IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      1
KAPITOLU 356
ATT DWAR L-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP 
Biex jipprovdi għall-ippjanar u tmexxija ta’ l-iżvilupp, għat-twaqqif ta’ Awtorità  b’setgħat
għalhekk u ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu magħhom jew li huma anċillari għalihom.
28 ta’ Ottubru, 1992
1 ta’ Diċembru, 1992
L-Att I ta’ l-1992, kif emendat bl-Atti: XXI ta’ l-1992, XV ta’ l-1995, XVI u XXIII ta’ l-1997,
XXIII ta’ l-2000, VI u XXI  ta’ l-2001; bl-Avviżi Legali 22 u 47 ta’ l-2002; u bl-Att VI ta’ l-
2002.
TAQSIM TA’ L-ATT
Artikoli
TAQSIMA  I. Preliminari 1-2
TAQSIMA II.  Amministrazzjoni  3-17
L-Awtorità  ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 3-11
Il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Ippjanar 12
Il-kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp 13
Bord ta’ Appell dwar l-Ippjanar 14-15
Disposizzjonijiet Komuni 16-17
TAQSIMA III. L-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp 18-29
Il-Pjan ta’ Struttura 18-29
TAQSIMA IV. Kontroll ta’ l-Iżvilupp 30-50
Ħtieġa ta’ Permess biex Art Tiġi Żviluppata 30-39
Revoka u Tibdil ta’ Permess biex Art Tiġi Żviluppata  40
Ħlasijiet u Kontribuzzjonijiet dwar l-Iżvilupp  41-44
Setgħat Oħra dwar il-Kontroll ta’ l-Iżvilupp  45-50
TAQSIMA V. Twettiq tal-Kontroll 51-55 
TAQSIMA VI. Reati dwar Żvilupp u Pieni 56-58 
TAQSIMA VII. Supplementari 59-63
SKEDI
L-EWWEL SKEDA:  Artikolu 3, Disposizzjonijiet dwar l-Awtorità
IT-TIENI SKEDA:  Artikolu 6, Disposizzjonijiet dwar l-uffiċjali 
pubbliċi mqabbda biex jaqdu dmirijiet ma’ 
l-Awtorità
IT-TIELET SKEDA:  Artikolu 15, Proċedimenti quddiem il-Bord 
ta’ Appell dwar l-Ippjanar u appelli minnhom
  2      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu fil-qosor. 1. It-titolu fil-qosor ta’ dan l-Att hu l-Att  dwar l-Ippjanar ta’ l-
Iżvilupp.
Tifsir.
Emendat:
XXIII. 1997.2;
XXI. 2001.2;
VI. 2002.57.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"aġenzija tal-Gvern" tfisser enti morali imwaqqaf b’liġi u
kumpanija li fiha l-Gvern jew enti bħal dak, jew it-tnejn flimkien,
għandhom interess li jikkontrolla jew li hija sussidjarja ta’
kumpanija bħal dik;
"applikazzjoni" tfisser applikazzjoni għal permess għall-
iżvilupp;
"art" tinkludi bini;
"avviż ta’ twettieq" tfisser kull avviż maħruġ skond l-artikolu 52
u jista’ jinkludi kull avviż li l-Awtorità  tista’ toħroġ minn żmien
għal żmien skond l-artikoli 51 sa 55;
"l-Awtorità " tfisser l-Awtorità  ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-
Ippjanar imwaqqfa bl-artikolu 3 u tinkludi kull korp jew persuna
oħra li taġixxi f’isimha bis-saħħa ta’ setgħat delegati mill-Awtorità
taħt dan l-Att;
"bini" tinkludi kull struttura jew erezzjoni u kull parti ta’ bini,
iżda ma tinkludix impjant jew makkinarju kompriż f’bini;
"bini jew xogħol" tinkludi materjal skartat, żibel jew materjal
ieħor depożitat fuq art;
"bini skedat" u "siġar skedati" għandhom it-tifsir mogħti lilhom,
rispettivament, mill-artikolu 46 u 48;
"il-Bord ta’ Appell dwar l-Ippjanar", "il-Bord ta’ Appell" u "il-
Bord", ifissru il-Bord ta’ Appell dwar l-Ippjanar imwaqqaf bl-
artikolu 14;
"Chairman tal-Bord" tfisser iċ-Chairman ta’ l-Awtorità  maħtur
skond l-artikolu 3(4);
"id-Direttur ta’ l-Ippjanar" u "id-Direttur" ifissru d-Direttur ta’ l-
Ippjanar nominat taħt l-artikolu 6, u jinkludi kull persuna li taġixxi
f’ismu jew taħt l-awtorità  tiegħu;
"brief dwar l-iżvilupp" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-
artikolu 26A;
"erezzjoni" dwar bini, tinkludi estensjoni, tibdil u erezzjoni mill-
ġdid;
"funzjonijiet" tinkludi responsabiltajiet, setgħat u dmirijiet;
"Kamra" tfisser il-Kamra tad-Deputati;
"il-Kumitat" tfisser il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Ippjanar
imwaqqaf bl-artikolu 12;
"il-Kumitat ta’ l-Utenti" tfisser il-Kumitat imwaqqaf bl-artikolu
17A ta’ dan l-Att;
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      3
"Kumitat Magħżul" tfisser il-Kumitat Magħżul dwar l-Ippjanar
ta’ l-Iżvilupp imwaqqaf skond l-artikolu 17B;
"il-Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-
Iżvilupp imwaqqfa bl-artikolu 13;
Kap. 363.
il-Kunsilli Lokali;
"librett uffiċjali’’ tfisser il-librett uffiċjali msemmi l-artikolu
5(2)(ċ);
"il-Medjatur" tfisser  Medjatur dwar l-Ippjanar maħtur skond l-
artikolu 32A(1);
"minerali" tinkludi l-minerali u s-sustanzi kollha (inklużi ż-żejt u
l-gas naturali) ġewwa jew taħt l-art ta’ xorta ordinarjament
maħduma biex jiġu estratti b’xogħol taħt l-art jew f’wiċċ l-art;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-ippjanar ta’ l-
iżvilupp;
"ordni dwar l-iżvilupp" tfisser ordni magħmul taħt u għall-
għanijiet ta’ l-artikolu 31;
"ordni dwar reklami" tfisser ordni magħmul taħt u għall-għanijiet
ta’ l-artikolu 49;
"ordni għall-konservazzjoni" tfisser ordni magħmul taħt u għall-
finijiet ta’ l-artikolu 46;
"ordni għall-preservazzjoni ta’ siġar" tfisser ordni magħmul taħt
u għall-għanijiet ta’ l-artikolu 48;
"permess għall-żvilupp" tfisser permess biex isir żvilupp mogħti
mill-Awtorità  jew fuq talba għal hekk jew f’ordni dwar l-iżvilupp; 
"pjan dwar suġġett" għandha t-tifsir mogħti lilha mill-artikolu
24;
"pjan lokali" għandha t-tifsir mogħti lilha mill-artikolu 25;
"pjan ta’ azzjoni" għandha t-tifsir mogħti lilha mill-artikolu 26;
"pjan ta’ struttura" għandha t-tifsir mogħti lilha mill-artikolu 18
u 22;
"pjan ta’ żvilupp" tinkludi l-pjan ta’ struttura, pjanijiet dwar
suġġett, pjanijiet lokali, pjanijiet ta’ azzjoni u briefs dwar l-
iżvilupp;
"pjanijiet sussidjarji" għandha l-istess tifsira mogħtija lilha fl-
artikolu 23;
"policy ta’ ppjanar" tfisser policy approvata skond l-artikolu 29A
jew artikolu 29B jew artikolu 29Ċ;
"preskritt" tfisser preskritt b’regolamenti, regoli, ordni jew
strument ieħor magħmula kif provdut fid-disposizzjoni ta’ dan l-Att
li tagħti s-setgħa li jsir dak l-istrument;
"rapport dwar l-applikazzjoni" tfisser ir-rapport finali dwar
applikazzjoni għal permess għall-iżvilupp;
"reklam" tfisser kull kelma, ittra, mudell, sinjal, kartellun,
  4      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
tabella, avviż, disinn jew xbiha, sew jekk illuminata sew jekk le, li
għandha xorta ta’ u hija użata għal kollox jew f’parti għal skop ta’
reklam, avviż jew direzzjoni, inklużi kull stekkat jew struttura
simili użata jew addattata għall-użu ta’ wiri ta’ reklami;
"sena finanzjarja" tfisser il-perijodu ta’ tnax-il xahar li jispiċċa
fit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena:
Iżda l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-Awtorità  għandha tibda
fil-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att u tispiċċa fit-30 ta’ Settembru tas-
sena ta’ wara;
"sid"  tfisser -
(a) persuna li jew bi dritt tagħha nnifisha jew bħala aġent
ta’ ħaddieħor għandha dritt tirċievi l-kera ta’ l-art jew,
fejn l-art m’hix mikrija, kien ikollha dak id-dritt kieku
kienet mikrija;
(b) fejn l-art hija suġġetta għal użufrutt, in-nuda proprjetà
jew l-użufruttwarju;
(ċ) l-enfitewta;
(d) kull wieħed mill-miżżewġin fejn l-art li dwarha
jittratta l-iżvilupp tkun tifforma parti mill-komunjoni
ta’ l-akkwisti;
Kap. 322.
"Skemi ta’ Provvedimenti Temporanji" tfisser proġetti ta’ pjani
regolaturi mħejjija u approvati skond l-Att dwar Permessi tal-Bini
(Provvedimenti Temporanji); 
"stqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar" tfisser stqarrija
magħmula mill-Ministru jew mill-Awtorità  sabiex jipprovdi
spjegazzjoni teknika dettaljata li tiġġustifika pożizzjoni ta’ ppjanar
fir-rigward ta’ kwistjoni speċifika;
"taxxa dwar bini" tfisser kull ħlas jew kontribuzzjoni li għandu
jsir jew għandha titħallas taħt l-artikolu 41 u 42;
"triq" tfisser kull triq prinċipali jew triq, sew pubblika jew
privata, u tinkludi kull triq, pjazza, bitħa, sqaq, sqajjaq, pont,
passaġġ bir-riġel, passaġġ jew moll, sew jekk jgħaddi t-traffiku
minnhom jew jekk le;
"l-Uffiċjal dwar il-Verifika’’ tfisser l-Uffiċjal dwar il-Verifika
maħtur skond l-artikolu 17Ċ(1);
"uffiċjal pubbliku" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni;
"użu", dwar art, ma tinkludix l-użu ta’ l-art biex isiru fiha
xogħolijiet ta’ kostruzzjoni, inġinerija jew tħaffir jew xogħolijiet
oħra fuqha;
"xogħlijiet eżenti" tfisser kull xogħol jew żvilupp li ma jkunx
jeħtieg permess għall-iżvilupp taħt it-Taqsima IV ta’ dan l-Att;
"xogħlijiet ta’ bini" tinkludi xogħolijiet ta’ rikostruzzjoni, tibdil
strutturali jew żieda f’bini, u xogħolijiet oħra normalment
magħmula minn persuna li tagħmel ix-xogħol ta’ bennej;
"xogħlijiet ta’ inġinerija" tinkludi l-formazzjoni jew it-tqegħid
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      5
ta’ toroq u ta’ mezzi ta’ aċċess għal toroq;
"żvilupp" għandha t-tifsir mogħti lilha bl-artikolu 30(2).
TAQSIMA II 
AMMINISTRAZZJONI 
Sostitwit:
VI. 2002.57.
1. L-Awtorità  ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
Twaqqif ta’ l-
Awtorità  ta’ Malta 
dwar l-Ambjent u 
l-Ippjanar.
Emendat: 
XXI.1992.2;
XXI. 2001.3;
VI. 2002.57.
3. (1) Qiegħda b’dan tiġi mwaqqfa awtorità , li tkun magħrufa
bħala l-Awtorità  ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li tkun
magħmula minn mhux anqas minn tlettax u mhux aktar minn
ħmistax-il membru, li minnhom wieħed ikun iċ-chairman ta’ l-
Awtorità .
(2) Ħlief kif provdut xort’oħra hawn aktar ’l quddiem, il-
membri ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu nominati mill-Prim Ministru
kif ġej:
(a) ħames uffiċjali pubbliċi li jirrappreżentaw lill-Gvern li
jkunu persuni li għandhom esperjenza jew kwalifiki
f’materji li jikkonċernaw xi wħud minn dawn li ġejjin:
l-ippjanar, l-ambjent, l-infrastruttura, il-politika soċjali
dment li jkollha x’taqsam ma’ l-użu ta’ l-art, l-
affarijiet ekonomiċi, l-agrikoltura, it-turiżmu u t-
trasport;
(b) tmien membri (hawn aktar ’il quddiem imsejħa il-
"membri indipendenti") għandhom jintagħżlu minn
fost persuni ta’ integrità  magħrufa u li  wieħed
minnhom għandu tagħrif u esperjenza fi ħwejjeġ ta’
ambjent u s-sebgħa l-oħra għandhom tagħrif u
esperjenza fi ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-
iżvilupp, inklużi attivitajiet kummerċjali jew
industrijali, jew ħwejjeġ soċjali u kommunitarji u l-
ambjent.
(3) Iż-żewġ membri oħra ta’ l-Awtorità  għandhom ikunu
membri tal-Kamra tad-Deputati li minnhom wieħed jiġi nominat
mill-Prim Ministru u l-ieħor mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni:
Iżda l-Awtorità  tkun validament kostitwita u tista’
tiffunzjona minkejja kull nuqqas li jiġu nominati taħt dan is-
subartikolu ż-żewġ membri ta’ l-Awtorità  jew wieħed minnhom.
(4) Iċ-chairman u deputat-chairman ta’ l-Awtorità  għandhom
jintgħażlu mill-Prim Ministru minn fost il-membri indipendenti ta’
l-Awtorità  .
(5) Ħlief kif provdut fis-subartikolu (2) u (3) ebda persuna ma
tikkwalifika biex tiġi nominata, jew biex tibqa’, membru ta’ l-
Awtorità  jekk hija:
(a) uffiċjal pubbliku,
(b) membru jew uffiċjal jew impjegat ta’ aġenzija tal-
Gvern, iżda għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu membru
tal-korp akkademiku ta’ l-Università  ma għandux
  6      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
jitqies bħala membru jew uffiċjal jew impjegat ta’
aġenzija tal-Gvern,
(ċ) membru tal-Kamra tad-Deputati; jew 
(d) membru ta’ kunsill lokali.
(6) ll-membri indipendenti għandhom jibqgħu fil-kariga għal
dak il-perijodu, li ma jkunx anqas minn tliet snin, li jkun speċifikat
fl-ittra li biha jkunu ġew nominati, u jekk ebda perijodu ma jiġi
speċifikat, għandhom jibqgħu fil-kariga għal tliet snin. Meta
jiffissa l-perijodu tal-kariga, il-Prim Ministru għandu, kemm jista’
jkun, jara li jkun hemm element ta’ rotazzjoni. Il-membri
indipendenti jistgħu jirriżenjaw b’ittra ndirizzata lill-Prim Ministru
iżda ma jistgħux jitneħħew mill-kariga ħlief b’riżoluzzjoni tal-
Kamra tad-Deputati minħabba kondotta ħażina jew inkapaċità  li
jaqdu d-dmirijiet tal-kariga tagħhom.
(7) Il-membri l-oħra ta’ l-Awtorità  jibqgħu fil-kariga sakemm
jiġu sostitwiti mill-awtorità  li tkun innominathom u sakemm
jibqgħu uffiċjali pubbliċi jew membri tal-Kamra, kif jeħtieġ il-każ.
Membri tal-Kamra jistgħu wkoll jirriżenjaw mill-kariga b’ittra
ndirizzata lill-awtorità  li tkun innominathom.
(8) Persuna li ma tibqax membru ta’ l-Awtorità  tista’, jekk tkun
kwalifikata għal hekk, terġa’ tiġi nominata; iżda ebda persuna
m’għandha, b’kollox, tibqa’ membru ta’ l-Awtorità  għal iktar minn
seba’ snin wara xulxin.
(9) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Ewwel Skeda ta’ dan l-Att
għandhom japplikaw għall-Awtorità  u jirregolaw il-proċeduri
tagħha.
L-Awtorità  tkun 
enti morali.
Emendat:
XXI. 2001.4.
4. (1) L-Awtorità  tkun enti morali b’personalità  legali
distinta u kapaċi, bla ħsara biss għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att,
li tħarrek u tiġi mħarrka, li tidħol f’kull kuntratt, li takkwista,
iżżomm u tiddisponi minn proprjetà  ta’ kull xorta, sew mobbli
kemm immobbli, b’kull titolu u li tagħmel kull ħaġa oħra jew
operazzjoni tkun liema tkun.
(2) Ir-rappreżentanza legali u ġudizzjarja ta’ l-Awtorità  tkun
vestita fiċ-chairman:
Iżda l-Awtorità  tista’ tinnomina wieħed jew aktar mill-
membri tagħha, jew wieħed jew aktar mill-uffiċjali jew impjegati
tagħha, biex jidhru f’isimha u f’lokha f’xi proċedimenti fejn l-
Awtorità  tkun parti fihom jew f’xi att, kuntratt, kitba jew dokument
ieħor ikun liema jkun.
(3) Fin-nuqqas taċ-chairman, jew jekk iċ-chairman ma’ jkunx
jista’ jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu, sew jekk taħt din jew xi
disposizzjonijiet oħra ta’ dan l-Att, dawk il-funzjonijiet jiġu
moqdija mid-deputat chairman.
Funzjonijiet ta’ l-
Awtorità.
Emendat:
XXIII. 1997.3;
XXI. 2001.5;
VI. 2002.57.
5. (1) Il-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  jkunu dawn li ġejjin:
(a) il-promozzjoni ta’ ppjanar xieraq u ta’ żvilupp
sostenibbli ta’ art u ta’ baħar, kemm pubbliku kif ukoll
privat;
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      7
(b) il-kontroll ta’ dak l-iżvilupp skond pjanijiet ta’ żvilupp
u policies ta’ ppjanar approvati skond dan l-Att;
(ċ)  li tagħmel kartografiji nazzjonali, inkluż li tagħmel
surveys ta’ l-art ta’ arei speċifiċi, u li taġġorna d-
database ġeografiku nazzjonali sabiex jiġu mwettqa l-
funzjonijiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b);
(d) li tirregola skemi ta’ linji u ta’ livelli kif ukoll li
tinterpretahom fis-sit.
(2) Għal dan il-għan, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, l-Awtorità  tkun responsabbli għal - 
(a) it-tħejjija tal-pjanijiet ta’ l-iżvilupp u policies ta’
ppjanar inkluża kull ħaġa oħra anċillari jew inċidentali
għalihom jew li twassal għalihom, u l-aġġornar
tagħhom wara li dawn jiġu approvati skond dan l-Att;
(b) it-tmexxija ta’ konsultazzjonijiet ma’ dipartimenti tal-
Gvern, organizzazzjonijiet privati u persuni oħra dwar
l-ippjanar;
(ċ) il-pubblikazzjoni u l-aġġornar, skond ma jeħtieġu ċ-
ċirkostanzi, ta’ librett uffiċjali li jkun fih dawk il-
ħwejjeġ li l-Ministru jista’ jippreskrivi u li għandu
jkun disponibbli għall-pubbliku, iżda:
(i) l-ebda policy ta’ ppjanar jew emenda għal tali
policy approvata skond il-paragrafu (a) ma
għandu jkollha effett sakemm ma tkunx ġiet
ippubblikata fil-librett uffiċjali,
(ii) kull policy ta’ ppjanar jew emenda għaliha,
skond kif ikun il-każ, għandha tiġi ppubblikata
fil-librett uffiċjali fi żmien xahar mid-data ta’ l-
approvazzjoni tagħha skond dan l-Att,
(iii) il-librett uffiċjali jista’ jiġi ppubblikat u
aġġornat f’forma elettronika jew f’kull format
ieħor li l-Awtorità  tista’ tapprova.
(3) Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att, l-Awtorità
jkollha u tista’ teżerċita l-poteri kollha, jew wieħed jew aktar
minnhom, li huma vestiti fiha jew mogħtija lilha b’dan l-Att.
Kap. 389.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 36A u
sakemm iżżomm kontroll u superviżjoni ġenerali, u xort’oħra
tħares id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, l-Awtorità  tista’, bl-
approvazzjoni tal-Ministru, tiddelega xi waħda jew iżjed mill-
funzjonijiet  tagħha skond dan l-Att taħt dawk il-kondizzjonijiet li
jidhrilha xierqa. B’mod partikolari, iżda bla ebda ħsara għall-
ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel, l-Awtorità  tista’ tiddelega kif
imsemmi lil, jew teserċita flimkien ma’, il-Kummissarju tal-
Pulizija jew xi kunsill lokali jew kull korp ieħor, awtorità  oħra jew
kuntrattur ieħor, kull wieħed mill-funzjonijiet vestiti fiha skond it-
Taqsima V ta’ dan l-Att u l-Awtorità  jkollha wkoll is-setgħa li
tiddelega xi poteri minn tagħha ta’ twettieq, inkluż il-ġbir ta’ penali
msemmija f’dan l-Att, lill-gwardjani lokali maħtura skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar Gwardjani Privati u Lokali, skond
dik il-proċedura li l-Ministru jista’ bi ftehim mal-Ministru
  8      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
responsabbli għall-kunsilli lokali jippreskrivi. Avviż ta’ kull delega
bħal din għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta.
(5) L-Awtorità  tista’ wkoll teżerċita dawk is-setgħat ta’
kontroll fuq l-iżvilupp li jistgħu jiġu delegati lilha minn żmien għal
żmien bil-miktub mill-Ministru f’isem xi dipartiment jew aġenzija
tal-Gvern.
(6) Tkun il-funzjoni tal-Ministru li jiżgura li l-Awtorità  tkun
għal kollox mgħarrfa dwar il-policies tal-Gvern li jkollhom
x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp, u li jissorvelja t-twettiq sew ta’ dawk il-
policies.
(7) L-Awtorità  tista’ bl-approvazzjoni tal-Ministru taħtar
bordijiet u kumitati konsultattivi sabiex igħinuha fil-qadi tal-
funzjonijiet tagħha skond din il-liġi jew skond xi liġi oħra. Il-
funzjonijiet ta’ dawn il-bordijiet u tal-kumitati għandhom jiġu
preskritti mill-Awtorità  bl-approvazzjoni tal-Ministru.
(8) (a) Mingħajr preġudizzju għas-subartikolu (7), għandu
jkun hemm kumitat, li jissejjaħ il-Kumitat ta’
Konsulenza dwar il-Patrimonju, li jkollu żewġ
taqsimiet u li jkollu l-funzjonijiet stabbiliti f’dan is-
subartikolu.
(b) Taqsima minnhom tkun tittratta dwar il-Patrimonju
Kulturali u tissejjaħ it-Taqsima dwar il-Patrimonju
Kulturali, u tkun magħmula kif ġej: 
(i) president u tliet membri oħra li jinħatru mill-
Ministru responsabbli għall-kultura, u
(ii) tliet membri oħra li jinħatru mill-Ministru wara
li jikkonsulta lill-Awtorità . 
(ċ) Taqsima oħra tkun tittratta dwar il-Patrimonju Naturali
u tissejjaħ it-Taqsima dwar il-Patrimonju Naturali, u
tkun magħmula kif ġej:
(i) president u tliet membri oħra li jinħatru mill-
Ministru responsabbli għall-ambjent, u
(ii) tliet membri oħra li jinħatru mill-Ministru wara
li jikkonsulta lill-Awtorità . 
(d) Erba’ membri ta’ taqsima jkunu jagħmlu quorum waqt
is-seduti ta’ taqsima u tmien membri jkunu jagħmlu
quorum waqt seduta konġunta taż-żewġ taqsimiet.  Il-
president ta’ seduta jkollu vot oriġinali u, fil-każ ta’
voti ndaqs, vot deċiżiv.
(e) Tkun il-funzjoni tat-taqsima, kull waħda fil-qasam
ittrattat minnha, li tagħti pariri professjonali u esperti
lill-Awtorità  fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-
konservazzjoni tal-patrimonju kulturali u naturali fi
proċess integrat. Kull taqsima għandha wkoll tagħti
pariri fuq il-proċess ta’ applikazzjonijiet
partikolarment dwar il-konservazzjoni tal-proprjetà
jew arei li jistgħu jkunu affettwati b’applikazzjoni għal
permess ta’ żvilupp. 
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      9
Kap. 445.
(f) Kull taqsima għandha tagħmel disponibbli għal
spezzjon pubbliku kull rakkomandazzjoni li hija
tagħmel lill-Awtorità  u għandha regolarment
tirrapporta ta’ kull sitt xhur lill-Awtorità  u lill-Kumitat
ta’ Garanzija mwaqqaf taħt l-Att dwar il-Patrimonju
Kulturali.
(g) Kull taqsima tista’ titlob lil kull min trid biex jagħtiha
parir espert jew professjonali dwar kull ħaġa li t-
taqsima tkun qed tittratta. 
(h) Sew il-president wieħed jew l-ieħor għandu jlaqqa’
seduta konġunta taż-żewġ taqsimiet meta jinqalgħu
kwistjonijiet li jolqtu kemm il-patrimonju kulturali u
dak naturali, u f’dak il-każ is-seduta konġunta taż-
żewġ taqsimiet għandha tkun presjeduta mill-president
tat-taqsima li jlaqqa’ s-seduta.  Id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (g) għandhom ikunu japplikaw ukoll għal
dawk is-seduti. 
(i) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan is-
subartikolu, u għal kull regola li tista’ tiġi preskritta
mill-Ministru responsabbli għall-patrimonju kulturali u
l-Ministru responsabbli għall-ambjent, sew il-kumitat
sew it-taqsimiet jistgħu jirregolaw il-proċeduri
tagħhom.
(9) L-Awtorità  għandha tibgħat lill-Ministru għall-
informazzjoni tiegħu, kopja ta’ l-aġenda, tal-minuti u tad-
dokumenti annessi magħha tal-laqgħat ta’ l-Awtorità .
Uffiċjali u 
impjegati ta’ l-
Awtorità.
Emendat:
XXIII. 1997.4;
XXI. 2001.6.
6. (1) L-Awtorità  għandha tinnomina Direttur ta’ l-Ippjanar li
għandu jirrapporta direttament lill-Bord ta’ l-Awtorità  u li, huwa
stess jew ir-rappreżentant tiegħu, ikollu l-jedd li jattendi l-laqgħat
kollha ta’ l-Awtorità , il-laqgħat kollha tal-Kummissjoni kif ukoll il-
laqgħat kollha ta’ kull bord u kumitat maħtur mill-Awtorità .
(2) Id-Direttur ta’ l-Ippjanar għandu jmexxi d-Direttorat ta’ l-
Ippjanar. L-Awtorità  tista’ tiddelega lid-Direttur, jew lil uffiċjal jew
impjegat ieħor ta’ l-Awtorità  li hija jidhrilha xieraq, kull wieħed
minn dawn il-funzjonijiet li ġejjin:
(a) appoġġ professjonali, tekniku u amministrattiv, 
(b) li jimplementa d-deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità , u 
(ċ) li jwettaq dawk il-funzjonijiet ta’ kuljum ta’ l-
Awtortità ,
u d-Direttur, l-uffiċjal u l-impjegat ta’ l-Awtorità  hawn fuq
imsemmija għandhom ikunu suġġetti għal dawk id-direttivi,
ordnijiet u kontrolli li l-Awtorità  jidhrilha xieraq li tagħtihom.
(3) L-Awtorità  għandha wkoll tinnomina dawk l-uffi_jali u
impjegati oħra li l-Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien tqis bħala
meħtieġa għall-qadi tal-funzjonijiet tagħha skond dan l-Att.
(4) L-Awtorità  għandha wkoll tinnomina wieħed mill-uffiċjali
tagħha biex jaġixxi bħala s-segretarju ta’ l-Awtorità . Is-segretarju
jkollu d-dmir li jsejjaħ il-laqgħat u li jżomm il-minuti tagħhom kif
  10      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
ukoll dmirijiet oħra li ċ-Chairman jista’ jagħtih b’delega.
(5) L-uffiċjali u l-impjegati ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu
nominati taħt dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet li l-Awtorità  minn
żmien għal żmien tista’ tiddetermina wara konsultazzjoni ma’ l-
uffiċċju tal-Prim Ministru.
(6) Il-Prim Ministru jista’, fuq talba ta’ l-Awtorità  jordna li
uffiċjal pubbliku jkun imqabbad għax-xogħol ma’ l-Awtorità  f’dik
il-kariga u b’effett minn dik id-data li jiġi speċifikat fl-ordni; u
f’kull każ bħal dan id-disposizzjonijiet tat-Tieni Skeda ta’ dan l-Att
ikollhom effett dwar kull uffiċjal pubbliku li jiġi hekk imqabbad.
(7) L-Awtorità  tista’, bl-approvazzjoni tal-Prim Ministru, toffri
lil kull uffiċjal pubbliku mqabbad għax-xogħol ma’ l-Awtorità  taħt
dan l-artikolu impjieg permanenti ma’ l-Awtorità  b’rimunerazzjoni
u taħt il-pattijiet u kondizzjonijiet speċifikati fl-offerta.
Kap. 93. 
