata, u kull ħaġa oħra li tkun meħtieġa jew
espedjenti li tiġi provduta dwar kull waħda mill-
imsemmija ħwejjeġ;
(q) il-pieni, li ma jkunux iktar minn multa ta’ għaxart elef
lira, li persuna li tagħmel reat kontra dan l-Att jew li
tikser xi regolament bis-saħħa ta’ dan l-Att tista’ teħel
meta tinsab ħatja;
(r) kull ħaġa oħra li skond dan l-Att tista’ jew hi meħtieġa
li tiġi preskritta.
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      29
Pubblikazzjoni ta’ 
regolamenti fil-
Gazzetta tal-
Gvern. 
46. Kull ordni maħruġ taħt l-artikolu 22 jew taħt is-subartikolu
(3) ta’ l-artikolu 34 ta’ dan l-Att għandu jiġi ppubblikat fil-
Gazzetta tal-Gvern.
Riżerva dwar il-
bjar domestiċi. 
47. Il-provvedimenti ta’ dan l-Att ma għandhomx japplikaw
għal xi ġiebja jew bir f’kull fond residenzjali, li għandu jiġi
kostruwit skond xi liġi, u l-provvedimenti ta’ dan l-Att ma
għandhomx jitqiesu li jinħtieġu xi liċenza jew permess għall-
kostruzzjoni jew manteniment għal tali ġiebja jew bir; iżda dan l-
artikolu ma għandux iżomm lill-Korporazzjoni li teżerċita xi waħda
mill-funzjonijiet u poteri taħt dan l-Att bil-għan li jiġi assigurat li l-
ilma ma jiġix moħli jew użat ħażin u li ma ssir ebda ħsara lill-
aquifer jew f’imkejjen oħra.
Eżenzjoni mid-
disposizzjonijiet 
ta’ dan l-Att. 
48. Il-Prim Ministru jista’, b’ordni bil-miktub iffirmat minnu,
jeżenta lil kull persuna, awtorità , jew istituzzjoni mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u għal dak iż-żmien u taħt dawk il-
kundizzjonijiet li jitniżżlu f’ordni bħal dak, u jista’ b’ordni bħal
dak iħassar jew jibdel kull eżenzjoni hekk mogħtija.
Setgħa ta’ dħul 
biex jiġu żgurati 
kundizzjonijiet ta’ 
stallazzjonijiet, 
eċċ.
49. Kull persuna tal-Korporazzjoni debitament awtorizzata
mill-Bord tista’, f’kull żmien raġonevoli xieraq, tidħol f’kull post li
fih żona fejn jinġabar l-ilma, nixxiegħa, bir, mogħdija ta’ l-ilma,
mina, ġiebja, kanal jew fittings ta’ l-ilma, drenaġġ, ilma mhux tax-
xorb jew servizz, apparat, stallazzjoni, strument, impjant jew
aċċessorji jkunu qegħdin jew ikunu ġew jew ikunu se jiġu stallati,
imqiegħda jew imwaħħla jew xort’oħra jkunu hemm, għal jew dwar
il-manifattura, desalinazzjoni, trattament, raffinar, provvista, ħażna
u tqassim ta’ ilma jew għal fini ta’ provvista ta’ komunikazzjoni
mas-sistema tad-drenaġġ, biex isir:
(a) l-ispezzjonar ta’ kull ħaġa qabel imsemmija biex jiġi
assigurat li ma jkunx hemm ħela ta’ ilma mix-
xogħlijiet ta’ ilma, jew ħaġ’oħra kontra l-
provvedimenti ta’ dan l-Att jew tar-regolamenti
magħmulin taħtu;
(b) il-manutenzjoni u, jekk ikun meħtieġ, tiswija, bdil jew
żieda ma’ kull wieħed mill-oġġetti hawn fuq
imsemmija li ma jkunx fi stat ta’ riparazzjoni u li jkun
kawża ta’ ħela ta’ ilma, jew li jkun difettuż jew nieqes
minn xi ħaġa preskritta b’dan l-Att jew bir-
regolamenti magħmulin taħtu;
(ċ) il-ksib ta’ dawk il-fatti jew dik l-informazzjoni li l-
Bord jista’ jeħtieġ dwar is-servizzi mogħtija mill-
Korporazzjoni;
(d) it-tneħħija ta’ kull jew uħud mill-fittings ta’ l-ilma jew
servizz, apparat, stallazzjoni, strument, impjant jew
aċċessorji li jkunu proprjetà  tal-Korporazzjoni, kull
meta xi servizz provdut mill-Korporazzjoni ma jkunx
għadu meħtieġ jew meta l-Korporazzjoni tkun
awtorizzata b’dan jew taħt dan l-Att, li tirtira s-
servizzi tagħha;
(e) l-ispezzjonar, bdil jew tiswija ta’ xi parti mis-sistemi
tad-drenaġġ, ilma mhux tax-xorb jew tax-xita tal-
Korporazzjoni:
  30      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
Iżda l-Korporazzjoni għandha ssewwi kull ħsara li
tiġġarrab, b’kull dħul, spezzjon jew tneħħija bħal dawk.
