JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR   ġ K AP. 360.      1
KAPITOLU 360
ATT LI JESTENDI L-ATT DWAR ID-DJAR
Biex jestendi l-Att dwar id-Djar, Kap. 125.
(13 ta’ Frar, 1992)*
Sar liġi bl-ATT XIV ta’ l-1992, kif emendat bl-Atti: XXIII ta’ l-1992 u
III ta’ l-1995.
Titolu fil-qosor.
Djar.
Promulgar mill-
ġdid ta’ l-Att dwar 
id-Djar.
Kap. 125.
2. (1) B’seħħ mid-data meta, skond l-artikolu 21 tiegħu, ikun
hemm is-seħħ tiegħu, l-Att dwar id-Djar, hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "l-Att prinċipali" riprodott fl-iskeda li tinsab ma’
dan l-Att qiegħed b’dan jiġi promulgat mill-ġdid bla ħsara għall-
emendi kif inkorporati fl-imsemmi Att prinċipali kif riprodott fl-
imsemmija skeda.
(2) L-Att prinċipali kif riprodott fl-iskeda li tinsab ma’ dan l-
Att u kif jista’ jiġi emendat minn żmien għal żmien, għandu jseħħ
għal perijodu ta’ 3 snin li jibda fit-13 ta’ Frar, 1992 u jista’
jitkompla fis-seħħ bil-mod preskritt fil-proviso għall-artikolu 21
tiegħu.
Disposizzjoni 
transitorja. 
Att XXXVII ta’ l-
1989.
3.  Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 ta’ l-Att ta’ l-1989 li
jemenda l-Att dwar id-Djar għandhom, minkejja kull disposizzjoni
ta’ dan l-Att, ikomplu japplikaw dwar kull bini fih imsemmi.
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif ġie oriġinarjament promulgat,
liema subartikolu ġie mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji.
  2      KAP. 360. ħ          JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR
Emendata:
XXIII. 1992.2;
III. 1995.2.
SKEDA 
(Artikolu 2)
ATT DWAR ID-DJAR
Biex jipprovdi biex jiżgura li jsibu fejn igħammru lin-nies mingħajr dar,
biex jiżgura tqassim xieraq ta’ postijiet fejn wieħed jista’ jgħammar u biex
jistgħu jsiru rekwiżizzjonijiet ta’ bini.
Titolu fil-qosor.  1. Dan l-Att jista’ jissejjaħ l-Att dwar id-Djar.
Tifsir. 2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
Kap. 69.
"bini" tfisser dar jew bini ieħor, jew ishma minnhom, li jintużaw
jew jistgħu jintużaw għal għanijiet residenzjali, u jinkludi kull art
jew ġnien li jagħmlu sehem sħiħ, jew li huma magħluqin f’dik id-
dar jew f’dak il-bini ieħor; iżda ma tinkludix fond li jista’ jitfisser
bħala ħanut skond l-artikolu 2 ta’ l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid
tal-Kiri ta’ Bini;
"Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali" jew "Direttur" tfisser l-
uffiċjal pubbliku maħtur mill-Prim Ministru sabiex ikun Direttur
għall-Akkomodazzjoni Soċjali għall-finijiet ta’ dan l-Att;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-djar:
Iżda l-Ministru jista’ b’kitba ffirmata minnu jiddelega s-setgħa u
d-dmirijiet tiegħu taħt dan l-Att jew x’uħud minnhom lil xi uffiċjal
tal-Ministeru tiegħu u fil-limiti ta’ din id-delega, jekk issir, kull
riferenza għall-Ministru f’dan l-Att tkun tgħodd għal dak l-uffiċjal;
"rekwiżizzjoni" tfisser it-teħid ta’ pussess ta’ bini jew il-ħtieġa li
l-bini jitħalla f’idejn l-awtorità  li toħroġ ir-rekwiżizzjonijiet;
"rekwiżizzjonat" tfisser il-persuna jew persuni li mill-pussess
tagħha jew tagħhom ikun meħud bini b’rekwiżizzjoni maħruġa
mill-awtorità  li toħroġ ir-rekwiżizzjonijiet.
Setgħa ta’ ħruġ ta’ 
rekwiżizzjonijiet, 
effetti u twettiq.
3. (1) Jekk id-Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali jidhirlu
li hu meħtieġ jew xieraq li jagħmel hekk fl-interess pubbliku, iżda
biss bil-għan biex jipprovdi lin-nies lok fejn wieħed jista’
jgħammar jew biex jiżgura t-tqassim xieraq ta’ dawk il-postijiet
fejn wieħed jista’ jgħammar, huwa jista’ joħroġ rekwiżizzjoni għal
kull bini, u jista’ jagħti struzzjonijiet li jidhirlu li huma meħtieġa
jew xierqa sabiex ir-rekwiżizzjoni tista’ jkollha effett u tkun tista’
sseħħ.