(8) Kull uffiċjal pubbliku li jaċċetta impieg permanenti ma’ l-
Awtorità  offert lilu skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu
għandu, għall-finijiet kollha barra minn dawk ta’ l-Ordinanza dwar
il-Pensjonijiet, jitqies li temm milli jkun fis-servizz tal-Gvern u
jidħol fis-servizz ta’ l-Awtorità  b’seħħ mid-data li fiha aċċetta l-
offerta jew dik id-data aktar tard miftiehma bejnu u l-Awtorità ; u
għall-finijiet ta’ l-imsemmija Ordinanza servizz ma’ l-Awtorità
jitqies servizz mal-Gvern skond it-tifsir li hemm fiha.
Disposizzjonijiet 
finanzjarji.
7. (1) L-Awtorità  għandha tiġi ddotata b’kapital inizjali ta’
ħames mitt elf lira li jiġi mħallas mill-Gvern mill-Fond Konsolidat,
mingħajr approprjazzjoni oħra barra minn dan l-Att, b’warrant taħt
il-firma tal-Ministru responsabbli għall-finanzi li jawtorizza l-
Accountant General biex jagħmel il-ħlas.
(2) Wara dan il-ħlas, l-Awtorità  għandha titħallas mill-Fond
Konsolidat dawk is-somom li l-Kamra tad-Deputati tapprova.
(3) L-Awtorità  għandha tara li f’kull sena finanzjarja jitlestew,
u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara l-egħluq ta’ dik is-sena
tadotta, estimi tad-dħul u ħruġ ta’ l-Awtorità  għas-sena finanzjarja
ta’ wara:
Iżda dwar l-ewwel sena finanzjarja, l-Awtorità  għandha
tlesti u tadotta estimi mhux aktar tard minn tnax-il ġimgħa mid-
dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att.
(4) L-estimi għandhom isiru f’dik il-forma u għandhom
ikollhom dik l-informazzjoni u dawk il-paraguni ma’ estimi ta’
qabel kif il-Ministru jista’ jordna.
(5) Kopja ta’ l-estimi ta’ l-Awtorità  għandhom, malli jiġu
adottati mill-Awtorità , jintbagħtu minnufih lill-Ministru.
(6) Il-Ministru għandu, ma’ l-ewwel opportunità , u mhux aktar
tard minn tmien ġimgħat minn mindu jirċievi kopja ta’ l-estimi ta’
l-Awtorità , jew, jekk f’xi żmien il-Kamra tad-Deputati ma tkunx
qed tiltaqa’ f’sessjoni fi żmien tmien ġimgħat mill-bidu ta’ l-ewwel
sessjoni ta’ wara, jara li dawk l-estimi jitqiegħdu quddiem il-Kamra
flimkien ma’ mozzjoni li l-Kamra tapprova dawk l-estimi. Għandha
tingħata ġurnata għad-diskussjoni fil-Kamra ta’ dik il-mozzjoni; u
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      11
kemm il-mozzjoni kemm l-approvazzjoni ta’ estimi mill-Kamra
jistgħu jkunu sew b’emendi għall-estimi sew mingħajrhom.
(7) L-Awtorità  ma tista’ tidħol għal ebda spiża li ma tkunx ġiet
approvata mill-Kamra tad-Deputati:
Iżda: 
(a) sakemm jgħaddu sitt xhur mill-bidu ta’ sena
finanzjarja jew sa l-approvazzjoni ta’ l-estimi għal dik
is-sena, l-Awtorità  tista’ tidħol għal nefqa biex taqdi l-
funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att li b’kollox ma tkunx
akbar minn nofs l-ammont approvat għas-sena
finanzjarja ta’ qabel;
(b) nefqa approvata dwar kap jew sotto-kap ta’ l-estimi
tista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, issir dwar kap
jew sotto-kap ieħor ta’ l-estimi;
(ċ) jekk f’xi sena finanzjarja jinstab li l-ammont approvat
mill-Kamra mhux biżżejjed, jew jekk tinqala’ l-ħtieġa
ta’ nefqa għal għan mhux provdut fl-estimi, l-Awtorità
tista’ tadotta estimi supplimentari għall-approvazzjoni
tal-Kamra u, sakemm tingħata dik l-approvazzjoni,
iżda suġġett għall-għoti tagħha, l-Awtorità  tista’
f’ċirkostanzi speċjali u bl-approvazzjoni tal-Ministru,
tidħol għall-ispiża relattiva; u d-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att applikabbli għall-estimi għandhom, sa fejn
hu prattikabbli, japplikaw għall-estimi supplimentari:
Iżda wkoll, dwar l-ewwel sena finanzjarja ta’ l-
Awtorità , dan is-subartikolu għandu japplika
bħallikieku n-nefqa totali li l-Awtorità  tista’ tidħol
għaliha sakemm l-estimi għal dik is-sena jiġu
approvati mill-Kamra ma tistax tkun akbar minn nofs
l-ammont muri fl-estimi.
(8) L-estimi u l-estimi supplimentari kollha approvati mill-
Kamra għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jiġu ppublikati fil-
Gazzetta. 
Kontijiet u 
verifika.
Emendat:
XVI. 1997.8.
8. (1) L-Awtorità  għandha tara li jinżammu kontijiet xierqa u
dokumentazzjoni oħra dwar il-ħidma tagħha u għandha tara li
jitlesta prospett ta’ kontijiet dwar kull sena finanzjarja.
(2) Il-kontijiet ta’ l-Awtorità  għandhom jiġu verifikati minn
awditur jew awdituri nominati minnha u approvati mill-Ministru:
Iżda l-Ministru responsabbli għall-finanzi jista’ jeħtieġ li l-
kotba u dokumentazzjoni oħra ta’ l-Awtorità  jiġu verifikati jew
eżaminati mill-Awditur Ġenerali li, għal dan il-għan, ikollu s-
setgħa li jagħmel dik il-verifika fiżika u verifiki oħra, u li jitlob dik
l-informazzjoni li jidhirlu meħtieġa.
(3) Wara l-egħluq ta’ kull sena finanzjarja, fl-istess ħin li kopja
ta’ l-estimi ta’ l-Awtorità  tintbagħat lill-Ministru taħt l-artikolu 7,
l-Awtorità  għandha tara li kopja tal-prospett ta’ kontijiet verifikati
kif jixraq jiġu mogħtija lill-Ministru flimkien ma’ kopja ta’ kull
rapport magħmul mill-awditur jew awdituri dwar dak il-prospett
jew dwar il-kontijiet ta’ l-Awtorità .
  12      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
(4) Il-Ministru għandu jara li titqiegħed quddiem il-Kamra
kopja ta’ kull prospett u rapport bħal dak flimkien mal-mozzjoni
mqiegħda quddiem il-Kamra taħt l-artikolu 7 fuq imsemmi.
Rapport Annwali.  9. (1) L-Awtorità  għandha, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat
wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, tagħmel u tibgħat lill-
Ministru rapport tal-ħidma tagħha matul dik is-sena, li jkun fih dik
l-informazzjoni dwar il-funzjonijiet u l-proċeduri ta’ l-Awtorità  kif
il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jeħtieġ.
(2) Il-Ministru għandu jara li kopja ta’ kull rapport bħal dan
titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati fi żmien ġimgħatejn
jew jekk f’xi żmien il-Kamra tad-Deputati ma tkunx qed tiltaqa’
f’sessjoni fi żmien ġimgħatejn mill-bidu ta’ l-ewwel sessjoni ta’
wara.
Kuntratti ta’ 
provvista u 
xogħolijiet.
10. Ħlief bl-approvazzjoni tal-Ministru mogħtija għal
raġunijiet speċjali, l-Awtorità  m’għandhiex tidħol f’kuntratt għal
provvista ta’ oġġetti jew materjal jew għall-esekuzzjoni ta’
xogħolijiet jew għall-għoti ta’ servizzi, lil jew favur l-Awtorità , li
huwa stmat mill-Awtorità  li jkun jinvolvi nefqa ta’ aktar minn
ħamest elef lira, ħlief wara li jiġi ppublikat avviż ta’ intenzjoni ta’
l-Awtorità  li tidħol f’kuntratt bħal dak u wara li jkunu ħarġu offerti
kompetittivi.
Eżenzjoni minn 
taxxa. 
Sostitwit:
XV.1995.9.
11. L-Awtorità  tkun eżenti minn kull ħlas ta’ taxxa fuq l-
income u taxxa fuq dokumenti li tkun minn żmien għal żmien
dovuta f’Malta.
2. Il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Ippjanar
Twaqqif u 
funzjonijiet ta’ 
Kumitat 
Konsultattiv dwar 
l-Ippjanar.
Emendat:
XXIII. 1997.5;
XXI. 2001.7.
12. (1) Għandu jkun hemm kumitat li jkun magħruf bħala il-
Kumitat Konsultattiv dwar l-Ippjanar, magħmul minn dak in-numru
ta’ persuni li minn żmien għal żmien jiġu nominati mill-Prim
Ministru wara li jkun ikkonsulta dawk l-organizzazzjonijiet
rappreżentattivi tad-diversi aspetti tal-ħajja f’Malta kif jidhirlu
xieraq. Il-Prim Ministru għandu wkoll jinnomina iċ-chairman tal-
Kumitat Konsultattiv.
(2) ll-Kumitat ikollu l-funzjoni li jagħti pariri lill-Gvern u lill-
Awtorità  fuq kull pjan ta’ żvilupp jew policy ta’ ppjanar li fuqha
jintalab il-parir tiegħu jew li dwarha l-Kumitat Konsultattiv jidhirlu
li għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern jew ta’ l-Awtorità .
(3) Il-Kumitat Konsultattiv għandu jiltaqa’ daqs kemm ikun
meħtieġ, iżda mhux anqas minn erba’ darbiet f’kull sena
kalendarja; u bla ħsara għad-disposizzjoni ta’ hawn fuq, il-Kumitat
Konsultattiv jista’ jirregola l-proċeduri tiegħu. Il-Kumitat
Konsultattiv għandu jirrapporta bil-miktub lill-Ministru u lill-
Awtorità  kull tliet xhur dwar ix-xogħol tiegħu.
(4) L-għajnuna amministrattiva u teknika, kif ukoll il-fondi,
meħtieġa mill-Kumitat Konsultattiv għandhom jiġu provduti mill-
Awtorità  mir-riżorsi tagħha.
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      13
3. Il-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp
Twaqqif u 
funzjonijiet tal-
Kummissjoni 
għall-Kontroll ta’ 
l-Iżvilupp.
Emendat:
XXIII. 1997.6;
XXI. 2001.8;
L.N. 47 ta’ l-2002.
13. (1) Għandu jkun hemm kummissjoni, li tkun magħrufa
bħala l-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp, li jista’ jkollha
dak l-għadd ta’ fergħat hekk kif il-Prim Ministru jista’ b’ordni fil-
Gazetta jippreskrivi. Kull fergħa għandha tittratta dawk it-tipi ta’
applikazzjonijiet, li ma jkunux speċifiċi għal area ġeografika, kif il-
Ministru jista’ wara li jikkonsulta ma’ l- Awtorità  jippreskrivi:
Iżda ebda żewġ fergħat tagħha m’għandhom jittrattaw l-
istess tipi ta’ applikazzjonijiet.
(1A) Kull fergħa tal-Kummissjoni għandha tinħatar mill-Prim
Ministru u tkun tikkonsisti kif ġej:
(a) chairman nominat mill-Prim Ministru;
(b) tliet persuni nominati mill-Prim Ministru; u
(ċ) tliet persuni nominati mill-Awtorità .
(1B) L-Awtorità  għandha tibgħat liċ-chairmen tal-fergħat tal-
Kummissjoni għall-informazzjoni tagħhom kopja ta’ l-aġenda, tal-
minuti u tad-dokumenti annessi magħha tal-laqgħat ta’ l-Awtorità .
Iċ-Chairman tal-fergħat tal-Kummissjoni, sakemm ma jkunux
membri ta’ l-Awtorità  skond l-artikolu 3, għandhom jiġu mistiedna
biex jattendu l-laqgħat ta’ l-Awtorità  iżda ma għandu jkollhom l-
ebda dritt li jivvutaw waqt il-laqgħat ta’ l-Awtorità .
(2) Bla ħsara għall-artikolu 36A, il-funzjonijiet tal-
Kummissjoni jkunu dawk il-funzjonijiet ta’ l-Awtorità  dwar il-
kontroll ta’ l-iżvilupp, inkluż dik li jitwettaq il-kontroll kif l-
Awtorità  tista’ minn żmien għal żmien tiddelega lill-Kummissjoni u
teħtieġha li tagħmel, suġġett għal dawk il-kondizzjonijiet li l-
Awtorità  jidhrilha xierqa.
(3) Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, inkluż kull permess
għall-żvilupp maħruġ minnha, għandhom jitqiesu li huma, u
għandhom ikollhom l-istess saħħa u effett daqs, deċiżjonijiet ta’ l-
Awtorità , ħlief dwar materji li l-Awtorità  espressament tirriserva
għaliha jew teħtieġ li jiġi riferit lilha għal deċiżjoni; u l-espressjoni
"deċiżjoni ta’ l-Awtorità ", kull fejn tidher f’dan l-Att, għandha
tiftiehem hekk.
(4) Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jkunu jorbtu biss jekk
ikunu ttieħdu b’vot favur ta’ mhux anqas minn erbgħa mill-
membri; u għandhom jiġu ppubblikati kemm jista’ jkun malajr wara
l-laqgħa li fiha jittieħdu u f’kull każ mhux aktar tard mil-laqgħa li
tiġi minnufih wara dik il-laqgħa.
(5) Il-laqgħat tal-Kummissjoni għandhom ikunu miftuħa għall-
pubbliku, iżda l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li teskludi kull
membru tal-pubbliku jekk jidhrilha li dan hu meħtieġ biex iżżomm
l-ordni. Barra minn hekk is-sehem tal-pubbliku f’kull ħaġa li tkun
qed tiġi mistħarrġa mill-Kummissjoni jitħalla jsir biss fid-
diskrezzjoni tal-Kummissjoni u, jekk hi hekk teħtieġ,
b’arranġamenti li jsiru qabel. Fuq talba ta’ xi membru tal-
Kummissjoni, id-deliberazzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom
isiru bil-magħluq iżda kull votazzjoni trid issir fil-pubbliku. L-ebda
vot sigriet ma għandu jiġi permess. Meta l-Kummissjoni tivvota
  14      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
kontra rakkomandazzjoni magħmula mid-Direttur, iċ-Chairman ta’
dik il-Kummissjoni għandu jirreġistra fil-file relattiv ir-raġunijiet
ta’ ppjanar speċifiċi mogħtija mill-membri tal-Kummissjoni li ma
jkunux qablu mar-rakkomandazzjoni tad-Direttur.
(6) Meta l-Kummissjoni tiddiferixxi deċiżjoni dwar
applikazzjoni sew fejn l-applikant ikun mitlub li jemenda l-
proposta tiegħu f’liema każ il-Kummissjoni għandha tagħti
raġunijiet għal dik it-talba, jew sabiex jissupplixxi informazzjoni
addizzjonali, f’liema każ il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet
għat-talba tagħha għal dik l-informazzjoni addizzjonali,  il-
Kummissjoni għandha waqt dik is-seduta, sakemm ma jkunx hemm
qbil konġunt bejn il-Kummissjoni u l-applikant biex dak it-terminu
jiġi estiż, tiffissa d-data tal-laqgħa li tkun tmiss fejn tkun se tiġi
deċiża dik l-applikazzjoni, liema data ma għandhiex tkun aktar tard
minn tlett gimgħat mid-data tas-seduta.
(7) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq, u għar-regoli
li jistgħu jiġu preskritti mill-Awtorità , il-Kummissjoni tista’
tirregola l-proċeduri tagħha.
(8) Il-persunal tal-Kummissjoni għandu jikkonsisti f’dawk l-
uffiċjali u mpjegati ta’ l-Awtorità  li jkunu mqabbda biex jaqdu l-
Kummissjoni; u l-Awtorità  għandha wkoll tipprovdi lill-
Kummissjoni, mir-riżorsi tagħha, dik l-għajnuna li l-Kummissjoni
tista’ raġonevolment teħtieġ biex taqdi il-funzjonijiet tagħha.
(9) Il-Kummissjoni tista’ f’kull żmien tħejji rapporti, li
għandhom jiġu diskussi mill-Awtorità  -
(a) dwar kull ħaġa li hi relevanti għall-ippjanar, inkluż
dwar xi applikazzjoni; 
(b) dwar il-proċedura tal-kontroll ta’ l-iżvilupp; u
(ċ) dwar kull suġġett li għandu jiġi indirizzat mill-
Awtorità  permezz ta’ policy ta’ ppjanar ġdida jew
permezz ta’ emenda għal policy ta’ ppjanar eżistenti.
4. Bord ta’ Appell dwar l-Ippjanar
Twaqqif u 
funzjonijiet ta’ 
Bord ta’ Appell.
Emendat:
XXIII. 1997.7.
14. (1) Għandu jkun hemm bord, li jkun magħruf bħala l-Bord
ta’ Appell dwar l-Ippjanar, magħmul minn avukat, li jippresjedi,
persuna esperta fl-ippjanar u persuna oħra, u kull waħda minnhom
tiġi nominata mill-President li jaġixxi fuq il-parir tal-Ministru.
(2) Il-President, li jaġixxi fuq il-parir tal-Ministru, jista’ wkoll
jaħtar listi ta’ membri, u f’dan il-każ tkun responsabbiltà  tas-
segretarju tal-Bord li jiddeċiedi kif għandu jkun magħmul il-Bord
biex jisma’ appell jew iżjed minn appell wieħed, u huwa għandu,
sakemm hu possibbli, jiddeċiedi dan fuq bażi ta’ rotazzjoni.
(3) Membru tal-Bord ikun skwalifikat milli jisma’ appell
f’dawk iċ-ċirkostanzi li jiskwalifikaw imħallef f’kawża ċivili; u
f’kull każ bħal dak il-membru jiġi sostitwit minn persuna oħra jew
maħtura għal hekk mill-President li jaġixxi bil-parir tal-Ministru
jew magħżula mil-lista xierqa hekk maħtura.
(4) Il-membri tal-Bord għandhom jibqgħu fil-kariga għal żmien
tliet snin, u jistgħu jerġgħu jiġu nominati mill-ġdid.
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      15
(5) Membru tal-Bord jista’ jitneħħa mill-kariga mill-President
li jaġixxi bil-parir tal-Ministru, minħabba f’negliġenza maġġuri,
konflitt ta’ interess, inkompetenza, jew atti jew ommissjonijiet li
ma jixirqux li jitwettqu minn membru tal-Bord.
Funzjonijiet u 
Proċedura tal-Bord 
ta’ Appell.
Emendat:
XXIII. 1997.8;
VI. 2001.22;
XXI. 2001.10;
VI. 2002.57.
15. (1) Bla ħsara għall-artikolu 32A(4)  u għall-artikolu 47(4),
il-Bord ta’ Appell ikollu ġurisdizzjoni li:
(a) jisma’ u jiddeċiedi appelli magħmula minn min iħossu
aggravat ħlief għal terzi persuni interessati b’deċiżjoni
ta’ l-Awtorità  dwar kull ħaġa ta’ kontroll ta’ l-iżvilupp,
inkluż it-twettieq ta’ dak il-kontroll;
(b) jeżerċita dawk il-funzjonijiet mogħtija lilu skond l-
artikolu 27(2)(j) u ta’ l-artikolu 29A(4), ta’ l-artikolu
29B(4), ta’ l-artikolu 29C(4) u (5) u l-artikolu 31(3);
(ċ) jisma’ u jiddeċiedi appelli magħmula skond l-artikolu
39A(3), l-artikolu 40(4), l-artikolu 46(9), l-artikolu
48(4), l-artikolu 55B(3), l-artikolu 58(1) u l-artikolu
61(7);
(d) li jisma’ u jiddeċiedi appelli interposti minn terzi
persuni interessati minn deċiżjoni ta’ l-Awtorità  dwar
kull ħaġa ta’ kontroll ta’ l-iżvilupp, b’dan illi:
(i) dak l-appell jista’ jsir biss minn terza persuna
interessata li tkun għamlet xi kummenti bil-
miktub skond l-artikolu 32(5) meta tiġi
ppubblikata l-applikazzjoni għall-għemil ta’
żvilupp,
(ii) ma għandu jkun hemm ebda appell minn terza
persuna interessata minn deċiżjonijiet dwar
kontroll ta’ żvilupp dwar xi żvilupp li jkun
speċifikament awtorizzat fi pjan ta’ żvilupp,
(iii) kunsill lokali li fil-lokalità  tiegħu jkun qed jiġi
propost li jsir l-iżvilupp għandu dejjem jitqies
għall-fini u għall-effetti kollha tal-liġi li huwa
terza persuna interessata basta li dak il-kunsill
ikun għamel sottomissjonijiet bil-miktub skond
l-artikolu 32(5) u li jaġixxi fl-interess tal-
lokalità ,
(iv) terza persuna interessata għandha tissottometti
argumenti ġustifikati b’raġunijiet ibbażati fuq
konsiderazzjonijiet ta’ ppjanar sabiex
tiġġustifika l-appell tagħha.
Kap. 12.
(2) Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom ikunu finali. Għandu
jkun hemm appell lill-Qorti ta’ l-Appell kostitwita skond l-artikolu
41(6) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili minn dawk
id-deċiżjonijiet biss dwar punti ta’ liġi deċiżi mill-Bord fid-
deċiżjoni tiegħu. Appell minn deċiżjoni parzjali tal-Bord jista’ jiġi
ppreżentat biss flimkien ma’ appell mid-deċiżjoni finali tal-Bord.
(3) Id-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu jorbtu jekk jittieħdu bil-vot
favur ta’ mhux anqas minn tnejn mill-membri. U l-membru li ma
jkunx jaqbel, jekk ikun hemm, jista’ jagħti opinjoni separata; u d-
  16      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
deċiżjonijiet kollha tal-Bord għandhom jinqraw fil-pubbliku u jiġu
ppublikati malajr kemm jista’ jkun wara s-seduta li fiha jkunu
ttieħdu.
(4) Meta l-Bord iżomm seduta, għandu jingħata avviż minn
qabel dwar l-ewwel laqgħa tal-Bord ta’ mhux inqas minn erbatax-il
jum lill-partijiet fil-każ b’dak il-mod li l-Bord jidhirlu xieraq jew
kif jista’ jiġi provdut fit-Tielet Skeda:
Iżda f’każijiet urġenti dak l-imsemmi terminu ta’ erbatax-il
jum jista’ jitnaqqas b’ordni tal-Bord jekk il-Bord ikun sodisfatt illi
l-parti li tkun qed titlob l-urġenza tkun tat raġuni valida bil-miktub
għaliha.
(5) Is-seduti tal-Bord għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku,
iżda l-Bord ikollu s-setgħa li jeskludi kull membru tal-pubbliku
jekk jidhirlu li dan hu meħtieġ biex jinżamm l-ordni.
(6) Il-Bord jista’ jeħtieġ li dipartiment jew aġenzija tal-Gvern
jagħti lill-Bord dik l-informazzjoni jew dak il-parir li l-Bord iqis li
hu meħtieġ għall-qadi xieraq tal-funzjonijiet tiegħu.
(7) Il-Bord ikollu segretarjat amministrattiv li jkun
indipendenti mill-Awtorità  u li jkun magħmul minn segretarju u
minn dawk l-uffiċjali jew impjegati oħra li jistgħu jkunu meħtieġa
għar-risolviment mgħaġġel u effiċjenti ta’ dawk il-ħwejjeġ li
jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Bord. Is-segretarju jigi nominat mill-
Ministru u l-membri l-oħra tas-segretarjat jintgħażlu u jinħatru mis-
Segretarju.
(8) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (7),
il-fondi meħtieġa mill-Bord għall-qadi tal-funzjonijiet tiegħu,
għandhom jiġu provduti mill-Awtorità .
(9) Bla ħsara għal dak li hemm hawn fuq u għall-artikolu 37(1),
appelli lill-Bord u t-tmexxija tal-ħidma tal-Bord għandhom isiru
skond dawk ir-regoli li jistgħu jiġu preskritti taħt l-artikolu 60; u
fin-nuqqas ta’ regoli bħal dawk dwar kull ħaġa, il-Bord jista’
jirregola l-proċeduri tiegħu.
(10) (Revokat bl-Att VI.2002.57).
Kap. 319.
(11) Meta jittieħdu proċeduri ġudizzjarji kontra l-Bord f’qorti
ta’ ġurisdizzjoni ċivili, salv skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (10), is-Segretarju għandu jirrappreżenta lill-Bord
f’dawk il-proċeduri; u, salv id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 46
tal-Kostituzzjoni u ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Att dwar il-Konvenzjoni
Ewropea, ma għandu jinħareġ jew jingħata minn ebda qorti xi att
kawtelatorju kontra l-Bord.
(12) Il-Bord ta’ l-Appell, jekk jiddeċiedi li jagħti permess għal
żvilupp, jista’ jimponi penali, ħlas ta’ drittijiet u kontribuzzjonijiet
u kundizzjonijiet oħra, li l-Awtorità  tista’ timponi fil-ħruġ ta’
permess għal żvilupp; u l-Bord għandu jiżgura li josserva d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 33(1) u (2) meta jirrevedi deċiżjoni
ta’ l-Awtorità .
(13) Meta l-Bord ta’ l-Appell ibiddel deċiżjoni ta’ l-Awtorità  u
jordna l-ħruġ ta’ permess għal żvilupp, l-Awtorità  għandha,
sakemm ma jkunx hemm appell lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      17
Inferjuri) mid-deċiżjoni tal-Bord, toħroġ il-permess fi żmien xahar
mid-data tad-deċiżjoni tal-Bord, jew, f’każ li fid-deċiżjoni tkun ġiet
imposta kundizzjoni jew penali, fi żmien xahar mid-data li fiha l-
appellant ikun ikkonforma ma’ dik il-kondizzjoni jew ħallas il-
penali inflitta mill-Bord fid-deċiżjoni tiegħu.
Proċedura ta’ 
referenza.
Miżjud:
XXI. 2001.11.
15A. (1) Meta jsir appell minn applikant jew minn terza
persuna interessata minn deċiżjoni ta’ l-Awtorità  imsemmija fl-
artikolu 36A jew minn deċiżjoni ta’ l-Awtorità  jew tal-
Kummissjoni li jkollha x’taqsam ma’ applikazzjoni magħmula
minn dipartiment tal-gvern jew minn enti morali mwaqqfa b’liġi,
is-Segretarju tal-Bord ta’ l-Appell għandu jinforma lill-Ministru
b’dak l-appell fi żmien hmistax-il ġurnata minn mindu jiġi
pprezentat. F’dan il-każ, il-Ministru jista’, fi żmien hmistax-il
ġurnata mid-data meta huwa jkun irċieva dik l-informazzjoni, jew
jordna lill-Bord ta’ l-Appell biex jipproċedi biex jiddeċiedi dak l-
appell jew jiddeċiedi li jirreferi dik l-applikazzjoni lill-Kabinett
għal deċiżjoni. Meta l-Ministru ma jiddeċidix li jirreferi l-
applikazzjoni lill-Kabinett kif ingħad qabel fl-imsemmi terminu,
għandu jitqies għall-fini u għall-effetti kollha tal-liġi li huwa
għażel li jirreferi dak l-appell lill-Bord ta’ l-Appell biex dan
jiddeċidih.
(2) Il-Ministru jista’ jirreferi lill-Kabinett l-applikazzjonijiet
riferuti lilu skond is-subartikolu (1) meta dawk l-applikazzjonijiet
ikunu -
(a) applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ żvilupp li
jidhirlu li għandu sinifikat strateġiku;
(b) applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ żvilupp li
jidhirlu li jolqot is-sigurtà  nazzjonali jew l-interess
nazzjonali;
(ċ) applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ żvilupp li
jidhirlu li x’aktarx jolqot l-interessi ta’ xi Gvernijiet
oħra;
(d) applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ żvilupp li
jirrekjedi studju dwar l-impatt ambjentali u li fl-
opinjoni tiegħu huwa ta’ interess nazzjonali;
(e) applikazzjonijiet fejn l-applikant ikun dipartiment tal-
Gvern jew enti morali mwaqqfa b’liġi.
(3) Meta l-Ministru jiddeċiedi li jirreferi applikazzjoni lill-
Kabinett li tkun ġiet riferita lilu, huwa għandu jitlob lill-Bord ta’ l-
Appell li jħejji rakkomandazzjoni dwar dik l-applikazzjoni wara li
jkun sema’ lill-partijiet u l-Bord ta’ l-Appell għandu jibgħat ir-
rakkomandazzjoni dwar dik l-applikazzjoni partikolari lill-Ministru
sabiex jirreferiha lill-Kabinett. Din ir-rakkomandazzjoni għandha
tkun disponibbli għall-pubbliku.
(4) Is-Segretarju tal-Kabinett għandu, fi żmien ħmistax-il
ġurnata mid-data li tittieħed deċiżjoni, jikkomunika lill-Awtorità  d-
deċiżjoni tal-Kabinett flimkien mar-raġunijiet li jiġġustifikaw dik
id-deċiżjoni u l-Awtorità  għandha tikkonforma magħha,
tippubblika d-deċiżjoni tal-Kabinett b’dak il-mod li jidhrilha xieraq
jew kif jista’ jiġi preskritt u fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta
  18      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
tirċievi l-istess tikkomunika lill-partijiet id-deċiżjoni tal-Kabinett.
5. Disposizzjonijiet Komuni
Membri ta’ l-
Awtorità,  eċċ., 
jitqiesu uffiċjali 
pubbliċi.
Kap. 9.