Reati dwar 
prekawzjonijiet fl-
eżekuzzjoni tax-
xogħol. 
50. (1) Il-ħidma ta’ kull xogħol li għandu x’jaqsam mas-
servizzi mogħtija mill-Korporazzjoni għandha ssir b’dak il-mod li
jista’ jiġi preskritt.
(2) Kull persuna li tikser jew tonqos li tħares id-disposizzjoni
ta’ dan l-artikolu, tkun ħatja ta’ reat skond dan l-Att.
Reati dwar 
stallazzjonijiet, 
eċċ., provduti. 
51. (1) Ebda persuna ma għandha tuża ilma jew xi
stallazzjoni, apparat, fittings, strument jew l-aċċessorji tagħhom
provduti mill-Korporazzjoni, jew ilma provdut għall-bejgħ jew
tneħħija oħra minn jew f’isem il-Korporazzjoni, sew direttament
jew indirettament, għal għanijiet ħlief dawk li għalihom ikun
provdut; u kull dikjarazzjoni jew turija ċara mill-Korporazzjoni
dwar l-għan li għalih xi oġġett kif imsemmi qabel ikun ġie provdut,
tkun prova konklużiva ta’ dak l-għan.
(2) Kull persuna li tikser id-disposizzjoni ta’ dan l-artikolu
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Reati oħra.  52. Kull persuna li -
(a) tfixkel jew ma tħallix lil xi membru tal-Bord jew lil xi
uffiċjal, aġent jew impjegat tal-Korporazzjoni fil-qadi
ta’ dmirijietu skond dan l-Att jew skond xi
regolamenti magħmula bis-saħħa ta’ dan l-Att; jew
(b) tikser jew tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew xi waħda mill-
imsemmija regolamenti jew xi ordni leġittimu mogħti
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew ta’ dawk
ir-regolamenti; jew
(ċ) meta liċenza jew permess ieħor ikun meħtieġ skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jew skond xi
regolamenti kif imsemmi qabel, għall-użu tas-servizzi
jew faċilitajiet tal-Korporazzjoni, tagħmel użu minn
dawk is-servizzi jew faċilitajiet mingħajr dik il-liċenza
jew dak il-permess jew tikser jew tonqos li tħares il-
kundizzjonijiet ta’ liċenza bħal dik jew permess bħal
dak,
tkun ħatja ta’ reat kontra dan l-Att.
Riżerva. 
Kap. 22.
Kap. 105.
Kap. 114.
N.G. 133 ta’ l-
1948.
53.* (1) Kull regolament, regola jew ordni u kull liċenza
mogħtija taħt, jew miżmuma bis-saħħa ta’ l-Ordinanza dwar il-
Provvista ta’l-Ilma#, l-Ordinanza dwar it-Tisqija ta’ Raba’# u l-
Ordinanza dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art# immedjatament qabel it-
tħassir tagħhom, għandhom, bil-modifiki, adattazzjonijiet u
limitazzjonijiet meħtieġa, u kull regolament, regola jew ordni
magħmulin taħt jew miżmuma fis-seħħ bir-Regolamenti ta’ l-1948
dwar il-Fornitura ta’ l-Ilma u safejn dawn ma jkunux inkonsistenti
*Dan l-artikolu oriġinarjament kien jikkonsisti f’ħames subartikoli; is-subartikoli
oriġinali (1), (2) u (4) ġew imħollija barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni
tal-Liġijiet Statutarji.
#Imħassra b’dan l-Att.
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      31
mad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, għandhom jibqgħu fis-seħħ u
jkollhom effett daqslikieku kienu magħmula jew mogħtija taħt dan
l-Att u jistgħu jiġu revokati jew emendati skond il-każ.
(2) Kull liċenza, permess jew awtorità  oħra mogħtija b’kull
liġi, jew kull provvediment tagħha, imħassra b’dan l-Att, u li kien
fis-seħħ immedjatament qabel dan it-tħassir, għandhom jibqgħu fis-
seħħ wara li jiġi hekk imħassar daqslikieku kienet liċenza mogħtija
taħt dan l-Att, jew, hekk kif il-każ jista’ jeħtieġ, u kull liċenza,
permess jew awtorità  kif intqal hawn fuq għandhom jiġu trattati u
jsir minnhom skond dan. 