(2) Ordni ta’ rekwiżizzjoni li jsir skond is-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu għandu jiġi notifikat lil min ikollu jedd għall-
okkupazzjoni immedjata tal-bini rekwiżizzjonat, jew l-aġent jew
rappreżentant tiegħu, u meta l-bini jkun qiegħed jinkera lil
inkwilin, jew qiegħed għandu b’titolu ta’ enfitewsi li jiskadi mhux
iktar tard minn ħames snin minn meta jinħareġ l-ordni, dan l-ordni
għandu jiġi wkoll notifikat lis-sid jew lill-padrun dirett, skond il-
każ, jew lill-aġent jew rappreżentant tagħhom:
JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR   ġ K AP. 360.      3
Iżda meta t-titolu għal bini kif imsemmi qabel, jew għal
min għandu jedd jokkupah, ikun jappartjeni lil iktar minn persuna
waħda, in-notifika ta’ l-ordni ta’ rekwiżizzjoni li ssir lil persuna
waħda minn dawk kollha għandu jkollha seħħ għar-rigward tat-
titolu miżmum in komun ma’ l-oħrajn, daqslikieku l-ordni kienet
ġiet ukoll notifikata lil dawk il-persuni l-oħrajn kollha.
(3) Meta, sakemm tkun twettqet diliġenza xierqa, min ikollu
jiġi notifikat b’ordni ta’ rekwiżizzjoni, jew l-aġent jew ir-
rappreżentant tiegħu, ma jkunx jista’ jinstab, jew jekk jinstab
jirrifjuta li jaċċetta l-ordni, l-ordni ta’ rekwiżizzjoni għandha
titqies li tkun ġiet notifikata sew lil dik il-persuna u lil dawk il-
persuni l-oħrajn li kienu jitqiesu li ġew notifikati bl-ordni li kieku
din ġiet notifikata lil dik il-persuna, jekk jingħata avviż ta’ l-ordni
fil-Gazzetta tal-Gvern u f’mhux anqas minn tliet ġurnali oħrajn ta’
kuljum ippubblikati f’Malta.
(4) Ordni ta’ rekwiżizzjoni li jsir u jiġi notifikat skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għandu jopera u jkollu effett
sħiħ kontra kulħadd u jibqa’ hekk operattiv u effettiv sakemm il-
bini jiġi derekwiżizzjonat.
(5) Kull uffiċjal tal-Pulizija mhux taħt ir-rank ta’ surġent jista’,
fuq istruzzjonijiet tad-Direttur, jieħu dawk il-passi u jinqeda b’dik
il-forza li jidhirlu meħtieġa skond ma jixraq biex jiżgura li qegħdin
jitwettqu l-ordnijiet mogħtija lil persuna skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-artikolu jew ta’ l-artikolu 9 ta’ dan l-Att li bis-saħħa
tagħhom ikun intalab li jċedi l-pussess ta’ bini:
Iżda d-Direttur m’għandux jagħti dawn l-istruzzjonijiet kif
imsemmija qabel ħlief f’każijiet li għandhom x’jaqsmu ma’
rikostruzzjoni jew pjanifikazzjoni mill-ġdid, jew evakwazzjoni
f’għadd kbir, jew f’każ ta’ okkupazzjoni mhix awtorizzata, jew
f’każijiet oħra li d-Direttur ikun jidhirlu li huma urġenti, u sakemm
dawn ikunu ġustifikati b’mod raġonevoli f’soċjetà  demokratika.
(6) Meta bini li jkun ġie rekwiżizzjonat taħt dan l-artikolu
jitbattal u jkun jappartjeni b’titolu assolut jew b’enfitewsi lil min
jagħti prova għas-sodisfazzjon tad-Direttur li għandu ħsieb li jieħu
pussess tal-bini sabiex hemm jistabbilixxi r-residenza ordinarja
tiegħu jew dik ta’ xi ħadd mit-tfal tiegħu, id-Direttur għandu
jalloka l-bini lil dik il-persuna, jew lil xi ħadd mit-tfal tiegħu kif
imsemmi qabel, skond il-ħtieġa tal-każ; u jekk dik ir-residenza
ordinarja tiġi fil-fatt hekk stabbilita fi żmien sitt xhur minn meta
ssir l-allokazzjoni, jew minn dak iż-żmien aktar tard li d-Direttur
jista’ għal raġuni valida jippermetti, u tkompli għal perijodu ta’
mhux anqas minn sentejn, id-Direttur għandu, jekk hekk jintalab
jagħmel, jidderikwiżizzjona l-bini.
(7) Meta jkun ingħata ordni ta’ rekwiżizzjoni, u r-
rekwiżizzjonat jipprova b’sodisfazzjon tad-Direttur illi huwa ma
jistax isib trasport għall-ġarr ta’ l-għamara jew ħwejjeġ oħra li
jinsabu fil-bini rekwiżizzjonat, jew lok ieħor fejn jaħżinhom, ikun
dmir tad-Direttur li jipprovdi dak il-mezz tal-ġarr u lok għall-ħażna
ta’ l-għamara jew ħwejjeġ oħra alternattiv kif ikun meħtieġ,
mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (9) ta’ dan l-
artikolu.