16. Għall-għanijiet tal-Kodiċi Kriminali u ta’ kull
disposizzjoni ta’ natura penali f’kull liġi oħra, il-membri ta’ l-
Awtorità  u ta’ kull kumitat, bord, kummissjoni, jew korp ieħor
imwaqqaf b’dan l-Att, u kull uffiċjal u mpjegat tagħhom, għandu
jitqies li hu u jiġi trattat bħallikieku kien uffiċjal pubbliku.
Spezzjonijiet.
Miżjud:
XXI. 2001.12.
16A. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 50, għall-fini
tal-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skond dan l-Att, il-Bord ta’ l-
Awtorità , il-Kummissjoni, il-Bord ta’ l-Apell u kull uffiċjal jew
kumitat awtorizzat mill-Awtorità  għal dan l-iskop għandu jkollu d-
dritt li jaċċedi f’kull post, sew jekk pubbliku sew jekk privat, f’kull
ħin raġonevoli u f’każ ta’ dar ta’ abitazzjoni wara  li jingħata
preavviż ta’ mill-anqas tmienja u erbgħin siegħa u mhux qabel id-
disgħa ta’ filgħodu jew wara s-sebgħa ta’ filgħaxija, u kulmin
jostakola dan l-aċċess ikun ħati ta’ reat kontra dan l-artikolu u
jeħel, meta jinstab ħati, multa ta’ mhux anqas minn mitt lira u mhux
aktar minn elfejn lira.
Pubblikazzjoni ta’ 
l-ismijiet tal-
membri ta l-
Awtorità,  eċċ.
17. L-ismijiet tal-membri kollha ta’ l-Awtorità , u ta’ kull
kumitat, bord, kummissjoni, jew korp ieħor imwaqqaf b’dan l-Att,
kompriżi l-listi li minnhom jiġi kostitwit il-Bord ta’ Appell, u kull
tibdil f’dawk il-membri, għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta.
Miżjud:
XXIII. 1997.9.
6. Il-Kumitat ta’ l-Utenti
Twaqqif u 
funzjonijiet ta’ 
Kumitat ta’ l-
Utenti.
Miżjud:
XXIII. 1997.9.
17A. (1) Għandu jkun hemm Kumitat, li jkun magħruf bħala l-
Kumitat ta’ l-Utenti, magħmul minn mhux inqas minn sebgħa u
mhux iktar minn ħdax-il membru li jkunu mhux iktar minn wieħed
rappreżentant ta’ kull wieħed mill-korpi kostitwiti nazzjonali li
jkollhom interess kif rikonoxxuti mill-Ministru għall-għan ta’ dan
l-artikolu. Il-Kumitat ta’ l-Utenti jkun awtonomu mill-Awtorità  u
għandu jinħatar mill-Ministru u jkun responsabbli lejh u jwassallu
rapport mill-inqas ta’ kull sitt xhur, jew iktar kmieni skond il-
ħtieġa.
(2) Il-Kumitat ta’ l-Utenti għandu jissorvelja l-funzjonament
ġenerali ta’ l-Awtorità  b’mod partikolari sabiex jigi żgurat, fl-
interess tal-pubbliku ġenerali, proċess mgħaġġel u ġust u kull
trasparenza u uniformità  fid-deċiżjonijiet u l-atti ta’ l-Awtorità .
Għal dawn l-għanijiet il-Kumitat ta’ l-Utenti għandu jissorvelja t-
treġija ta’ l-Awtorità  u għandu jipproponi lill-Awtorità  jew lill-
Ministru skond il-każ, li jsiru dawk il-bidliet għall-proċessi u għall-
egħmil amministrattiv hekk kif jidhirlu li jkun xieraq.
Kumitat 
Permanenti dwar l-
Ippjanar ta’ l-
Iżvilupp.
Miżjud:
XXI. 2001.14.
17B. (1) Għandu jkun hemm Kumitat Permanenti dwar l-
Ippjanar ta’ l-Iżvilupp li għandu jkun magħmul minn ħames
membri, li wieħed minnhom ikun il-Ministru, li għandu jkun ukoll
iċ-Chairman tal-Kumitat, u erba’ membri oħra maħtura mill-
Kamra, li minnhom tnejn ikunu membri li jappoġġaw lill-Gvern u li
t-tnejn l-oħra ikunu membri magħżula mill-Oppożizzjoni.
(2) Kull pjan ta’ żvilupp li jitressaq quddiem il-Kamra tad-
Deputati skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att għandu fl-ewwel
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      19
lok jintbagħat quddiem il-Kumitat Permanenti. Il-Kumitat
Permanenti għandu jirrevedi tali pjan mibgħut lilu kif imsemmi
hawn aktar qabel u għandu jirrakkomanda lill-Kamra jekk dak il-
pjan għandux jiġi approvat, approvat b’emendi jew riġettat. Il-
Kumitat Permanenti jista’ wkoll jiddiskuti kull rapport riferut lilu
mill-Ministru li għandu x’jaqsam mal-pjan ta’ struttura jew kull
reviżjoni ta’ dak il-pjan.
(3) Meta jingħata avviż ta’ mozzjoni bħal dik imsemmija fl-
artikolu 22(2) mill-Ministru, dik il-mozzjoni għandha tintbagħat
quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Kamra, u dak il-Kumitat
Permanenti għandu jiddiskuti dik il-mozzjoni u jagħmel rapport
dwarha lill-Kamra.
(4) Mhux aktar tard minn xahar wara li avviż kif hemm
imsemmi fis-subartikolu (3) ta’ dan l-artikolu jintbagħat lill-
Kumitat Permanenti tal-Kamra, dan għandu jiddiskuti l-pjan ta’
struttura jew reviżjoni tiegħu, u għandu, mhux aktar tard minn
xahar wara li l-imsemmi pjan ta’ struttura jew reviżjoni tiegħu ikun
intbagħat lilu, jagħmel rapport dwaru lill-Kamra:
Iżda fejn dak il-Kumitat Permanenti tal-Kamra ma jagħmilx
rapport lill-Kamra fi żmien l-imsemmi perjodu ta’ xahar, il-Kamra
tkun tista’ tgħaddi biex tiddiskuti l-mozzjoni.
(5) Meta r-rapport tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra fuq xi
mozzjoni jkun wieħed unanimu, il-Kamra għandha tgħaddi biex
tivvota fuq dik il-mozzjoni u fuq kull emenda li tiġi proposta f’dak
ir-rapport mingħajr ebda dibattitu.
L-uffiċjal dwar il-
Verifika.
Miżjud:
XXI. 2001.14.
17C. (1) Għandu jkun hemm Uffiċjal dwar il-Verifika maħtur
mill-Awtorità  bi ftehim mal-Ministru wara li jikkonsulta mal-
Kumitat Permanenti u li għandu jistħarreġ il-funzjonijiet kollha u l-
operat ta’ l-Awtorità .
(2) L-Uffiċjal dwar il-Verifika għandu jinvestiga, sew fuq
inizjattiva tiegħu stess sew wara li jkun irċieva ilment, dwar il-
funzjonijiet u l-operat ta’ l-Awtorità . L-Uffiċjal dwar il-Verifika
għandu jissuġġerixxi lill-Awtorità  x’miżuri korrettivi għandhom
jittieħdu minnha, jekk dan ikun il-każ.
(3) L-Uffiċjal dwar il-Verifika għandu jibgħat kopja ta’ kull
rapport li huwa jikteb lill-Bord ta’ l-Awtorità . Huwa għandu
jipprepara rapport annwali li għandu jiġi ppubblikat fl-intier tiegħu
bħala parti mir-raport annwali ta’ l-Awtorità .
(4) L-Awtorità  għandha tibgħat kopja ta’ kull rapport miktub
mill-Uffiċjal dwar il-Verifika lill-Ministru u għandha tinformah
b’kull azzjoni li tkun ħadet fir-rigward tar-rapporti ta’ l-Uffiċjal
dwar il-Verifika u fejn ma tieħu l-ebda azzjoni kif ikun
irrakkomanda l-Uffiċjal dwar il-Verifika, għandha tinforma lill-
Ministru bir-raġunijiet għalfejn m’għamlitx dan.
(5) L-Awtorità  u d-Direttur għandhom jipprovdu kull għajnuna
raġonevoli lill-Uffiċjal dwar il-Verifika li huwa jista’ jeħtieġ.
(6) L-Awtorità  u d-Direttur għandhom jippermettu lill-Uffiċjal
dwar il-Verifika li jara u jieħu kopji ta’ kull file u kull
dokumentazzjoni oħra fil-pussess tagħhom.
  20      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
(7) L-Uffiċjal dwar il-Verifika għandu meta jkun qed jikteb ir-
rapporti msemmija f’dan l-artikolu,  jaġixxi skond il-fehma
individwali tiegħu u ma għandu jkun soġġett għal ebda indħil minn
xi persuna jew awtorità  oħra.
Kumitat Inter-
Dipartimentali 
dwar l-Ippjanar.
Miżjud:
XXI. 2001.14.
17D. (1) Għandu jkun hemm Kumitat, li jkun magħruf bħala l-
Kumitat Inter-Dipartimentali dwar l-Ippjanar, magħmul minn
rappreżentant wieħed minn kull dipartiment tal-Gvern jew enti
morali mwaqqfa b’liġi li l-Prim Ministru jista’ minn żmien għal
żmien jiddikjara li hu dipartiment jew enti morali rilevanti għall-
ippjanar. Is-segretarju permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru,
jew rappreżentant tiegħu, għandu jkun ex officio ċ-Chairman ta’
dan il-Kumitat Inter-Dipartimentali. Jekk f’xi żmien id-
dipartimenti li jaqgħu fid-dikasteru tal-Prim Ministru ma jkunux
taħt is-superviżjoni ta’ segretarju permanenti, jew ikunu taħt is-
superviżjoni ta’ aktar  minn segretarju permanenti wieħed, iċ-
Chairman ta’ dan il-kumitat Inter-Dipartimentali jkun dak l-uffiċjal
pubbliku jew, skond il-każ, dak is-segretarju permanenti li l-Prim
Ministru jista’ jindika.
(2) Il-Kumitat Inter-Dipartimentali għandu jissorvelja l-
implimentazzjoni tal-funzjonijiet mogħtija lil dipartiment tal-Gvern
jew lil enti morali skond dan l-Att jew skond xi pjan ta’ żvilupp jew
policy ta’ ppjanar. 
(3) Dan il-Kumitat għandu jikkordina l-hidma ta’, dawn id-
dipartimenti u enti morali fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom kif
ingħad qabel u għandu wkoll jagħtihom pariri u jassistihom. L-
Awtorità  għandha tagħti lill-Kumitat Inter-Dipartimentali kull
assistenza li jkollu bżonn fit-twettiq tal-funzjoni tiegħu skond dan
l-Att.
(4) L-Awtorità  għandha żżomm lill-Kumitat Inter-
Dipartimentali dwar l-Ippjanar informat bil-mod kif dawn id-
dipartimenti tal-Gvern u enti morali jkunu qed jaġixxu biex
jirrispondu għal talbiet ta’ konsultazzjonijiet mill-Awtorità .
(5) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jirregolaw il-
proċedura li għandha tiġi adottata mill-Kumitat Inter-
Dipartimentali dwar l-Ippjanar.
TAQSIMA III
 L-IPPJANAR TA’ L-IŻVILUPP
1. Il-Pjan ta’ Struttura
Il-Pjan ta’ 
Struttura, il-
preparattivi għalih 
u r-reviżjoni 
tiegħu.
Emendat:
XXIII. 1997.10;
XXI. 2001.15.
18. (1) L-Awtorità  għandha tħejji pjan ta’ struttura u għandha
mhux aktar tard minn sena minn mindu dan l-Att jibda jseħħ
tissottomettih lill-Gvern biex jiġi kkunsidrat u approvat kif provdut
fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(2) Il-pjan ta’ struttura għandu jkun stqarrija bil-miktub
illustrata b’dawk id-disinni u figuri li jkunu meħtieġa u li jkollha
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      21
magħha memorandum spjegattiv u li jagħti ġustifikazzjoni raġunata
għal kull policy u proposta li jkun hemm fil-pjan.
(3) L-Awtorità  għandha tissorvelja l-pjan ta’ struttura u
tirrevedih għal daqs kemm-il darba ikun meħtieġ sakemm dik ir-
reviżjoni ma sseħħx fi żmien inqas minn ħames snin. Kull reviżjoni
bħal dik għandha ssir skond l-għanijiet u l-objettivi ta’ reviżjoni
tal-pjan ta’ struttura kif jistgħu jiġu approvati mill-Kabinett u
għandha tiġi fis-seħħ kif provdut fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’
din it-Taqsima ta’ dan l-Att.
(3A) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3), il-pjan ta’
struttura jista’ jiġi rivedut f’partijiet minnu kull meta jkun hemm il-
ħtieġa permezz ta’ Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati, u għandu
jiġi fis-seħħ kif provdut fid-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-
Taqsima ta’ dan l-Att. Dik ir-reviżjoni parzjali tal-Pjan ta’ Struttura
ma għandhiex tolqot b’mod negattiv permess għall-iżvilupp validu
maħruġ lil kull persuna qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dik ir-
reviżjoni.
(3B) Il-Kabinett jista’ japprova stqarrija ta’ għanijiet u objettivi
li għandhom jintlaħqu b’reviżjoni parzjali tal-Pjan ta’ Struttura, u,
jew, proposta flimkien ma’ stqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar
għal tali reviżjoni.  Wara tali approvazzjoni, il-Ministru għandu
jibgħat lill-Awtorità  dik l-istqarrija ta’ għanijiet u objettivi, u, jew,
dik il-proposta u stqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar. Meta l-
Awtorità  tirċievi dik l-istqarrija ta’ għanijiet u objettivi, u, jew, il-
proposta u l-istqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar, hija għandha
tikkonforma mal-proċedura li tinsab fis-subartikoli (4) sa (7), jekk
l-affarijiet imsemmija hemmhekk ma jkunux diġà  saru,  bħallikieku
l-proposta tkun inbdiet mill-Awtorità ; u d-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3A) u ta’ l-artikolu 19 għandhom japplikaw. Jekk l-
Awtorità  ma taqbilx mal-proposta tal-Ministru jew ma’ l-istqarrija
ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar tiegħu, hija għandha tħejji stqarrija
ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar tagħha fejn issemmi t-tibdiliet li hija
tkun qed tipproponi għaliha jew ir-reazzjoni tagħha għaliha. Il-
Ministru għandu sussegwentement jikkonforma mad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 22 u, għall-fini ta’ l-artikolu 22(1), l-
espressjoni ’’sottomissjonijiet’’ għandha tinkludi l-istqarrija ta’
pożizzjoni dwar l-ippjanar ta’ l-Awtorità .
(4) Għat-tħejjija jew reviżjoni ta’ pjan ta’ struttura l-Awtorità
għandha tagħmel surveys ta’ dawk il-ħwejjeġ li għandhom effett
fuq il-karattru u l-kwalità  ta’ l-ambjent, il-konservazzjoni u żvilupp
tiegħu, inklużi, iżda mhux limitati għal:
(a) id-daqs, il-kompożizzjoni u d-distribuzzjoni tal-
popolazzjoni;
(b) l-attivitajiet agrikoli, industrijali, kummerċjali,
turistiċi u l-attivitajiet ekonomiċi l-oħra tal-pajjiż
kompriżi l-għamla ta’ mpjieg li joħorġu minnhom;
(ċ) iż-żmien ħieles u r-rikreazzjoni;
(d) s-servizzi u faċilitajiet soċjali u kommunitarji; 
(e) il-komunikazzjonijiet, it-traffiku u t-trasport; 
(f) is-servizzi ta’ utilità  pubblika;
  22      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
(g) il-konservazzjoni u preservazzjoni ta’ riżorsi naturali u
xogħol il-bnedmin; 
(h) dawk il-ħwejjeġ l-oħra kollha li l-Gvern jista’ jeħtieġ
jew li l-Awtorità  tqis bħala meħtieġa.
(5) Meta tkun qed tħejji jew tirrevedi pjan ta’ struttura, l-
Awtorità  għandha tqis -
(a) il-politika ekonomika tal-mument li għandha effett fuq
l-iżvilupp;
(b) il-politika tal-Gvern dwar il-ħwejjeġ imsemmija fis-
subartikolu (4);
(ċ) ir-riżorsi li aktarx ikun hemm biex il-pjan jiġi
mwettaq. 
(6) Waqt it-tħejjija jew reviżjoni tal-pjan ta’ struttura l-
Awtorità  għandha tgħarraf lill-pubbliku b’dawk il-materji li bi
ħsiebha tqis u għandha tagħti opportunità  xierqa lill-individwi u
organizzazzjonijiet biex jagħmlu sottomissjonijiet lill-Awtorità .
Kap. 322.
(7) Fit-tħejjija ta’ pjan ta’ struttura l-Awtorità  tista’ tagħmel
tagħha jew tadotta kull survey jew xogħol ieħor magħmul fit-
tħejjija ta’ pjan ta’ struttura taħt l-Att dwar Permessi ta’ Bini
(Provvedimenti Temporanji) imħassar b’dan l-Att.
(8) Reviżjoni parzjali tal-pjan ta’ struttura li hi meħtieġa
minħabba l-approvazzjoni ta’ jew emenda għal pjan sussidjarju hija
eżenti milli tikkonforma mad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (4) u
(5) meta l-affarijiet li jissemmew fiha u li huma relevanti għar-
reviżjoni parzjali jkunu ġa saru waqt il-preparazzjoni ta’ pjan
sussidjarju.
Publikazzjoni ta’ 
pjan ta’ struttura u 
reviżjonijiet 
tiegħu.
Emendat:
XXI. 2001.16.
19. (1) Meta l-pjan ta’ struttura jew reviżjoni tiegħu jitlestew,
l-Awtorità  għandha tippublika l-pjan flimkien ma’ stqarrija tas-
sottomissjonijiet li tkun irċeviet u r-rejazzjoni tagħha għal dawk is-
sottomissjonijiet.
(2) L-Awtorità  għandha tistieden li jsirulha sottomissjonijiet
dwar il-pjan fi żmien speċifikat ta’ mhux anqas minn sitt ġimgħat.
(3) Il-pjan ta’ struttura, u kull reviżjoni tiegħu, flimkien mas-
sottomissjonijiet li jkunu saru lill-Awtorità , għandhom, kemm jista’
jkun malajr, wara li jiskadi l-perjodu msemmi fis-subartikolu (2),
jintbagħtu lill-Ministru.
(4) Il-Ministru jista’ jirreferi lura l-pjan ta’ struttura jew ir-
reviżjoni tiegħu lill-Awtorità  meta huwa ma jkunx qed jaqbel mal-
pjan ta’ struttura jew mar-reviżjoni tiegħu u għandu jipprepara
stqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar fejn isemmi fiha t-tibdiliet li
huwa jkun qed jipproponi, jew ir-reazzjonijiet tiegħu għall-pjan ta’
struttura jew għar-reviżjoni tiegħu.
Studju tal-pjan jew 
reviżjoni tiegħu 
minn Panel.
20. Revokat: XXI. 2001.17.
Meta l-pjan jew 
reviżjoni jiġu 
mibgħuta lura.
21. Meta l-pjan ta’ struttura jew reviżjoni tiegħu jkunu
ntbagħtu lura lill-Awtorità , għandha tiġi segwita, safejn hu possibli,
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      23
l-istess proċedura dwar kull abbozz ieħor imħejji u pubblikat mill-
Awtorità , iżda m’għandhomx jintbagħtu lura lill-Awtorità  aktar
minn darba.
Kunsiderazzjoni 
finali u 
approvazzjoni ta’ 
pjan jew reviżjoni.
Emendat:
XXI. 2001.18.
22. (1) Ma’ l-egħluq tal-proċeduri stabbiliti mid-disposiz-
zjonijiet ta’ qabel din, il-pjan ta’ struttura, u kull reviżjoni tiegħu,
għandhom jiġu kunsidrati mill-Kabinett flimkien ma’ l-istqarrija ta’
pożizzjoni dwar l-ippjanar tal-Ministru u s-sottomissjonijiet li
jkunu saru dwar il-pjan jew reviżjoni tiegħu.
(2) Bla ħsara għall-artikolu 17B(2) sa (4), wara dan il-Ministru
għandu jara li l-pjan ta’ struttura jew reviżjoni tiegħu, flimkien ma’
l-istqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar tal-Ministru, jitqiegħdu
quddiem il-Kamra flimkien ma’ mozzjoni għal riżoluzzjoni li l-pjan
ta’ struttura jiġi approvat mill-Kamra, b’dawk l-emendi, jekk ikun
hemm, li jiġu speċifikati fir-riżoluzzjoni.
(3) Il-pjan ta’ struttura u kull reviżjoni tiegħu kif approvati
mill-Kamra jibdew iseħħu minn dik id-data li tista’ tiġi speċifikata
għal hekk mill-Ministru b’ordni fil-Gazzetta; u għall-għanijiet ta’
dan l-Att, barra minn dawk relattivi għat-tħejjija, kunsiderazzjoni u
sottomissjoni tal-pjan ta’ struttura jew ir-reviżjoni tiegħu, l-
espressjoni pjan ta’ struttura u kull riferenza għar-reviżjoni tiegħu,
tfisser il-pjan ta’ struttura, u kull reviżjoni tiegħu, kif approvati
mill-Kamra tad-Deputati:
Kap. 322.
Iżda jekk fid-data li fiha jibda jseħħ dan l-Att ikun hemm
pjan ta’ struttura imħejji taħt l-Att dwar Permessi ta’ Bini
(Provvedimenti Temporanji) u approvat mill-Kamra tad-Deputati,
dak il-pjan ta’ struttura, kif hekk approvat, ikun il-pjan ta’ struttura
u jiġi trattat bħallikieku kien il-pjan ta’ struttura imħejji mill-
Awtorità  taħt dan l-Att għall-għanijiet kollha tiegħu u bħallikieku
id-disposizzjonijiet kollha ta’ dan l-Att relattivi għat-tħejjija,
kunsiderazzjoni u sottomissjoni ta’ pjan ta’ struttura ġew mħarsa.
Sostitwit:
XXI. 2001.19.
2. Pjanijiet dwar Suġġett, Pjanijiet Lokali,
 Pjanijiet ta’ Azzjoni u Briefs dwar l-Iżvilupp
Pjanijiet 
sussidjarji.
Emendat:
XXI. 2001.20.
23. Jekk l-Awtorità  jidhrilha li biex l-iżvilupp jitħaddem
sewwa u b’mod effettiv huwa meħtieġ li tħejji proposti aktar fid-
dettal milli jistgħu jiġu mdaħħla fi pjan ta’ struttura, l-Awtorità
tista’ tħejji dawk il-pjanijiet sussidjarji, jiġifieri pjanijiet dwar
suġġett, pjanijiet lokali, pjanijiet ta’ azzjoni u briefs dwar l-
iżvilupp, li jidhrilha meħtieġa.
Pjanijiet dwar 
suġġett.
Emendat:
XXI. 2001.21.
24. (1) Pjan dwar suġġett huwa pjan li jittratta dwar policy
jew materja kompriżi fi pjan ta’ struttura iżda jeħtieġu biex jiġu
attwati aktar dettalji milli jkun hemm fil-pjan ta’ struttura.
(2) Pjan dwar suġġett għandu jkun magħmul minn stqarrija bil-
miktub ġustifikata b’dawk il-mapep u dijagrammi li jkunu meqjusa
meħtieġa.
(3) Ħlief kif mistqarr xort’oħra fil-pjan, pjan dwar suġġett
għandu japplika għal kull qasam rilevanti tal-pjan ta’ struttura, sew
jekk huwa wkoll qasam kompriż fi pjan lokali, pjan ta’ azzjoni jew
brief dwar l-iżvilupp sew jekk le.
  24      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
Pjan lokali. 25. (1) Pjan lokali huwa pjan imħejji mill-Awtorità  għal kull
żona fejn l-Awtorità  jidhrilha li r-rata ta’ żvilupp jew żvilupp mill-
ġdid ma’ tistax titħaddem adegwatament, jew fejn fatturi speċjali
ma jistgħux jitqiesu fuq il-bażi tal-pjan ta’ struttura waħdu.
(2) Pjan lokali għandu jkun magħmul minn mappa jew mapep
fuq skala adegwata u ġustifikati bi stqarrja bil-miktub u dawk id-
dijagrammi li huma meqjusa meħtieġa.
Pjanijiet ta’ 
azzjoni.
Emendat:
XXI. 2001.22.
26. (1) Pjan ta’ azzjoni jsir mill-Awtorità  għal:
(a) żona fejn l-Awtorità  jidhrilha illi hija għandha tagħti
attenzjoni partikolari biex tiġġestixxi aħjar ir-rata ta’
żvilupp jew żvilupp mill-ġdid jew fejn għandhom
jitqiesu fatturi speċjali li ma jkunux xort’oħra jistgħu
jitqiesu; jew
(b) żona fejn dipartiment jew aġenzija tal-Gvern bi
ħsiebha li tagħmel, jew li bi ftehim mal-privat tara li
jsir,  żvilupp sostanzjali jew fuq art tal-Gvern jew ta’
aġenzija tal-Gvern jew fuq art li bi ħsiebhom
jakkwistaw sew bi ftehim jew b’mod obbligatorju.
(2) Pjan ta’ azzjoni jista’ jkun parti minn pjan lokali jew pjan
lokali sħiħ.
(3) Barra mill-informazzjoni li għandu jkun hemm fi pjan
lokali, pjan ta’ azzjoni magħmul skond is-subartikolu (1)(b) għandu
juri wkoll l-art li hija proprjetà  pubblika u dik li huwa l-ħsieb li ssir
proprjetà  pubblika.
Brief dwar l-
iżvilupp.
Miżjud:
XXI. 2001.23.
26A. (1) Brief dwar l-iżvilupp huwa dokument li jagħti gwida
dwar l-ippjanar dettaljata dwar l-iżvilupp ta’ sit speċifiku jew ta’
area żgħira fejn l-Awtorità  tikkonsidra li dik il-gwida hija meħtieġa
sabiex ikun hemm żvilupp xieraq u bi pjan ta’ dak is-sit jew ta’ dik
l-area, jew biex timplimenta policy jew policies fi pjan ta’ żvilupp.
(2) Brief dwar l-iżvilupp għandu jkun magħmul minn stqarrija
bil-miktub ġustifikata b’dawk il-mapep u dijagrammi li jkunu
meqjusa meħtieġa.
(3) Brief dwar l-iżvilupp għandu jikkonsisti minn linji gwida u
informazzjoni dwar is-suġġetti ta’ hawn aktar ’l isfel li jkunu
meqjusa neċessarji:
(a) deskrizzjoni tas-sit u l-inħawi ta’ fejn tinsab;
(b) linji gwida dwar l-iżvilupp tas-sit, li jinkludu:
(i) kull użu ta’ l-art u t-tqassim tas-sit,
(ii) il-forma, l-għoli u d-disinn tal-bini,
(iii) kull bini u karatteristiċi ta’ landscape li
għandhom jinżammu,
(iv) il-htiġiet għal aċċess, għall-parking u għaċ-
ċirkolazzjoni,
(v) l-aspetti tal-landscaping u tal-konservazzjoni
tan-natura;
(ċ) it-titolu li bih jinżamm is-sit;
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      25
(d) is-servizzi u l-infrastruttura;
(e) il-htiġijiet tal-format u l-kontenut tas-
sottomissjonijiet;
(f) kull informazzjoni oħra li tista’ tkun relevanti għas-sit
u għall-fini tal-brief dwar l-ippjanar.
Proċeduri għall-
pjanijiet 
sussidjarji.
Sostitwit:
XXI. 2001.24.
27. Fit-tħejjija jew fir-reviżjoni ta’ pjan sussidjarju l-proċedura
stabbilita f’dan l-artikolu għandha tiġi segwita għar-rigward tal-
pjan sussidjarju.
