SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
MALTA RED CROSS SOCIETY    ġKAP. 359.   1
KAPITOLU 359
ATT DWAR IS-SOĊJETÀ MALTIJA TAS-SALIB 
L-AĦMAR - MALTA RED CROSS SOCIETY
Biex jipprovdi għall-għarfien tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar -
Malta Red Cross Society u għal materji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan.
(1 ta’ Diċembru, 1998)*
Sar liġi bl-ATT VI ta’ l-1992.
Titolu fil-qosor. 
Salib l-Aħmar - Malta Red Cross Society.
Is-Soċjetà Maltija 
tas-Salib l-Aħmar - 
Malta Red Cross 
Society. 
2. Is-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar -  Malta Red Cross
Society (hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dan l-Att imsejħa s-Soċjetà)
li l-istatut tagħha huwa riprodott fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan
l-Att hija soċjetà ta’ għajnuna volontarja indipendenti mill-
awtoritajiet pubbliċi u awżiljarja għall-istess awtoritajiet fil-qasam
umanitarju fuq il-bażi ta’ l-Ewwel Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-12
ta’ Awissu, 1949 għall-Amiljorament tal-Kondizzjoni tal-Feruti u l-
Morda ta’ Forzi Armati fil-Kamp tal-Gwerra.
Is-soċjetà u l-
Moviment 
Internazzjonali tas-
Salib l-Aħmar u 
tan-Nofs Qamar l-
Aħmar.
3. Is-Soċjetà għandha tkun awtonoma u għandha taderixxi
mar-regoli u l-prinċipji tal-Moviment Internazzjonali tas-Salib l-
Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar.
Użu ta’ l-Emblema 
tas-Salib l-Aħmar.
4. (1) Is-Soċjetà jkollha d-dritt f’konformità mal-
konvenzjonijiet elenkati fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dan l-Att
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa l-konvenzjonijiet elenkati) li
tuża l-emblema tas-Salib l-Aħmar fuq sfond abjad iffurmata bil-
qlib tal-kuluri tal-Konfederazzjoni Svizzera.
(2) (a) Ebda persuna ħlief is-Soċjetà jew kull persuna oħra
awtorizzata bis-saħħa tad-disposizzjonijiet tal-
konvenzjonijiet elenkati ma tista’ tuża għal xi skop
ikun li jkun l-emblema tas-Salib l-Aħmar, tan-Nofs
Qamar l-Aħmar jew xi emblema distintiva kif hemm
imsemmija fl-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra
tat-12 ta’ Awissu, 1949, għall-Amiljorament tal-
Kondizzjoni tal-Feruti u l-Morda ta’ Forzi Armati fil-
Kamp tal-Gwerra, kull imitazzjoni tagħhom li tista’
tqarraq, jew il-kliem "Is-Salib l-Aħmar" jew "In-Nofs
Qamar l-Aħmar" f’kull lingwa.
(b) Kull min jikser id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a)
ta’ dan is-subartikolu jkun ħati ta’ reat u jeħel meta
jinsab ħati multa ta’ mhux iżjed minn ħames mitt lira.
*Ara l-artikolu 1 ta’ l-Att kif oriġinarjament promulgat, li parti minnu ġiet
imħollija barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutarji, u l-
Avviż Legali 253 ta’ l-1998.
    SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
2      KAP. 359.ħ    MALTA RED CROSS SOCIETY
(3) Is-Soċjetà bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
Protezzjoni Ċivili tista’ b’regolamenti li jiġu ppubblikati fil-
Gazzetta tagħmel provvedimenti ġeneralment biex jirregolaw l-użu
ta’ l-emblemi u l-kliem imsemmijin fis-subartikolu (2) ta’ dan l-
artikolu, u kull użu ta’ dawk l-emblemi jew kliem f’konformità ma’
kull regolamenti magħmula skond is-subartikolu ma jitqiesx li jkun
użu b’kontravenzjoni tas-subartikolu (2) ta’ dan l-artikolu.
Emendi għall-
Istatut tas-soċjetà. 
5. L-Istatut tas-Soċjetà kif muri fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’
dan l-Att jista’ bla ħsara għall-artikolu 3 ta’ dan l-Att jiġi emendat
jew sostitwit skond ir-regoli mniżżla fl-imsemmi statut.