  4      KAP. 360. ħ          JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR
(8) Meta xi ordni ta’ rekwiżizzjoni ma jiġix obdut jew meta
wara t-twettiq ta’ kull diliġenza xierqa, ħadd ma jinstab li għandu l-
jedd dirett li jgħammar fil-bini rekwiżizzjonat jew il-prokuratur
tiegħu jew min jidher għalih, id-Direttur jista’ jagħti dawk l-
ordnijiet li jidhirlu xieraq għall-ġarr u ħażna ta’ l-għamara jew
ħwejjeġ li jistabu fil-bini:
Iżda qabel ma jsir dan il-ġarr għandu jsir inventarju ta’ l-
għamara jew ħwejjeġ imsemmija qabel li għandu jkun iffirmat mid-
Direttur jew rappreżentant tiegħu quddiem uffiċjal tal-Pulizija
mhux taħt ir-rank ta’ surġent, li għandu jżid ukoll il-firma tiegħu
f’dak l-inventarju.
(9) F’kull każ meta l-ġarr jew lok għall-ħażna ta’ l-għamara
jew ħwejjeġ huwa pprovdut mid-Direttur skond dan l-artikolu, din
l-għamara jew ħwejjeġ għandhom, matul il-ġarr u ħażna jibqgħu
b’sogru ta’ sidhom waħdu u għal dak li hu ħażna l-ispejjeż tiegħu
wkoll; u ebda ħlas ma jkun mistħoqq dwar xi nuqqas fihom jew
ħsara li tiġrilhom jekk jiġi ppruvat illi dak in-nuqqas jew dik il-
ħsara ma kenitx għal minħabba traskuraġni tad-Direttur jew nies li
kienu jaqduh.
(10) Filwaqt li bini jkun f’idejn id-Direttur bis-saħħa ta’ dan l-
Att, il-bini jista’ jintuża biss għall-finijiet imsemmija fis-
subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu, iżda ħlief kif imsemmi qabel, id-
Direttur, sa fejn jidhirlu li jkun meħtieġ jew xieraq dwar it-teħid ta’
pussess jew użu tal-bini bis-saħħa ta’ dan l-Att, jista’ jagħmel, jew
jawtorizza lill-persuni li jużaw il-bini biex jagħmlu, dwar il-bini,
kull ħaġa illi kull persuna li għandha nteress bla tirżin fil-bini kien
ikollha l-jedd li tagħmel bis-saħħa ta’ dak l-interess.
Setgħa tad-Direttur 
li jitlob tagħrif. 
4. (1) Kull persuna, jekk mitluba mid-Direttur jew f’ismu, li
tagħmel hekk, għandha tagħti lid-Direttur jew lil dik il-persuna l-
oħra kif ikun imsemmi fit-talba, dak it-tagħrif li hija jkollha dwar
xi bini, meta dak ikun tagħrif li bir-raġun jista’ jintalab
mingħandha dwaru, jew li d-Direttur jidhirlu meħtieġ għat-teħid
tal-pussess ta’ xi bini jew dwar it-tqegħid ta’ persuni f’dak il-bini
biex igħammru fih, kif jista’ jkun hemm imsemmi.
(2) Id-Direttur jew kull persuna oħra imqabbda bil-miktub
għalhekk mid-Direttur tista’ titlob li kull tagħrif meħtieġ taħt l-
aħħar subartikolu qabel dan jingħata bil-miktub u li d-dikjarazzjoni
tkun minn idejn il-persuna li tagħti t-tagħrif. Meta persuna ma
tkunx taf tikteb id-Direttur jew, kif jista’ jagħti l-każ, persuna oħra
kif hawn fuq imsemmi, tista’ titlob illi d-dikjarazzjoni mill-persuna
li tagħti t-tagħrif tiġi mmarkata minn dik il-persuna quddiem żewġ
xhieda li għandhom jagħmlu minn idejhom fuq id-dikjarazzjoni.
(3) Kull min xjentement jagħti xi nformazzjoni taħt id-
disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-artikolu li tkun qarrieqa jew
skorretta f’xi fatt partikolari tagħha, ikun ħati ta’ reat skond dan l-
Att u jeħel, meta jinstab ħati, multa ta’ mhux inqas minn mitt lira
iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija għal żmien
ta’ mhux inqas minn ħmistax-il jum u mhux iżjed minn tliet xhur
jew għal dik il-multa u priġunerija flimkien.
JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR   ġ K AP. 360.      5
Manutenzjoni, 
tiswijiet, benefikati 
u ħwejjeġ 
mwaħħlin f’bini 
meħud 
b’rekwiżizzjoni. 
Kap. 16.
Kap. 16.
5. (1) Bla ħsara tad-disposizzjonijiet tas-subartikolu li ġej
hawn wara dan, id-Direttur jkollu l-istess drittijiet u dmirijiet dwar
it-tiswijiet u manutenzjoni ta’ bini meħud b’rekwiżizzjoni bħalma
għandu kerrej taħt id-disposiz-zjonijiet fuq hekk tal-Kodiċi Ċivili.