(2) Meta l-Awtorità  tħejji pjan sussidjarju jew reviżjoni tiegħu
kif ingħad hawn fuq, hija għandha titlob l-approvazzjoni tal-
Ministru skond il-proċedura li ġejja:
(a) waqt it-tħejjija jew reviżjoni ta’ pjan sussidjarju, l-
Awtorità  għandha tgħarraf lill-pubbliku b’dawk il-
materji li bi ħsiebha tqis u għandha tagħti opportunità
xierqa lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet biex
jagħmlu sottomissjonijiet lill-Awtorità ;
(b) meta l-pjan sussidjarju jew reviżjoni tiegħu jitlestew,
l-Awtorità  għandha tippublika l-pjan flimkien ma’
stqarrija tas-sottomissjonijiet li tkun irċeviet u r-
rejazzjoni tagħha għal dawk is-sottomissjonijiet. L-
Awtorità  għandha tistieden li jsirulha sottomissjonijiet
dwar il-pjan fi żmien speċifikat ta’ mhux anqas minn
sitt gimgħat; fejn f’xi pjan sussidjarju bħal dak jew
f’reviżjoni tiegħu jkun propost illi xi art tiġi eskluża
minn konfini ta’ Skema ta’ Provvedimenti Temporanji
jew mill-konfini ta’ żvilupp kif indikati fi pjan lokali,
l-Awtorità  għandha tippubblika fil-Gazzetta u f’żewġ
gazzetti lokali ta’ kuljum avviż li juri l-art li tkun se
tiġi eskluża;
(ċ) l-Awtorità  għandha tadotta l-pjan sussidjarju wara li
tieħu in konsiderazzjoni s-sottomissjonijiet li hija tkun
irċeviet kif imsemmi hawn qabel;
(d) l-Awtorità  għandha tirreferi il-pjan sussidjarju
flimkien mal-istqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar
tagħha lill-Ministru għall-approvazzjoni tiegħu. L-
Awtorità  għandha wkoll tibgħat lill-Ministru l-
istqarrija  tas-sottomissjonijiet li hija tkun irċeviet u r-
reazzjonijiet tagħha għal dawk is-sottomissjonijiet kif
ukoll id-dokumentazzjoni u l-istudji relattivi konnessi
mal-preparazzjoni tal-pjan sussidjarju;
(e) meta l-Ministru jaqbel mal-pjan sussidjarju huwa
għandu japprovah kif sottomess mill-Awtorità  u l-
Awtorità  għandha wara tali approvazzjoni tippubblika
l-istess flimkien ma’ l-istqarrijiet, reazzjonijiet,
dokumentazzjoni u studji msemmija fil-paragrafu (d);
(f) meta l-Ministru ma jaqbilx mal-pjan sussidjarju kif
adottat mill-Awtorità  huwa għandu jipprepara stqarrija
ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar fejn isemmi t-tibdiliet li
huwa jkun qed jissuġġerixxi jew ir-reazzjonijiet tiegħu
  26      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
għall-pjan sussidjarju ta’ l-Awtorità  u għandu jirreferi
lura l-pjan sussidjarju lill-Awtorità  flimkien ma’ l-
istqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar tiegħu; fejn
f’xi pjan sussidjarju bħal dak jew f’reviżjoni tiegħu
jkun propost illi xi art tiġi eskluża minn konfini ta’
Skema ta’ Provvedimenti Temporanji jew mill-konfini
ta’ żvilupp kif indikati fi pjan lokali, l-Awtorità
għandha tippubblika fil-Gazzetta u f’żewġ gazzetti
lokali ta’ kuljum avviż li juri l-art li tkun se tiġi
eskluża;
(g) fejn l-Awtorità  ma taqbilx mal-Ministru wara r-
referenza lura lilha mill-Ministru tal-pjan sussidjarju,
hija għandha tħejji stqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-
ippjanar u għandha tirreferiha lura lill-Ministru;
(h) il-Ministru għandu mbagħad iħejji stqarrija ta’
pożizzjoni dwar l-ippjanar finali. Huwa għandu
minnufih jgħarraf lill-Awtorità  biha li għandha
minnufih temenda l-pjan sussidjarju skond l-istqarrija
ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar finali tal-Ministru u
tissottometti l-istess lill-Ministru għall-approvazzjoni
finali tiegħu. Wara tali approvazzjoni l-Awtorità
għandha tippubblika l-pjan sussidjarju flimkien ma’ l-
istqarrijiet ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar tagħha u
dawk tal-Ministru flimkien mal-parir tal-Bord ta’ l-
Appell mogħti skond il-paragrafu (j), jekk ikun il-każ,
u flimkien ma’ l-istqarrijiet, reazzjonijiet,
dokumentazzjoni u studji msemmija fil-paragrafu (d);
(i) meta l-pjan sussidjarju jew xi parti minnu jestendi l-
iskop ta’ jew hu f’kunflitt mal-pjan ta’ struttura, il-
Ministru għandu jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’
l-artikoli 18 sa 22 fil-każ ta’ dak il-pjan sussidjarju
jew parti tiegħu, iżda dawk il-partijiet tal-pjan
sussidjarju li ma jestendux l-iskop ta’ jew mhumiex
f’kunflitt mal-pjan ta’ struttura għandhom jiġu fis-
seħħ fid-data ta’ l-approvazzjoni tagħhom mill-
Ministru;
(j) jekk iqum dubbju dwar liema proċedura għandha tiġi
segwita dwar pjan sussidjarju jew jekk pjan sussidjarju
jew stqarrija ta’ pożizzjoni dwar ppjanar jestendux l-
iskop jew huma f’kunflitt mas-sustanza tal-pjan ta’
struttura, il-kwistjoni għandha tiġi riferita f’kull żmien
mill-Awtorità  jew mill-Ministru lill-Bord ta’ Appell,
iżda meta l-Awtorità  hi tal-fehma li l-istqarrija ta’
pożizzjoni dwar l-ippjanar finali tal-Ministru testendi
l-iskop ta’ jew hi f’konflitt mas-sustanza tal-pjan ta’
struttura, hija għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Bord ta’
Appell fi żmien xahar mid-data li hija tirċievi l-
istqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar finali tal-
Ministru. Il-Bord ta’ l-Appell għandu jiddeċiedi fi
żmien xahar minn mindu l-kwistjoni tkun riferita lilu
dwar liema proċedura għandha tapplika u d-deċiżjoni
tal-Bord tkun finali.
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      27
Reviżjoni ta’ pjan 
sussidjarju.
Sostitwit:
XXI. 2001.25.
28. (1) Kull pjan sussidjarju għandu jiġi rivedut daqs kemm
ikun meħtieġ jew meta jkun meħtieġ minħabba reviżjoni tal-pjan
ta’ struttura:
Iżda pjan sussidjarju m’għandux jiġi rivedut sakemm ma
jkunux għaddew sentejn mill-aħħar reviżjoni sakemm dik ir-
reviżjoni ma tkunx meħtieġa minħabba reviżjoni tal-pjan ta’
struttura.
(2) Meta bħala riżultat ta’ reviżjoni l-Awtorità  tipproponi li jsir
tibdil sinifikanti fi pjan, jew meta jiġi propost li pjan jiġi rtirat, kull
proposta bħal dik għandha tkun suġġetta għall-istess proċeduri ta’
pjan ġdid u tiġi trattata hekk. 
(3) Tibdil żgħir li ma jolqotx is-sustanza ta’ pjan jista’ jsir
mill-Awtorità  jew fuq inizjattiva tagħha stess meta hija tikkunsidra
li tagħmel dan fl-interess ta’ l-ippjanar xieraq ta’ żona jew wara li
tirċievi mingħand xi persuna applikazzjoni għal tibdil żgħir. It-
tibdil m’għandux jitqies li huwa żgħir meta huwa  jibdel id-
direzzjoni ġenerali tal-pjan jew jolqot konfini ta’ Skema ta’
Provvedimenti Temporanji jew konfini ta’ żvilupp indikati fi pjan
lokali.
(4) Għall-fini tas-subartikolu (3), dan li ġej għandu jitqies
bħala tibdil żgħir:
(a) tibdil fil-linja tat-toroq u tal-bini fi Skema ta’
Provvedimenti Temporanji jew fi pjan lokali; u
(b) tibdil fit-tqassim ta’ żoni, ħlief -
(i) tibdil fil-limitazzjoni tal-għoli; u
(ii) tibdil fit-tqassim ta’ żoni f’sit li ma jkunx intiż
biex fih isir żvilupp.
(5) Meta l-Awtorità  tikkunsidra li tagħmel tibdil żgħir skond is-
subartikolu (4)(a), id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 32 għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal dak it-tibdil.
(6) Meta l-Awtorità  tikkunsidra li tagħmel tibdil żghir skond is-
subartikolu (4)(b), hija għandha tosserva l-proċedura li ġejja:
(a) fejn il-proposta għal tibdil żgħir tkun oriġinat mill-
Awtorità  stess, hija għandha tosserva d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27(2)(a) sa (j);
(b) fejn il-proposta għal tibdil żgħir tkun oriġinat
f’applikazzjoni għal tibdil żgħir, l-Awtorità  għandha
tippubblika dik il-proposta u għandha tistieden li jsiru
sottomissjonijiet dwar dik l-applikazzjoni fi żmien
speċifikat ta’ mhux anqas minn sitt ġimgħat. L-
Awtorità  għandha mbagħad tiddeċiedi l-applikazzjoni
wara li tieħu in konsiderazzjoni s-sottomissjonijiet li
jkunu sarulha. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
29Ċ(4) u (5) għandhom ukoll japplikaw.
(7) M’għandu jkun hemm l-ebda appell lill-Bord ta’ l-Appell
minn deċiżjoni dwar applikazzjoni għal tibdil żgħir.
(8) Tibdil żgħir għal pjan għandhom isiru kif intqal qabel u
skond dawk il-proċeduri li l-Ministru wara konsultazzjoni ma’ l-
  28      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
Awtorità  jista’ jippreskrivi.
Pjanijiet sussidjarji 
fin-nuqqas ta’ pjan 
ta’ struttura.
29. (1) Jekk f’xi żmien jew għal xi lokalità  ma jkunx iseħħ
pjan ta’ struttura, jew jekk ma jkunx hemm pjan ta’ struttura, l-
Awtorità  tista’ tħejji pjan jew pjanijiet sussidjarji, iżda kull pjan
bħal dak għandu jibda jkun operattiv jekk jiġi mħejji u approvat bl-
istess mod ta’ pjan ta’ struttura jew, jekk ikun hemm pjan ta’
struttura fis-seħħ, il-pjan sussidjarju jkun jista’ jiġi adottat mill-
Awtorità  bħal wieħed li hu kompriż fl-iskop tiegħu u ma jmurx
kontrih.
Kap. 322.
(2) Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 63, fiż-
żmien li jkun qed jiġi mħejji u approvat pjan ta’ struttura, jew, jekk
ikun iseħħ pjan ta’ struttura magħmul taħt l-Att dwar Permessi ta’
Bini (Provvedimenti Temporanji), waqt li jkunu qed jiġu mħejja u
adottati pjanijiet sussidjarji, l-Awtorità  tista’ tadotta kull pjan
sussidjarju mħejji taħt l-Att fuq imsemmi u li jkun fis-seħħ meta
jibda jseħħ dan l-Att; u malli jiġu hekk adottati dawk il-pjanijiet
sussidjarji għandhom jiġu trattati bħala pjanijiet ta’ l-Awtorità
approvati kif meħtieġ b’dan l-Att.
Miżjud:
XXI. 2001.26.
3. Policies ta’ Ppjanar li ma jinsabux fi Pjan ta’ Żvilupp u Tħejjija 
ta’ Pjan Sussidjarju jew ta’ Policy ta’ Ppjanar
Policy ta’ ppjanar 
li ma tinsabx fi 
pjan ta’ żvilupp 
imħejji mill-
Awtorita.
Miżjud:
XXI. 2001.27.
29A. (1) Meta l-Awtorità  hi tal-fehma li għal ġestjoni xierqa u
effettiva ta’ l-iżvilupp u għal żvilupp xieraq ta’ art u ta’ baħar huwa
neċessarju li jiġu ppreparati policies u gwidi dwar disinn aktar
dettaljati minn dawk li ġa’ jinsabu fi pjan ta’ żvilupp, l-Awtorità
tista’ tħejji u tadotta dawk il-policies ta’ ppjanar li hija tikkunsidra
xierqa suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu.
(2) Dawk il-policies ta’ ppjanar għandhom ikunu f’dik il-forma
li l-Awtorità  tikkunsidra xieraq għas-suġġett, u tista’ tiġi ġustifikata
b’dawk il-mapep, dijagrammi u illustrazzjonijiet li jkunu meqjusa
meħtieġa mill-Awtorità .
(3) Policy ta’ ppjanar għandha tkun f’konformità  mal-pjani
kollha ta’ żvilupp u tista’ telabora jew tipprovdi gwida ulterjuri
dwar il-policies jew il-proposti dettaljati ta’ l-imsemmija pjani ta’
żvilupp.
(4) Meta l-Awtorità  tadotta policy ta’ ppjanar (sew jekk tkun
policy ġdida jew reviżjoni ta’ policy ta’ ppjanar eżistenti) li ma
tkunx tifforma parti minn pjan ta’ żvilupp, hija għandha tirreferiha
lill-Ministru għall-approvazzjoni tiegħu u l-proċedura msemmija
fl-artikolu 27(2)(a) sa (j) għandha mutatis mutandis tapplika:
Iżda meta jiġu proposti tibdiliet minuri li ma jaffettwawx
is-sustanza ta’ policy ta’ ppjanar, il-perjodu msemmi fl-artikolu
27(2)(b) għandu jkun perjodu ta’ mhux anqas minn tliet ġimgħat.
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      29
Talba tal-Ministru 
lill-Awtorità  sabiex 
tħejji pjan 
sussidjarju jew 
policy ta’ ppjanar li 
ma jinsabux fi pjan 
ta’ żvilupp.
Miżjud:
XXI. 2001.27.
29B. (1) Il-Ministru jista’ jitlob lill-Awtorità  li tagħmel pjan
sussidjarju jew policy ta’ ppjanar fuq xi suġġett partikolari.
(2) Huwa jista’ jitlob ukoll lill-Awtorità  li tirrevedi pjan
sussidjarju jew policy ta’ ppjanar li jkun qiegħed fis-seħħ. Il-
Ministru għandu jibgħat lill-Awtorità  r-raġunijiet għalfejn huwa
jkun qed jagħmel dik it-talba flimkien ma’ stqarrija ta’ l-għanijiet u
objettivi li għandhom jintlaħqu mill-pjan sussidjarju jew minn
policy ta’ ppjanar jew minn reviżjoni ta’ dak il-pjan jew ta’ dik il-
policy.
(3) Il-Ministru għandu jinforma bil-miktub lill-Awtorità  bit-
talba tiegħu skond is-subartikoli preċedenti ta’ dan l-artikolu.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27(2) għandhom
japplikaw mutatis mutandis għal dak il-pjan sussidjarju, għal dik il-
policy ta’ ppjanar jew għar-reviżjoni ta’ dak il-pjan jew dik il-
policy:
Iżda meta jiġu proposti tibdiliet minuri li ma jaffettwawx
is-sustanza ta’ policy ta’ ppjanar, il-perjodu msemmi fl-artikolu
27(2)(b) għandu jkun perjodu ta’ mhux anqas minn tliet ġimgħat.
(5) Jekk l-Awtorità  wara li tirċievi talba mill-Ministru skond is-
subartikolu (1), tinforma lill-Ministru, fi żmien tletin jum mid-data
li fiha tirċievi dik it-talba, illi hija mhix se tkun f’pożizzjoni, għal
kwalunkwe raġuni, li tħejji dak il-pjan sussidjarju jew dik il-policy
ta’ ppjanar, il-Ministru għandu jordna lill-Awtorità  li tiddelega
dawk il-funzjonijiet fir-rigward ta’ dak il-pjan sussidjarju
partikolari jew dik il-policy ta’ ppjanar partikolari skond l-artikolu
5(4) u meta tagħmel dan hija għandha tiżgura li d-disposizzjonijiet
ta’ din il-Parti ta’ dan l-Att jiġu osservati.
Il-Ministru jista’ 
jitlob lil kull 
persuna li tħejji 
pjan sussidjarju, 
policy ta’ ppjanar 
jew reviżjoni 
tagħhom.
Miżjud:
XXI. 2001.27.
29Ċ. (1) Meta l-Awtorità  ma tkunx f’pożizzjoni li tħejji pjan
sussidjarju jew policy ta’ ppjanar jew tonqos milli tiddelega dik il-
funzjoni kif maħsub fl-artikolu 29B(5), il-Ministru jista’  jitlob lil
kull persuna, ħlief lill-Awtorità , li tipprepara f’ismu pjan
sussidjarju jew policy ta’ ppjanar jew reviżjoni ta’ dak il-pjan jew
dik il-policy.
(2) Il-Ministru għandu jikkonsulta lill-Awtorità  dwar it-termini
ta’ referenza li għandhom jiffurmaw il-bażi tal-preparazzjoni ta’
pjan sussidjarju jew ta’ policy ta’ ppjanar jew ta’ reviżjoni ta’ dak
il-pjan jew dik il-policy mill-imsemmija persuna. Il-Ministru
għandu mbagħad jagħti t-termini ta’ referenza relattivi lill-
imsemmija persuna u għandu wkoll jindika lill-imsemmija persuna
d-dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata lill-Ministru meta l-
pjan sussidjarju, il-policy ta’ ppjanar jew reviżjoni ta’ dak il-pjan
jew dik il-policy titħejja. Meta l-Ministru jirċievi dik id-
dokumentazzjoni, il-Ministru għandu jibgħat kopja ta’ dik id-
dokumentazzjoni lill-Awtorità .
(3) Il-Ministru għandu wkoll jitlob lil dik il-persuna li
tikkonforma ruħha ma’ l-artikolu 27(2)(a) u (b) u, għall-għanijiet
ta’ l-imsemmija paragrafi, l-espressjoni ’’l-Awtorità ’’ għandha
tiftiehem bħala referenza għal dik il-persuna u dik il-persuna
għandha tirrevedi, jekk ikun neċessarju, il-pjan sussidjarju, policy
ta’ ppjanar jew reviżjoni tagħhom wara li tieħu in konsiderazzjoni
  30      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
s-sottomissjonijiet li hija tkun irċeviet kif imsemmi fl-artikolu
27(2)(b).
(4) Jekk l-Awtorità  tkun qed taqbel ma’ dak il-pjan, dik il-
policy jew ir-reviżjoni ta’ dak il-pjan jew dik il-policy, hija
għandha tadottah biex tissottomettih lill-Ministru għall-
approvazzjoni tiegħu; u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27(2)(d) sa
(j) għandhom mutatis mutandis japplikaw.
(5) Jekk l-Awtorità  ma taqbilx ma’ dak il-pjan, dik il-policy
jew dik ir-reviżjoni tal-pjan jew tal-policy, hija għandha tifformula
stqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar fejn tindika t-tibdiliet li
jkunu jridu jsiru f’dak il-pjan, f’dik il-policy jew f’dik ir-reviżjoni
ta’ dak il-pjan jew dik il-policy u għandha tirreferi kemm dak il-
pjan, dik il-policy jew dik ir-reviżjoni ta’ dak il-pjan jew dik il-
policy u l-istqarrija ta’ pożizzjoni dwar l-ippjanar tagħha lill-
Ministru; u d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27(2)(g) sa (j)
għandhom japplikaw mutatis mutandis.
(6) Il-pjan sussidjarju, il-policy ta’ ppjanar jew ir-reviżjoni ta’
dak il-pjan jew dik il-policy għandhom jitħejjew minn pjanifikatur
ta’ l-ambjent jew tat-territorju li jkollu dawk il-kwalifiki kif il-
Ministru jista’ jippreskrivi.
TAQSIMA IV 
KONTROLL TA’ L-IŻVILUPP
1. Ħtieġa ta’ permess biex art tiġi żviluppata
L-iżvilupp jeħtieġ 
permess.
Sostitwit:
XXIII. 1997.11.
Emendat:
XXI. 2001.28.
30. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, u
tad-disposizzjonijiet li ġejjin ta’ din it-Taqsima ta’ dan l-Att, ebda
żvilupp ma jista’ jsir wara li jibda jseħħ dan l-Att ħlief bil-permess
ta’ l-Awtorità , f’dan l-Att imsejjaħ permess għal żvilupp.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, u, sakemm ir-rabta tal-
kliem ma teħtieġx xort’oħra, "żvilupp" tfisser l-egħmil ta’ xogħol
ta’ bini, inġinerija, xogħol ta’ barrieri, tħaffir u xogħol ieħor għal
kostruzzjoni, demolizzjoni jew tibdil f’art jew fil-baħar, jew
fuqhom, jew ’il fuq minnhom jew taħthom, jew kull bidla
sostanzjali fl-użu ta’ l-art jew bini, minbarra -
(a) xogħol ta’ manutenzjoni li jolqot biss ġewwa l-bini u
ma jolqotx materjalment id-dehra ta’ barra tal-bini;
Iżda xogħol ta’ manutenzjoni ma għandux jinkludi
twaqqigħ u xogħol ta’ bini mill-ġdid, irrispettivament
minn fejn dan it-twaqqigħ u xogħol ta’ bini mill-ġdid
isiru;
(b) tibdil intern f’bini li ma jolqotx il-konfigurazzjoni u d-
dehra ta’ barra tal-bini u li jsir skond ir-regolamenti
magħmula taħt l-artikolu 60 ;
(ċ) l-użu ta’ l-art għal agrikoltura, trobbija ta’ annimali u
misġar (inkluż l-afforestament) ħlief meta dak l-użu
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      31
jkun jikkonsisti -
(i) f’erezzjoni ta’ bini jew jilħaq it-trobbija
intensiva ta’ annimali jew frott ta’ l-art; jew
(ii) fir-riklamazzjcni ta’ l-art għall-agrikoltura
permezz tad-depożitu ta’ materjal fuq tali art;
jew
(iii) fit-tibdil għall-użu agrikolu ta’ art li ma tkunx
qed tintuża għall-għanijiet ta’ agrikoltura; u
(d) f’każ ta’ bini jew art oħra li huma wżati għal skop ta’
xi klassi msemmija f’ordni maħruġ mill-Awtorità  taħt
dan l-Att, l-użu tagħhom għal kull skop ieħor ta’ l-
istess klassi.
(3) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu -
(a) l-użu ta’ bini li jirriżulta f’żieda jew tnaqqis fin-numru
ta’ unitajiet ta’ abitazzjoni li fih il-bini kien użat
qabel; jew
(b) id-depożitu ta’ żibel jew ta’ materjal skartat fuq art;
jew
(ċ) l-użu għall-wiri ta’ reklami ta’ xi parti ta’ barra ta’ bini
li ma jkunx normalment użat għal dak l-iskop, 
ifisser tibdil sostanzjali fl-użu ta’ dak il-bini jew art jew parti
minnu, mingħajr preġudizzju, fil-każ ta’ reklami, għal regolamenti
magħmula taħt dan l-Att dwar il-kontroll tagħhom.
(4) Għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, żvilupp jinkludi t-
tħammil tal-widien mill-materjal li jkun inġabar u żvilupp li
għandu x’jaqsam mal-baħar jinkludi riklamazzjoni ta’ l-art mill-
baħar, akwakultura u żvilupp ta’ xtut u użu relatat ma’ tali żvilupp.
Ordnijiet dwar l-
iżvilupp.
Emendat:
XXIII. 1997.12;
XXI. 2001.29.
31. (1) L-Awtorità  f’konsultazzjoni mal-Kamra ta’ l-Arkitetti
tista’ tagħmel ordnijiet sabiex tirregola l-iżvilupp, inkluż kull
notifikazzjoni dwaru, jew kull aspett tiegħu, f’dawk iċ-ċirkostanzi
u taħt dawk il-kundizzjonijiet li jiġu speċifikati fl-ordni, li jkun
żvilupp kompriż fl-iskop ta’, u li ma jmurx kontra, il-proposti li
jinsabu fi pjan ta’ struttura.
(2) Ordni dwar l-iżvilupp għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta u
għandu jibda jseħħ fil-ġurnata msemmija fih. L-iżvilupp jew kull
aspett tiegħu regolat b’ordni bħal dak għandu jissejjaħ "xogħol
eżenti".
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 27(2)(j) għandhom
japplikaw għal ordni dwar l-iżvilupp kif japplikaw għal pjanijiet
sussidjarji.
(4) Ordni dwar l-iżvilupp għandu jinkludi kull xogħol ta’ xorta
relattivament minuri bħalma huma xogħlijiet interni, addizzjonijiet
żgħar ma’ bini eżistenti, varjazzjonijiet minuri waqt il-
kostruzzjoni, tiswijiet fuq strutturi perikolużi, u r-rikostruzzjoni ta’
bini bil-ħsara meta dawk it-tiswijiet u r-rikostruzzjoni jkollhom
isiru fl-istil eżistenti jew skond il-pjanijiet ta’ żvilupp jew il-
policies ta’ ppjanar.
  32      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
(5) Kopji ta’ l-ordnijiet dwar l-iżvilupp għandhom ikunu
aċċessibbli bla ebda diffikultà  għall-pubbliku mill-Awtorità  wara li
jitħallas id-dritt preskritt.
(6) L-Awtorità  f’konsultazzjoni mal-Kamra ta’ l-Arkitetti
għandha perjodikament tirrevedi l-ordnijiet dwar l-iżvilupp sabiex
jitnaqqas dak l-iżvilupp li jkun jenħtieġ il-permess ta’ l-Awtorità .
(7) Xogħlijiet li jsiru skond l-ordnijiet dwar l-iżvilupp, fejn
ikun hekk speċifikat fl-ordnijiet dwar l-iżvilupp, għandhom
jitwettqu taħt is-sorveljanza ta’ persuna li jkollha l-warrant ta’
perit jew taħt is-sorveljanza ta’ dawk il-persuni l-oħra li jkunu
kompetenti għal dan il-għan hekk kif il-Ministru jista’
b’regolamenti jippreskrivi u dawn għandhom fejn ikun meħtieġ fl-
ordni jiġu notifikati bil-miktub lill-Awtorità .
(8) Ordni għal żvilupp tista’ tirregola -
(a) żvilupp imsemmi bħala żvilupp permess f’ordni għal
żvilupp li ma jkunx jirrikjedi li tingħata notifika bil-
miktub ta’ dak l-iżvilupp lill-Awtorità ;
(b) żvilupp imsemmi bħala żvilupp permess f’ordni għal
żvilupp iżda notifika bil-miktub ta’ dak l-iżvilupp tkun
trid tingħata lill-Awtorità ;
(ċ) żvilupp imsemmi bħala żvilupp permess f’ordni għal
żvilupp iżda notifika bil-miktub ta’ dak l-iżvilupp tkun
trid tingħata lill-Awtorità  u l-Awtorità  tkun aċċettat
dak l-iżvilupp bħala żvilupp permess.
(9) Ebda żvilupp ġdid skond ordni għal żvilupp ma jista’ jsir
f’sit jekk fuq is-sit imsemmi jkun hemm xi żvilupp illegali jkun xi
jkun sakemm dak l-iżvilupp ġdid ma jkunx wieħed kif jista’
jippreskrivi l-Ministru u jkun kopert b’ordni għal żvilupp kif
imsemmi fis-subartikolu 8(a) u (b).
Talba għal permess 
għal żvilupp.
Emendat:
XXIII. 1997.13;
XXI. 2001.30.
32. (1) Kull min jixtieq jagħmel żvilupp, li ma jkunx żvilupp
li għalih permess huwa mogħti f’ordni dwar żvilupp u li jsir skond
id-disposizzjonijiet ta’ dak l-ordni, għandu japplika lill-Awtorità
għal permess għal żvilupp, b’dak il-mod, f’dik il-forma u mogħtija
dik l-informazzjoni li l-Awtorità  tista’ tippreskrivi.
(2) Kulħadd jista’ wkoll japplika lill-Awtorità  sabiex jiġi deċiż
jekk proposta tikkostitwix żvilupp u teħtieġx permess għal żvilupp. 
(3) Min japplika għal permess għall-iżvilupp għandu
jiċċertifika lill-Awtorità  li huwa s-sid ta’ l-art jew li avża lis-sid bl-
intenzjoni li japplika b’ittra reġistrata li l-Awtorità  tkun irċeviet
kopja tagħha.
(4) L-Awtorità  għandha, għas-spejjeż ta’ min japplika, tara li l-
proposta u l-isem ta’ min japplika jiġu pubblikati fl-istampa lokali
u mxandra b’avviż fis-sit. L-Awtorità  għandha tkun responsabbli li
twaħħal avviż fis-sit u l-applikant għandu jkun responsabbli li
jiżgura li l-avviż jibqa’ mwaħħal għal perijodu ta’ għoxrin jum
mid-data li l-avviż jiġi hekk imwaħħal. Kopja ta’ kull applikazzjoni
u l-pjanta relattiva li turi fejn jinsab is-sit għandhom jiġu notifikati
mill-Awtorità  lill-kunsill lokali li fil-lokalità  tiegħu jkun qed jiġi
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      33
propost li jsir l-iżvilupp. F’każ ta’ proġetti kbar l-Awtorità  tista’
titlob lill-applikant li jippubbliċizza l-applikazzjoni tiegħu f’dik il-
manjiera oħra li hija jidrilha xieraq. Il-Ministru jista’ jippreskrivi
metodi oħra biex tingħata pubbliċità  lill-applikazzjoni apparti dawn
ta’ hawn aktar qabel.
(5) Kull persuna tista’, għal raġunijiet imsejsa fuq kwistjonijiet
rilevanti ta’ ppjanar, tagħmel sottomissjonijiet fejn toġġezzjona
kontra xi żvilupp. Dik l-oġġezzjoni għandha ssir bil-miktub u
għandha jkun fiha espożizzjoni motivata għaliha, u għandha tasal
għand l-Awtorità  fi żmien ħmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ l-
avviż imsemmi fis-subartikolu (4), b’dan illi l-Awtorità  tista’ f’każ
ta’ proġetti kbar testendi l-imsemmi perijodu għal tletin ġurnata u
f’dan il-każ għandha tagħti avviż ta’ tali estensjoni fl-imsemmija
pubblikazzjoni. Dak iz-żmien jista’ jitqassar għal sebat ijiem
f’każijiet urġenti kif jista’ jiġi indikat fil-pubblikazzjoni. L-
Awtorità  għandha tikkonsidra u tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni. Kull
persuna li tkun għamlet oġġezzjonijiet bil-miktub għall-iżvilupp kif
ingħad hawn fuq għandha tiġi informata mill-Awtorità  jew mill-
Kummissjoni, skond kif ikun il-każ, meta jkunu gew ippreżentati
pjanti ġodda, jekk dan ikun il-każ, u dik il-persuna għandha tiġi
mistiedna biex tkun preżenti għal-laqgħa tal-Awtorità  jew tal-
Kummissjoni meta dik l-applikazzjoni tiġi diskussa.