Tneħħija ta’ 
għarfien.
6. Il-Kamra tista’ f’kull żmien fejn jidhrilha li s-Soċjetà ma
tkunx qed timxi in konformità ma’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att,
tgħaddi riżoluzzjoni li biha tneħħi l-għarfien mogħti lis-Soċjetà
bis-saħħa ta’ dan l-Att u tista’ b’riżoluzzjoni simili terġa’ tagħti
dak l-għarfien; u fejn dak l-għarfien ikun imneħħi d-dritt tas-
Soċjetà li tuża l-emblema tas-Salib l-Aħmar imsemmi fis-
subartikolu (1) ta’ l-artikolu 4, jkun sospiż kif ukoll l-eċċezzjoni
favur is-Soċjetà li hemm fis-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 4.
SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
MALTA RED CROSS SOCIETY    ġKAP. 359.   3
L-EWWEL SKEDA 
(Artikoli 2 u 5)
STATUT TAS-SOĊJETÀ MALTIJA TAR-RED CROSS
KAPITOLU I
Disposizzjonijiet Ġenerali 
ARTIKOLU I 
Kostituzzjoni
Is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross twaqqfet fl-24 ta’ Ottubru, 1991. Il-kostituzzjoni
tagħha hija bbażata fuq il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, li fiha Malta hija Parti, u fuq il-
Prinċipji Fondamentali tal-Moviment, jiġifieri:
UMANITÀ  Il-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross u Red Crescent, li
nħoloq mix-xewqa li tinġieb għajnuna mingħajr
diskriminazzjoni lill-feruti fuq il-kamp tal-gwerra, jirsisti,
fil-kapaċità internazzjonali u nazzjonali tiegħu, biex
jipprevjeni u jtaffi t-tbatija tal-bniedem kull fejn din tista’
tinsab. L-iskop tiegħu huwa li jipproteġi l-ħajja u s-saħħa tal-
bniedem u li jassigura rispett għall-bniedem. Huwa jġib ’il
quddiem ftehim reċiproku, ħbiberija, koperazzjoni u paċi
dejjiema fost il-popli.
IMPARZJALITÀ Huwa ma jagħmel ebda diskriminazzjoni f’dawk li huma
nazzjonalità, razza, twemmin reliġjuż, klassi jew fehmiet
politiċi. Huwa jirsisti biex jissolleva t-tbatija ta’ individwi
waqt li jkun gwidat biss mill-bżonnijiet tagħhom, u biex
jagħti prijorità lill-każi ta’ tbatija l-aktar urġenti.
NEWTRALITÀ Sabiex ikompli jgawdi l-fiduċja ta’ kulħadd, il-Moviment ma
jistax jappoġġa  lil xi naħa f’ostilitajiet jew jieħu parti
f’kontroversji ta’ natura politika, razzjali, reliġjuża jew
ideoloġika.
INDIPENDENZA Il-Moviment huwa indipendenti. Is-Soċjetajiet Nazzjonali
waqt li huma awżiljarji fis-servizzi umanitarji tal-gvernijiet
tagħhom u suġġetti għall-liġijiet tal-pajjiżi rispettivi
tagħhom, għandhom dejjem jibqgħu jżommu l-awtonomija
tagħhom sabiex huma jkunu jistgħu f’kull żmien jaġixxu
skond il-prinċipji tal-Moviment.
SERVIZZ 
VOLONTARJU 
Il-Moviment huwa moviment voluntarju ta’ solliev li ma hu
b’ebda mod ispirat minn skop ta’ qligħ.
UNITÀ Jista’ jkun hemm biss Soċjetà waħda tar-Red Cross jew
waħda tar-Red Crescent f’xi pajjiż wieħed. Din għandha tkun
miftuħa għal kulħadd. Hija għandha tmexxi x-xogħol
umanitarju tagħha mat-territorju kollu tagħha.
UNIVERSALITÀ Il-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross u Red Crescent, li
fih is-soċjetajiet kollha għandhom  status ugwali u jaqsmu
responsabbiltajiet u dmirijiet ugwali f’li jgħinu lil xulxin,
huwa universali.
    SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
4      KAP. 359.ħ    MALTA RED CROSS SOCIETY
ARTIKOLU 2 
Karattru Nazzjonali u Internazzjonali
Is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross għandha tfittex għarfien uffiċjali mill-Gvern
bħala soċjetà voluntarja ta’ solliev, awżiljarja għall-awtoritajiet pubbliċi, u
partikolarment għas-Servizzi Mediċi tal-Forzi Armati skond id-disposizzjonijiet ta’
l-Ewwel Konvenzjoni ta’ Ġinevra, u bħala l-unika Soċjetà Nazzjonali tar-Red Cross
li tista’ tesegwixxi l-attivitajiet tagħha fit-territorju Malti.
B’relazzjoni għall-awtoritajiet pubbliċi, is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross tibqa’
żżomm awtonomija li tippermettilha taġixxi f’kull żmien skond il-Prinċipji
Fondamentali tal-Moviment.
Is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross għandha tfittex għarfien mill-Kumitat
Internazzjonali tar-Red Cross u tfittex li tkun parti mill-Moviment Internazzjonali
tar-Red Cross u Red Crescent. Hija għandha tfittex sħubija fil-Federazzjoni
Internazzjonali tas-Soċjetajiet tar-Red Cross u tar-Red Crescent.
Is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross tkun assoċjazzjoni legalment kostitwita. Hija
tkun tipposjedi status legali. Iż-żmien ta’ eżistenza tagħha mhux limitat. L-uffiċċji
prinċipali tagħha jkunu fil-Belt Valletta jew f’xi indirizz ieħor f’Malta li jiġi
determinat mill-Assemblea Ġenerali.
ARTIKOLU 3 
Struttura
Is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross tikkomprendi organizzazzjoni ċentrali, li tkun
tikkonsisti f’Assemblea Ġenerali u Kumitat ta’ Tmexxija.
ARTIKOLU 4 
Emblema
Is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross għandha bħala emblema s-sinjal araldiku tas-
salib aħmar fuq sfond abjad skond il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-liġi nazzjonali
għall-finijiet kollha preveduti mill-Konferenza Internazzjonali tar-Red Cross u Red
Crescent.
KAPITOLU II 
Għan
ARTIKOLU 5 
Għan Ġenerali u Skopijiet Prinċipali
L-għan ġenerali tas-Soċjetà Maltija tar-Red Cross huwa li tipprevjeni u ttaffi t-
tbatija b’imparzjalità kompleta, waqt li ma tagħmel ebda diskriminazzjoni f’dawk li
huma nazzjonalità, razza, sess, twemmin reliġjuż, klassi jew fehmiet politiċi.
Għal dan il-fini x-xogħol tagħha huwa partikolarment:
(1) li taġixxi fil-każ ta’ konflitt armat, u fil-paċi tipprepara li taġixxi fl-oqsma
SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
MALTA RED CROSS SOCIETY    ġKAP. 359.   5
kollha koperti mill-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u f’ġieh il-vittmi kollha tal-gwerra,
kemm pajżana kif ukoll militari.
(2) li tikkontribwixxi għat-titjib tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-
mitigazzjoni tat-tbatija bi programmi ta’ taħriġ u servizzi għall-benefiċċju tal-
komunità adattati għall-ħtiġiet u ċirkostanzi nazzjonali u lokali.
(3) li torganizza, fil-limiti tal-pjan nazzjonali, servizzi ta’ emerġenza ta’ solliev
għall-vittmi ta’ diżastri, ikunu kif ikunu kaġunati.
(4) li tirrekluta, tħarreġ u tassenja dak il-persunal li jkun meħtieġ għat-twettiq
tar-responsabbiltajiet tagħha.
(5) li tippromwovi l-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fix-xogħol tar-Red
Cross.
(6) li tippropaga l-Prinċipji Fondamentali tal-Moviment u dawk tal-Liġi
Umanitarja Nazzjonali sabiex tiżviluppa fost il-popolazzjoni, u b’mod partikolari
fost it-tfal u ż-żgħażagħ, l-idejali tal-paċi, rispett u ftehim reċiproċi fost il-bnedmin
kollha u l-popli kollha.
KAPITOLU III 
Membri 
ARTIKOLU 6 
Sħubija fis-Soċjetà
Is-sħubija fis-Soċjetà Maltija tar-Red Cross hija miftuħa għal kulħadd bla ebda
diskriminazzjoni bbażata fuq sess, klassi, reliġjon jew fehmiet politiċi.