(2) Meta bini li kien f’idejn id-Direttur taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att jitbattal, id-Direttur (jekk is-sid ma jippreferix li
jżomm u jħallas kumpens skond l-artikolu 1564 tal-Kodiċi Ċivili),
jista’ jneħħi l-ħwejjeġ imwaħħlin jew benefikati oħra ta’ kull xorta
li jkun saru fih matul iż-żmien tar-rekwiżizzjoni, billi jħallas lill-
rekwiżizzjonat għall-ħsara li setgħat saret bit-tqegħid jew bit-
tneħħija ta’ dawk il-ħwejjeġ mwaħħlin jew benefikati oħra.
L-ordnijiet ta’ 
rekwiżizzjoni 
magħmulin qabel 
ma dan l-Att ħareġ 
b’liġi jgħoddu taħt 
dan l-Att.
6. Il-pussess ta’ kull bini li jkun ittieħed mill-Ministru jew
minn awtorità  kompetenti oħra taħt, jew bis-saħħa tar-Regolamenti
ta’ l-1939 għal Malta dwar id-Difiża*, jew taħt, jew bis-saħħa, tar-
Regolamenti ta’ l-1942 dwar l-Uffiċċju tal-Protezzjon imxandrin
bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 435 tal-20 ta’ Awissu, 1942#,
għandu, jekk il-bini fil-jum li fih dan l-Att joħroġ b’liġi jkun għadu
fil-pussess tal-Ministru jitqies li kien ittieħed taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Trasferiment lid-
Direttur ta’ bini 
rekwiżizzjonat.
7. Kull bini li kien fil-pussess tal-Ministru jew li kien f’idejh
jew miżmum minnu bis-saħħa ta’ rekwiżizzjoni magħmula skond
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u li dwaru ma kenitx inħolqot
lokazzjoni jew sullokazzjoni bis-saħħa ta’ l-artikolu 8 ta’ dan l-Att,
għandu jitqies li kien rekwiżizzjonat mid-Direttur u li jkun fil-
pussess tiegħu jew f’idejh jew miżmum minnu, skond il-każ.
Rikonoxximent 
mis-sid jew minn 
persuna li tagħmel 
minnu ta’ persuni 
ipprovduti mid-
Direttur b’fejn 
igħammru f’bini 
meħud 
b’rekwiżizzjoni. 
8. (1) Meta xi persuni jkunu ġew ipprovduti fejn igħammru
f’bini miżmum permezz ta’ rekwiżizzjoni, id-Direttur jista’ f’kull
żmien, b’ittra uffiċjali, jordna lir-rekwiżizzjonat li jirrikonoxxi
bħala kerrejja lill-persuni li jkunu hekk ipprovduti jew bħala
sullokaturi tal-bini, skond il-każ.
(2) Fi żmien tletin jum minn meta jiġi nnotifikat b’ittra uffiċjali
taħt l-aħħar subartikolu qabel dan, ir-rekwiżizzjonat, b’rikors
quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili b’kontestazzjoni tad-
Direttur jista’ jitlob għall-awtorizzaz-zjoni sabiex ma joqgħodx
għal dik it-talba:
Iżda, fil-każ li l-bini jkun ġie meħud b’rekwiżizzjoni
mingħand il-kerrej, dan ta’ l-aħħar, b’ittra uffiċjali li għandha tiġi
ppreżentata fi żmien ħmistax il-jum minn meta jkun ġie nnotifikat
bl-ittra uffiċjali li hemm imsemmija fl-aħħar subartikolu qabel dan,
jista’ jgħarraf lid-Direttur illi huwa ma jixtieqx jissokta jibqa’ fil-
kera, u meta jsir dan id-Direttur jkollu l-jedd li jieħu passi taħt l-
aħħar subartikolu qabel dan kontra s-sid.
(3) Il-qorti ma tagħtix l-awtorizzazzjoni sabiex ma jsirx skond
it-talba imsemmija fl-aħħar subartikolu qabel dan kemm-il darba ir-
rikorrent ma jurix b’sodisfazzjon tal-qorti illi jekk huwa joqgħod
għal dik it-talba huwa jbati konsegwenzi ħorox:
*M’għadhomx iseħħu.
#Imħassra bin-Notifikazzjoni tal-Gvern Nru. 323 tal-25 ta’ Mejju, 1949.
  6      KAP. 360. ħ          JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR
Iżda d-dikjarazzjoni illi r-rekwiżizzjonat jixtieq li jieħu
pussess tal-bini għall-użu tiegħu innifsu jew għall-użu ta’ xi ħadd
tal-familja tiegħu ma titqiesx fiha nfisha bħala tbatija ta’
konsegwenza ħarxa għall-finijiet ta’ dan is-subartikolu.
Kap. 69.
(4) Kull sullokazzjoni li tinħoloq bis-saħħa ta’ dan l-artikolu
ma titqiesx li hija sullokazzjoni għall-finijiet ta’ l-artikolu 9 ta’ l-
Ordinanza li tirregola t-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Bini.
Kap. 16. 
Kap. 116. 
(5) Ebda jedd ta’ preferenza taħt il-Kodiċi Ċivili jew taħt l-
Ordinanza li Trażżan il-Kera fuq id-Djar ma jkun kompetenti dwar
xi kirja jew sollukazzjoni maħluqa bis-saħħa ta’ dan l-artikolu.