(6) Applikazzjoni għandha tiġi kkonsidrata li ġiet sospiża ex
lege jekk ma tasal l-ebda kommunikazzjoni mill-applikant fi żmien
xahrejn minn meta l-istess applikant ikun irċieva avviż ta’
sospensjoni ta’ l-applikazzjoni maħruġ mill-Awtorità . L-imsemmi
avviż għandu jintbagħat mill-Awtorità  lill-applikant wara li jkun
skada l-perijodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika lill-applikant ta’
talba għal informazzjoni addizzjonali jew għal pjanti emendati tkun
saritlu bil-miktub mill-Awtorità , sakemm u l-applikant ma jitlobx
estensjoni taż- żmien għas-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni
jew pjanti emendati, f’liema każ il-perijodu ta’ xahrejn għandu jiġi
estiż b’xahrejn:
Iżda dik l-applikazzjoni titqies li tkun ġiet irtirata jekk
tibqa’ hekk sospiża għal perjodu ta’ sitt xhur u ma tiġix riattivata
mill-applikant b’avviż bil-miktub għal dak l-iskop lill-Awtorità  li
fih tingħata l-informazzjoni jew il-pjanti emendati kif mitluba mill-
Awtorità .
Medjatur dwar l-
Ippjanar.
Miżjud:
XXI. 2001.31.
32A. (1) Għandu jkun hemm dawk l-uffiċjali, li jkunu
magħrufa bħala l-Medjaturi dwar l-Ippjanar, li jkollhom bħala
funzjoni tagħhom dik li jagħmluha ta’ medjatur fuq talba ta’ l-
applikant għall-permess għall-iżvilupp bejn id-Direttur u l-
applikant wara li d-Direttur jikkomunika lill-applikant ir-rapport
dwar l-applikazzjoni. L-Awtorità  jew il-Kummissjoni, skond kif
ikun il-każ, għandha tikkonsidra kull opinjoni espressa minn
Medjatur iżda huma ma jkunux marbuta biha.
(2) Għandu jkun hemm panel ta’ Medjaturi li jinħatru mill-
Ministru wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità . Il-Medjatur għandu
jinħatar minn fost persuni li huma esperti fl-ippjanar jew fl-
arkitettura u l-inġinerija ċivili jew f’kull dixxiplina oħra relevanti
għall-ippjanar. 
  34      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet t’hawn aktar qabel u għal
kull regolament li jista’ jsir skond is-subartikolu (5), il-Medjatur
jista’ jirregola l-proċeduri tiegħu stess.
(4) Ma għandu jkun hemm l-ebda dritt ta’ appell skond l-
artikolu 15(1)(a) lill-Bord ta’ l-Appelli minn kull ħaġa li jagħmel
il-Medjatur.
(5) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti sabiex jagħtu effett aħjar għad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu u, mingħajr pregudizzju għall-
ġeneralità  ta’ dak imsemmi hawn aktar qabel, huwa jista’:
(a) jistabilixxi l-proċedura li għandu jadotta l-Medjatur;
(b) jippreskrivi dawk it-tipi ta’ applikazzjonijiet li
applikant ma jkunx jista’ jirreferi lil Medjatur;
(ċ) jippreskrivi tariffa ta’ drittijiet li jitħallsu għal servizzi
mogħtija mill-Medjatur;
(d) jippreskrivi l-proċedura li għandha tiġi segwita mid-
Direttur waqt il-laqgħat ta’ konsultazzjoni bejn l-
applikant u r-rappreżentant tiegħu;
(e) jippreskrivi l-proċedura li għandha tiġi segwita mid-
Direttur fit-tħejjija ta’ rapport dwar applikazzjoni.
Permessi għal 
żvilupp.
Emendat:
XXIII. 1997.14;
XXI. 2001.32.
33. (1) Biex l-Awtorità  tiddeċiedi dwar applikazzjoni li
ssirilha -
(a) għandha tapplika dan li gej:
(i) il-pjanijiet ta’ żvilupp, inkluż il-limitazzjonijiet
dwar għoli kif murija fl-Iskemi dwar
Provvedimenti Temporanji jew fil-pjani lokali,
sakemm dik il-limitazzjoni ma tkunx tista’
tinbidel billi tiġi applikata policy ta’ ppjanar li
jkollha x’taqsam speċifikament ma’  l-għoli
massimu ta’ bini li jista’ jiġi permess f’sit, liema
policy għandha tieħu in konsiderazzjoni kemm
is-site coverage kif ukoll il-volum tal-bini li
jista’ jkun permess f’sit,
(ii) il-policies ta’ ppjanar:
Iżda l-pjanijiet sussidjarji u l-policies ta’ ppjanar
m’għandhomx ikunu applikati retroattivament b’mod
li jkunu jolqtu b’mod kuntrarju drittijiet akkwiżiti li
jirriżultaw minn permess ta’ żvilupp validu; u
(b) għandha tqis -
(i) kull ħaġa oħra ta’ sustanza, kompriżi
konsiderazzjonijiet estetiċi u sanitarji li l-
Awtorità  tista’ tikkunsidra relevanti;
(ii) is-sottomissjonijiet li jsiru b’risposta għall-
pubblikazzjoni tal-proposta ta’ żvilupp.
(2)  L-Awtorità  jkollha s-setgħa li tagħti jew li tirrifjuta
permess għall-iżvilupp, u fl-għoti ta’ dak il-permess l-Awtorità
jkollha jedd timponi kull kondizzjoni li jidhrilha xierqa:
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      35
Iżda mar-rifjut jew ma’ l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet
partikolari, l-Awtorità , jew il-Kummissjoni, skond kif ikun il-każ,
għandhom jagħtu raġunijiet speċifiċi bażati fuq pjanijiet ta’ żvilupp
u policies ta’ ppjanar eżistenti għal dak ir-rifjut jew għal xi
kondizzjonijiet partikolari li jkunu ġew imposti.
(3) Permess għall-iżvilupp jista’ jingħata għal żmien limitat
jew għal dejjem, iżda għandu f’kull każ jispiċċa milli jkun
operattiv jekk l-iżvilupp ma jkunx tlesta fi żmien ħames snin mid-
data tal-ħruġ tiegħu, iżda l-Awtorità  tista’, wara li ssir
applikazzjoni mill-persuna li tkun detentur tal-permess għall-
iżvilupp, ittawwal il-permess għall-iżvilupp għal dak il-perijodu
jew perijodi ulterjuri hekk kif tista’ tqis li jkun raġonevoli.
(3A) Fil-għoti ta’ permess għal żvilupp, l-Awtorità  tista’
tirrikjedi li l-iżvilupp jitlesta f’perijodu speċifikat ta’ żmien kif
tista’ tistabbilixxi iżda l-Awtorità  għandha tagħti r-raġunijiet li
jiġġustifikaw dik il-ħtieġa.
(4) Ħlief kif ikun provdut xort’oħra fil-permess, permess għall-
iżvilupp ikollu effett favur l-art u favur il-persuni kollha li f’xi
żmien ikollhom interess fiha, iżda mingħajr preġudizzju għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att li jolqtu l-validità  jew is-seħħ
tiegħu. Il-permess għandu awtomatikament jgħaddi għal għand is-
sidien ġodda malli ssir in-notifika tat-trasferiment tal-proprjetà
b’ittra reġistrata li tintbagħat lill-Awtorità .
(5) Meta l-Awtorità  toħroġ permess għall-iżvilupp, hija tista’
titlob lill-applikant li jwettaq l-iżvilupp fi stadji. L-Awtorità
għandha tinforma lill-applikant fl-imsemmi permess liema
għandhom ikunu dawk l-istadji u, wara li jitlesta kull stadju, l-
applikant għandu jitlob lill-Awtorità  li tagħmel spezzjoni tax-
xogħlijiet li jkunu saru; u, jekk wara li ssir tali spezzjoni, jinstab
illi x-xogħlijiet ikunu saru skond ir-rekwiżiti tal-permess għall-
iżvilupp u tal-pjanti approvati, l-Awtorità  għandha tawtorizza lill-
applikant li jwettaq l-istadju li jkun imiss ta’ l-iżvilupp.
(6) Fejn l-Awtorità , f’każ ta’ progetti kbar, tikkonsidra li jkun
xieraq li tissorvelja mill-qrib kundizzjonijiet speċifiċi f’permess
għal żvilupp billi taħtar persuna kompetenti għal dak il-għan, hija
tista’ tagħmel dan għas-spejjeż ta’ l-applikant.
Disposizzjonijiet 
supplementari 
dwar permessi għal 
żvilupp.
Emendat:
XXIII. 1997.15;
XXI. 2001.33.
34. (1) F’kull każ li l-Awtorità  għandha s-setgħa taħt dan l-Att
li tagħti permess biex art tiġi żviluppata l-Awtorità  tista’ tagħti li
jingħata permess biex jinżammu fuq art bini jew xogħolijiet oħra
mibnija jew magħmula fuqha, jew biex jitkompla kull użu ta’ art, li
jkun sar mingħajr permess taħt dan l-Att jew wara li dak il-permess
ikun spiċċa milli jkun validu jew operattiv, u riferenzi f’dan l-Att
għal permess bħal dak, għandhom jiftiehmu skond hekk:
Iżda m’għandux jingħata permess taħt dan is-subartikolu
ħlief fuq applikazzjoni għal dak il-permess u jekk min japplika jew
il-predeċessur tiegħu fit-titolu ma jkunx:
(a) minnufih li jkun ġie meħtieġ li jagħmel ħekk, waqaf
milli jkompli xogħol li jkun ġie meħtieġ li jwaqqaf; u
(b) ħallas dawk il-multi u għamel dak il-ħlas ieħor li jkunu
  36      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
dovuti minħabba xi reat kontra dan l-Att.
(2) Permess taħt dan is-subartikolu jista’ jingħata hekk li jkollu
effett mid-data li fiha l-bini jew ix-xogħolijiet ikunu nbnew jew
saru jew l-użu jkun inbeda, jew mid-data li l-permess għall-
iżvilupp spiċċa milli jkun validu jew operattiv, skond il-każ.
(3) Permess għall-iżvilupp jista’ jispeċifika l-iskopijiet li
għalih bini jista’ jintuża, u jekk ma jkunx indikat ebda skop, il-
permess għandu jitqies li jinkludi permess sabiex il-bini jintuża
għall-iskopijiet li għalihom ikun sar.
(4) Meta jingħata permess għall-iżvilupp għal żmien limitat
biss, xejn f’dan l-Att m’għandu jiftiehem li jkun meħtieġ li
jittieħed permess taħtu sabiex, wara l-egħluq ta’ dak iż-żmien,
jerġa’ jinbeda l-użu ta’ l-art għall-iskop li għalih l-art kienet
normalment tiġi wżata qabel ma ngħata l-permess, iżda m’għandu
jittieħed ebda kont ta’ kull użu magħmul bi ksur ta’ dan l-Att.
(5) L-Awtorità  tista’, qabel ma jinħareġ jew mal-ħruġ ta’
permess għall-iżvilupp, titlob mingħand il-persuna li favur tagħha
jkun se joħrog il-permess, bħala kondizzjoni għall-ħruġ tal-
permess, li għandha tipprovdi garanzija favur l-Awtorità  sabiex
tiggarantixxi t-tħaris minnha tal-kondizzjonijiet tal-permess meta
jinħareġ jew sabiex tiggarantixxi l-ħlas dwar id-danni li jistgħu jiġu
kaġunati lill-ambjent jew lill-infrastruttura. L-Awtorità  tista’, wara
l-ħruġ ta’ permess għal żvilupp, jekk l-iżvilupp ma jkunx qed isir
skond ma jkun hemm fil-permess, jew ikun qiegħed xort’oħra
jikkaġuna dannu lill-ambjent jew lill-infrastruttura, titlob
mingħand il-persuna li favur tagħha jkun inħareġ permess, bħala
kondizzjoni għat-tkomplija tal-permess, li tipprovdi garanzija favur
l-Awtorità  sabiex tiggarantixxi t-tħaris tagħha mal-kondizzjonijiet
tal-permess jew sabiex tiggarantixxi l-ħlas dwar id-danni li jistgħu
jiġu kaġunati lill-ambjent jew lill-infrastruttura:
Iżda ebda ħaġa f’dan is-subartikolu ma għandha titfisser
bħala li tawtorizza lill-Awtorità  li titlob garanzija f’ammont li ma
jkunx jikkorrispondi max-xorta tal-proġett għal żvilupp:
Iżda wkoll dik il-garanzija tista’ tiġi msarrfa mill-Awtorità
biss jekk ikun hemm provi ċari li l-applikant ma jkunx osserva l-
kondizzjonijiet tal-permess għall-iżvilupp u r-raġunijiet għaliex il-
garanzija tkun ġiet imsarrfa għandhom jiġu mgħarrfa bil-miktub
lill-applikant.
Reġistru ta’ 
applikazzjonijiet.
Sostitwit:
XXIII. 1997.16;
XXI. 2001.34.
35. (1) L-Awtorità  għandha żżomm, u tara li jkunu jistgħu jiġu
spezzjonati mill-pubbliku f’dak iż-żmien raġonevoli li hi
tistabbilixxi, reġistru jew reġistri -
(a) ta’ kull applikazzjoni għal permess għall-iżvilupp li
tkun saritilha, li jkun fiha l-isem ta’ min japplika u
dettalji tal-proposta inklużi dokumenti u pjanti
dettaljati; u
(b) tad-deċiżjonijiet kollha inklużi dokumenti u pjanti
dettaljati li jkunu ttieħdu dwar dawk l-
applikazzjonijiet.
(2) L-Awtorità  għandha tara li jkunu jistgħu jiġu spezzjonati kif
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      37
imsemmi hawn aktar qabel -
(a) ir-rapport dwar applikazzjoni ta’ kull applikazzjoni u
kull rapport dwar ippjanar dwar kull applikazzjoni;
(b) il-permessi għall-iżvilupp kollha maħruġa mill-
Awtorità  flimkien mal-pjanti u d-dokumenti relattivi,
inklużi  r-raġunijiet għall-għoti ta’ dawk il-permessi;
(ċ) dikjarazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali,
dikjarazzjonijiet ta’ l-ippjanar ambjentali u
dikjarazzjonijiet dwar l-impatt fuq it-traffiku:
Iżda għall-fini ta’ dan is-subartikolu ir-rapport dwar
applikazzjoni u kull pjanta ta’ applikazzjonijiet li għandhom
x’jaqsmu mas-sigurtà  nazzjonali, id-difiża, l-banek, il-ħabsijiet, l-
ajruport u istituzzjonijiet oħra jew postijiet oħra li għandhom jiġu
protetti minħabba raġunijiet ta’ sigurtà  hekk kif l-Awtorità  tista’
tistabilixxi m’għandhomx ikunu aċċessibli għall-pubbliku:
Iżda wkoll kull file miżmum mill-Awtorità  m’għandux ikun
aċċessibbli għall-pubbliku għall-fini ta’ dan l-artikolu ħlief għal
dik il-parti tiegħu li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-
paragrafi (a) sa (ċ).
(3) L-ebda kopji m’għandhom jingħataw mill-Awtorità  ta’ xi
pjanti li jiffurmaw parti minn applikazzjoni, ħlief dawk li
jiffurmaw parti minn dikjarazzjoni dwar l-impatt ambjentali jew
dikjarazzjoni dwar l-ippjanar ambjentali, lil xi persuna ħlief lill-
applikant jew ir-rappreżentant tiegħu u, għall-fini ta’
konsultazzjoni, lil xi dipartiment jew aġenzija tal-Gvern.
(4) Jistgħu jingħataw kopji tar-rapport dwar applikazzjoni u ta’
permess għall-iżvilupp (għajr għall-pjanti annessi ma’ l-imsemmi
permess) wara li jsir dak il-ħlas li l-Awtorità  tista’ tippreskrivi.
Deċiżjonijiet 
jittieħdu bla 
dewmien.
Sostitwit:
XXIII. 1997.17;
XXI. 2001.35.
36. (1) Ħlief kif provdut fid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
artikolu, l-Awtorità  għandha tieħu  deċiżjoni dwar kull
applikazzjoni għal żvilupp meta tkun -
(a) għal żvilupp propost f’konfini ta’ skema dwar
provvedimenti temporanji jew f’konfini ta’ żvilupp kif
indikat fi pjan lokali; u
(b) f’konformità  ma’ pjanijiet ta’ żvilupp u policies ta’
ppjanar 
mhux aktar tard minn tnax-il ġimgħa wara li tkun validat l-
applikazzjoni:
Iżda l-Awtorità  tista’ ttawwal dak iż-żmien bi żmien
addizzjonali ta’ sitta u għoxrin ġimgħa billi tibgħat ittra reġistrata
lill-applikant fejn tagħti r-raġunijiet, imsejsa fuq
kunsiderazzjonijiet ta’ ppjanar, għal dik l-estensjoni.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1), fejn l-
Awtorità , fiż-żmien oriġinali jew estiż imsemmi fis-subartikolu (1),
tkun għarrfet lill-applikant li l-applikazzjoni tiegħu teħtieġ studju
dwar l-impatt ambjentali, kemm skond xi liġi oħra jew minħabba xi
konsiderazzjoni oħra, jew fejn teħtieġ dikjarazzjoni dwar l-impatt
fuq it-traffiku, jew fejn l-Awtorità  teħtieġ konsultazzjoni ma’
  38      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
dipartimenti jew aġenziji governattivi, jew fejn jinħatar medjatur,
jew matul il-perjodu meta l-uffiċċji ta’ l-Awtorità  jkunu magħluqa
kif il-Ministru jista’ jippreskrivi, il-perjodu meħud biex jiġu
sottomessi l-istudji jew id-dikjarazzjonijiet mill-applikant b’mod
aċċettabbli lill-Awtorità , jew biex tingħata risposta mid-
dipartimenti jew l-aġenziji governattivi, jew biex il-medjatur jagħti
l-opinjoni tiegħu, jew meta l-uffiċċji ta’ l-Awtorità  jkunu magħluqa
kif intqal, ma għandux, f’kull każ, jitqies bħala parti miż-żmien
oriġinali jew estiż imsemmi fis-subartikolu (1):
Iżda dak iż-żmien ma jiġix hekk sospiż jekk it-talba ta’ l-
Awtorità  biex isiru l-istudji jew dikjarazzjonijiet jew għal
konsultazzjoni ma’ dipartimenti jew aġenziji governattivi issir
aktar tard minn tmienja u għoxrin ġurnata qabel ma jiskadi ż-żmien
oriġinali jew estiż imsemmi fis-subartikolu (1).
(3) Jekk dipartiment jew aġenzija governattiva ma jibagħtux ir-
risposta tagħhom bil-miktub lill-Awtorità  fi żmien erba’ ġimgħat
minn meta jirċievu t-talba mill-Awtorità  dawn jitqiesu li ma
għandhomx oġġezzjoni għall-applikazzjoni.
(4) Iż-żmien imsemmi fis-subartikolu (1), oriġinali jew estiż,
għandu jiġi sospiż ukoll matul kull perjodu sakemm l-applikant,
fuq talba ta’ l-Awtorità , jissottometti pjanti emendati, tagħrif ġdid
jew risposti għal xi oġġezzjoni magħmula mill-Awtorità  għall-
applikazzjoni: 
Iżda dak iż-żmien ma jiġix hekk sospiż jekk it-talba ta’ l-
Awtorità  għal xi pjanti emendati, tagħrif ġdid jew risposti għal xi
oġġezzjoni tagħha ssir aktar tard minn erbatax-il ġurnata qabel ma
jiskadi ż-żmien oriġinali jew estiż imsemmi fis-subartikolu (1). 
(5) Meta jagħlaq iż-żmien, oriġinali jew estiż, imsemmi fis-
subartikolu (1) u l-Awtorità  ma tkunx iddeċidiet dwar l-
applikazzjoni, l-applikant jista’ permezz ta’ ittra  reġistrata liċ-
Chairman tal-Bord jitlob li jsir dwar l-applikazzjoni tiegħu kif
maħsub fis-subartikoli li ġejjin ta’ dan l-artikolu. 
(6) (a) Meta ċ-Chairman tal-Bord jirċievi ittra reġistrata bħal
ma msemmi fis-subartikolu (5) hu għandu fl-ewwel lok
jistabbilixxi jekk iż-żmien oriġinali jew estiż imsemmi
fis-subartikolu (1) ikunx skada. Jekk iċ-Chairman tal-
Bord jidhirlu li ma jkunx il-każ, għandu jinforma lill-
applikant u jinformah bir-raġuni l-għala dak iż-żmien
ma jkunx hekk skada. 
(b) Jekk iż-żmien ikun skada, ċ-Chairman tal-Bord għandu
jordna lid-Direttur biex fi żmien ħamest ijiem tax-
xogħol mid-data meta ċ-Chairman tal-Bord ikun
irċieva dik l-ittra, d-Direttur jipproċessa l-
applikazzjoni u jagħmel ir-rapport dwar l-applikazzjoni
liċ-Chairman tal-Bord.
(ċ) Meta ċ-Chairman tal-Bord jirċievi r-rapport tad-
Direttur jew ikunu għaddew il-ħamest ijiem tax-xogħol
imsemmija fil-paragrafu (b) huwa għandu jpoggi  l-
applikazzjoni fuq l-aġenda tas-seduta li tkun tmiss ta’
l-Awtorità  jew il-Kummissjoni, skond il-każ, u l-
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      39
Awtorità  jew il-Kummissjoni, skond il-każ, għandha fl-
ewwel seduta, jew bil-kunsens ta’ l-applikant f’seduta
ulterjuri, tiddeċiedi jekk l-applikazzjoni hiex waħda li
taqa’ taħt is-subartikolu (1) u d-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 13(6) ma għandhomx japplikaw.
(d) Jekk l-Awtorità  jew il-Kummissjoni, skond il-każ,
tiddeċiedi li l-applikazzjoni tkun  waħda li taqa’ taħt is-
subartikolu (1), l-Awtorità  jew il-Kummissjoni, skond
il-każ, għandha minnufih tgħaddi biex toħrog il-
permess għall-iżvilupp bi jew mingħajr kundizzjonijiet
kif jidhrilha xieraq.
(e) Jekk l-Awtorità  jew il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-
applikazzjoni mhix waħda li taqa’ taħt is-subartikolu
(1), l-Awtorità  jew il-Kummissjoni, skond il-każ
għandha tibgħat l-applikazzjoni lid-Direttur biex
jipproċessa l-istess applikazzjoni skond il-liġi.
(f) Jekk l-applikazzjoni ma tinġiebx quddiem l-Awtorità
jew il-Kummissjoni għal deċiżjoni kif imsemmi fil-
paragrafu (ċ) jew jekk l-Awtorità  jew il-Kummissjoni,
skond il-każ, wara li tiddeċiedi skond il-paragrafu (d)
ma toħrogx il-permess fi żmien erba’ ġimgħat, l-
applikazzjoni għandha titqies li ġiet approvata u s-
Segretarju ta’ l-Awtorità  għandu minnufih joħroġ il-
permess għall-iżvilupp relattiv soġġett għal dawk il-
kundizzjonijiet standard li normalment jiġu imposti
f’permess għal żvilupp.
(7) (a) Meta applikazzjoni ma tkunx waħda li taqa’ taħt is-
subartikolu (1), l-Awtorità  għandha tieħu deċiżjoni
dwar l-applikazzjoni mhux aktar tard minn sitta u
għoxrin ġimgħa wara li tkun validat l-applikazzjoni. 
(b) Id-disposizzjonijiet tal-proviso għas-subartikolu (1), u
tas-subartikoli (2), (3) u (4) għandhom japplikaw
mutatis mutandis għaż żmien ta’ sitta u għoxrin ġimgħa
msemmi fil-paragrafu (a).
Applikazzjonijiet li 
d-deċiżjoni 
dwarhom ma tistax 
tiġi delegata.
Miżjud:
XXI. 2001.35.
36A. L-Awtorità  ma għandhiex tiddelega lill-Kummissjoni jew
lil xi korp jew persuna oħra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet li
ġejjin:
(a) applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ żvilupp li
għandu importanza nazzjonali jew strateġika jew li
jikkonċerna kwistjonijiet ta’ sigurtà  nazzjonali jew
interessi nazzjonali oħra; 
(b) applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ żvilupp li
jista’ jikkonċerna l-interessi ta’ xi gvernijiet oħra;
(ċ) applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ żvilupp li
jirrikjedi dikjarazzjoni dwar l-impatt ambjentali;
(d) talbiet għal rikonsiderazzjoni fejn id-deċiżjoni li tkun
trid tiġi rikonsidrata tkun ittieħdet mill-Awtorità .
  40      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
Appelli minn 
deċiżjonijiet ta’ l-
Awtorità .
Emendat:
XXIII. 1997.18.
Sostitwit:
XXI. 2001.36.
37. (1) Jekk applikant jidhirlu li kondizzjonijiet imposti
f’permess għall-iżvilupp, jew rifjut ta’ permess bħal dak, mhuwiex
raġonevoli huwa jista’, mingħajr ħsara għad-dritt tiegħu ta’ appell,
jitlob lill-Awtorità  jew lill-Kummissjoni, skond kif ikun il-każ, li
tirrikonsidra id-deċiżjoni jew jappella lill-Bord ta’ Appell skond l-
artikolu 15. Talba għal rikonsiderazzjoni ma tistax issir flimkien
ma’ appell. Talba għal rikonsiderazzjoni u appell skond dan is-
subartikolu, skond kif ikun il-każ, għandu jsir fi żmien tletin
ġurnata mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni ta’ l-Awtorità  jew tal-
Kummissjoni, skond kif ikun il-każ. Meta tintalab
rikonsiderazzjoni, appell lill-Bord ta’ l-Appell jista’ jsir fi żmien
tletin jum mid-data li fiha tkun ġiet notifikata d-deċiżjoni dwar ir-
rikonsiderazzjoni.
(2) Ma għandha tintalab l-ebda rikonsiderazzjoni minn terza
persuna interessata, anki jekk dik it-terza persuna tkun għamlet
oġġezzjonijiet bil-miktub skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
32(5).
(3) Waqt l-istadju tar-rikonsiderazzjoni, l-Awtorità  jew il-
Kummissjoni, skond kif ikun il-każ, tista’ titlob lill-applikant li
jissottometti pjanti ġodda, f’liema każ l-Awtorità  jew il-
Kummissjoni, skond il-każ, għandha tagħti raġunijiet għal dik it-
talba, b’dan illi s-sustanza ta’ l-iżvilupp ma għandux jinbidel u kull
persuna li tkun oġġezzjonat bil-miktub għal dak l-iżvilupp skond l-
artikolu 32(5) għandha tiġi mgħarrfa illi ġew ipprezentati dawk il-
pjanti ġodda u hija għandha tiġi mistiedna biex tkun preżenti għal-
laqgħat ta’ l-Awtorità  jew tal-Kummissjoni, skond kif ikun il-każ,
meta dik l-applikazzjoni tiġi diskussa. Kemm l-applikant u kemm
dawk il-persuni li jkunu qed joġġezzjonaw għall-iżvilupp, f’każ illi
jkun hemm tali persuni, għandhom jiġu informati bid-data u bil-ħin
tal-laqgħa u, jekk ikunu preżenti, jistgħu jindirizzaw lill-Awtorità
jew lill-Kummissjoni, skond il-każ, dwar materji ta’ ippjanar li
jikkonċernaw l-imsemmija applikazzjoni.
(4) Il-Ministru jista’ jagħmel regolamenti biex jippreskrivi l-
proċedura li għandha tintuża waqt il-proċedura tar-
rikonsiderazzjoni.
Applikazzjoni 
għall-permess għal 
żvilupp mill-Gvern 
u l-aġenziji tiegħu.
Emendat:
XXI. 2001.37.
38. (1) Dipartiment tal-Gvern jew enti morali mwaqqaf b’liġi
għandhom ifittxu li jkollhom permess għall-iżvilupp skond dawk
ir-regolamenti jew regoli (jekk ikun hemm) li jistgħu jiġu preskritti
taħt l-artikolu 60 u kull proposta minn dipartiment jew enti bħal
dak għandha tiġi pubblikata u assuġġettata għas-sottomissjonijiet
tal-pubbliku bl-istess mod bħal proposta privata għal żvilupp, jew
kif jista’ jiġi preskritt kif intqal qabel.
(2) Dipartiment tal-Gvern jew enti morali kif intqal qabel
m’għandux jiddisponi minn art jew iwiegħed li jiddisponi minn art,
għal użu speċifiku jekk dak l-użu ma jkunx ġie approvat mill-
Awtorità  jew ma jkunx permess taħt pjan ta’ żvilupp jew pjan
sussidjarju.
Applikazzjoni 
għat-tħaffir ta’ 
minerali.
39. (1) Meta applikazzjoni biex tiġi żviluppata art tikkonsisti
fi tħaffir għal minerali l-Awtorità  tista’, u, fejn il-livell ta’ l-
ippjanar u l-ambjent hekk jeħtieġ, għandha, teħtieġ li min japplika
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      41
jippreżenta skema għat-trattament taż-żona fejn irid isir ix-xogħol
u ż-żona ta’ madwarha, waqt il-perijodu tax-xogħol u għat-
trattament ta’ l-istess żoni meta x-xogħol jitlesta.
(2) L-Awtorità  m’għandiex tagħti permess għat-tħaffir għal
minerali jekk ma tkunx soddisfatta li l-livelli ta’ l-ippjanar u
ambjent jiġu milħuqa u li s-sit jinżamm u eventwalment jitħalla fi
stat aċċettabbli.