Emendata:
A.L. 129 ta’ l-
1992.
SKEDA
 (Artikolu 22)
Disposizzjonijiet dwar servizz komuni ta’ meters, żamma u ġbir 
ta’ kontijiet u dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti funzjonijiet mill-
Korporazzjoni f’isem Enemalta
1. Il-Korporazzjoni hija hawn maħtura f’isem u għan-nom ta’
l-Enemalta biex teżerċita u taqdi kemm jista’ jkun fl-intier u b’mod
effettiv fl-aspetti kollha bħal Enemalta stess dawk il-funzjonijiet
kollha li huma jew jistgħu minn żmien ikunu legalment mogħtija
lill-Enemalta dwar l-attijiet u l-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) li titlob, teħtieġ, tirċievi, taċċetta, tħassar, tirrinunzja u
b’mod ġenerali tittratta ma’ garanzija, sigurtà ,
depożitu jew obbligazzjoni dwar somom dovuti lill-
Enemalta għall-fornitura ta’ enerġija elettrika, meter
charge u servizzi (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’din l-
Iskeda msemmija bħala "somom dovuti lill-
Enemalta");
(b) li tieħu l-qari ta’ meters sabiex tiġi żgurata l-kwantità
ta’ enerġija elettrika fornita u, meta applikabbli, l-
akbar talba;
(ċ) li żżomm kontijiet li juru s-somom dovuti lill-
Enemalta u li żżomm kull kotba u dokumenti dwar jew
li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk il-kontijiet;
(d) li tieħu ħsieb il-kalkolu, servizz u ġbir ta’ kontijiet
dwar somom dovuti lill-Enemalta;
(e) li tirċievi mingħand il-konsumaturi ta’ enerġija
elettrika kull avviż dwar:
(i) il-ħsieb tat-twaqqif ta’ użu ta’ dik l-enerġija; jew
(ii) it-tmexxija ta’ tibdil f’fondi jew fi
stallazzjonijiet; 
(f) li tara li l-fornitura ta’ enerġija elettrika lil kull
konsumatur tiġi sospiża fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’
somom dovuti lill-Enemalta wara tmiem il-perijodu
preskritt, jew ta’ ċaħda mhux ġustifikata ta’ aċċess fil-
fond; u għal dan l-iskop li tara li l-main fuses jiġu
  32      KAP. 355. ħ       KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA
mneħħija jew l-istallazzjoni tiġi maqtugħa mill-mains,
sew fuq l-art sew taħt l-art;
(g) li tara li l-meter jiġi mneħħi mill-fond fil-każ ta’
dewmien fil-ħlas ta’ somom dovuti lill-Enemalta għal
aktar minn tliet xhur, jew qabel jekk hekk jidhrilha
meħtieġ;
(h) li terġa’ tikkonnettja l-fornitura u, jekk hemm bżonn,
terġa’ tqiegħed il-meter wara li jkun sar ħlas ta’
somom dovuti lill-Enemalta;
(i) li tidħol f’kull fond u li tesegwixxi u tagħmel
hemmhekk kull att jew ħaġa li l-Enemalta għandha l-
awtorità  li tagħmel;
(j) li tistma, permezz ta’ dawk il-kriterji li jkunu fid-
diskrezzjoni tal-Enemalta, il-konsum ta’ enerġija
elettrika f’kull fond li fih jkun ġie miċħud għall-fini
ta’ qari ta’ meters wara li jkun ingħata avviż xieraq;
(k) b’mod ġenerali li tagħmel kull att ieħor, inċidentali
jew supplementari għal dak li ngħad qabel, li l-
Enemalta, kieku ma kinux għad-disposizzjonijiet ta’
din l-Iskeda, kien ikollha dritt li tagħmel dwar u għall-
finijiet ta’ qari ta’ meters, żamma ta’ kontijiet u ġbir
ta’ kontijiet kif applikabbli għall-fornitura ta’ enerġija
elettrika.
Kap. 16.
Kap. 12.
2. Jekk xi somom dovuti lill-Enemalta ma jitħallsux jew jekk
xi oġġetti jew materjali li jkunu ta’ l-Enemalta ma jiġux mogħtija
lura minn xi konsumatur ta’ l-enerġija elettrika, il-Korporazzjoni
tista’, minkejja dak li hemm fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 1968
tal-Kodiċi Ċivili, tagħmel kull proċedura legali jew proċedura oħra
awtorizzata bil-liġi biex tiġbor jew tieħu lura f’isem u għan-nom ta’
l-Enemalta; u għall-finijiet ta’ l-artikolu 466 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Civili, il-Korporazzjoni għandha
titqies li tkun taġixxi bħala kap ta’ dipartiment dwar daqstant minn
dawk il-proċeduri li jittieħdu għan-nom ta’ l-Enemalta.