Kap .69.
(6) Meta tinħoloq lokazzjoni jew sullokazzjoni bis-saħħa ta’
dan l-artikolu, f’dan il-każ, kemm-il darba ma jsirx ftehim
kuntrarju permess mill-liġi, jitqies li jkun sar bejn ir-rekwiżizzjoni
tal-fond u l-persuna li tkun tinsab fih kuntratt ta’ lokazzjoni jew
sullokazzjoni tal-bini taħt il-kondizzjonijiet soliti stabbiliti mill-
Bord li Jirregola l-Kera mwaqqaf bis-saħħa ta’ l-Ordinanza li
tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini u għal żmien tliet xhur, li jibda
minn dak in-nhar tar-rikonoxximent definitiv, u jkollu jitħallas kera
li jkun daqs l-ammont perjodiku mħallas jew li għandu jitħallas
mid-Direttur bħala kumpens għall-okkupazzjoni tal-bini, bit-tliet
xhur bil-quddiem.
Setgħa tad-Direttur 
li jordna l-inkwilin 
ta’ bini 
rekwiżizzjonat 
jitilqu.
9. Meta persuna tkun qiegħda f’bini rekwiżizzjonat taħt dan l-
Att, id-Direttur jista’, ukoll jekk dik il-persuna tħallas kumpens
talli tkun qiegħda hemmhekk, jordnalha li titlaq minn dak il-bini u
tħalli f’idejh dak il-bini f’dak iż-żmien li d-Direttur jista’
jistabbilixxi, jekk huwa jidhirlu li dik il-persuna ma tkunx qiegħda
tuża l-bini għal għanijiet residenzjali, jew tkun sid ta’ jew għandha
jew li b’mod ieħor pprovduta b’bini ieħor li tista’ tuża’ bħala
residenza tagħha u tal-familja tagħha jew jekk ikun raġonevolment
meħtieġ li wieħed jaġixxi b’dan il-mod fl-interess tad-difiża,
sigurtà  pubblika, ordni pubblika jew saħħa pubblika.
Setgħa tad-Direttur 
li jidħol fil-bini. 
10. Id-Direttur jew kull persuna oħra imqabbda bil-miktub
għalhekk mid-Direttur jista’ jidħol f’kull bini f’kull ħin xieraq
sabiex jieħu informazzjonijiet li bihom jista’ jmexxi xi setgħa jew
setgħat tiegħu taħt dan l-Att.
Kumpens li għandu 
jitħallas dwar bini 
meħud 
b’rekwiżizzjoni.
11. (1) Bla ħsara ta’ dak li hemm stabbilit hawn iżjed ’il
quddiem, il-kumpens li għandu jitħallas dwar ir-rekwiżizzjoni ta’
bini ikun l-għadd ta’ dawn is-somom flimkien, jiġifieri -
(a) somma li tkun daqs il-kera li għandu skond ir-raġuni
jitħallas minn kerrej li qiegħed igħammar fil-bini
matul iż-żmien li għalih qed jinżamm il-pussess tal-
bini bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, bis-
saħħa ta’ kiri mogħti minnufih qabel il-bidu ta’ dak iż-
żmien:
Kap. 116. 
Iżda meta l-bini huwa wżat mid-Direttur jew
minn xi persuna li tkun imqiegħda fih wara
rekwiżizzjoni bħala dar skond it-tifsira tal-kelma fl-
Ordinanza li Trażżan il-Kera fuq id-Djar, il-kera
m’għandux ikun iżjed mill-kera xieraq kif imfisser fl-
artikolu 2 ta’ dik l-Ordinanza;
JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR   ġ K AP. 360.      7
(b) somma li tkun daqs l-ispiża għat-tiswija ta’ kull ħsara
lill-bini li setgħet ġrat matul iż-żmien li fih inżamm
b’rekwiżizzjoni l-pussess tal-bini (ħlief sa fejn il-ħsara
tkun issewwiet matul dak iż-żmien minn min ikun
igħammar fil-bini meħud b’rekwiżizzjoni jew minn
persuna li tkun qiegħda tidher f’isem id-Direttur), bla
ma tingħad ebda ħsara li, taħt id-disposizzjonijiet ta’
dan l-Att, għandu jagħmel tajjeb għaliha r-
rekwiżizzjonat;
(ċ) somma li tkun daqs in-nefqa li nħarġet skond ma
jixraq, li ma tkunx inħarġet f’isem id-Direttur, sabiex
isir skond xi ordni mogħti mid-Direttur jew f’ismu
dwar it-teħid ta’ pussess tal-bini iżda mingħajr ħsara
għal dak li ngħad fis-subartikolu (5) ta’ l-artikolu 3.
(2) Kull kumpens taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu għandu jitqies li jistħoqq minn jum għal ieħor matul
iż-żmien li fih jinżamm il-pussess tal-bini bis-saħħa tas-setgħat
mogħtijin lid-Direttur b’dan l-Att, għandu jingħadd għaż-żmien kif
imsemmi hawn fuq; u għandu jitħallas lill-persuna illi minn żmien
għal ieħor kien ikollha l-jedd li tgħammar fil-bini li kieku ma kienx
meħud b’rekwiżizzjoni; iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan is-
subartikolu m’għandhomx jitħaddmu hekk illi bih il-ħlasijiet mid-
Direttur jsiru b’inqas minn tliet xhur bejniethom.