(3) Meta l-Awtorità  tkun ħtieġet li tiġi sottomessa skema kif
provdut fis-subartikolu (1), l-iskema, kif aċċettata mill-Awtorità ,
għandha wkoll teħtieġ li jingħataw minn min japplika dawk il-
garanziji li tqis meħtieġa biex tassigura li l-iskema tiġi osservata.
2. Revoka u tibdil ta’ permess biex art tiġi żviluppata
Revoka u tibdil ta’ 
permess għall-
iżvilupp.
Miżjud:
XXI. 2001.38.
39A. (1) L-Awtorità  tista’, fil-każijiet biss ta’ frodi jew fejn is-
sigurtà  pubblika hija konċernata jew fejn hemm żball f’dokument li
jidher minn eżami ta’ l-istess dokument, b’ordni tirrevoka jew
tibdel kull permess għall-iżvilupp mogħti skond dan l-Att, filwaqt
li tagħti r-raġunijiet tagħha għal dik id-deċiżjoni; u, qabel ma
tiddeċiedi li tirrevoka jew tibdel permess għall-iżvilupp kif provdut
f’dan is-subartikolu, l-Awtorità  għandha tgħarraf lil dik il-persuna
li tkun se tintlaqat minn dik id-deċiżjoni bid-data u bil-ħin tal-
laqgħa tagħha fejn l-Awtorità  għandha tisma’ s-sottomissjonijiet ta’
dik il-persuna jekk din tagħżel li tattendi għall-istess.
(2) Għall-fini tas-subartikolu (1) -
"frodi" tfisser is-sottomissjoni lill-Awtorità  ta’ xi informazzjoni,
dikjarazzjoni jew pjanta li abbażi tagħha l-Awtorità  tkun ħarġet
permess għall-iżvilupp meta dik l-informazzjoni, dikjarazzjoni jew
pjanta hija falza, qarrieqa jew mhux korretta, sew jekk dak l-ingann
ikun ir-riżultat ta’ att doluż jew negligenti:
Iżda l-Awtorità  ma għandhiex tirrevoka jew tibdel permess
għall-iżvilupp fuq il-bażi ta’ frodi fejn l-informazzjoni frawdolenti
ma kellha l-ebda inċidenza materjali fuq il-ħruġ tal-permess għall-
iżvilupp; u
"żball f’dokument li jidher minn eżami ta’ l-istess dokument"
tfisser żball f’dokument li jidher minn eżami ta’ l-istess dokument
li ikun qed jikser il-liġi.
(3) L-applikant għandu jkollu dritt ta’ appell quddiem il-Bord
ta’ Appell mid-deċiżjoni ta’ l-Awtorità  fi żmien tletin jum mid-data
tan-notifika tal-ordni ta’ revoka jew ta’ l-ordni ta’ tibdil.
(4) Ma għandu jingħata l-ebda kumpens mill-Awtorità  meta
hija taġixxi skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) fejn ir-
raġuni għar-revoka jew għat-tibdil tkun ibbażata fuq frodi jew fuq
żball ta’ liġi f’dokument li jidher minn eżami ta’ l-istess dokument.
(5) Meta r-raġuni għar-revoka jew tibdil ta’ permess għall-
iżvilupp hija s-sigurtà  pubblika, għandhom japplikaw ir-regoli li
ġejjin:
(a) kull demolizzjoni jew xogħol ieħor li jkun meħtieġ
biex l-ordni jiġi osservat għandu jsir minn, u għas-
  42      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
spejjeż ta’, l-Awtorità ;
(b) jekk issir talba lill-Awtorità  fi żmien tnax-il xahar
mill-ordni ta’ revoka jew mill-ordni ta’ tibdil u jiġi
ppruvat li persuna interessata fl-art tkun daħlet fi
spejjeż li jsiru inutili minħabba r-revoka jew it-tibdil,
jew tkun sofriet telf jew ħsara li jkunu direttament
attribwibbli għar-revoka jew għat-tibdil, l-Awtorità
għandha, bla ħsara għall-paragrafu (ċ), tħallas lil dik
il-persuna kumpens għal dik l-ispiża, telf jew ħsara;
(ċ) ebda kumpens ma jkun dovut skond dan l-artikolu -
(i) għal telf jew ħsara li jikkonsistu fid-
deprezzament tal-valur ta’ kull interess fl-art
minħabba r-revoka jew it-tibdil,
(ii) għal xogħol li jkun sar qabel l-għoti tal-permess
revokat jew mibdul, jew għal telf jew ħsara li
jkunu ġejjin minn kull ħaġa magħmula, jew li
wieħed ikun naqas li jagħmel, qabel l-għoti ta’
dak il-permess;
Kap. 88.
(d) meta kumpens ikun dovut skond dan l-artikolu għal
spiża għal xogħol li jkun sar fuq art, jekk l-awtorità
kompetenti taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ l-
Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi takkwista xi interess
f’dik l-art, kull kumpens dovut għal dak l-akkwist
għandu jitnaqqas b’ammont ugwali għall-valur tax-
xogħlijiet li għalihom ikun dovut kumpens skond dan
l-artikolu.
Obbligazzjoni 
dwar l-ippjanar.
Miżjud:
XXI. 2001.38.
40. (1) Obbligazzjoni dwar l-ippjanar tista’ ssir f’dawk il-
każijiet fejn l-Awtorità , meta tiġi biex tagħti permess għall-
iżvilupp, tagħżel li timponi fuq l-applikant għall-permess għall-
iżvilupp obbligazzjoni -
(a) biex jagħmel xogħlijiet -
(i) fl-art li dwarha qed jintalab permess għall-
iżvilupp, jew
(ii) f’xi art oħra, jew
(iii) fl-art imsemmija fiż-żewġ subparagrafi (i) u (ii)
ta’ dan il-paragrafu; jew
(b) biex jagħmel xi pagament jew jagħti xi dritt jew
benefiċċju estraneju
fejn l-Awtorità  tikkonsidra li jkun fl-interess ta’ l-ippjanar xieraq
taż-żona. L-Awtorità  għandha tiżgura li tottjeni dawn il-benefiċċji
jew gwadanji permezz ta’ kondizzjonijiet li jiġu inklużi f’permess
għall-iżvilupp jew permezz ta’ obbligazzjoni dwar l-ippjanar li
għandha ssir b’kuntratt pubbliku magħmul bejn l-applikant għall-
permess għall-iżvilupp ma’ l-Awtorità .
(2) Kull persuna interessata f’art tista’, bi ftehim ma’ l-
Awtorità , tidħol f’obbligazzjoni dwar l-ippjanar -
(a) li tirrestrinġi l-iżvilupp jew l-użu ta’ dik l-art b’xi mod
li jista’ jiġi speċifikat;
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      43
(b) li titlob operazzjonijiet jew attivitajiet speċifiċi li
għandhom isiru, fi, fuq, taħt jew fuq dik l-art;
(ċ) li titlob li dik l-art tintuża b’xi mod li jista’ jiġi
speċifikat; jew
(d) li titlob somma jew somom li għandhom jitħallsu lill-
Awtorità  f’data jew dati speċifika jew perjodikament.
(3) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti biex jagħti effett sħiħ lid-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu u jista’, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak qabel
imsemmi:
(a) jippreskrivi l-proċedura dwar kif għandha ssir
obbligazzjoni dwar l-ippjanar, kif tiġi esegwita,
mibdula jew mitmuma;
(b) jistabilixxi xi restrizzjonijiet, kundizzjonijiet jew il-
ħlas ta’ somom ta’ flus li jistgħu jiġu imposti
f’obbligazzjonijiet dwar l-ippjanar; u
(ċ) jirregola l-appelli li jsiru lill-Bord ta’ l-Appelli skond
is-subartikolu (4).
(4) L-applikant u kull persuna interessata fl-art tista’ tappella
lill-Bord ta’ l-Appell minn obligazzjoni dwar l-ippjanar li ssir
skond id-disposizzjonijiet tas-subartikolu (1).
3. Ħlasijiet u Kontribuzzjonijiet dwar l-iżvilupp 
Ħlasijiet u 
kontribuzzjonijiet.
41. (1) L-Awtorità  jkollha s-setgħa li tiġbor ħlasijiet għal kull
permess biex isir żvilupp, kompriża kull applikazzjoni għal hekk,
skond skeda ta’ ħlasijiet stabbilita minnha, bil-kunsens tal-Ministru
u tal-Ministru responsabbli għal finanzi, wara li tqis in-natura ta’ l-
iżvilupp, iż-żmien li fih jista’ jsir l-iżvilupp relattivament għal fażi
ppjanata tiegħu, il-kundizzjonijiet li taħtu joħroġ il-permess u
konsideraz-zjonijiet oħra rilevanti.
(2) Ħlas dovut taħt dan l-artikolu għandu jkun magħruf bħala
dritt għal permess ta’ żvilupp.
Kontribuzzjonijiet 
għall-
infrastruttura.
Emendat:
XXIII. 2000.30.
42. (1) L-Awtorità  jkollha s-setgħa li tiġbor kontribuzzjoni
għall-ispejjeż biex jingħataw is-servizzi ta’ infrastruttura kif ukoll
servizzi jew faċilitajiet oħra li jkunu meħtieġa minħabba l-permess
biex l-art tiġi żviluppata minn kull persuna li tapplika għal permess
bħal dak jew li tagħmel dak l-iżvilupp, skond dawk ir-rati li l-
Awtorità  , bil-kunsens tal-Ministru u tal-Ministru responsabbli għal
finanzi, tista’ minn żmien għal żmien tistabbilixxi, wara li tqis is-
servizzi meħtieġa, iż-żoni ta’ żvilupp u konsiderazzjonijiet oħra ta’
sustanza.
(2) Kontribuzzjoni dovuta taħt dan l-artikolu għandha tkun
magħrufa bħala kontribuzzjoni għal servizzi ta’ infrastruttura.
(3) Il-flus miġbura mill-Awtorità  taħt dan l-artikolu għandhom
jitħallsu lill-Gvern kull sena wara li titnaqqas minnhom somma
biex jitħallsu l-ispejjeż raġonevoli li jkunu saru biex il-
kontribuzzjoni tiġi stabbilita u miġbura:
  44      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
Kap. 10.
Iżda għar-rigward ta’ kontribuzzjonijiet li jinġabru mill-
Awtorità  f’isem l-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta skond l-
artikolu 20 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, dawk ir-regolamenti
għandhom isiru bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-Awtorità
dwar it-Trasport ta’ Malta u l-Ministru responsabbli għall-finanzi,
u dawk il-kontribuzzjonijiet li jinġabru kif hawn aktar qabel
imsemmi għandhom, minkejja kull ħaġa li tinsab f’dan l-Att,
jitħallsu mill-Awtorità  lill-Awtorità  dwar it-Trasport ta’ Malta kull
sena wara li jsir tnaqqis minnhom biex ikopri kull nefqa raġonevoli
li jista’ jsir ftehim dwarha bejn iż-żewġ awtoritajiet u li tkun saret
meta jkunu ġew stabbiliti u miġbura l-kontribuzzjonijiet.
L-iżvilupp jibda 
wara l-ħlas tad-
dritt u 
kontribuzzjoni.
43. Ebda permess għall-iżvilupp m’għandu jingħata, u ebda
żvilupp awtorizzat b’ordni dwar l-iżvilupp m’għandu jsir, jekk u
sakemm ma jkunux tħallsu id-drittijiet u kontribuzzjonijiet dovuti
skond l-artikoli 41 u 42 u l-Awtorità  ma tkunx irċeviethom; u kull
xogħolijiet li jsiru mingħajr ma jkun sar u riċevut dak il-ħlas
għandu jitqies bħala żvilupp magħmul mingħajr il-permess ta’ l-
Awtorità .
Pubblikazzjoni ta’ 
ħlasijiet u 
kontribuzzjonijiet.
44. (1) L-iskeda ta’ ħlasijiet u r-rati ta’ kontribuzzjoni
stabbilita skond l-artikoli 41 u 42, kif minn żmien għal żmien fis-
seħħ, għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta u jkollhom effett kif
pubblikati.
(2) Il-ħlasijiet u kontribuzzjonijiet miġbura taħt l-artikoli fuq
imsemmija għandhom flimkien ikunu magħrufa bħala t-"taxxa
dwar bini". 
4. Setgħat oħra dwar il-Kontroll ta’ l-Iżvilupp
Ordni biex jieqaf 
jew jitneħħa 
xogħol, eċċ.
Emendat:
XXI. 2001.40.
45. (1) L-Awtorità  tista’, meta tqis il-pjanijiet ta’ żvilupp,
policies ta’ ppjanar u konsiderazzjonijiet oħra ta’ sustanza, b’avviż
notifikat lis-sid ta’ xi art jew lil min jokkupa dik l-art, teħtieġ li xi
użu jew attività  jew xogħolijiet jieqfu jew li xi bini, impjant,
attrezzi jew ħaġa oħra hi x’inhi tiġi mneħħija minn art, jew teħtieġ
sew dak it-twaqqif kemm dik it-tneħħija.
(2) Meta ordni għat-twaqqif jew tneħħija isir dwar ħidma,
xogħolijiet jew użu, jew bini, impjant, attrezzi jew ħaġa oħra li
tkun qed issir jew li tkun teżisti skond il-liġi fuq l-art imsemmija fl-
avviż qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, jew li jkun inbeda jew
beda jeżisti wara l-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att skond permess għall-
iżvilupp mogħti taħt dan l-Att, l-Awtorità  jkollha l-obbligu li
tħallas kumpens għal kull telf li persuna ssofri minħabba l-avviż:
Iżda kull benefiċċju li joħroġ mill-istess avviż għandu jiġi
mnaqqas mit-telf fuq imsemmi.
Proprjetà  skedata u 
ordni għal 
konservazzjoni.
Emendat:
XXIII. 1997.20;
XXI. 2001.41.
46. (1) L-Awtorità  għandha tħejji, u minn żmien għal żmien
tirrevedi, lista ta’ żoni, bini, strutturi u fdal b’importanza
ġeoloġika, paleontoloġika, kulturali, arkeoloġika, arkitettonika,
storika, ta’ qdumija, artistika jew ta’ landscape kif ukoll żoni ta’
sbuħija naturali jew ta’ valur ekologiku jew xjentifiku (hawn wara
imsejħa "proprjetà  skedata") li għandhom jiġu skedati għal
konservazzjoni u tista’ dwar il-proprjetà  skedata kollha, jew waħda
jew aktar minnha, tagħmel ordni għall-konservazzjoni biex
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      45
tirregola l-konservazzjoni tagħhom:
Iżda mal-ħruġ ta’ ordni ta’ konservazzjoni s-sid ikollu l-
jedd ta’ aċċess minnufih f’kull hin raġonevoli għal kull
dokumentazzjoni ta’ l-Awtorità  li tkun tirrigwarda dak l-ordni bil-
għan li jiġu miflija r-riżultanzi u l-konsiderazzjonijiet relattivi u s-
sid jista’ jikkontesta dik id-deċiżjoni bil-miktub ma’ l-Awtorità  fi
żmien tletin jum mid-data meta l-ordni jiġi lilu notifikat jew jiġi
pubblikat fil-Gazzetta, skond liema tkun l-aħħar.
(2) Il-lista ta’ ordnijiet ta’ konservazzjoni, u kull żieda magħha
jew bidla fiha, għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta u f’gazetta
lokali. L-Awtorità  għandha wkoll tavża lil xi wieħed mis-sidien ta’
xi proprjetà  li tkun suġġetta għal ordni ta’ konservazzjoni bil-fatt li
din tkun ġiet inkluża fil-lista u b’kull ordni għal konservazzjoni
magħmul dwarha. L-avviż ta’ l-ordni għall-konservazzjoni għandu
wkoll jitwaħħal fis-sit. Jekk ebda wieħed mis-sidien ma jkun
magħruf, jew jekk mhux raġonevolment possibbli li jiġu notifikati
dawk is-sidien, l-avviż imsemmi għandu jitwaħħal biss fis-sit u ma
jkunx hemm bżonn issir in-notifika lil dawk is-sidien kif imsemmi
qabel. L-avviż ta’ l-ordni għall-konservazzjoni għandu jiġi reġistrat
fuq indiċi apposta li juri l-proprjetà  soġġetta għal dak l-ordni. Dak
l-indiċi għandu jiġi miżmum b’mod elettroniku b’tali manjiera illi
tkun tista’ ssir riċerka biex jiġi determinat jekk proprjetà  tkunx
soġġetta għal tali ordni. L-Awtorità  għandha żżomm kopja ta’ dak
l-indiċi fl-uffiċċju tar-Reġistru ta’ l-Artijiet u għandha tagħti wara
ħlas ta’ dak id-dritt kif jista’ jiġi preskritt ċertifikat li juri jekk
proprjetà  partikolari tkunx soġġetta għal tali ordni.
(2A) Meta l-Awtorità  tkun skedat proprjetà  skond dan l-artikolu,
hija għandha ddaħal dik il-proprjetà  fl-indiċi msemmi fis-
subartikolu (2) fejn turi li l-istess tkun ġiet skedata, u d-
disposizzjonijiet ta’ dak is-subartikolu dwar l-indiċjar ta’ ordnijiet
għall-konservazzjoni għandhom mutatis mutandis japplikaw. Il-
lista ta’ proprjetà  skedata, u kull żieda magħha jew bidla fiha,
għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta u f’gazzetta lokali. L-
Awtorità  għandha wkoll tavża lil xi wieħed mis-sidien tal-proprjetà
skedata bil-fatt li din tkun ġiet inkluża fil-lista. Avviz dwar dan l-
iskedar għandu wkoll jitwaħħal fis-sit. Jekk ebda wieħed mis-sidien
ma jkun magħruf, jew jekk mhux raġonevolment possibbli li jiġu
notifikati dawk is-sidien, l-avviż imsemmi għandu jitwaħħal biss
fis-sit u ma jkunx hemm bżonn issir in-notifika lil dawk is-sidien
kif imsemmi qabel.
(2B) Għall-fini tas-subartikoli (2) u (2A), "sit" tfisser proprjetà
waħda jew aktar minn proprjetà  waħda, irrispettivament minn min
huwa sid dik il-proprjetà , li tifforma parti mill-art li tiġi skedata
jew suġġetta għal ordni għall-konservazzjoni skond dan l-artikolu.
(3) Ix-xogħolijiet fi proprjetà  skedata, u d-demolizzjoni, tibdil
u estensjoni tagħha, huma projbiti jew ristretti kif provdut f’dan l-
artikolu jew f’ordni ta’ konservazzjoni.
(4) Ebda xogħol ta’ kull xorta m’għandu jsir f’proprjetà
skedata jew fuqha u ebda proprjetà  skedata m’għandha tiġi
demolita, mibdula jew imkabbra ħlief bil-permess ta’ l-Awtorità
mogħti fuq applikazzjoni li ssirilha u li jkun fiha dawk id-dettalji li
  46      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
l-Awtorità  teħtieġ, jew skond id-disposizzjonijiet ta’ ordni għal
konservazzjoni; u għall-għanijiet ta’ dan l-artikolu, ħsara lil u
distruzzjoni ta’ kull parti ta’ proprjetà  skedata għandha titqies
bħala demolizzjoni tagħha.
(5) Permess ta’ l-Awtorità  u ordni għal konservazzjoni mogħti
jew magħmul taħt dan l-artikolu jista’ jkun fihom dawk il-
kundizzjonijiet u disposizzjonijiet oħra li l-Awtorità  jidhrilha
meħtieġa jew espedjenti; u ordni għal konservazzjoni jista’
jirregola kull ħaġa li tolqot proprjetà  skedata.
(6) Dwar kull proprjetà  skedata l-Awtorità  jkollha wkoll is-
setgħa li teħtieġ b’avviż bil-miktub li s-sid jagħmel dawk ix-
xogħolijiet imsemmijin b’mod ġenerali jew kif speċifikati fl-avviż,
li jkunu meħtieġa biex jiġi żġurat li ma jkunx hemm aktar
deterjorament. Jekk jonqos, l-Awtorità  tista’ tagħti lis-sid avviż
ieħor biex jagħmel u jispiċċa x-xogħolijiet fi żmien speċifikat, u
jekk is-sid ikompli jonqos l-Awtorità  tista’ tagħmel hi x-xogħol
meħtieġ jew tqabbad lil min jagħmlu, u tirkupra l-ispejjeż ta’ dak
ix-xogħol mingħand is-sid tal-proprjetà  skedata.
(7) Jekk proprjetà  skedata tiġi demolita bi ksur ta’ xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, kull persuna li tinstab ħatja
ta’ dak ir-reat ikollha l-obbligu, b’żieda għal kull penali jew effett
ieħor taħt dan l-Att, li tħallas kumpens lill-Awtorità  kalkulata fuq
il-bażi ta’ l-ogħla minn fost li ġej:
(a) il-valur tal-ħaġa distrutta;
(b) l-ispejjeż biex tiġi restawrata jew imsewwija;
(ċ) il-vantaġġ finanzjarju li jista’ jittieħed bħala
konsegwenza tad-demolizzjoni.
(8) Sid ta’ proprjetà  skedata għandu dritt jitlob
rikonsiderazzjoni dwar kull skedar tal-proprjetà  tiegħu. Dik it-talba
għandha ssir bil-miktub quddiem l-Awtorità  fi żmien tletin jum
min-notifika jew mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta, liema jiġi l-
aħħar, ta’ l-iskedar, u l-Awtorità  għandha tiddeċiedi fi żmien tliet
xhur minn meta tkun irċeviet it-talba għal rikonsiderazzjoni.
(9) Kulmin iħossu aggravat b’deċiżjoni ta’ l-Awtorità  taħt dan
l-artikolu jista’ jappella lill-Bord ta’ l-Appell għar-revoka jew
għat-tibdil ta’ dik id-deċiżjoni.
(10) L-aċċettazzjoni tal-Ministru għandha tintalab meta l-
Awtorità  tneħħi proprjetà  skedata mill-iskeda jew meta jbaxxu l-
livell ta’ protezzjoni ta’ proprjetà  skedata u l-ebda tneħħija ta’
proprjetà  skedata mill-iskeda jew tbaxxija hawn fuq imemmija ma
tkun valida sakemm ma tkunx ġiet aċċettata mill-Ministru.
(11) Meta l-Bord ta’ l-Appell jiddeċiedi li jneħħi proprjetà
skedata mill-iskeda jew ibaxxi l-livell ta’ protezzjoni ta’ proprjetà
skedata, il-Bord għandu jitlob l-aċċettazzjoni tal-Ministru u t-
terminu ta’ appell mid-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell lill-Qorti ta’
l-Appell għandu jibda jiddekorri mid-data li fiha l-Bord ikun
għarraf lill-appellant bid-deċiżjoni tal-Ministru.
(12) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15, appell lill-
Bord ta’ l-Appell minn skedar ta’ proprjetà  jew minn ħruġ ta’ ordni
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      47
għall-konservazzjoni ma jissospendix l-esekuzzjoni ta’ dak l-
iskedar jew dik l-ordni għall-konservazzjoni.
Ordni ta’ 
emerġenza għal 
konservazzjoni.
Emendat:
XXIII. 1997.21;
XXI. 2001.42.
47. (1) Jekk proprjetà  li mhix skedata iżda li l-Awtorità
temmen li jista’ jkollha mportanza jew valur kif deskritt fl-artikolu
46(1) biżżejjed biex tiġi inkluża fil-lista, hija f’periklu li tiġi
demolita, danneġġata jew distrutta, l-Awtorità  tista’ tagħmel ordni
ta’ emerġenza għal konservazzjoni u tieħu dawk il-passi l-oħra biex
tipproteġġi dik il-proprjetà  li jidhrilha meħtieġa u d-
disposizzjonijiet tal-proviso ta’ l-artikolu 46(1) għandhom
japplikaw:
Iżda f’każ ta’ urġenza ċ-Chairman ta’ l-Awtorità  jista’
jagħmel ordni ta’ emerġenza għal konservazzjoni mingħajr il-
ħtieġa li jikkonsulta lill-membri l-oħra ta’ l-Awtorità .
(2) Ordni ta’ emerġenza għal konservazzjoni għandu jiġi
pubblikat fil-Gazzetta u jkollu effett malli jiġi hekk pubblikat.
(3) Ordni ta’ emerġenza għal konservazzjoni għandu, għal
żmien sitt xhur minn mindu jiġi pubblikat fil-Gazzetta, ikollu l-
istess effett daqs l-inklużjoni tal-proprjetà  li għaliha tirreferi fil-
lista ta’ proprjetà  skedata. L-effett tagħha jispiċċa ma’ l-egħluq taż-
żmien fuq imsemmi.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15, appell lill-
Bord ta’ l-Appell minn ordni ta’ emerġenza għall-konservazzjoni
ma jissospendix l-esekuzzjoni ta’ dik l-ordni.
Siġar protetti u 
ordni għall-
preservazzjoni ta’ 
siġar.
Emendat:
XXI. 2001.43.
48. (1) L-Awtorità  għandha tħejji, u minn żmien għal żmien
tirrivedi, lista ta’ siġar individwali, gruppi ta’ siġar u masġar (hawn
wara imsemmija "siġar skedati") li jidhrilha li għandha tipproteġġi,
u tista’ dwarhom kollha, jew dwar waħda jew aktar minnhom,
tagħmel ordni għall-preservazzjoni ta’ siġar biex tirregola dik il-
protezzjoni.
(2) Ebda siġra skedata m’għandha tiġi maqtugħa jew miżbura
jew volontarjament danneġġata jew distrutta ħlief bil-permess ta’ l-
Awtorità  fuq applikazzjoni li ssirilha jew kif jista’ jiġi permess
f’ordni għall-preservazzjoni ta’ siġar.
(3) Permess ta’ l-Awtorità  u ordni għall-preservazzjoni ta’ siġar
mogħti jew magħmul taħt dan l-artikolu jista’ jkun fih dawk il-
kundizzjonijiet u disposizzjonijiet oħra li l-Awtorità  jidhrilha
meħtieġa jew espedjenti; u ordni għall-preservazzjoni ta’ siġar
jista’ jirregola kull ħaġa li tolqot siġar skedati.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-proviso għas-subartikolu (1), s-
subartikoli (2A), (8) sa (12) ta’ l-artikolu 46 u l-artikolu 47 ta’ dan
l-Att għandhom japplikaw għal siġar skedati bħallikieku riferenzi
fihom għal proprjetà  skedata kienu sostitwiti b’riferenzi għal siġar
skedati.
Reklami.
jew regolati r-reklami, li jkunu magħrufa bħala ordnijiet dwar
reklami u li, bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal, jistgħu
jipprovdu -
  48      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
(a) biex jiġu regolati d-daqs, id-dehra u l-pożizzjoni tar-
reklami, tas-siti li fuqhom reklami jistgħu jiġu murija
u l-mod kif għandhom jiġu mwaħħla fuq art;
(b) biex jiġi meħtieġ li jinkiseb il-kunsens ta’ l-Awtorità
għal wiri ta’ reklami ta’ kull klassi jew klassijiet
speċifikati fl-ordni;
(ċ) biex jiġu regolati l-mod kif il-kunsens fuq imsemmi
jista’ jinkiseb, sew billi jiġu applikati d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att dwar permessi biex tiġi
żviluppata art sew xort’oħra;
(d) biex l-Awtorità  tkun tista’ teħtieġ li jitneħħa kull
reklam li jkun qed jiġi muri bi ksur ta’ xi ordni
magħmul taħt dan l-artikolu, jew xort’oħra kontra d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jew li jieqaf l-użu għal
wiri ta’ reklami ta’ xi sit li jkun qed jintuża għal dak l-
għan bi ksur ta’ xi ordni jew disposizzjoni kif intqal
qabel, u biex jiġu applikati d-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att dwar twettiq, suġġett għal dawk l-adattamenti u
tibdil li jiġu speċifikati fl-ordni, jew xort’oħra jiġi
provdut għat-twettiq ta’ l-ordni u ta’ kull avviż maħruġ
taħtu;
(e) biex jiġu eżentati mill-ħtiġijiet ta’ l-ordni, jew xi
disposizzjoni tiegħu, il-wiri ta’ reklami jew l-użu ta’
siti għal dak il-wiri, ta’ xi klassi jew klassijiet
speċifikati fl-ordni, jew biex il-wiri jew l-użu fuq
imsemmija jitkompla għal żmien jew żminijiet
speċifikati fl-ordni;
(f) biex jiġi ordnat li xi liġi li tolqot il-wiri ta’ reklami li
tkun fis-seħħ m’għandhiex tapplika għal wiri ta’
reklami f’xi żona li għaliha jkun japplika ordni
magħmul taħt dan l-artikolu;
(g) biex jiġu preskritti dawk il-ħwejjeġ li għandhom jew
jistgħu jiġu preskritti.
(2) Ordni dwar reklami jista’ jsir biex japplika għal reklami li
jkunu qed jiġu murija fid-data li l-ordni jibda jseħħ, jew għal siti
użati għal wiri ta’ reklami f’dik id-data:
Iżda jekk persuna milquta ħażin bl-applikazzjoni ta’ l-ordni
tagħmel talba lill-Awtorità  fi żmien tnax-il xahar mid-data li fiha
tiġi ħekk milquta u b’dak il-mod li jiġi preskritt mill-Awtorità ,
ikollha d-dritt li tirċievi mingħand l-Awtorità  kumpens dwar l-
ispejjeż li tkun raġonevolment daħlet għalihom biex tobdi l-ordni u
għal dak il-valur tar-reklam li jkun baqa’.