Hemm membri attivi, membri li jħallsu u membri onorarji.
ARTIKOLU 7 
Membri Attivi
Membri attivi huma dawk il-persuni li jkunu ftehmu li jagħtu servizz lis-Soċjetà
Maltija tar-Red Cross u li jkunu reġistrati bħala tali mill-Kumitat ta’ Tmexxija. 
ARTIKOLU 8
Membri li jħallsu
Membri li jħallsu huma dawk il-persuni li jħallsu s-sottoskrizzjoni annwali
stabbilita mill-Assemblea Ġenerali.
ARTIKOLU 9 
Membri Onorarji
Membri Onorarji huma dawk il-persuni li jkunu ġew hekk maħtura mill-Kumitat
ta’ Tmexxija biex jonorahom għal servizzi eċċezzjonali għas-Soċjetà.
    SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
6      KAP. 359.ħ    MALTA RED CROSS SOCIETY
ARTIKOLU 10
Telfien ta’ l-iStatus ta’ Membru
Kull membru jista’ jinnotifika r-riżenja tiegħu bil-miktub f’kull żmien.
L-isħubija bi ħlas tiskadi awtomatikament wara tnax-il xahar kemm-il darba s-
sottoskrizzjoni ma tiġix imġedda.
KAPITOLU IV 
Assemblea Ġenerali 
ARTIKOLU 11 
Kompożizzjoni
L-Assemblea Ġenerali tirrappreżenta s-Soċjetà Maltija tar-Red Cross kollha
kemm hi. Hija komposta mill-membri tal-Kumitat tat-Tmexxija, mill-membri attivi u
mill-membri li jħallsu (Artikoli 7 u 8).
ARTIKOLU 12 
Setgħat
L-Assemblea Ġenerali hija l-għola awtorità tas-Soċjetà Maltija tar-Red Cross.
Hija teleġġi l-membri tal-Kumitat tat-Tmexxija.
Hija tapprova r-rapport annwali.
Hija tivvota l-budget sottomess mill-Kumitat ta’ Tmexxija u tapprova l-kontijiet
tas-sena finanzjarja li tkun għaddiet.
Hija tiffissa l-ammont tas-sottoskrizzjonijiet.
Hija tapprova emendi magħmula għall-Istatut f’konformità mad-disposizzjonijiet
rilevanti.
Hija tiddiskuti l-ħwejjeġ kollha mdaħħla fl-aġenda finali li hija tkun adottat. 
ARTIKOLU 13
Sessjonijiet 
L-Assemblea Ġenerali tiltaqa’ kull sena f’sessjoni ordinarja, fi żmien u post
stabbiliti mill-Assemblea Ġenerali ta’ qabel, jew mill-Kumitat ta’ Tmexxija li
jaġixxi taħt l-awtorità delegata lilu mill-Assemblea Ġenerali. Hija tiltaqa’ f’sessjoni
straordinarja fuq l-inizjattiva tal-Kumitat ta’ Tmexxija jew fuq it-talba ta’ kwint tal-
membri ta’ l-Assemblea Ġenerali.
ARTIKOLU 14 
Proċedura
L-Assemblea Ġenerali hija presjeduta mill-President tas-Soċjetà Maltija tar-Red
Cross.
SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
MALTA RED CROSS SOCIETY    ġKAP. 359.   7
Għajr fejn huwa provdut xort’oħra f’dan l-Istatut, l-Assemblea Ġenerali tieħu d-
deċiżjonijiet kollha tagħha bi quorum  ta’ nofs il-membri tagħha u maġġoranza ta’
dawk preżenti u li jivvotaw.
Kull wieħed mill-membri tagħha għandu vot wieħed. 
KAPITOLU V 
Kumitat ta’ Tmexxija
ARTIKOLU 15 
Kompożizzjoni
1. Is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross hija kontrollata u amministrata minn
Kumitat ta’ Tmexxija kompost minn:
(a) 15-il membru eletti mill-Assemblea Ġenerali għal perijodu ta’ 3 snin. Ebda
membru ma jista’ jiġi hekk elett għal aktar minn żewġ żminijiet ta’ kariga.