(3) Kull kumpens taħt il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu jistħoqq fl-aħħar taż-żmien li fih jinżamm il-pussess
tal-bini bis-saħħa tas-setgħat mogħtijin lid-Direttur b’dan l-Att, u
għandu jitħallas lill-persuna li f’dak il-ħin tkun tagħmel mill-bini.
(4) Kull kumpens taħt il-paragrafu (ċ) tas-subartikolu (1) ta’
dan l-artikolu jistħoqq fiż-żmien meta ssir in-nefqa li minħabba
fiha għandu jitħallas il-kumpens, u għandu jitħallas lill-persuna li
tkun ħarġet dik in-nefqa jew li f’isimha tkun saret.
Iffissar ta’ 
kumpens. 
Kap. 69. 
12.  (1) Il-kumpens taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’
l-artikolu 11 għandu, fil-każijiet kollha, ikun iffisat mill-Bord li
Jirregola l-Kera mwaqqaf taħt l-Ordinanza li tirregola t-Tiġdid ta’
Kiri ta’ Bini illi għal dak l-iskop għandu jkollu ġurisdizzjoni
esklusiva suġġetta għal appell fil-każi li jaqgħu taħt dik l-
Ordinanza:
Kap. 116. 
il-Kera fuq id-Djar, li l-pussess tagħha ttieħed mill-awtorità  li
toħroġ ir-rekwiżizzjonijiet qabel it-22 ta’ Frar 1946 u, meta jsir ir-
rikors hawn taħt imsemmi, ikun għadu miżmum minn dik l-
awtorità , l-awtorità  li toħroġ ir-rekwiżizzjonijiet jew
rekwiżizzjonat jista’ f’kull żmien jitlob lill-imsemmi Bord għall-
iffissar tal-kera xieraq kif imfisser fl-artikolu 2 ta’ l-Ordinanza li
ssemmiet l-aħħar, u dak il-kera xieraq għandu jkun il-kumpens
mistħoqq taħt il-paragrafu (a) tas-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 11
dwar dak il-pussess mill-jum tan-notifika tar-rikors lir-
rekwiżizzjonat jew lil min jidher għalih jew, skond il-każ, lill-
awtorità  li toħroġ ir-rekwiżizzjonijiet.
  8      KAP. 360. ħ          JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR
(2) Il-kumpens taħt il-paragrafi (b) u (ċ) tas-subartikolu (1) ta’
l-artikolu 11 ta’ dan l-Att, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, għandu jiġi
iffissat mill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili.
Kumpens iffissat 
qabel ma’ joħroġ 
b’liġi dan l-Att.
13. Kull kumpens li, qabel ma jibda jseħħ dan l-Att, ikun ġie
iffissat skond il-liġi għandu jitqies li jkun ġie hekk iffissat taħt u
għall-finijiet ta’ dan l-Att, iżda ma’ dan kollu mingħajr ħsara għad-
disposizzjonijiet li hemm fis-subartikolu (1) ta’ l-artikolu 12.
Setgħa li jagħmel 
regolamenti.
14. Il-Ministru jista’ jagħmel u, meta jkun għamel, jemenda,
iħassar jew iħassar u jerġa’ joħroġ b’liġi mill-ġdid regolamenti
sabiex jitmexxew id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, u, b’mod
partikolari, iżda bla ħsara għall-ġeneralità  ta’ dik is-setgħa, għall-
iskopijiet kollha jew għal xi wieħed mill-iskopijiet li ġejjin:
(a) sabiex iġiegħel li jingħata tagħrif dwar bini, jew xi
klassi ta’ bini, it-tagħmir u użu tagħhom;
(b) sabiex jinżamm tqassim xieraq ta’ postijiet fejn
wieħed jista’ jgħammar;
(ċ) sabiex jistabbilixxi, mingħajr jożboq l-ogħla limiti
imsemmi fl-artikolu 17 ta’ dan l-Att, pieni speċjali li
jgħoddu dwar ksur ta’ xi regolament li jkun hekk
magħmul;
(d) sabiex jistabbilixxi d-drittijiet relattivi għall-ħażna u
sabiex jipprovdi għat-teħid lura ta’, jew xi jsir minn,
għamara jew oġġetti, magħdud il-bejgħ tagħhom, li
jkunu tneħħew minn bini rekwiżizzjonat skond dan l-
Att.
Tirżin ta’ setgħat 
taħt dan l-Att. 
15. Xejn milli hemm f’dan l-Att ma għandu jagħti ebda jedd lil
xi ħadd li jitlob għalih jew għal xi ħaddieħor il-ħidma tas-setgħa li
joħroġ rekwiżizzjoni jew setgħa oħra mogħtija lill-Ministru.