(3) Meta l-wiri ta’ reklami jinvolvi żvilupp ta’ art skond it-
tifsir ta’ dan l-Att, għandu jitqies għall-għanijiet ta’ dan l-Att li
ngħata permess għal dak l-iżvilupp jekk il-wiri jsir skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu jew ta’ xi ordni magħmul taħtu.
(4) Għall-għanijiet ta’ dan l-Att, iżda bla ħsara għall-ġeneralità
u t-tifsir normali ta’ l-espressjoni, persuna titqies li turi reklam
jekk-
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      49
(a) ir-reklam ikun muri fuq art li tagħha hija s-sid jew il-
persuna li tokkupa dik l-art; jew
(b) ir-reklam jagħti pubbliċità  lill-ħwejjeġ, sengħa,
negozju jew interess ieħor tagħha, ħlief jekk hija
tipprova li r-reklam ġie muri mingħajr ma kienet taf
jew mingħajr il-kunsens tagħha u turi wkoll li hija
ħadet il-passi kollha raġonevoli biex twaqqaf dak il-
wiri malli saret taf bih.
TAQSIMA V 
TWETTIQ TAL-KONTROLL
Dritt ta’ aċċess.
Sostitwit:
XXI. 2001.45.
50. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ xi liġi oħra, kull uffiċjal
jew impjegat ta’ l-Awtorità  jew kull persuna oħra, jekk tkun
awtorizzata mill-Awtorità  għal dan il-għan, tista’ f’kull hin
raġonevoli, u jekk l-Awtorità  tkun teħtieġ bl-assistenza tal-Korp
tal-Pulizija, tidħol fi u tagħmel spezzjoni, survey jew verifiki dwar
jekk ikunx qed isir jew ikunx sar xi żvilupp illegali, jew biex
tagħmel kull ħaġa li hija anċillari jew konsegwenzjali għal dan ta’
hawn aktar qabel.
Tgħassis fuq l-
iżvilupp.
51. (1) L-Awtorità  għandha tgħasses fuq kull operazzjoni ta’
żvilupp biex isir biss skond il-ħtiġijiet ta’ dan l-Att u b’osservanza
tad-deċiżjonijiet meħuda legalment taħt dan l-Att.
(2) L-Awtorità  għandha wkoll tirrivedi l-iżvilupp kollu li sar
qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att mingħajr ma ġew osservati l-
pjanijiet jew il-policies fis-seħħ fiż-żmien li l-iżvilupp ikun sar; u
dwar kull żvilupp bħal dan l-Awtorità  jkollha s-setgħat kollha li
għandha dwar żvilupp li jsir wara li jibda jseħħ dan l-Att biex
tiżgura li l-pjanijiet u politika msemmija qabel jiġu mwettqa jew,
jekk dan ma jistax raġonevolment isir, biex tirregolarizza kull
żvilupp bħal dak safejn l-Awtorità  tqis li huwa xieraq fiċ-
ċirkostanzi.
Proċedura ta’ 
twettiq.
Emendat:
XXIII. 1997.22.
Sostitwit:
XXI. 2001.46.
52. (1) Jekk l-Awtorità  jidhrilha li xi żvilupp ta’ art qed isir
mingħajr l-għoti ta’ permess meħtieġ għal hekk skond dan l-Att,
jew li xi kondizzjoni li għaliha l-permess mogħti għall-iżvilupp
ikun suġġett ma tkunx qed tiġi mħarsa, l-Awtorità  għandha
tinnotifika fuq is-sid ta’ l-art jew fuq l-okkupant ta’ l-art jew fuq it-
tnejn kif l-Awtorità  jidhrilha l-aktar xieraq avviż ta’ waqfien li
jeħtieġ li x-xogħol jew l-iżvilupp jieqaf minnfih:
Iżda l-Awtorità  tista’ toħroġ avviż li jeħtieġ li parti mix-
xogħol jieqaf minnufih fir-rigward ta’ parti mill-iżvilupp li għalih
ikun jirreferi dak l-avviż u mhux fir-rigward ta’ l-iżvilupp kollu.
(2) Kopja ta’ avviż imsemmi is-subartikolu (1) tista’ tiġi wkoll
notifikata lil kull bennej, kuntrattur tal-bini u ħaddiema fis-sit u l-
Awtorità  tista’ wkoll twaħħal kopja ta’ dak l-avviż f’post
prominenti fid-dħul għas-sit.
(3) L-Awtorità  għandha wkoll tinforma -
  50      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
(a) lill-kunsill lokali fejn l-art imsemmija fis-subartikolu
(1) tkun fil-lokalità  ta’ dak il-kunsill;
(b) il-perit u inġinier ċivili li jkun responsabbli għal dawk
ix-xogħlijiet jekk jkun magħruf,
illi avviż biex tieqaf kif intqal qabel ikun inħareġ mill-Awtorità . L-
Awtorità  għandha ddaħħal kull avviż ta’ waqfien u kull avviż ta’
twettieq ieħor skond dan l-Att fl-indiċi msemmi fl-artikolu 46(2), u
d-disposizzjonijiet ta’ dak l-artikolu dwar l-indiċjar ta’ ordnijiet
għall-konservazzjoni għandhom mutatis mutandis japplikaw dwar
avviżi ta’ waqfien u avviżi ta’ twettieq oħra skond dan l-Att:
Iżda n-nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu ma għandhomx jinvalidaw l-ebda avviż maħruġ skond
is-subartikoli (1) u (2).
(4) Kull avviż maħruġ skond dan l-artikolu għandu jikkontjeni
deskrizzjoni dettaljata tan-nuqqasijiet li jkunu qed jiġu allegati kif
ukoll pjanta li turi s-sit li tindika l-art li hija suġġett għal dak l-
avviż għandha tiġi annessa miegħu.
(5) Jekk l-Awtorità  jidhrilha li xi żvilupp ta’ art ikun sar wara l-
bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att mingħajr l-għoti ta’ permess meħtieġ
għal hekk skond dan l-Att, jew li xi kondizzjonijiet li għalihom
permess bħal dak mogħti dwar xi żvilupp kien suġġett ma ġewx
imħarsa, l-Awtorità  tista’, meta tqis id-disposizzjonijiet tal-pjanijiet
ta’ żvilupp, policies ta’ ppjanar u konsiderazzjonijiet oħra ta’
sustanza, tinnotifika avviż ta’ twettieq fuq is-sid ta’ l-art jew fuq l-
okkupanti ta’ l-art jew fuq it-tnejn kif l-Awtorità  jidhrilha l-aktar
xieraq u għandha wkoll tinforma bil-ħruġ ta’ dak l-avviż lill-
persuni msemmija fis-subartikolu (3), li jeħtieġ li jittieħdu dawk il-
passi li jiġu speċifikati fl-avviż fiż-żmien hekk ukoll speċifikat
sabiex l-art titreġġa’ lura għall-istat li kienet qabel ma sar l-
iżvilupp jew biex jitneħħa dak l-iżvilupp jew biex jiġi żgurat il-
ħarsien tal-kondizzjonijiet imsemmija qabel, skond kif ikun il-każ;
iżda bla preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak hawn aktar qabel
imsemmi kull avviż bħal dak jista’, għall-għanijiet imsemmija,
jeħtieġ id-demolizzjoni jew tibdil ta’ kull bini jew xogħlijiet, it-
twaqqif ta’ kull użu ta’ l-art, jew li jsiru fuq l-art kull operazzjoni
ta’ bini jew operazzjonijiet oħra.
(6) Avviż mogħti skond xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
qabel dan l-artikolu għandu -
(a) dwar kull ħtieġa li twaqqaf jew tipprojbixxi aktar
xogħlijiet jew żvilupp jew li tirrikjedi t-twaqqif ta’
użu, jieħu effett minnufih li l-avviż jiġi notifikat skond
is-subartikolu (1) minkejja li tista’ tkun ġiet
ippreżentata applikazzjoni għall-permess għall-
iżvilupp dwar l-iżvilupp imsemmi fl-avviż ta’ twettieq
jew ikun ġie ppreżentat appell kontra l-avviż ta’
twettieq; 
(b) dwar kull ħtieġa oħra, jiehu effett ma’ l-għeluq ta’ dak
iz-żmien (li ma jkunx anqas minn ħmistax-il ġurnata u
mhux aktar minn tletin ġurnata min-notifika tiegħu) li
jiġi speċifikat fl-avviż.
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      51
(7) Meta issir applikazzjoni għall-permess għall-iżvilupp qabel
ma jiskadi l-perjodu msemmi fis-subartikolu (6)(b):
(a) biex jinżammu fuq l-art xi bini jew xogħlijiet li
għalihom avviż ta’ twettieq ikun jirreferi; jew
(b) biex jitkompla l-użu ta’ l-art li għalih l-avviż ta’
twettieq ikun jirreferi,
l-avviż għandu, dwar kull ħtieġa minbarra dik li twaqqaf jew
tipprojbixxi aktar xogħlijiet jew żvilupp jew li tirrikjedi t-twaqqif
ta’ użu, jieqaf milli jkun operattiv sakemm l-applikazzjoni tiġi
maqtugħa b’mod finali, u jekk il-permess li għalih tkun saret l-
applikazzjoni jingħata u jsir operattiv, l-avviż ta’ twettieq ma
jkollux aktar effett:
Iżda kull applikazzjoni biex tirregolarizza l-iżvilupp
għandha tiġi rifjutata minnufih jekk xi ħtieġa fl-avviż li twaqqaf
jew tipprojbixxi aktar xogħlijiet jew żvilupp jew li tirrikjedi t-
twaqqif ta’ użu ma tkunx ġiet imħarsa jew jekk xi penali jew ħlas
ieħor dovut minn xi persuna skond dan l-Att dwar l-iżvilupp
rilevanti ma jkunux tħallsu.
(8) Meta applikazzjoni tiġi rifjutata kif hawn aktar qabel
imsemmi, l-Awtorità  tista’ teserċita l-poteri tagħha skond l-artikolu
55A(1) minkejja li t-tieni jew applikazzjoni sussegwenti li tkun
intiża sabiex tirregolarizza l-iżvilupp illegali tkun saret lill-
Awtorità  li tkun tikkonċerna l-istess jew parti mill-istess sit,
irrispettivament jekk dik l-applikazzjoni tkunx saret mill-istess
applikant jew minn xi applikant ieħor.
(9) Kull persuna li thossha aggravata b’avviż ta’ twettieq
notifikat lilha tista’, fi żmien ħmistax-il ġurnata min-notifika ta’ l-
avviż, tappella kontra tiegħu lill-Bord ta’ l-Appell, u dwar kull
appell bħal dak il-Bord:
(a) jekk ikun sodisfatt li permess ikun ingħata skond dan
l-Att, jew skond kull liġi oħra li ġiet qabel dan l-Att li
kienet tirregola l-permessi tal-bini, għall-iżvilupp li
għalih l-avviż ta’ twettieq jirreferi, jew li ma kien
meħtieġ ebda permess għalih, skond kif ikun il-każ, u
li l-kundizzjonijiet li għalihom il-permess kien suġġett
ġew imħarsa, għandu jħassar l-avviż ta’ twettieq li
dwaru jkun sar l-appell jew dik il-parti tiegħu li
dwarha l-Bord ikun sodisfatt kif imsemmi qabel;
(b) f’kull każ ieħor għandu jiċħad l-appell.
(10) Flimkien ma’ l-appell, l-appellant għandu jissottometti lill-
Bord kopja ta’ kull permess għall-iżvilupp relevanti, permessi oħra
jew informazzjoni oħra relevanti li permezz tagħhom ikun ingħata
permess għall-iżvilupp sabiex isir l-iżvilupp imsemmi fl-avviż
notifikat lilu li huwa soġġett għall-proċeduri ta’ appell; u jekk il-
Bord ikun sodisfatt li ma jeżisti l-ebda tali permess għall-iżvilupp
jew permess ieħor jew li ma teżisti ebda awtorizzazzjoni oħra,
irrispettivament b’liema mod tissejjaħ, li abbażi tagħha l-iżvilupp
seta’ sar, il-Bord għandu minnufih jiċħad l-appell.
(11) Jekk qabel ma jsir l-appell matul il-mori ta’ appell, l-
  52      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
appellant jissottometti lill-Awtorità  applikazzjoni għall-permess
għall-iżvilupp, il-Bord għandu jiċħad l-appell jekk ikun sodisfatt
illi l-imsemmija applikazzjoni hija intiża sabiex tissana l-iżvilupp
imsemmi fl-avviż ta’ twettieq.
(12) Meta l-appell jiġi miċħud, l-Bord ta’ Appell jista’ dwar kull
ħtieġa, barra minn ħtieġa li twaqqaf jew tipprojbixxi aktar
xogħlijiet jew żvilupp jew li tirrikjedi t-twaqqif ta’ użu, jordna li l-
avviż ma jibdiex iseħħ qabel dik id-data, li ma tkunx aktar kmieni
minn ħmistax-il ġurnata mill-qtugħ ta’ l-appell, kif il-Bord jidhirlu
xieraq.
(13) Il-Bord jista’ jikkorreġi kull difett jew żball fl-avviż ta’
twettieq iżda l-appellant għandu jingħata żmien suffiċjenti biex
jipprepara u jressaq il-każ tiegħu.
(14) Fejn l-iżvilupp illegali jkun qed isir fil-baħar id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw bl-istess
mod bħallikieku kull referenza fihom għas-sid ta’ l-art jew għall-
okkupant ta’ l-art għandha titqies bħala referenza għall-persuna li
tkun għamlet l-iżvilupp u kull referenza għall-art għandha titqies
bħala referenza għal dik iż-żona tal-baħar fejn isir l-iżvilupp.
Il-proċedura tat-
twettiq tapplika 
għal proprjetà  
skedata, eċċ. 
Sostitwit:
XXI. 2001.47.
53. Jekk l-Awtorità  jidhrilha li xi ħaġa li hi projbita, limitata
jew suġġetta għal kondizzjoni skond jew taħt id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 46, 48 jew 49 tkun qed issir jew tiġi magħmula, jew li
tkun saret jew ġiet magħmula, bi ksur ta’ xi projbizzjoni,
limitazzjoni jew kondizzjoni bħal dik, jew mingħajr permess jew
ħtieġa oħra, jew mingħajr ma tkun ġiet imħarsa xi kondizzjoni,
msemmija f’dawk l-artikoli jew f’xi ordnijiet magħmula taħthom,
l-Awtorità  għandha tinnotifika avviż ta’ twettieq fuq is-sid ta’ l-art
jew fuq l-okkupant ta’ l -art jew fuq it-tnejn kif l-Awtorità  jidhrilha
l-aktar xieraq u għandha wkoll tinforma bil-ħruġ ta’ dak l-avviż
lill-persuni msemmija fl-artikolu 52(3), avviż li jeħtieġ li jittieħdu
dawk il-passi li jkunu speċifikati fl-avviż, inklużi it-twaqqif ta’ kull
ħaġa li tkun qed issir jew tiġi magħmula, u f’dak iż-żmien li jiġi
wkoll speċifikat fl-avviż. Id-disposizzjonijiet tal-proviso għall-
artikolu 52(3) għandhom japplikaw ukoll għal avviż taħt dan l-
artikolu.
Avviżi oħra ta’ 
twettiq.
Emendat:
XXI. 2001.48.
54. Avviż mogħti taħt l-artikoli 53 u 55 huwa magħruf ukoll
f’dan l-Att bħala "avviż ta’ twettiq" u, sakemm ir-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra u suġġett għal dak it-tibdil jew adattament li
jkunu meħtieġa biex jagħtu effett sħiħ għal dawk l-artikoli, kull
fejn f’dan l-Att tidher dik l-espressjoni hija għandha tinkludi avviż
mogħti taħt dawk l-artikoli.
Ħsara lill-ġmiel 
jew siwi.
Sostitwit:
XXI. 2001.49.
55. Jekk l-Awtorità  jidhrilha li l-ġmiel jew siwi ta’ xi żona
huwa mħassar bid-dehra jew kondizzjoni ta’ xi bini jew ta’ xi art, li
tkun ġnien, sit vojt jew art oħra fil-beraħ, jew bid-dehra ta’ xi sit
fejn ikun qed isir jew saru żvilupp fih jew kostruzzjoni jew xi
xogħlijiet oħra, l-Awtorità  għandha tinnotifika avviż fuq is-sid ta’
l-art jew fuq l-okkupant ta’ l-art jew fuq it-tnejn kif l-Awtorità
jidhrilha l-aktar xieraq u għandha wkoll tinforma bil-ħruġ ta’ dak l-
avviż lill-persuni msemmija fl-artikolu 52(3), li fih ikun meħtieġ li
jittieħdu dawk il-passi biex titnaqqas il-ħsara li tiġi speċifikata fl-
avviż. Id-disposizzjonijiet tal-proviso għall-artikolu 52(3)
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      53
għandhom ukoll japplikaw ukoll għal avviż taħt dan l-artikolu.
Disposizzjonijiet 
supplimentari dwar 
it-twettieq.
Miżjud:
XXI. 2001.50.
55A. (1) Jekk xi passi jew azzjoni oħra, kompriżi s-
sospensjoni, twaqqif jew ħtieġa oħra bħal dik, meħtieġa li jittieħdu
b’avviż ta’ twettieq ma jkunux ittieħdu fiż-żmien speċifikat fl-
avviż, l-Awtorità  tista’ tidħol fl-art jew f’area tal-baħar u tieħu
dawk il-passi jew azzjoni oħra kif fuq imsemmijin, inklużi l-
iżmantellar jew it-tneħħija ta’ xi apparat, makkinarju, għodod,
beni, vetturi jew xi oġġetti oħra li jistgħu jkunu fis-sit u l-għemil
ta’ kull xogħol meħtieġ biex twettaq dak mitlub fl-avviż ta’
twettieq u għal dan il-għan tista’ titlob l-għajnuna tal-Korp tal-
Pulizija, ta’ kull kunsill lokali, kull dipartiment tal-Gvern jew kull
aġenzija tal-Gvern; u l-Korp tal-Pulizija għandu għal dan il-għan
jeżerċita dawk is-setgħat mogħtija lilu bil-liġi.
(2) Fejn it-tneħħija ta’ żvilupp illegali bilfors tinvolvi t-
tneħħija wkoll ta’ żvilupp li mhux illegali, l-Awtorità  tista’
tipproċedi biex tneħħi wkoll dak l-iżvilupp l-ieħor li t-tneħħija
tiegħu tkun meħtieġa kif ingħad qabel.
Kap. 319.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra u salv id-
disposizzjonijiet ta’ l -artikolu 46 tal-Kostituzzjoni u ta’ l-artikolu
4 ta’ l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, ma għandu jinħareġ jew
jingħata minn ebda qorti xi att kawtelatorju kontra l-Awtorità  li
jżommha milli teserċita xi waħda mis-setgħat mogħtija lilha b’dan
l-artikolu.
(4) L-ispejjeż kollha raġonevolment inkorsi mill-Awtorità  biex
tesegwixxi avviż ta’ twettieq skond dan l-artikolu, jkunu jistgħu
jiġu rkuprati mill-Awtorità  bħala dejn ċivili mill-persuna li f’dak
iż-żmien tkun sid l-art, bla ħsara għall kull jedd ta’ dik il-persuna li
tirkuprhom mingħand xi persuna oħra. L-Awtorità  ma tkunx
azzjonabbli għad-danni li jistgħu jkunu ġew inkorsi meta hija tkun
eżerċitat dawn il-poteri tagħha, sakemm ma jiġix ippruvat illi dawk
id-danni jkunu ġew inkorsi minħabba negligenza grassa mill-
Awtorità , mill-uffiċjali tagħha jew mill-aġenti tagħha.
(5)* Bla ħsara għas-subartikolu (6)(g), meta ma jsirx appell
minn avviż ta’ twettieq jew meta jkun sar appell minn avviż ta’
twettieq iżda dan jiġi konfermat mill-Bord ta’ l-Appell jew mill-
Qorti ta’ l-Appell, skond kif ikun il-każ, u s-sid ta’ l-art suġġetta
għall-avviż ta’ twettieq jonqos milli jikkonforma ma’ l-avviż ta’
twettieq fiz-żmien preskritt fl-avviż ta’ twettieq, dik il-persuna
għandha tkun obbligata li tħallas penali li ma teċċedix ħames liri
għal kull ġurnata li dak in-nuqqas ikompli wara li jkun skada l-
imsemmi perijodu kif jista’ jiġi preskritt skond is-subartikolu
(6)(g); u l-Awtorità  għandha tiġbor dik il-penali mingħand dik il-
persuna bħala dejn ċivili dovut lilha.
(6) L-Awtorità  tista’, bi qbil mal-Ministru u mal-Ministru
responsabbli għall-finanzi, tagħmel regolamenti:
(a) biex tawtorizza u tirregola l-ikklampjar, l-irmonk, it-
tneħħija u l-ħażna mill-Awtorità  ta’ kull oġġett użat fi
żvilupp illegali u l-bejgħ b’irkant ta’ l-istess;
*Dan is-subartikolu għadu mhux fis-seħħ.
  54      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
(b) biex jeħles lill-Awtorità  minn kull responsabbiltà ,
għajr responsabbiltà  għal negliġenza grassa, għal
danni meta hija taġixxi fl-eżekuzzjoni tad-doveri
tagħha skond l-imsemmija regolamenti;
(ċ) biex jipprovdu għat-tneħħija ta’ l-oġġetti użati fi
żvilupp illegali meta l-imsemmija oġġetti ma
jittieħdux lura minn sidhom f’dak iż-żmien li jista’ jiġi
preskritt;
(d) biex jistabilixxi drittijiet li jinġabru mill-Awtorità
għat-tneħħija tal-klampi, għall-irmonk, għall-ħażna ta’
oġġetti wżati fi żvilupp illegali u għall-bejgħ b’irkant
jew kull għamla oħra ta’ tneħħija ta’ l-imsemmija
oġġetti;
(e) biex tistabilixxi ċ-ċirkostanzi meta l-oġġetti li jiġu
wżati fi żvilupp illegali jkunu jistgħu jiġu konfiskati
b’ordni ta’ qorti u sabiex tiġi stabbilita l-proċedura
relattiva għall-konfiska u għat-tneħħija tagħhom;
(f) biex jiġu stabbiliti reati u l-pieni relattivi in
konnessjoni mal-ħwejjeġ li jissemmew fil-paragrafi
(a) sa (e), liema pieni ma għandhomx jeċċedu multa
massima ta’ ħamest elef lira; u
(g) biex jispeċifikaw liema tip ta’ żvilupp id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (5) għandhom
japplikaw u biex tiġi stabbilita l-penali relattiva.
Kap. 9.
Kap. 446.
(7) L-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali u d-disposizzjonijiet ta’
l-Att dwar il-Probation ma għandhomx japplikaw għal kull reat li
jiġi stabbilit taħt is-subartikolu (6).
Proċedura li 
tapplika għal ċertu 
tip ta’ żvilupp 
illegali li sar qabel 
l-1 ta’ Jannar, 
1993.
Miżjud:
XXI. 2001.50.
55B. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Att, il-
proċedura li ġejja għandha tapplika għal żvilupp illegali, ħlief għal
dak l-iżvilupp illegali li jikkonsisti fi bdil ta’ użu jew fejn dak l-
iżvilupp ma jkunx konformi mal-linja tat-toroq u tal-bini kif
speċifikat fi jew interpretat minn Skema ta’ Provvedimenti
Temporanji jew pjan lokali, li jkun sar qabel l-1 ta’ Jannar 1993 fil-
konfini ta’ l-Iskemi ta’ Provvedimenti Temporanji jew fil-konfini
ta’ żvilupp kif indikati f’pjan lokali.
(2) Kull persuna li wara l-1 ta’ Lulju 2000 tiġi notifikata
b’avviż ta’ twettieq fir-rigward ta’ żvilupp illegali li għalih japplika
s-subartikolu (1), għandha jkollha d-dritt li ssostni li dak l-avviż
ma huwiex applikabbli, basta illi hija tipprova għas-sodisfazzjon
ta’ l-Awtorità  illi dak l-imsemmi żvilupp ikun sar qabel l-1 ta’
Jannar 1993. L-imsemmija persuna għandha tagħti wkoll lill-
Awtorità  prova sodisfaċenti f’dak is-sens inkluż kull prova
dokumentarja relevanti u dawk il-provi l-oħra li l-Awtorità
tikkonsidra neċessarji.
(3) Meta avviż ta’ twettieq ma jkunx applikabbli skond is-
subartikolu (2), l-iżvilupp in kwistjoni m’għandux jiġi kkonsidrat
bħallikieku ġie regolarizzat skond dan l-Att sakemm ma jkunx
inħareġ permess għall-iżvilupp biex ikopri l-iżvilupp in kwistjoni u
ma tkunx tħallset penali li tiġi ffissata mill-Awtorità  fil-limiti
stabbiliti fl-artikolu 58:
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      55
Iżda persuna li tiġi mitluba li tħallas dik il-penali tista’
tappella minn dik it-talba bl-istess mod ipprovdut fl-artikolu 58.
(4) Meta l-Awtorità  tirċievi applikazzjoni għall-permess għall-
iżvilupp li titlob emendi, bdil, żjidiet jew estensjonijiet għal
żvilupp li jinkludi żvilupp illegali li għalih japplika s-subartikolu
(1), l-applikant għandu jitlob lill-Awtorità  li jiġi ssanat l-iżvilupp
illegali skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, jekk tali sanzjonar
huwa permissibbli mil-liġi. Fejn tali sanzjonar mhux permissibbli
mil-liġi, l-ebda proċeduri oħra ta’ twettieq ma għandha tittiehed
mill-Awtorità . Fejn l-iżvilupp illegali ma jkunx ġie sanzjonat, l-
ebda permess għal żvilupp ulterjuri, ħlief għal dak it-tip ta’ żvilupp
li jista’ jippreskrivi l-Ministru, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
minn fost l-iżvilupp imsemmi fl-artikolu 31(8)(a) u (b),  ma għandu
jingħata fir-rigward ta’ l-art in kwistjoni sakemm l-iżvilupp illegali
ma jkunx tneħħa.
(5) Meta persuna ssostni ma’ l-Awtorità  li l-avviż ta’ twettieq
ma jkunx applikabbli skond is-subartikolu (2) u l-Awtorità  ma
taċċettax dik il-pretensjoni, il-perjodu ta’ ħmistax-il ġurnata
msemmi fl-artikolu 52(9) għandu jibda jiddekorri mid-data li fiha l-
Awtorità  tkun innotifikat lil dik il-persuna b’avviż fis-sens li hija
ma tkunx qed taċċetta l-pretensjoni tiegħu.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandhom ikunu bla
preġudizzju għal kull avviż ta’ twettieq maħruġ, u proċeduri
kriminali istitwiti, qabel l-1 ta’ Lulju, 2000.
(7) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti biex jagħti effett aħjar lid-disposizzjonijiet ta’
dan l-artikolu.
TAQSIMA VI
REATI DWAR ŻVILUPP U PIENI 
Reati.
Emendat:
XXI. 2001.51.
56. (1) Kull min - 
(a) jagħmel xi żvilupp fuq xi art jew iħalli li jsir xi żvilupp
fuq art li tagħha huwa s-sid mingħajr permess għall-
iżvilupp kif ikun iseħħ meta jsir l-iżvilupp, jew, jekk l-
iżvilupp isir b’permess għall-iżvilupp, jonqos milli
jħares jew li jara li tiġi mħarsa xi kundizzjoni,
restrizzjoni jew limitazzjoni oħra li għaliha l-permess
huwa suġġett; jew
(b) jimxi bi ksur ta’ xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 46, 47 jew 48 dwar proprjetà  skedata jew siġra
skedata, ordni ta’ emerġenza għall-konservazzjoni,
jew ta’ xi ordni dwar reklami magħmul taħt l-artikolu
49; jew
(ċ) wara li jkun ġie notifikat b’avviż ta’ twettieq jew avviż
ieħor skond l-artikoli 45, 52, 53 jew 55, jonqos milli
jħares xi waħda mill-htiġijiet ta’ dak l-avviż fiz-żmien
  56      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
speċifikat fih; jew
(d) iżomm, jostakola jew xort’oħra jfixkel, jew jipprova
jżomm, jostakola jew ifixkel, xi uffiċjal jew impjegat
ta’ l-Awtorità , jew xi uffiċjal tal-pulizija, jew uffiċjal
pubbliku jew uffiċjal jew impjegat ta’ xi dipartiment
tal-Gvern jew ta’ xi aġenzija tal-Gvern jew ta’ xi
kunsill lokali, fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tiegħu taħt
il-liġi, jew jonqos milli jagħmel dak li raġonevolment
jiġi mitlub li jagħmel minn dik il-persuna kif imsemmi
jew li jgħinhom fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom, jew li
xjentement jagħti lil dik il-persuna informazzjoni falza
jew jonqos jew jirrifjuta li jagħti xi informazzjoni
meħtieġa għall-għanijiet fuq imsemmija; jew
(e) jagħmel dikjarazzjoni għal xi għan ta’ dan l-Att li tkun
falza, qarrieqa jew mhux korretta f’xi aspett
importanti,
ikun ħati ta’ reat kontra dan l-Att u għandu jekk jinsab ħati jeħel
multa ta’ mhux anqas minn ħames mitt lira u mhux aktar minn
ħamsin elf lira, u dwar reat taħt il-paragrafu (d) jew, f’każ ta’ reat
taħt il-paragrafu (ċ), jekk ir-reat ikompli għal aktar minn tliet xhur,
ukoll għal priġunerija għal żmien ta’ mhux anqas minn tliet xhur u
mhux aktar minn tliet snin:
Iżda, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 46(7) u l-artikolu 55A(3) u (4) u mingħajr preġudizzju
għall-multa massima hawn fuq stabbilita, l-multa minima li min
jikkometti reat jista’ jeħel taħt dan l-artikolu m’għandhiex tkun
iżgħar mill-valur tax-xogħolijiet li jkunu saru mingħajr permess
jew bi ksur tal-kundizzjonijiet li għalih dak il-permess kien suġġett.