Il-vakanzi każwali għandhom jiġu mimlija mill-Kumitat ta’ Tmexxija u jkunu
suġġetti għall-approvazzjoni fl-Assemblea Ġenerali li tkun tmiss.
(b) Mhux aktar minn 6 membri, maħtura mill-Prim Ministru biex
jirrappreżentaw dawk id-Dipartimenti tal-Gvern li jkunu partikolarment interessati
fix-xogħol tar-Red Cross, iżda ma għandux jiġi maħtur aktar minn membru wieħed
biex jirrappreżenta xi wieħed minn dawn id-dipartimenti.
2. (a)  Minn fost il-membri eletti l-Kumitat ta’ Tmexxija jeleġġi President,
żewġ Viċi-Presidenti u Teżorier.
(b) Il-bqija tal-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija jiġu diviżi f’sottokumitati li
jsegwu l-attivitajiet prinċipali tas-soċjetà.
(ċ) Id-Direttur Ġenerali għandu jkun Segretarju  ex officio  tal-Kumitat ta’
Tmexxija.
ARTIKOLU 16 
Setgħat
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-istatut u fil-kwadru tad-deċiżjonijiet u d-
direttiva ġenerali adottata mill-Assemblea Ġenerali, il-Kumitat ta’ Tmexxija huwa
vestit bis-setgħat kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ l-għanijiet tas-Soċjetà Maltija tar-
Red Cross.
Huwa jeleġġi jew jipprovdi għall-elezzjoni tal-President, tal-Viċi-President(i), tat-
Teżorier u tal-Kummissjoni Finanzjarja.
Huwa jaħtar id-Direttur Ġenerali u jiftiehem il-kondizzjonijiet tal-kariga.
Huwa jifformula, japprova jew jemenda r-regolamenti kollha li huma meħtieġa
biex jagħtu effett lill-Istatut preżenti.
Huwa jwaqqaf il-kumitati jew kummissjonijiet li huwa jqis desiderabbli jew
meħtieġa għat-twettiq ta’ dan ix-xogħol.
    SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
8      KAP. 359.ħ    MALTA RED CROSS SOCIETY
ARTIKOLU 17 
Sessjonijiet
Il-Kumitat ta’ Tmexxija jiltaqa’ f’sessjoni ordinarja kull tliet xhur.
Sessjonijiet straordinarji tal-Kumitat ta’ Tmexxija jsiru fuq l-inizjattiva tal-
President jew fuq it-talba ta’ terz tal-membri tiegħu.
ARTIKOLU 18 
Proċedura
Il-Kumitat ta’ Tmexxija huwa presedut mill-President tas-Soċjetà Maltija tar-Red
Cross.
Il-Kumitat jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu kollha bi quorum ta’ nofs il-membri tiegħu
u b’maġġoranza ta’ dawk preżenti u li jivvotaw. Kull wieħed mill-membri tiegħu
għandu vot wieħed.
KAPITOLU VI 
President u Direttur Ġenerali 
ARTIKOLU 19 
Funzjonijiet tal-President
Il-President jassigura s-sorveljanza ġenerali ta’ l-amministrazzjoni tas-Soċjetà
Maltija tar-Red Cross u l-esekuzzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-kumitati u
kummissjonijiet tagħha. Il-President jista’ jieħu l-miżuri urġenti kollha fl-intervall
bejn is-sessjonijiet tagħhom jew meta jkun impossibbli għalihom li jiltaqgħu
minħabba f’ċirkostanzi eċċezzjonali; huwa hu responsabbli li jagħti kont ta’ miżuri
tali fil-laqgħa li tkun tmiss tal-kumitati in kwistjoni.
Jekk il-President ma jkunx jista’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu, il-post tiegħu jittieħed
minn wieħed mill-Viċi-Presidenti jew mid-Direttur Ġenerali.
ARTIKOLU 20 
Direttur Ġenerali
Id-Direttur Ġenerali jinħatar mill-Kumitat ta’ Tmexxija fuq dawk il-
kondizzjonijiet li jistgħu jiġu miftiehma reċiprokament.