3. Waqt li jkunu qed jaġixxu fil-limiti tas-setgħat mogħtija
lill-Korporazzjoni bi jew skond id-disposizzjonijiet ta’ din l-
Iskeda, l-uffiċjali u l-impjegati tal-Korporazzjoni għandhom, għall-
finijiet ta’ kull liġi jew regolament li jkollhom xi riferenza għall-
uffiċjali jew impjegati ta’ l-Enemalta, jitqiesu li jkunu wkoll
uffiċjali jew impjegati ta’ l-Enemalta.
4. Il-Korporazzjoni tista’, dwar il-kontijiet ta’ l-Enemalta u
somom dovuti lill-Enemalta, tkompli fis-seħħ kull arranġament li
jkun sar ma’ xi Dipartiment ieħor tal-Gvern għall-kalkolar u
żamma ta’ kontijiet u għall-provvediment ta’ għajnuna legali jew
għajnuna oħra.
5. L-Enemalta jkollha dritt ta’ aċċess għal u spezzjoni tal-
kontijiet miżmuma mill-Korporazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ l-
Enemalta u jkollha dritt li żżomm fl-uffiċċji tal-Korporazzjoni dak
in-numru ta’ rappreżentanti li jista’ minn żmien għal żmien ikun
miftiehem bejn l-Enemalta u l-Korporazzjoni.
6. Minn żmien għal żmien skond ma jista’ jkun meħtieġ, l-
KORPORAZZJONIGĦAS-SERVIZZITA’L-ILMA   ġ K AP. 355.      33
Enemalta u l-Korporazzjoni jistgħu permezz ta’ att pubbliku fl-atti
tan-Nutar tal-Gvern, li l-pattijiet tiegħu għandhom l-ewwel ikunu
approvati mill-Ministru, jagħmlu ftehim (ħawnhekk iżjed ’il
quddiem f’din l-Iskeda msejjaħ "il-ftehim") li jirregola l-ħwejjeġ
kollha jew xi waħda mill-ħwejjeġ li ġejjin:
(a) l-aċċess għal u spezzjoni tal-kontijiet u n-numru u s-
setgħat tar-rappreżentanti ta’ l-Enemalta msemmija
fil-paragrafu 5 ta’ din l-Iskeda;
(b) il-kumpens (magħdud il-ħlas lura ta’ kull spejjeż u
drittijiet amministrattivi mħallsa jew magħmula kif
imiss mill-Korporazzjoni) li għandu jitħallas lil, jew li
għandu jiġi miżmum mill-Korporazzjoni dwar l-
eżerċizzju u l-qadi mill-Korporazzjoni tal-funzjonijiet
mogħtija lilha b’din l-Iskeda;
(ċ) il-perjodi li fihom u l-mod li bih il-Korporazzjoni
għandha tibgħat lill-Enemalta somom miġbura mill-
Korporazzjoni f’isem Enemalta jew, safejn ikunu saru
arranġamenti għat-tpaċija fil-ftehim, dawk il-bilanċi
tagħhom li jkunu pendenti wara li xi ammonti dovuti
lill-Korporazzjoni skond l-aħħar sub-paragrafu ta’
qabel dan ikunu ġew imnaqqsa;
(d) iż-żmien u l-metodu ta’ tibdil ta’ tagħrif u ta’ użu ta’
mezzi ta’ konsultazzjoni bejn l-Enemalta u l-
Korporazzjoni għall-aħjar esekuzzjoni ta’ l-interess
tagħhom komuni tad-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda
u tal-ftehim;
(e) il-proċeduri finanzjarji, bankarji, ta’ verifika u
amministrattivi li għandhom isiru miż-żewġ naħat għal
tħaddim regolari u effiċjenti ta’ l-arranġamenti
eżistenti bejniethom inklużi, mingħajr ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak fuq imsemmi, il-forom li għandhom
jintużaw, id-dokumenti u l-kotba li għandhom
jinżammu, ir-reżokonti li għandhom isiru, l-avviżi li
għandhom jiġu mogħtija jew komunikati u l-kontijiet li
għandhom jintbagħtu;
(f) dawk il-ħwejjeġ l-oħra inċidentali u supplementari
għal dawk li ngħad qabel li għalihom, bl-
approvazzjoni tal-Ministru, jistgħu jitqiesu meħtieġa u
xierqa li jipprovdu.
7. Il-Ministru għandu jara li kopja tal-ftehim titqiegħed fuq
il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati.