(2) Il-qorti, minbarra li tagħti l-piena msemmija fis-subartikolu
(1), għandha tordna lill-ħati biex ineħħi l-kawżi tar-reat u li jreġġa’
lura kull ħaġa li tkun saret mingħajr permess jew li jħares il-
kondizzjonijiet imposti fil-permess, skond il-każ, fi żmien
biżżejjed għal dak l-iskop, iżda f’ebda każ iżjed minn tliet xhur
mid-data tas-sentenza, kif jiġi stabbilit mill-qorti; u, jekk il-ħati
jonqos milli jħares xi ordni bħal dak fiż-żmien hekk stabbilit, jeħel
multa ta’ mhux anqas minn ħamsa u għoxrin u mhux iżjed minn
ħamsin lira, kif il-qorti tistabbilixxi, għal kull ġurnata li n-nuqqas
ikompli wara li jiskadi l-imsemmi żmien.
Kap. 9.
(3) Proċedimenti kontra kull persuna għal xi reat imsemmi fis-
subartikolu (1) għandhom isiru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati
(Malta) jew il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), skond il-każ, bħala
qrati ta’ ġudikatura kriminali skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi
Kriminali:
Kap. 9.
Iżda, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 376 (1)(b)
tal-Kodiċi Kriminali, il-qorti għandha, fuq talba tal-prosekuzzjoni
jew ta’ l-akkużat, tniżżel ix-xiehda mogħtija mix-xhieda bil-mod
provdut jew fl-artikolu 390(6) tal-imsemmi Kodiċi jew f’xi liġi
oħra li tkun isseħħ f’dak iż-żmien.
Kap. 9.
Kap. 446.
(4) L-artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali u d-disposizzjonijiet ta’
l-Att dwar il-Probation ma għandhomx japplikaw għar-reati li
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      57
jissemmew f’dan l-artikolu.
(5) Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni intiża biex
tirregolarizza kull żvilupp illegali li dwaru jkun hemm proċeduri
kriminali pendenti, u meta jiġi ppreżentat appell minn rifjut ta’ dik
l-applikazzjoni, ma għandhomx jitqiesu li jimpedixxu l-
kontinwazzjoni ta’ dawk il-proċeduri kriminali u l-qorti għandha
tkompli tisma’ dak il-każ u għandha tagħti s-sentenza dwaru u
għandha toħroġ dik l-ordni skond is-subartikolu (2) bħallikieku dik
l-applikazzjoni jew dak l-appell qatt ma kienu ppreżentati:
Iżda meta dak l-iżvilupp ikun ġie regolarizzat l-ebda multa
taħt is-subartikolu (2) ma għandha titħallas fir-rigward taż-żmien
ta’ wara li l-iżvilupp ikun ġie regolarizzat.
Kopji ċertifikati ta’ 
ċerti dokumenti.
57. F’kull proċediment jew prosekuzzjoni taħt dan l-Att, kopja
ta’ kull ordni, avviż, deċiżjoni jew dokument ieħor li juri li sar taħt
dan l-Att u li ġie ffirmat miċ-chairman ta’ l-Awtorità  jew mid-
Direttur ta’ l-Ippjanar, għandu jiġi aċċettat bħala prova ta’ l-ordni,
avviż, deċiżjoni jew dokument ieħor, u tal-fatti li jidhru fih,
mingħajr prova oħra.
Proċedura speċjali.
pieni dwar reati, meta l-Awtorità  temmen li persuna kkommettiet
reat kontra dan l-Att, barra minn reat taħt l-artikolu 56(d), l-
Awtorità  tista’ tagħti lil dik il-persuna avviż bil-miktub fejn
tiddeskrivi r-reat li tiegħu dik il-persuna hija akkużata u tindika l-
passi li trid tieħu biex tirrimedja għar-reat u l-multa li hi għandha
tħallas għal dak ir-reat:
Iżda l-Awtorità  ma tistax teħtieġ il-ħlas ta’ multa ta’ aktar
minn elf lira.
(2) Meta jkun ingħata avviż skond dan l-artikolu, il-persuna
msemmija fl-avviż tista’, fi żmien wieħed u għoxrin ġurnata minn
notifika ta’ l-avviż, taċċetta responsabbiltà  għar-reat speċifikat fl-
avviż u f’dak iż-żmien, jew fiż-żmien ulterjuri li l-Awtorità  tista’
tippermetti, tirrimedja għar-reat u tħallas, jew tintrabat bil-miktub
li tħallas, il-multa indikata fl-avviż jew dik il-multa li l-Awtorità
tista’ taċċetta minflokha, u f’kull każ bħal dan -
(a) il-persuna msemmija fl-avviż titqies li tkun għamlet ir-
reat u li ammettiet il-ħtija tagħha dwaru, u l-multa
mħallsa, jew li tkun intrabtet li tħallas, għandha tkun
il-multa li tkun weħlet li tħallas;
(b) jekk ir-reat jiġi rimedjat u l-multa titħallas fiż-żmien,
jew fiż-żmien ulterjuri, imsemmi qabel, ebda
proċedimenti oħra ma jkunu jistgħu jittieħdu kontra
dik il-persuna dwar l-istess fatti;
(ċ) jekk il-multa ma titħallasx fiż-żmien, jew żmien
ulterjuri, imsemmi qabel, hija tiġi trattata bħala multa
ordnata li titħallas mill-qorti li kien ikollha
ġurisdizzjoni li tisma’ l-każ dwar ir-reat, u jistgħu
jittieħdu skond hekk il-proċeduri kollha bħallikieku
kienet ordni ta’ dik il-qorti.
  58      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
Kap. 9.
(3) Jekk persuna li lilha jingħata avviż taħt is-subartikolu (1)
ma taċċettax responsabbiltà  għar-reat jew avolja tkun aċċettat dik
ir-responsabbiltà  tonqos milli tirrimedja r-reat fiż-żmien li ntqal
qabel, għandhom jittieħdu kontriha l-proċedimenti ordinarji skond
id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali, ta’ dan l-Att u ta’ kull liġi
oħra applikabbli għar-reat.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ kull liġi oħra, l-Avukat
Ġenerali għandu jkollu dejjem dritt ta’ appell lill-Qorti ta’ Appelli
Kriminali minn kull sentenza mogħtija f’proċedimenti li joħorġu
minn dan l-Att jew minn regolamenti, regoli jew ordnijiet
magħmula taħtu.
TAQSIMA VII 
SUPPLEMENTARI 
Poter li tagħmel 
regolamenti 
jinkludi poter li 
tirrevoka, eċċ.
Kap. 249.
59. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 6 ta’ l-
Att dwar l-Interpretazzjoni, kull setgħa mogħtija b’dan l-Att li
wieħed jagħmel regolamenti, regoli, ordnijiet, listi, skedi u kull
strument ieħor ta’ l-istess natura, tinkludi s-setgħa li minn żmien
għal żmien iħassar, jissostitwixxi, jemenda, jibdel jew iżid ma’ kull
strument bħal dak.
Regolamenti.
Emendat:
XXI. 2001.53.
60. (1) Il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità ,
jagħmel regolamenti biex jirregola jew xort’oħra jipprovdi dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp jew attivitajiet oħra
li jolqtu l-art jew il-baħar, biex jagħti effett aktar sħiħ lid-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u, b’mod partikolari, iżda mingħajr
ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, jista’ b’dawk ir-
regolamenti -
(a) jirregola l-bini u l-kostruzzjoni, demolizzjoni u tibdil
tiegħu, kif ukoll kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam
ma’ bini, billi jiġu meqjusa l-konsiderazzjonijiet
kollha rilevanti, kompriżi dawk ta’ sigurtà , estetika,
saħħa u sanità ;
(b) jippreskrivi l-forma ta’ kull avviż, ordni jew dokument
ieħor li dan l-Att jawtorizza jew jeħtieġ li jsir jew li
jiġi notifikat jew mogħti;
(ċ) jippreskrivi l-mod kif it-taxxa dwar bini jew ħlas ieħor
dovut skond dan l-Att għandhom jiġu stabbiliti,
riveduti, miġbura, allokati jew xort’oħra trattati;
(d) sa fejn mhux provdut xort’oħra, jippreskrivi l-
proċedura li xi korp imwaqqaf b’dan l-Att għandu
jsegwi,  jemenda u jissostitwixxi, iżid ma’ jew
xort’oħra jibdel kull ħaġa li hemm fl-iskedi ta’ dan l-
Att li għandhom x’jaqsmu mal-ħwejjeġ fuq
imsemmija;
(e) jippreskrivi d-drittijiet li għandhom jitħallsu lill-
Awtorità  għas-servizzi provduti minnha, jew dwar xi
ħaġa li dwarha huwa meqjus li għandu jitħallas id-
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      59
dritt;
(f) li jippreskrivi x’tip ta’ informazzjoni li żżomm l-
Awtorità  għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku kif
ukoll li jistabilixxi l-proċedura li għandha tintuża biex
jingħata aċċess għaliha u d-drittijiet relattivi li jkunu
jridu jitħallsu biex jingħataw kopji ta’ dik l-
informazzjoni;
(g) jirregola kif kull avviż jew komunikazzjoni minn jew
lill-Awtorità  li skond dan l-Att għandhom isiru bil-
miktub jistgħu jsiru b’mod elettroniku;
(h) għal kull għan li għalih huwa awtorizzat jew meħtieġ li
jsiru regolamenti minbarra dawk li jsiru mill-Awtorità .
Iżda meta l-Ministru jagħmel regolamenti li jirregolaw il-
proċedura quddiem il-Bord ta’ Appell dwar l-Ipjannar huwa għandu
jikkonsulta wkoll lill-Bord ta’ Appell dwar l-Ippjanar:
Iżda wkoll regolamenti li jikkonċernaw il-proċedura fil-
Qorti ta’ l-Appell u appelli quddiemha skond dan l-Att għandhom
isiru mill-Ministru responsabbli għall-ġustizzja li ma jkunx
obbligat li jikkonsulta lill-Awtorità .
(2) Kull regolament magħmul taħt dan l-Att jista’ jipprovdi
għal kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ responsabbiltà  għat-tħaris
ta’ dawk ir-regolamenti, għall-persuni li jistgħu jkunu hekk
responsabbli, u għal kull ħaġa li għandha x’taqsam mat-twettiq ta’
l-imsemmija regolamenti, inklużi, iżda mhux limitata għal, l-
imposizzjoni ta’ multa ta’ mhux aktar minn elf lira dwar kull ksur
jew nuqqas ta’ tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ dawk ir-regolamenti.
Ċertifikat ta’ 
żvilupp skond il-
permess.
61. (1) Id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom ikollhom seħħ
dwar kull żvilupp li jkun sar jew li għandu jsir wara d-data tal-bidu
fis-seħħ ta’ dan l-Att, hawn aktar ’il quddiem imsejjaħ bħala
"żvilupp ġdid".
(2) Ebda servizz li jikkonsisti fil-provviżjon ta’ ilma jew
elettriku ma għandu jiġi provdut lil xi żvilupp ġdid minn ebda
awtorità  jekk ma jkunx hemm dwar dak l-iżvilupp ċertifikat
maħruġ mill-Awtorità  li jgħid li dak l-iżvilupp huwa skond permess
għall-iżvilupp.
(3) F’kull waħda miċ-ċirkostanzi li fiha l-Awtorità  tista’
tinnotifika avviż taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
52, jew jekk l-Awtorità  tkun innotifikat avviż bħal dak, l-Awtorità
tista’ tagħmel ordni li jipprojbixxi it-trasferiment inter vivos b’kull
titolu ta’ kull art li dwarha jista’ jiġi notifikat, jew ikun ġie
notifikat, avviż kif intqal qabel, u l-ħolqien jew it-trasferiment ta’
xi dritt reali fuq dik l-art inter vivos ikun x’ikun it-titolu.
(4) Ordni magħmul taħt dan l-artikolu għandu jkun fih
deskrizzjoni ta’ l-art li għaliha japplika li tkun biżżejjed sabiex isir
it-trasferiment tagħha permezz ta’ att nutarili, u għandu jiġi
indirizzat u notifikat lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta
f’każ ta’ art f’Malta u lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku ta’
Għawdex f’każ ta’ art f’Għawdex.
(5) Kull wieħed mid-Diretturi tar-Reġistru Pubbliku għandu
  60      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
jżomm reġistru ta’ l-ordnijiet li jsiru taħt dan l-artikolu u jniżżel fih
l-ordnijiet kollha li jsiru flimkien mad-dettalji li jkun fihom,
kompriża d-data tan-notifika lilu, kif ukoll kull ordni ieħor li jżid
ma’, jemenda jew jirrevoka xi ordni, f’dak l-ordni u f’dik il-
manjiera, u miżjud b’dawk l-indiċijiet, li huwa jidhirlu xierqa biex
l-art li għaliha jirreferi tkun tista’ tiġi identifikata aktar faċilment.
(6) Ordni magħmul taħt dan l-artikolu jista’ jiġi miżjud,
emendat jew revokat mill-Awtorità  f’kull żmien, b’ordni ieħor u
għandu jiġi revokat jekk l-Awtorità  tkun sodisfatta li ċ-ċirkostanzi
li jiġġustifikaw l-ordni jkunu ġew rimedjati jew ikunu xort’oħra
spiċċaw; iżda ebda żieda, emenda jew revoka ma tibda sseħħ qabel
dak l-ordni jiġi notifikat lid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku. Ebda
revoka ta’ ordni ma tippreġudika l-egħmil ta’ ordni ġdid. 
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 15 għandhom japplikaw
għal ordni magħmul taħt dan l-artikolu, u għal kull rifjut ta’ revoka
ta’ ordni bħal dak, kif japplikaw għal deċiżjoni ta’ l-Awtorità  li
għaliha hemm riferenza fis-subartikolu (1)(a) ta’ dak l-artikolu.
(8) Kull trasferiment ta’ xi art li dwarha jkun ġie notifikat ordni
taħt dan l-artikolu, u li ma jkunx ġie revokat, u kull trasferiment ta’
xi dritt reali fuqha, magħmula b’att inter vivos ikun x’ikun it-titolu
li bih isiru, ikunu nulli u bla effett.
Pjanti li juru s-sit 
għandhom jiġu 
mehmuża ma’ 
avviżi u ordnijiet.
Miżjud:
XXI. 2001.55.
61A.  Għall-fini ta’ l-artikolu 45, l-artikolu 46(2) u (2A), l-
artikolu 48(4), l-artikolu 53 u l-artikolu 55, l-avviż jew ordni
msemmija hemmhekk għandhom ikunu akkumpanjati bi pjanta li
turi s-sit.
Notifiki taħt dan l-
Att.
62. (1) Meta xi avviż jew att jew dokument ieħor, ikun x’ikun,
huwa meħtieġ jew awtorizzat li jiġi notifikat jew mogħti skond jew
taħt dan l-Att, jista’ jiġi notifikat jew mogħti f’kull wieħed mill-
modi li ġejjin:
(a) billi jingħata f’idejn il-persuna li għandha tiġi
notifikata jew li lilha għandha tingħata; jew
(b) billi jitħalla fil-post fejn soltu toqgħod jew fejn l-aħħar
kienet toqgħod, dik il-persuna, jew jekk dik il-persuna
tkun tat indirizz għal notifika, f’dak l-indirizz; jew
(ċ) billi tintbagħat b’ittra reġistrata ndirizzata lil dik il-
persuna fil-post ta’ abitazzjoni jew indirizz għal
notifika fuq imsemmi; jew
(d) f’każ ta’ enti morali jew għaqda oħra ta’ persuni, billi
jingħata f’idejn uffiċjal jew impjegat tagħhom fl-
uffiċċju reġistrat jew prinċipali, jew billi tintbagħat
b’ittra reġistrata ndirizzata lill-enti jew korp f’dak l-
uffiċċju; jew
(e) f’kull każ li fih ma jkunx raġonevolment possibbli li
ssir notifika f’xi waħda mill-modi ta’ qabel dan, lil
kull waħda mill-persuni li lilha għandha ssir in-
notifika jew li l-avviż jingħata, jew lil xi waħda jew
aktar minnhom, billi d-dokument li għandu jiġi
notifikat jew mogħti jitwaħħal f’post prominenti fuq l-
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      61
art li għaliha jirreferi u jinżamm hekk imwaħħal għal
mhux anqas minn sebat ijiem.
(2) Meta avviż jew dokument ieħor huwa meħtieġ jew
awtorizzat kif intqal qabel li jiġi notifikat jew mogħti lill-persuna li
għandha xi nteress f’art, u l-isem ta’ dik il-persuna ma jkunx jista’
jiġi aċċertat wara stħarriġ xieraq, jew għandu jiġi notifikat jew
mogħti lil min jokkupa art, l-avviż jitqies li ġie notifikat jew
mogħti kif imiss jekk jiġi notifikat jew mogħti, f’xi wieħed mill-
modi fuq imsemmi fis-subartikolu (1) u ndirizzat lill-persuna li
għandha nteress fl-art deskritta bħala "sid" jew "persuna li
tokkupa", jew "sidien" jew "persuni li jokkupaw", skond il-każ.
Riserva.
Kap. 10.
Kap. 87.
Kap. 322.
Kap. 303.
63.* (1) Kull permess maħruġ jew mogħti taħt xi waħda mid-
disposizzjonijiet tat-Taqsima I u V tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-
Pulizija#, l-Ordinanza dwar l-Estetika tal-Bini#, l-Att dwar
Permessi għal Bini (Provvedimenti Temporanji)# jew l-Att dwar l-
Arei għall-Iżvilupp tal-Bini# li jkun għadu jseħħ fid-data li hija
sewwa sew qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att, għandu jkompli
jkun operattiv għall-perijodu u taħt il-kundizzjonijiet li għalih jew
taħthom ikun inħareġ jew ġie mogħti, iżda għandu għall-għanijiet
kollha barra mit-tul ta’ żmien jitqies li hu permess mogħti mill-
Awtorità.
Kap. 322.
għal Bini (Provvedimenti Temporanji)# li jkun fis-seħħ fid-data li
hija sewwa sew qabel il-bidu fis-seħħ ta’ dan l-Att , għandu jibqa’
operattiv u jkollu effett bħal li kieku kien pjan ta’ żvilupp magħmul
taħt dan l-Att u jiġi trattat skond hekk.
Kap. 87.
(3) Kull regolamenti magħmula taħt l-artikolu 14 ta’ l-
Ordinanza dwar l-Estetika tal-Bini#, u daqstant minn dik l-
Ordinanza li hu meħtieġ biex ikomplu japplikaw u jiġu mwettqa
dawk ir-regolamenti, għandhom jibqgħu jseħħu sakemm isir taħt
dan l-Att ordni dwar ir-reklami.
*Dan l-artikolu oriġinarjament kien jikkonsisti f’żewġ subartikoli u paragrafi li
jħassru l-liġijiet hawnhekk imsemmija. Dawn id-disposizzjonijiet ġew imħollija
barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji.
#Imħassra b’dan l-Att.
  62      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
(Artikolu 3)
Disposizzjonijiet dwar l-Awtorità
1. L-Awtorità  tista’ taħdem minkejja kull vaganza fost il-membri tagħha, iżda
jrid ikun hemm quorum preżenti għall-laqgħa.
2. Il-quorum ta’ l-Awtorità  għandu jikkonsisti miċ-chairman jew deputat-
chairman u mhux anqas minn nofs in-numru tal-membri l-oħra li jagħmlu l-Awtorità
fil-ħin tal-laqgħa.
3. Il-laqgħat ta’ l-Awtorità  jissejħu miċ-chairman jew fuq inizzjattiva tiegħu
jew fuq talba ta’ tnejn mill-membri ta’ l-Awtorità ; u l-Awtorità  għandha tiltaqa’
wkoll f’dawk iż-żminijiet li hi stess tiddeċiedi. Id-disposizzjonijiet tas-subartikolu
(5) ta’ l-artikolu 13 għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għall-Awtorità.
4. Iċ-chairman, jew deputat chairman li jkun qed jaġixxi floku, ikollhom vot
oriġinali u, jekk il-voti jkunu maqsumin indaqs, vot ieħor jew casting vote. Il-
membri kollha ta’ l-Awtorità  li jkunu preżenti fil-laqgħat tagħha għandhom jitfgħu l-
vot tagħhom favur jew kontra mozzjoni li titressaq għall-votazzjoni.
5. Membru ta’ l-Awtorità  li għandu nteress dirett jew indirett f’xi ħaġa li tiġi
quddiem l-Awtorità  biex tiġi kunsidrata minnha għandu, mhux aktar tard minn l-
ewwel laqgħa miżmuma wara li jkun sar jaf biċ-ċirkostanzi rilevanti, juri in-natura
ta’ l-interess tiegħu. Dan il-fatt għandu jitniżżel fil-minuti tal-laqgħa u l-membru -
(a) m’għandux jieħu sehem fid-diskussjonijiet jew deċiżjonijiet ta’ l-
Awtorità  dwar dik il-ħaġa; u
(b) m’għandux jingħadd biex jiġi stabbilit il-quorum għal dawk id-
diskussjonijiet jew deċiżjonijiet. 
6. Kull att magħmul bona fide minn persuna bħala membru ta’ l-Awtorità  jkun
validu u jkollu effett bħallikieku kien membru anki jekk wara jinstab xi difett fil-
kwalifiki jew nomina tiegħu.
7. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 57, kull dokument li juri li hu
att maħruġ mill-Awtorità  u ffirmat miċ-chairman ta’ l-Awtorità  jew mid-Direttur ta’
l-Ippjanar f’isem l-Awtorità  għandu jiġi aċċettat bħala prova u għandu, sakemm ma
jiġix pruvat il-kuntrarju, jitqies li hu att magħmul u maħruġ mill-Awtorità .
8. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, kompriża din l-Iskeda, l-
Awtorità  tista’ tirregola l-proċeduri tagħha:
Iżda meta l-Awtorità  taqdi funzjonijiet normalment delegati lill-
Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp, l-artikolu 13(5) japplika għaliha bħal ma
japplika għall-Kummissjoni.
Emendata:
XXIII. 1997.23. L-EWWEL SKEDA
IPPJANARTA’L-IŻVILUPP   ġ K AP. 356.      63
 
(Artikolu 6)
Disposizzjonijiet dwar l-uffiċjali pubbliċi mqabbda biex jaqdu dmirijiet ma’ l-
Awtorità
1. Direttiva taħt l-artikolu 6(6) għandha tapplika għall-uffiċjal imsemmi fiha
għall-perijodu li jispiċċa, jekk l-uffiċjal ma jirtirax mis-servizz pubbliku, jew
xort’oħra ma jibqax fil-kariga, qabel, jew jekk id-direttiva ma ssemmix data
differenti, meta tiġri xi waħda mill-ġrajjiet li ġejjin, jiġifieri -
(a) l-aċċettazzjoni minn dak l-uffiċjal ta’ offerta li jiġi trasferit għas-servizz
ta’, u għal impjieġ permanenti ma’ l-Awtorità , magħmula skond l-
artikolu 6(7); jew
(b) ir-revoka mill-Prim Ministru ta’ xi direttiva magħmula minnu taħt  l-
artikolu 6(6) dwar dak l-uffiċjal.
2. Meta uffiċjal pubbliku jiġi mqabbad biex jaqdi dmirijiet ma’ l-Awtorità  kif
intqal qabel dak l-uffiċjal għandu, tul iż-żmien kollu li d-direttiva tibqa’ sseħħ
dwaru, jkun taħt il-kontroll amministrattiv ta’ l-Awtorità ; iżda għandu għall-ħsibijiet
u għanijiet l-oħra kollha jibqa’, u jitqies u jiġi trattat, bħala uffiċjal pubbliku.
3. Mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak li ntqal qabel, uffiċjal pubbliku
mqabbad biex jaqdi dmirijiet kif intqal -
(a) m’għandux waqt li jkun hekk imqabbad -
(i) jiġi prekluż milli japplika għal trasferiment għal xi dipartiment
tal-Gvern skond il-patti u kundizzjonijiet ta’ servizz applikabbli
għal kariga tiegħu mal-Gvern li huwa jkollu fid-data li fiha ġie
mqabbad biex jaqdi dawk id-dmirijiet; jew
(ii) jiġi mpjegat hekk li l-ħlas jew kundizzjonijiet ta’ servizz ikunu
anqas favorevoli minn dawk applikabbli għall-kariga li kellu mal-
Gvern fid-data fuq imsemmija jew li kienu jkunu applikabbli għal
dik il-kariga tul dak iż-żmien kieku dak l-uffiċjal ma ġiex
imqabbad jaqdi dmirijiet ma’ l-Awtorità ; u
(b) ikun intitolat li jkollu s-servizz ma’ l-Awtorità  meqjus bħala servizz
mal-Gvern għall-finijiet ta’ kull pensjoni jew gratuity skond kull liġi li
tkun fis-seħħ f’dak iż-żmien, u għal kull dritt jew privileġġ ieħor li
għalih kien ikun intitolat, u għandu jkun responsabbli għal kull ħaġa li
għaliha kien ikun responsabbli kieku ma kienx imqabbad jaqdi dmirijiet
ma’ l-Awtorità .
4. Meta ssir applikazzjoni kif provdut fil-paragrafu 3(a)(i) ta’ din l-Iskeda,
għandha tingħata lilha l-istess kunsiderazzjoni daqslikieku l-applikant ma kienx
imqabbad jaqdi dmirijiet ma’ l-Awtorità .
IT-TIENI SKEDA Emendata:A.L. 47 ta’ l-2002.
  64      KAP. 356. ħ         IPPJANARTA’L-IŻVILUPP
Proċedimenti quddiem il-Bord ta’ Appell dwar l-Ippjanar
1. Kull persuna li tħossa aggravata minn deċiżjoni ta’ l-Awtorità  kif provdut fl-
artikolu 15(1), tista’ tappella lill-Bord ta’ Appell dwar l-Ippjanar fi żmien tletin
ġurnata mid-data li fiha d-deċiżjoni tiġi kommunikata lill-persuna li tkun għamlet l-
applikazzjoni li dwarha ttieħdet id-deċiżjoni.
2. L-applikazzjoni għandha jkun fiha r-raġunijiet ta’ l-appell u t-talba ta’ l-
appellant, u kopja tagħha għandha tiġi kommunikata lill-Awtorità  qabel ma jinstema’
l-appell. L-Awtorità  għandha tippreżenta r-risposta tagħha fi żmien tletin jum minn
meta l-applikazzjoni tkun ġiet notifikata lilha. Ir-risposta trid tiġi notifikata lill-
appellant.
3. L-appellant jista’ jidher quddiem il-Bord jew personalment jew permezz ta’
aġent fil-ġurnata u ħin iffissati għas-smigħ, jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu u
jipproduċi dawk il-provi li l-Bord jippermetti:
Iżda l-Bord jista’ jipposponi is-smigħ ta’ l-appell jekk ikun sodisfatt li l-appellant
ma’ setax jidher quddiemu minħabba mard jew għax kien barra minn Malta jew għal
raġuni oħra simili.
4. Il-Bord għandu jagħti lill-Awtorità  l-opportunità  li tagħmel sottomissjonijiet
biex tiġġustifika id-deċiżjonijiet tagħha u li ġġib dawk il-provi li l-Bord jidhirlu
meħtieġa.
5. Il-Bord ikollu s-setgħa li jħarrek xhieda u li jagħti l-ġurament lil kull min
jidher quddiemu.
6. Il-Bord ikollu s-setgħa li jikkonferma, iħassar jew ibiddel deċiżjoni li kontra
tagħha jkun sar appell u jagħti dawk id-direttivi li jidhirlu xieraq.
7. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ikunu finali u ma jkun hemm ebda appelli minnhom
ħlief fuq punti ta’ liġi biss.
8. Jekk l-appellant jew l-Awtorità  ma jaqblux ma’ xi punt ta’ liġi deċiż mill-
Bord, huma jistgħu jappellaw lill-Qorti ta’ l-Appell (Kompetenza Inferjuri)
b’applikazzjoni preżentata kif provdut fl-artikolu 15(10).
9. Is-seduti kollha tal-Bord għandhom jinżammu fil-pubbliku u d-deċiżjonijiet
kollha tal-Bord għandhom jingħataw fil-pubbliku.
10. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet t’hawn fuq u dawk ta’ dan l-Att, il-Bord
jista’ jirregola l-proċeduri tiegħu.
11. Il-Ministru responsabbli għall-ġustizzja jista’ b’regolamenti taħt din ir-
regola jistabbilixxi d-drittijiet li għandhom jitħallsu fir-reġistru tal-qorti għar-
rigward tal-preżentata ta’ atti bil-miktub f’konnessjoni ma’ appelli lill-Qorti ta’ l-
Appell (Kompetenza Inferjuri) taħt dan l-Att:
Iżda sakemm dawk id-drittijiet ikunu ġew hekk stabbiliti mill-Ministru,
għandhom japplikaw id-drittijiet li hemm fl-Iskeda A li tinsab mal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
Emendata:
XXIII. 1997.24;
VI. 2001.22;
A.L. 22 ta’ l-2002.
IT-TIELET SKEDA
 (Artikolu 15)