Id-Direttur Ġenerali huwa l-Uffiċjal Eżekuttiv Prinċipali tas-Soċjetà Maltija tar-
Red Cross u huwa responsabbli għall-implimentar tal-policy ġenerali u d-direttivi
stipulati mill-Kumitat ta’ Tmexxija; huwa hu segretarju  ex officio  tal-Kumitat ta’
Tmexxija, u l-kummissjonijiet l-oħra kollha.
SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
MALTA RED CROSS SOCIETY    ġKAP. 359.   9
KAPITOLU VII 
Disposizzjonijiet Finanzjarji 
ARTIKOLU 21
Riżorsi Finanzjarji
Fil-limiti stabbiliti mill-għan tagħha, is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross takkwista,
tipposjedi, taljena u tamministra kull proprjetà skond kif ikun meqjus xieraq.
Hija tista’ taċċetta kontribuzzjonijiet bla limitazzjoni u għajnuna f’kull għamla
minn individwi, mill-awtoritajiet pubbliċi u minn korpi privati.
Hija tista’ taċċetta bħala aġent jew trustee fondi jew proprjetà fi trust jew assenjati
għal użu partikolari, basta li dak l-użu jkun fil-kamp ġenerali ta’ l-attivitajiet,
skopijiet u setgħat tagħha.
Hija tista’ taċċetta kull trasferiment ta’ bini immobbli għall-użu jew benefiċċju
tagħha.
Hija tista’ tikkostitwixxi u tamministra kull fondi ta’ riżerva, ta’ assigurazzjoni u
fondi oħra għall-persunal tagħha jew għal kwalunkwe attività tagħha.
ARTIKOLU 22 
Tmexxija u Kontroll
Il-fondi u l-proprjetà kollha li f’dak iż-żmien li jkun ikunu f’idejn is-Soċjetà
Maltija tar-Red Cross ikunu suġġetti għall-kontroll tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
Il-Kumitat ta’ Tmexxija ma għandux jidħol f’xi impenn finanzjarju li ma jkunx ġie
riferit lill-Kummissjoni tal-Finanzi u li ma jkunx ġie irraportat dwaru mill-istess
Kummissjoni.
ARTIKOLU 23 
Sena Finanzjarja
Is-sena finanzjarja tibda fl-1 ta’ Jannar u tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
ARTIKOLU 24
Budgets 
Id-Direttur Ġenerali jifformula l-budget annwali f’konsultazzjoni mat-Teżorier.
Dan il-budget jiġi sottomess lill-Kumitat ta’ Tmexxija (u l-Assemblea Ġenerali)
permezz tal-Kummissjoni tal-Finanzi.
Id-Direttur Ġenerali huwa responsabbli flimkien mal-Kummissjoni tal-Finanzi u t-
Teżorier għall-amministrazzjoni tal-budget approvat.
ARTIKOLU 25
Verifika
F’egħluq kull sena finanzjarja l-kontijiet ta’ l-imsemmija sena: 
(1) isiru s-suġġett ta’ rapport magħmul mit-Teżorier,
    SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
10      KAP. 359.ħ    MALTA RED CROSS SOCIETY
(2) jiġu verifikati u jsir rapport dwarhom minn kumpannija ta’  chartered
accountants.
Dawn ir-rapporti jirreferu kemm għall-budget kif ukoll għall-fondi fdati lis-
Soċjetà Maltija tar-Red Cross fil-kapaċità ta’ aġent jew trustee.
ARTIKOLU 26
Teżorier
It-Teżorier, li l-ħatra tiegħu hemm provdut għaliha fl-Artikolu 16, huwa membru
ex officio  tal-Kummissjoni tal-Finanzi sabiex jagħti l-parir tiegħu dwar materji
finanzjarji.
Huwa jirċievi l-fondi kollha mħallsa lis-Soċjetà Maltija tar-Red Cross għal kull
liema skop ikun.
Huwa responsabbli għal dawn il-fondi lejn il-Kumitat ta’ Tmexxija; huwa
jiddisponi minnhom b’mandati mill-President jew Direttur Ġenerali.
Id-deċiżjonijiet dwar il-maniġġ u l-investiment tal-fondi disponibbli jittieħdu mid-
Direttur Ġenerali fi qbil mat-Teżorier, li mbagħad jesegwixxi dawk id-deċiżjonijiet. 