Notifika ta’ avviżi 
taħt dan l-Att jew 
regolamenti 
maħruġin bis-
saħħa ta’ dan l-Att. 
16. Mingħajr ħsara għal kull disposizzjoni speċjali li hemm
f’dan l-Att, ordni ta’ rekwiżizzjoni jew avviż li għandu jkun
notifikat lil xi ħadd għall-finijiet ta’ dan l-Att jew ta’ xi regolament
magħmul bis-setgħa mogħtija minn dan l-Att, jista’ jiġi nnotifikat
billi jinbagħat bil-posta b’ittra reġistrata indirizzata lil dik il-
persuna fl-aħħar post jew fil-post tas-soltu fejn dik il-persuna
toqgħod jew tinnegozja, u għandu jitqies, kemm-il darba ma jkunx
hemm prova kuntrarja, illi wasal għand min kien indirizzat skond
il-kors normali tas-servizz tal-posta.
Disposizzjonijiet 
dwar il-piena. 
17. (1) Kull min, mingħajr skuża leġittima, li l-prova tagħha
tmiss lilu, jikser xi ordni mogħti jew xi regolament magħmul bis-
saħħa ta’ dan l-Att, sew billi jagħmel xi ħaġa li hu m’għandux
jagħmel jew billi ma jagħmilx xi ħaġa li għandu jagħmel, jew billi
ma jħallix lil ħadd ieħor jagħmel xi ħaġa illi dan l-ieħor għandu
jagħmel jew li huwa mħolli li jagħmel, jew billi jħassar jew jisfratta
xi ħaġa illi ħaddieħor ikun għamel taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att jew ta’ xi ordni jew regolament magħmul bis-saħħa tiegħu,
jew billi jfixkel jew ixekkel lid-Direttur jew lil kull persuna oħra li
tidher b’ismu jew taħt l-awtorità  tiegħu ikun ħati ta’ reat taħt dan l-
Att, u jista’ meta jinsab ħati minn qorti, jeħel multa ta’ mhux inqas
JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR   ġ K AP. 360.      9
minn mitt lira iżda mhux iżjed minn ħames mitt lira jew priġunerija
għal żmien minn ħmistax il-ġurnata sa tliet xhur jew għal dik il-
multa u dik il-priġunerija flimkien:
Iżda kull min jagħmel reat kontra id-disposizzjonijiet li
hemm fis-subartikoli (1) u (2) ta’ l-artikolu 4 ta’ dan l-Att, jeħel,
meta jinsab ħati, multa ta’ mhux inqas minn ħames liri iżda mhux
iżjed minn mitt lira jew priġunerija għal żmien minn ħmistax il-
ġurnata sa tliet xhur jew dik il-multa u dik il-priġunerija flimkien.
Kap. 446.
(2) Fil-każ ta’ reat bħal dan, il-qorti, minbarra li tagħti l-piena
jew tapplika l-provvedimenti ta’ l-artikoli 7 u 22 ta’ l-Att dwar il-
Probation għandha tordna lill-ħati, fejn il-każ jiħtieġ hekk, li
joqgħod għal-liġi f’dak iż-żmien li jkun biżżejjed għal dak l-iskop
u li jkun iffissat mill-qorti; u jekk il-ħati ma joqgħodx għall-ordni
bħal dan fiż-żmien hekk iffissat, huwa jkun jista’ jeħel ammenda
ta’ minn ħamsin ċenteżmu sa għaxar liri għal kull jum li fiha jdum
in-nuqqas wara li jagħlaq dak iż-żmien.
(3) Il-qorti tista’ tordna wkoll illi dak li hu fiżikament meħtieġ
mil-liġi jsir mill-Pulizija, bi spejjeż tal-ħati, u f’dan il-każ il-ħati
jista’ jkun mġiegħel irodd in-nefqa b’mandat maħruġ mill-qorti.
(4) Is-setgħat mogħtijin lill-qorti bis-subartikoli (2) u (3) ta’
dan l-artikolu għandhom jitqiesu li huma mingħajr ħsara għas-
setgħat tad-Direttur taħt l-artikolu 3 jew għal kull setgħa oħra
mogħtija jew li għad tista’ tingħata lilu jew lil kull persuna oħra
b’xi regolament.
Kompetenza dwar 
reati taħt dan l-Att. 
Kap. 9.
18. (1) Kull reat taħt dan l-Att jew taħt xi ordni jew
regolament magħmul bis-saħħa tiegħu għandu, għall-finijiet tal-
Kodiċi Kriminali, jingħadd mal-kontravvenzjonijiet, saħansitra
meta l-piena maħsuba għal dak ir-reat tkun ogħla minn dawk
stabbiliti fl-imsemmi Kodiċi dwar il-kontravvenzjonijiet:
Iżda l-preskrizzjoni ta’ kull azzjoni kriminali li tinqala
minn xi disposizzjoni ta’ dan l-Att għandha tkun ta’ sena, kemm-il
darba ma jkunx meħtieġ żmien itwal taħt xi liġi oħra dwar xi reat
speċifiku.
(2) Kull piena stabbilita għal xi reat taħt dan l-Att għandha
titqies li hija hekk stabbilita mingħajr ħsara ta’ kull piena akbar li
tista’ tgħodd għal dak ir-reat taħt xi liġi oħra meta ċ-ċirkostanzi
msemmijin f’dik il-liġi l-oħra jinsabu fl-egħmil tar-reat. F’kull każ
bħal dan, għandha tgħodd il-piena stabbilita f’dik il-liġi l-oħra.
(3) Kull pooċediment dwar reat taħt dan l-Att għandu jitressaq
mill-Pulizija fil-Qorti tal-Maġistrati, li tkun qiegħda bħala Qorti ta’
Ġudikatura Kriminali.
Kap. 9. 
(4) B’dak kollu li jingħad fid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
413 tal-Kodiċi Kriminali, kull deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati
dwar reat taħt dan l-Att tista’, f’kull każ, tiġi appellata mill-Avukat
Ġenerali u minn min ikun instab ħati.
Offiżi minn 
persuni nkapaċitati 
jew imsiefrin.
19. (1) Meta l-persuna suppost ħatja ma tkunx tista’,
minħabba mard tal-moħħ jew inkapaċità  fiżika, tidher quddiem il-
qorti, jew tkun imsiefra minn Malta jew tkun ħarbet, u d-Direttur
  10      KAP. 360. ħ          JESTENDIL-ATTDWARID-DJAR
jistqarr b’ġurament illi ħemm għaġla kbira illi l-liġi tkun imwettqa,
il-qorti għandha tordna illi ċ-ċitazzjoni tkun notifikata lil xi
rappreżentant skond il-liġi, li jkun magħruf, tal-persuna suppost
ħatja jew lil persuna magħrufa li fil-fatt tieħu ħsieb il-persuna
suppost ħatja, jew, jekk il-persuna suppost ħatja ma jkollha ebda
persuna magħrufa li skond il-liġi tirrappreżentaha jew ma tkunx fil-
fatt taħt il-kustodja ta’ ebda persuna magħrufa, lir-raġel jew lill-
mara tal-persuna suppost ħatja jew lil min jiġi minnha fil-qrib mid-
demm jew bi żwieġ jew lil xi persuna oħra, jekk ikun hemm, li
f’idejha jkollha fdata t-tmexxija tal-proprjetà  tagħha.
(2) F’kull każ bħal dan il-qorti għandha tapplika d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att; iżda jekk ikun hemm għalfejn tiġi
mogħtija xi piena taħt is-subartikoli (1) u (2) ta’ l-artikolu 17 lil dik
il-persuna ħatja, il-qorti għandha, biex tivverifika jekk il-piena
għandhiex tiġi applikata, taġġorna l-każ sa ma dik il-persuna tkun fi
stat li tiġi proċessata jew sa ma terġa’ lura mis-safar.
Proċedura u 
appelli. 
Kap. 9.
20. (1) Il-kawżi kollha dwar reati taħt dan l-Att għandhom
jitqiesu li huma mgħaġġlin u li ma jistgħux jiddewmu, għall-finijiet
ta’ l-artikoli 361 u 364 tal-Kodiċi Kriminali. 
Kap. 9.
(2) Għall-appell minn deċiżjoni dwar reat taħt dan l-Att, ir-
rikors imsemmi fl-artikolu 417 tal-Kodiċi Kriminali għandu jiġi
ppreżentat fi żmien jumejn tax-xogħol, u, fil-każ ta’ appell minn
deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), fi żmien ħamest ijiem
tax-xogħol. Dawn il-perijodi ta’ żmien għandhom jitqiesu skond kif
igħid dak l-artikolu.
Dritt għal appell.
Miżjud:
XXIII.1992.2.
20A.*Minkejja kull ħaġa li tinsab f’din il-liġi jew xi liġi oħra,
ikun hemm dritt għal appell lill-Qorti ta’ l-Appell sew jekk fuq
punt ta’ liġi jew ta’ fatt mid-deċiżjoni ta’ kull bord, tribunal jew
qorti, li biha jkun ġie ffissat l-ammont ta’ xi kumpens dovut taħt
dan l-Att, u dak l-appell għandu jsir bl-istess mod u fl-istess żmien
bħalma appell fuq punt ta’ liġi lill-istess qorti għandu jsir minn
deċiżjoni ta’ dak il-bord, tribunal jew qorti.
Limitazzjonijiet 
tal-jeddijiet tad-
Direttur.
Sostitwit:
III.1995.2.
21. B’seħħ mill-1 ta’ Marzu, 1995, id-Direttur għall-
Akkomodazzjoni Soċjali ma jista’ jirrekwiżizzjona ebda fond bis-
saħħa ta’ l-artikolu 3 ta’ dan l-Att:
Iżda d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att u ta’ l-artikolu 10 ta’ l-
Att ta’ l-1989 li jemenda l-Att dwar id-Djar, għandhom jibqgħu
jgħoddu għal kull bini li jkun fil-pussess tad-Direttur għal-
Akkomodazzjoni Soċjali fit-28 ta’ Frar, 1995. 
*Ara d-disposizzjoni transitorja - Att XXIII.1992.3.