ARTIKOLU 27
Kummissjoni tal-Finanzi
Il-Kummissjoni tal-Finanzi, li l-membri tagħha jiġu eletti mill-Kumitat ta’
Tmexxija u li tagħha t-Teżorier ikun membru ex officio, tagħti l-parir tagħha fuq il-
kwestjonijiet finanzjarji kollha u b’mod partikolari fuq il-budgets, fuq il-kontijiet
annwali u fuq ir-rapport tat-Teżorier.
KAPITOLU VIII 
Relazzjonijiet Internazzjonali 
ARTIKOLU 28
Relazzjonijiet ma’ membri oħra tal-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross u Red
Crescent
Is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross hija parti fis-solidarjetà li tgħaqqad il-membri
kollha tal-Moviment Internazzjonali tar-Red Cross u Red Crescent, Soċjetajiet
Nazzjonali u Organizzazzjoni Internazzjonali tar-Red Cross u żżomm relazzjonijiet
kontinwi magħhom.
Hija tipparteċipa sal-limitu tal-mezzi disponibbli f’ħidmiet internazzjonali tar-Red
Cross.
Hija teżerċita d-drittijiet u taqdi d-dmirijiet derivati mis-sħubija tagħha fil-
Moviment Internazzjonali tar-Red Cross u Red Crescent skond l-Istatuti tal-
Moviment Internazzjonali tar-Red Cross u Red Crescent, u bħala membru tal-
Federazzjoni Internazzjonali skond il-Kostituzzjoni ta’ l-istess Federazzjoni.
SOĊJETÀ MALTIJATAS-SALIBL-AĦMAR - 
MALTA RED CROSS SOCIETY    ġKAP. 359.   11
KAPITOLU IX
Proċedura 
ARTIKOLU 29 
Regolamenti
Il-Kumitat ta’ Tmexxija jifformula u jemenda dawk il-Bye-Laws u regolamenti
kollha li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Istatut.
ARTIKOLU 30 
Emendi għall-Istatut
Dan l-Istatut jista’ jiġi emendat biss wara li jiġi eżaminat mill-Kumitat ta’
Tmexxija u b’deċiżjoni ta’ l-Assemblea Ġenerali meħuda b’maġġoranza ta’ żewġ
terzi ta’ dawk preżenti u li jivvotaw. Kull emenda proposta għandha tiġi komunikata
lill-Federazzjoni Internazzjonali u lill-Konferenza Internazzjonali tar-Red Cross
skond l-Artikolu 5.2.d tal-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Internazzjonali,
Riżoluzzjoni VI adottata mit-XXII Konferenza Internazzjonali tar-Red Cross
(Teheran 1973), u r-Riżoluzzjoni XX adottata mill-XXIV Konferenza
Internazzjonali tar-Red Cross (Manila 1981).
ARTIKOLU 31
Xoljiment
Is-Soċjetà Maltija tar-Red Cross tista’ tiġi xolta biss b’liġi jew b’deċiżjoni ta’ l-
Assemblea Ġenerali meħuda bi quorum  ta’ żewġ terzi tal-membri tagħha u
b’maġġoranza ta’ tliet kwarti ta’ dawk preżenti u li jivvutaw.
IT-TIENI SKEDA 
(Artikolu 4) 
1. Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu, 1949, għall-Amiljorament tal-
Kondizzjoni tal-Feruti u l-Morda ta’ Forzi Armati fil-Kamp tal-Gwerra.
2. Konvenzjoni ta’ Ġinevra għall-Amiljorament tal-Kondizzjoni tal-Membri
Feruti, Morda jew Nawfragati ta’ Forzi Armati fuq il-Baħar, tat-12 ta’ Awissu, 1949. 
3. Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar it-trattament ta’ Priġunieri tal-Gwerra, tat-12
ta’ Awissu, 1949.
4. Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar il-protezzjoni ta’ Persuni Pajżani fi żmien ta’
Gwerra, tat-12 ta’ Awissu, 1949.
5. Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu,
1949, u li għandu x’jaqsam mal-Protezzjoni ta’ Vittmi ta’ Konflitti Armati
Internazzjonali (Protokoll 1).
6. Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu,
1949, u li għandu x’jaqsam mal-Protezzjoni ta’ Vittmi ta’ Konflitti Armati Mhux
Internazzjonali (Protokoll II).
